Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0357

    Kawża T-357/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Settembru 2012 — Koninklijke Wegenbouw Stevin vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuh tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Eżistenza u klassifikazzjoni ta’ ftehim — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni — Linji gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 81 KE għall-ftehim dwar il-kooperazzjoni orizzontali — Drittijiet tad-difiża — Multa — Ċirkustanzi aggravanti — Rwol ta’ provokatur u ta’ mexxej — Assenza ta’ kooperazzjoni — Setgħat ta’ verifika tal-Kummissjoni — Dritt għall-assistenza ta’ avukat — Użu ħażin ta’ poter — Kalkolu tal-ammont tal-multi — Tul tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa” )

    ĠU C 355, 17.11.2012, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Koninklijke Wegenbouw Stevin vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-357/06) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuh tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Eżistenza u klassifikazzjoni ta’ ftehim - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni - Linji gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 81 KE għall-ftehim dwar il-kooperazzjoni orizzontali - Drittijiet tad-difiża - Multa - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ provokatur u ta’ mexxej - Assenza ta’ kooperazzjoni - Setgħat ta’ verifika tal-Kummissjoni - Dritt għall-assistenza ta’ avukat - Użu ħażin ta’ poter - Kalkolu tal-ammont tal-multi - Tul tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa)

    2012/C 355/33

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Koninklijke Wegenbouw Stevin BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment E. Pijnacker Hordijk u Y. de Vries, sussegwentement E. Pijnacker Hordijk u X. Reintjes, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti inizjalment minn L. Gyselen, F. Tuytschaever u F. Wijckmans, sussegwentement minn L. Gyselen, avukati)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Koninklijke Wegenbouw Stevin BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


    Top