Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0042

    Kawża T-42/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Settembru 2008 — Williams vs Il-Kummissjoni ( Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE dwar il-GMOs — Rifjut parzjali ta' aċċess — Rifjut impliċitu ta' aċċess — Eċċezzjonijiet relattivi għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali u għall-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Obbligu ta' motivazzjoni )

    ĠU C 272, 25.10.2008, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 272/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Williams vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-42/05) (1)

    (“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE dwar il-GMOs - Rifjut parzjali ta' aċċess - Rifjut impliċitu ta' aċċess - Eċċezzjonijiet relattivi għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali u għall-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Obbligu ta' motivazzjoni’)

    (2008/C 272/29)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Rhiannon Williams (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Crosby, C. Bryant, solicitors, u R. Lang, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Docksey u P. Costa de Oliveira, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess tar-rikorrenti għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju relattiv għal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament

    Dispożittiv

    1)

    Mhemmx iktar lok li tittieħed deċiżjoni dwar il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess ta' Rhiannon Williams għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju relattiv għal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati, safejn hija tinkludi rifjut impliċitu ta' aċċess għad-dokumenti preparatorji li ħarġu mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Kummerċ” tal-Kummissjoni u li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE.

    2)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2004 hija annullata safejn hija rrifjutat impliċitament l-aċċess għal dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18 għajr dawk li ħarġu mid-DĠ “Kummerċ”.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż inkorsi minn R. Williams.


    (1)  ĠU C 93, 16.4.2005.


    Top