This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CA0014
Joined Cases C-14/06 and C-295/06: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 1 April 2008 — European Parliament (C-14/06), Kingdom of Denmark (C-295/06) v Commission of the European Communities (Directive 2002/95/EC — Electrical and electronic equipment — Restriction of use of certain hazardous substances — Decabromodiphenyl ether ( DecaBDE ) — Commission Decision 2005/717/EC — Exemption of DecaBDE from the prohibition on use — Actions for annulment — Commission's implementing powers — Infringement of the enabling provision)
Kawża C-14/06 u C-295/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l- 1 ta' April 2008 — Il-Parlament Ewropew (C-14/06), Ir-Renju tad-Danimarka (C-295/06) vs Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej (Direttiva 2002/95/KE — Tagħmir elettriku u elettroniku — Restrizzjoni ta' l-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju — Decabromodiphenyl (Deca BDE) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/717/KE — Eżenzjoni tad-Deca BDE mill-projbizzjoni fuq l-użu — Rikorsi għal annullament — Poteri ta' implementazzjoni tal-Kummissjoni — Ksur tad-dispożizzjoni li tikkonferixxi poter)
Kawża C-14/06 u C-295/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l- 1 ta' April 2008 — Il-Parlament Ewropew (C-14/06), Ir-Renju tad-Danimarka (C-295/06) vs Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej (Direttiva 2002/95/KE — Tagħmir elettriku u elettroniku — Restrizzjoni ta' l-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju — Decabromodiphenyl (Deca BDE) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/717/KE — Eżenzjoni tad-Deca BDE mill-projbizzjoni fuq l-użu — Rikorsi għal annullament — Poteri ta' implementazzjoni tal-Kummissjoni — Ksur tad-dispożizzjoni li tikkonferixxi poter)
ĠU C 116, 9.5.2008, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l-1 ta' April 2008 — Il-Parlament Ewropew (C-14/06), Ir-Renju tad-Danimarka (C-295/06) vs Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej
(Kawża C-14/06 u C-295/06) (1)
(Direttiva 2002/95/KE - Tagħmir elettriku u elettroniku - Restrizzjoni ta' l-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju - Decabromodiphenyl (Deca BDE) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/717/KE - Eżenzjoni tad-Deca BDE mill-projbizzjoni fuq l-użu - Rikorsi għal annullament - Poteri ta' implementazzjoni tal-Kummissjoni - Ksur tad-dispożizzjoni li tikkonferixxi poter)
(2008/C 116/04)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż u d-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Bradley, A. Neergaard u I. Klavina, aġenti) (C-14/06), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Molde, B. Weis Fogh u J. Bering Liisberg, aġenti) (C-295/06)
Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (Kawża C-14/06) (rappreżentanti: J. Molde, B. Weis Fogh u J. Bering Liisberg, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Fernandes u M. J. Lois, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: A. Guimaraes-Purokoski, aġent), Ir-Renju ta' l-Iżvezja (rappreżentant: A. Kruse, aġent), Ir-Renju tan-Norveġja (rappreżentanti: I. Djupvik, K. Waage u K. B. Moen, aġenti, u E. Holmedal, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis, M. Konstantinidis u H. Støvlbæk, aġent)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, aġent u J. Maurici, barrister)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta' Ottubru 2005 [innotifikata bin-numru C(2005) 3754], li temenda, għall-finijiet ta' l-adattament tiegħu għall-progress tekniku, l-Anness tad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni ta' l-użu ta' ċerti sustanzi ta' risjku fit-tagħmir u elettroniku (ĠU L 271, p. 48) — Eżenzjoni tad-decabromodiphenyl (“Deca BDE”) mill-projbizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni imposta mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/95/KE, bi ksur tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(1) ta' din l-imsemmija direttiva.
Dispożittiv
1) |
Il-punt 2 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/717/KE, tat-13 ta' Ottubru 2005, li temenda, għall-finijiet ta' l-adattament tiegħu għall-progress tekniku, l-Anness tad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni ta' l-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku, huwa annullat. |
2) |
L-effetti tal-punt 2 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2005/717 huma miżmuma fis-seħħ sat-30 ta' Ġunju 2008, inkluż. |
3) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Parlament Ewropew u tar-Renju tad-Danimarka fil-kawża C-295/06. |
4) |
Ir-Renju tad-Danimarka, fil-kawża C-14/06, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq kif ukoll ir-Renju tan-Norveġja jbatu l-ispejjeż tagħhom stess. |