EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005FA0098

Kawża F-98/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 31 ta' Jannar 2008 — Di Bucci vs Il-Kummissjoni (Uffiċjali — Servizz Pubbliku — Promozzjoni — Proċedura ta' promozzjoni 2004 — Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità — Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal fiż-żmien)

ĠU C 116, 9.5.2008, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 116/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-31 ta' Jannar 2008 — Di Bucci vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-98/05) (1)

(Uffiċjali - Servizz Pubbliku - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2004 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal fiż-żmien)

(2008/C 116/56)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vittorio Di Bucci (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: M. van der Woude u V. Landes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti, assistiti minn D. Slater, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jattribwixxu punti ta' prijorità lir-rikorrent taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2004 u, min-naħa l-oħra, l-annullament tal-lista ta' mertu ta' l-uffiċjali tal-grad A*11 promossi għall-grad A*12 taħt il-proċedura 2004

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni li tistabbilixxi n-numru totali ta' punti ta' V. Di Bucci fir-rigward tal-proċedura ta' promozzjoni 2004 u d-deċiżjoni li ma jiġix promoss taħt din il-proċedura huma annullati.

2)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 10, 14.1.2006, p. 24 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-381/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' digriet tal-15.12.2005).


Top