Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TO0258

    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (l-Ewwel Awla Estiża) tal-10 ta' Ġunju 2009.
    ir-Repubblika tal-Polonja vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Rikors għal annullament - Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Dewmien - Inammissibbiltà.
    Kawża T-258/04.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:183





    Digriet tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (L‑Ewwel Awla Estiża) tal‑10 ta’ Ġunju 2009 – Il‑Polonja vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑258/04)

    “Rikors għal annullament – Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda – Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Dewmien – Inammissibbiltà”

    Proċedura – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Dekadenza – Rikors kontra regolament adottat taħt l-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 minn Stat firmatarju ta’ dan l-att li għadu mhuwiex Stat Membru – Nuqqas ta’ effett – Terminu applikabbli fil-kwalità tiegħu bħala persuna ġuridika (ir-raba’ u l-ħames paragrafi tal-Artikolu 230 KE; Att ta’ Adeżjoni tal-2003) (ara l-punti 40-71)

    Suġġett

    Annullament tal-Artikoli 5, 6(1) sa (3), 7(1) u 8(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, tal-14 ta’ Jannar 2004, li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja [fl-Unjoni Ewropea] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 42, p. 25).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

    3)

    Ir-Repubblika ta’ Ċipru għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top