This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006TA0349
Cases T-349/06, T-371/06, T-14/07, T-15/07 and in Case T-332/07: Judgment of the Court of First Instance of 9 September 2008 — Germany v Commission (ERDF — Reduction of financial assistance — Change in the financing plan without the consent of the Commission — Concept of significant change — Article 24 of Regulation (EEC) No 4253/88 — Actions for annulment)
Kawżi magħquda T-349/06, T-371/06, T-14/07, T-15/07 u Kawża T-332/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 9 ta' Settembru 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni ( ERDF — Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja — Modifiki tal-pjanijiet ta' finanzjament mingħajr il-kunsens tal-Kummissjoni — Kunċett ta' modifika sostanzjali — Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 — Rikors għal annullament )
Kawżi magħquda T-349/06, T-371/06, T-14/07, T-15/07 u Kawża T-332/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 9 ta' Settembru 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni ( ERDF — Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja — Modifiki tal-pjanijiet ta' finanzjament mingħajr il-kunsens tal-Kummissjoni — Kunċett ta' modifika sostanzjali — Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 — Rikors għal annullament )
ĠU C 272, 25.10.2008, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 272/24 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-349/06, T-371/06, T-14/07, T-15/07 u Kawża T-332/07) (1)
(“ERDF - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Modifiki tal-pjanijiet ta' finanzjament mingħajr il-kunsens tal-Kummissjoni - Kunċett ta' modifika sostanzjali - Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 - Rikors għal annullament’)
(2008/C 272/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u, fil-Kawżi T-349/06, T-371/06, T-14/07 u T-15/07, anke C. Schulze-Bahr, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u L. Flynn, aġenti)
Suġġett
Talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet C (2006) 4193 finali u C (2006) 4194 finali, tal-25 ta' Settembru 2006, C (2006) 5163 finali u C (2006) 5164 finali, tat-3 ta' Novembru 2006, u C (2007) 2619 finali, tal-25 ta' Ġunju 2007, li jnaqqsu l-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) mogħtija favur il-programm Objettiv 2 1997-1999 Nordrhein-Westfalen, il-programm operazzjonali Resider — Nordrhein-Westfalen 1994-1999, il-programmi operazzjonali tal-Land tan-Nordrhein-Westfalen fil-qafas tal-inizjattivi konġunti SME (impriżi żgħar u ta' daqs medju) u Rechar II, u l-programm operazzjonali għall-għajnuna strutturali Komunitarja fir-reġjuni tal-Objettiv 2 tal-Land tan-Nordrhein-Westfalen għall-perijodu mill-1994 sal-1996, rispettivament.
Dispożittiv
1) |
Il-kawża T 332/07 hija magħquda mal-kawżi T 349/06, T 371/06, T 14/07 u T 15/07 għall-finijiet tas-sentenza. |
2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż. |