Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0040

    Kawża T-40/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2010 — Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-boroż tal-plastik industrijali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tul tal-ksur — Multi — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Proporzjonalità — Responsabbiltà in solidum — Prinċipju ta’ ċertezza legali” )

    ĠU C 301, 6.11.2010, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-40/06) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż tal-plastik industrijali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-ksur - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità - Responsabbiltà in solidum - Prinċipju ta’ ċertezza legali)

    2010/C 301/33

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Partijiet

    Rikorrenti: Trioplast Industrier AB (Smålandsstenar, l-Isvezja) (rappreżentanti: T. Pettersson u O. Larsson, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, P. Hellström, u V. Bottka, sussegwentement F. Castillo de la Torre, L. Parpala u V. Bottka, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali) dwar akkordju fis-suq tal-boroż tal-plastik industrijali, kif ukoll, sussidjarjament, talba intiża għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

    Dispożittiv

    (1)

    L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), huwa annullat sa fejn jirrigwarda lil Trioplast Industrier AB.

    (2)

    L-ammont attribwit lil Tripolast Industrier huwa ffissat għal EUR 2.73 miljun, abbażi ta’ dan l-ammont għandha tiġi determinata l-kwota tagħha mir-responsabbiltà in solidum, tal-kumpanniji parent suċċessivi, għall-ħlas tal-multa imposta fuq Trioplast Wittenheim SA.

    (3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud

    (4)

    Tripolast Industrier għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.

    (5)

    Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti minn Tripolast Industrier.


    (1)  ĠU C 96, 22.04.2006.


    Top