Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025PC0552

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali inkluż għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) u l-Fond ta’ Koeżjoni bħala parti mill-Fond stabbilit fir-Regolament (UE) […] [SNR] u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp reġjonali mill-2028 sal-2034

COM/2025/552 final

Brussell, 16.7.2025

COM(2025) 552 final

2025/0238(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali inkluż għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) u l-Fond ta’ Koeżjoni bħala parti mill-Fond stabbilit fir-Regolament (UE) […] [SNR] u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp reġjonali mill-2028 sal-2034


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Fis-16 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni adottat proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali (“QFP”) li jmiss għall-perjodu 2028-2034 1 . Dan jinkludi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) u l-Fond ta’ Koeżjoni.

Filwaqt li d-disparitajiet reġjonali u territorjali tnaqqsu b’mod sostanzjali, inkluż mill-politiki ta’ koeżjoni tal-UE, 29 % taċ-ċittadini tal-UE għadhom jgħixu f’reġjuni b’PDG per capita taħt il-75 % u għad hemm ħafna sfidi u qed jitfaċċaw oħrajn ġodda. Dawn l-isfidi jeħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta’ politika ta’ koeżjoni u tkabbir imsaħħa u modernizzata, li taħdem fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali.

Ġie ddefinit baġit aktar sempliċi, aktar iffukat u li jħalli aktar impatt bħala objettiv ewlieni fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-perkors lejn il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss” 2 . Il-konsultazzjoni pubblika wriet ukoll ftehim wiesa’ fost il-partijiet ikkonċernati dwar il-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni u flessibbiltà akbar, li huma l-aktar elementi abilitanti ċċitati ta’ spiss għal baġit tal-UE aktar effettiv u effiċjenti.

L-objettiv tar-Regolament huwa li jindirizza l-iżbilanċi reġjonali u jappoġġa l-iżvilupp ta’ reġjuni li jkunu għadhom lura (l-Artikolu 176 tat-TFUE) billi jappoġġa r-riformi u l-investiment fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni u tal-bliet kollha tal-UE kif ukoll it-titjib tal-kooperazzjoni territorjali (speċjalment permezz tal-Pjan Interreg). Il-Fond ta’ Koeżjoni għandu l-għan li jappoġġa l-investimenti u r-riformi fil-qasam tal-ambjent u tat-trasport fl-Istati Membri b’PDG per capita aktar baxx (l-Artikolu 177).

Dan ir-Regolament jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet applikabbli kemm għall-FEŻR kif ukoll għall-Fond ta’ Koeżjoni, inkluż għall-“kooperazzjoni territorjali Ewropea” (Interreg).

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni se jaħdmu f’komplementarjetà stretta mal-politiki l-oħrajn taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali, u b’hekk irawmu sinerġiji bejn dawn il-politiki. Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-agrikoltura u l-qasam rurali, is-sajd u s-settur marittimu, il-prosperità u s-sigurtà għall-perjodu 2028-2034 u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/955 u r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2095 (“ir-Regolament dwar l-SNR”) jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għal [disa’] fondi ta’ ġestjoni kondiviża fil-livell tal-UE.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-politika ta’ koeżjoni tfittex sinerġiji u koerenza mal-istrumenti u mal-politiki rilevanti tal-UE, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Kompetittività, Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Ewropa Globali. Il-komplementarjetà u s-sinerġija fil-baġit fit-tul tal-Unjoni u mal-Istati Membri se jiġu mmassimizzati fost l-oħrajn permezz tal-għodda għall-Koordinazzjoni tal-Kompetittività li se tallinja l-politiki u l-investimenti industrijali u tar-riċerka fil-livell tal-UE u dak nazzjonali madwar proġetti ta’ interess Ewropew komuni jew ta’ valur miżjud tal-UE. Il-konsistenza se tinkiseb ukoll permezz tal-istruttura l-ġdida tal-QFP li tiżgura sinerġiji fil-programmi tal-Unjoni rilevanti, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u ssir enfasi fuq l-investimenti b’valur miżjud tal-Unjoni għoli mal-FEŻR u mal-Fond ta’ Koeżjoni li jiffukaw fuq ir-riformi u l-investimenti ta’ rilevanza nazzjonali u reġjonali. Il-koeżjoni territorjali u l-iżvilupp sostenibbli jirrikjedu li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet kemm tal-ġenerazzjonijiet preżenti kif ukoll dawk futuri, u li ż-żgħażagħ jeħtiġilhom li jiġu abilitati sabiex ikollhom rwol attiv fit-tiswir ta’ reġjuni reżiljenti u prosperużi. Huwa importanti li jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, għall-impjiegi, għall-ekosistemi tal-innovazzjoni, u għall-akkomodazzjoni, u billi titrawwem il-parteċipazzjoni ċivika u demokratika tagħhom kif ukoll l-appoġġ għas-setturi kulturali.

Il-FEŻR se jiżgura wkoll koerenza mal-Istrateġiji tal-Unjoni tal-Ugwaljanza 3 u mal-leġiżlazzjoni kurrenti u li ġejjin li jimmiraw għall-ġlieda kontra kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata skont l-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”): “L-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha. B’mod partikolari, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti”.

