Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TJ0342

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Mejju 2007.
Henkel KGaA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Kawża T-342/05.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2007:152





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Mejju 2007 – Henkel vs UASI – SERCA (COR)

(Kawża T-342/05)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali COR – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tinkludi l-element verbali “dor” f’karattri gotiċi – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)( b)) (ara l-punti 52-54)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI ta’ l-14 ta’ Lulju 2005 (Każ R 556/2003-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Henkel KGaA u Serra Y Roca, SA (SERCA).

Informazzjoni dwar il-kawża

Il-parti li qed titlob it-trade mark Komunitarja:

Serra Y Roca, SA (SERCA)

It-trade mark Komunitarja kkonċernata:

It-trade mark verbali COR għal prodotti fil-klassi 3 – applikazzjoni Nru 1284470

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Henkel KGaA

It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

It-trade mark nazzjonali figurattiva “dor” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 21

Id-deċiżjoni tad-diviżjoni ta’ l-oppożizzjoni:

Ċaħda ta’ l-oppożizzjoni għal prodotti fil-klassi 3

Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Ċaħda tar-rikors


Dispożittiv

 

Ir-rikors huwa miċħud.

 

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top