This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CA0133
Case C-133/06: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 6 May 2008 — European Parliament v Council of the European Union (Action for annulment — Common policy on asylum — Directive 2005/85/EC — Procedures in Member States for granting and withdrawing refugee status — Safe countries of origin — European safe third countries — Minimum common lists — Procedure for adopting or amending the minimum common lists — Article 67(1) and first indent of Article 67(5) EC — No power)
Kawża C-133/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 6 ta' Mejju 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Politika komuni fil-qasam ta' l-ażil — Direttiva 2005/85/KE — Proċeduri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat fl-Istati Membri — Pajjiżi ta' oriġini bla periklu — Pajjiżi terzi Ewropej bla periklu — Listi komuni minimi — Proċedura ta' adozzjoni u ta' emenda tal-listi komuni minimi — L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 67(1) u (5) KE — Inkompetenza)
Kawża C-133/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 6 ta' Mejju 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Politika komuni fil-qasam ta' l-ażil — Direttiva 2005/85/KE — Proċeduri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat fl-Istati Membri — Pajjiżi ta' oriġini bla periklu — Pajjiżi terzi Ewropej bla periklu — Listi komuni minimi — Proċedura ta' adozzjoni u ta' emenda tal-listi komuni minimi — L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 67(1) u (5) KE — Inkompetenza)
ĠU C 158, 21.6.2008, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 158/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta' Mejju 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-133/06) (1)
(Rikors għal annullament - Politika komuni fil-qasam ta' l-ażil - Direttiva 2005/85/KE - Proċeduri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat fl-Istati Membri - Pajjiżi ta' oriġini bla periklu - Pajjiżi terzi Ewropej bla periklu - Listi komuni minimi - Proċedura ta' adozzjoni u ta' emenda tal-listi komuni minimi - L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 67(1) u (5) KE - Inkompetenza)
(2008/C 158/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew [rappreżentanti: H. Duintjer Tebbens, A. Caiola, A. Auersperger Matić u K. Bradley, aġenti]
Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: C. O'Reilly kif ukoll P. Van Nuffel u J.-F. Pasquier, aġenti]
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea [rappreżentanti: M. Simm, M. Balta u G. Maganza, aġenti]
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika ta' Franza [rappreżentanti: G. de Bergues u J.-C. Niollet, aġenti]
Suġġett
L-annullament ta' l-Artikolu 29(1) u (2) u ta' l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, ta' l-1 ta' Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat (ĠU L 32, p. 13)
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 29(1) u (2) u 36(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, ta' l-1 ta' Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar ta' l-istatus ta' refuġjat, huma annullati. |
2) |
Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
3) |
Ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |