Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52026M12218

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.12218 – SOCAR / IP) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

PUB/2026/85

ĠU C, C/2026/754, 3.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/754/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/754/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/754

3.2.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12218 – SOCAR / IP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/754)

1.   

Fis-26 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

SOCAR Energy Holdings AG (“SOCAR”, l-Iżvizzera), ikkontrollata mill-Kumpanija Statali taż-Żejt tar-Repubblika tal-Ażerbajġan (l-Ażerbajġan),

Italiana Petroli S.p.A. (l-Italja) u MIP S.p.A. (il-Lussemburgu, it-tnejn flimkien “IP”), attwalment ikkontrollati minn API Holdings S.p.A. (l-Italja).

SOCAR se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ IP kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

SOCAR hija attiva globalment fl-esplorazzjoni ta’ żoni taż-żejt u tal-gass, fil-produzzjoni, fl-ipproċessar, u fit-trasport taż-żejt, tal-gass u tal-kondensat tal-gass, fil-kummerċjalizzazzjoni tal-petroleum u ta’ prodotti petrokimiċi, kif ukoll fil-forniment ta’ gass naturali fl-Ażerbajġan.

IP hija kumpanija tal-enerġija downstream fl-Italja, b’raffineriji, faċilitajiet ta’ ħżin u ta’ loġistika kif ukoll pompi tal-fjuwil bl-imnut. PI hija attiva wkoll fil-provvista bl-ingrossa ta’ prodotti bbażati fuq il-petroleum u l-enerġija rinnovabbli, iffukata fuq l-Italja u l-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet possibbli tagħhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12218 — SOCAR / IP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/754/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top