Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62004TB0245

    Kawża T-245/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 8 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni vs Lior et ( Klawżola ta' arbitraġġ — Kompetenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Rikors imressaq kontra grupp Ewropew ta' interess ekonomiku u kontra l-membri tiegħu u l-ex membri tiegħu — Inkompetenza parzjali )

    ĠU C 64, 8.3.2008, pagg. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 64/39


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni vs Lior et

    (Kawża T-245/04) (1)

    (“Klawżola ta' arbitraġġ - Kompetenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Rikors imressaq kontra grupp Ewropew ta' interess ekonomiku u kontra l-membri tiegħu u l-ex membri tiegħu - Inkompetenza parzjali’)

    (2008/C 64/63)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż u L-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment H. Støvlbæk, aġent, assistit minn M. Bra, avukat, imbagħad H. Støvlbæk u M. Konstantinidis, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Konvenuti: Lior GEIE (Brussell, il-Belġju); Lior International NV (Hoeilaart, il-Belġju); Deira SA (Hoeilaart); Eutec Srl (Forli, l-Italja); Mindshare Bvba (Sint-Martens-Latem, il-Belġju); Società politecnica italiana ricerche e progetti Srl (Città di Castello, l-Italja); RPA SpA (Peruġja, l-Italja); Carmen eV (Straubing, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Marien, avukat); University College Dublin — Energy Research Group (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: F. Herbert u L. Demeyere, avukati); Beneport SA (Brussell); Europe Information Service SA (Brussell); Managium Sprl (Brusell) (rappreżentanti: J.-P. Brusseleers, avukat); u Aris Hellas EPE (Kifissia, il-Greċja) (rappreżentant: K. Sakellariadis, avukat)

    Suġġett tal-kawża

    Rikors abbażi ta' l-Artikolu 238 KE, intiż sabiex il-partijiet konvenuti jiġu kkundannati, in solidum, jirrifondu ħlas bil-quddiem li l-Kummissjoni għamlet in eżekuzzjoni ta' sitt kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm Thermie u ta' kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm Altener II.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli safejn huwa dirett kontra Deira SA, Eutec Srl, Mindshare Bvba, Società politecnica italiana ricerche e progetti Srl, RPA SpA, Carmen eV, il-University College Dublin — Energy Research Group, Beneport SA, Europe Information Service SA, Managium Sprl u Aris Hellas EPE.

    2)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mar-rikors imressaq kontra Deira, Eutec, Mindshare, Società politecnica italiana ricerche e progetti, RPA, Carmen, il-University College Dublin — Energy Research Group, Beneport, Europe Information Service, Managium u Aris Hellas kif ukoll dawk ta' Deira, Eutec, Mindshare, Società politecnica italiana ricerche e progetti, RPA, Carmen, il-University College Dublin — Energy Research Group, Beneport, Europe Information Service u ta' Managium.

    3)

    Aris Hellas għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 213, 6.9.2003 (li qabel kienet Kawża C-280/03).


    In alto