Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0272

Kawża T-272/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti — Rifjut ta' offerta — Kriterji għall-għażla u għall-għoti tal-kuntratt — Obbligu ta' motivazzjoni)

ĠU C 272, 25.10.2008, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-272/06) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Rifjut ta' offerta - Kriterji għall-għażla u għall-għoti tal-kuntratt - Obbligu ta' motivazzjoni)

(2008/C 272/40)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment M. Schauss, imbagħad D. Guild, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Lulju 2006, li permezz tagħha ġiet irrifjutata l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti li saret fil-5 ta' Lulju 2005, dwar il-provvista ta' servizzi intiżi biex jassiguraw il-manutenzjoni, l-iżvilupp u s-support ta' applikazzjonijiet tal-kompjuter, u l-kuntratt ingħata lill-offerent magħżul.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li rrifjutat l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, kif innotifikata lilha b'ittra tal-20 ta' Lulju 2006, hija annullata.

2)

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


Top