Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0176

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tad-29 ta' Novembru 2007.
Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH u Stadtwerke Uelzen GmbH vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Appell - Għajnuna allegatament mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil ċentri nukleari - Riżervi għall-għeluq ta’ ċentri u għall-eliminazzjoni ta’ skart radjattiv - Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza - Motiv ta’ ordni pubbliku.
Kawża C-176/06 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2007:730





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Novembru 2007 – Stadtwerke Schwäbisch Hall et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑176/06 P)

“Appell – Għajnuna allegatament mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil ċentri nukleari – Riżervi għall-għeluq ta’ ċentri u għall-eliminazzjoni ta’ skart radjattiv – Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Motiv ta’ ordni pubbliku”

1.                     Appell – Aggravji – Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza  – Motiv ta’ ordni pubbliku bbażat fuq il-ksur tal-kundizzjoni mniżżla fir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE – Eżami ex officio (Artikolu 230, paragrafu 4, KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 56) (ara l-punt 18)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi u ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Artikolu 88(2) u (3) KE u r-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 19‑25, 28‑31)

Suġġett

Appell imressaq mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Jannar 2006, Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH et vs Il-Kummissjoni (T-92/02), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni C(2001) 3967 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Diċembru 2001, li tikkonstata li l-iskema Ġermaniża ta’ eżenzjoni mit-taxxa ta’ riżervi stabbiliti miċ-ċentri nukleari għall-finijiet ta’ l-eliminazzjoni ta’ l-iskart radjattiv tagħhom u ta’ l-għeluq definittiv ta’ l-impjanti tagħhom ma tammontax għal għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) KE – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċeduri fil-kontradittorju previsti fl-Artikolu 88(2) KE fil-każ ta’ diffikultà ta’ evalwazzjoni jew ta’ dubju.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta’ Jannar 2006, Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH et vs Il-Kummissjoni (T-92/02) hija annullata.

2)

Ir-rikors ippreżentat minn Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH u Stadtwerke Uelzen GmbH quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni C(2001) 3967 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Diċembru 2001, li tikkonstata li l-iskema Ġermaniża ta’ eżenzjoni mit-taxxa ta’ riżervi stabbiliti miċ-ċentri nukleari għall-finijiet ta’ l-eliminazzjoni ta’ l-iskart radjuattiv tagħhom u ta’ l-għeluq definittiv ta’ l-impjanti tagħhom ma tammontax għal għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) KE, huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH, Stadtwerke Tübingen GmbH u Stadtwerke Uelzen GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Top