Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62000TB0264

    Kawża T-264/00: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Lulju 2012 — Compagnia Generale delle Acque vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Tnaqqis ta’ piżijiet soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mħallsa — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt” )

    ĠU C 258, 25.8.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 258/21


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Compagnia Generale delle Acque vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-264/00) (1)

    (Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis ta’ piżijiet soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

    2012/C 258/38

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Compagnia Generale delle Acque SpA (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Biagini, P. Pettinelli u A. Bortoluzzi, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment U. Leanza, sussegwentement I. Braguglia, sussegwentement R. Adam, u fl-aħħar nett I. Bruni, aġenti, assistiti minn G. Aiello u minn P. Gentili, avvocati dello Stato)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta’ piżijiet sociali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

    Dispożittiv

    (1)

    L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija magħquda mal-mertu.

    (2)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala li huwa, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat fid-dritt.

    (3)

    Compagnia Generale delle Acque għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni.

    (4)

    Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 355, 09.12.2000.


    Top