L-għanijiet tal-FEŻR huma ddefiniti fl-Artikolu 176 tat-TFUE: “Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali huwa intiż biex jgħin biex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fi ħdan l-Unjoni permezz tal-parteċipazzjoni fl-iżvilupp u t-tibdil strutturali tar-reġjuni li jkunu għadhom lura kif ukoll fir-rikonverżjoni tar-reġjuni industrijali li jkunu sejrin lura”.

L-għanijiet tal-Fond ta’ Koeżjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 177 tat-TFUE: “Permezz tal-istess proċedura, għandu jiġi stabbilit Fond ta’ Koeżjoni biex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-proġetti fl-oqsma ta’ l-ambjent u ta’ networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport”.

L-Artikolu 178 tat-TFUE jikkostitwixxi l-bażi legali għall-adozzjoni ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni għall-FEŻR, il-fond tal-politika ta’ koeżjoni li jappoġġa l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

Barra minn hekk, l-Artikolu 174 tat-TFUE jirrikjedi li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, liż-żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, u lir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi severi u permanenti bħar-reġjuni li jinsabu fil-partijiet ultraperiferiċi tat-Tramuntana b’densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna u fil-gżejjer, fir-reġjuni transfruntieri u dawk muntanjużi.

L-Artikolu 349 tat-TFUE jirrikjedi miżuri speċifiċi biex titqies is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika strutturali tar-reġjuni ultraperiferiċi, li hija aktar ikkumplikata minħabba ċerti karatteristiċi speċifiċi li jirrestrinġu b’mod sever l-iżvilupp tagħhom.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni qed jippromwovu l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u jnaqqsu d-disparitajiet reġjonali fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom, inkluż bejn iż-żoni urbani, rurali, kostali jew dawk skarsament popolati u bejn ir-reġjuni kontinentali u ultraperiferiċi u l-gżejjer tal-Ewropa. Il-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni skatta investimenti li ma kinux jimmaterjalizzaw bl-istess ambitu, ambizzjoni u veloċità li kieku ma kienx disponibbli l-finanzjament tal-UE. Għalhekk, l-objettivi tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri jekk jaġixxu waħedhom u l-appoġġ tal-Unjoni joħloq valur miżjud.

Il-livell tal-UE jżid il-valur għall-azzjoni fil-livell nazzjonali. Il-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni fl-2014-2020 kien sinifikanti, u laħaq kważi 13 % tal-investiment totali tal-gvern fl-UE u 51 % fil-pajjiżi ta’ koeżjoni 4 . L-istudji ekonomiċi 5 b’mod konsistenti jsibu li l-politika ta’ koeżjoni għandha impatt pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku reġjonali, anke fuq skali lokali 6 . Barra minn hekk, is-simulazzjonijiet makroekonomiċi 7 jissuġġerixxu żieda ġenerali tal-PDG tal-UE mill-investiment tal-politika ta’ koeżjoni ta’ kważi 1 % sas-sena bl-ogħla impatt. Il-benefiċċji huma partikolarment sinifikanti f’reġjuni inqas żviluppati, li fihom il-projezzjonijiet tal-PDG jaqbżu dawk mingħajr il-politika ta’ koeżjoni fi tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni. Ir-reġjuni aktar żviluppati jesperjenzaw impatt iżgħar iżda pożittiv fit-tul minħabba l-effetti konsegwenzjali (benefiċċji li jinfirxu bejn ir-reġjuni). Dawn l-effetti konsegwenzjali jikkontribwixxu madwar 15 % tal-impatt totali tal-PDG tal-UE, bl-ogħla sehem (45 %) fir-reġjuni żviluppati 8 .

Barra minn hekk, l-għażliet ta’ politika fir-Regolament huma proporzjonati, peress li l-fondi se jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża: il-programmi ma humiex ġestiti direttament mill-Kummissjoni Ewropea, iżda minflok jiġu implimentati bi sħubija mal-Istati Membri.

Proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità u ma tmurx lil hinn min dak li huwa meħtieġ biex tilħaq l-għanijiet tagħha. Din taqa’ fl-ambitu għal azzjoni fil-qasam tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. L-objettivi u l-appoġġ korrispondenti tal-Unjoni huma proporzjonati għal dak li l-istrument għandu l-għan li jikseb. Il-proposta għandha wkoll l-għan li ttejjeb l-isforzi preċedenti ta’ simplifikazzjoni, billi tgħaqqad u tikkonsolida r-regoli ulterjorment.

Għażla tal-istrument

L-aktar strument xieraq għat-tħaddim tal-proposta kurrenti huwa Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-FEŻR [u l-Fond ta’ Koeżjoni] u li jikkumplimenta [il-proposta għal Regolament dwar Fond għas-Sħubijiet Nazzjonali u Reġjonali].

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-eżiti preliminari tal-evalwazzjoni ex post tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni juru li l-programmi jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-biċċa l-kbira tal-objettivi tagħhom. Sa issa, il-fondi appoġġaw aktar minn 2,5 miljuni intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u kkontribwew għall-ħolqien ta’ aktar minn 370 000 impjieg. It-tfal li jibbenefikaw minn postijiet għall-indukrar tat-tfal li għadhom kif inbnew jammontaw għal 24 miljun. Barra minn hekk, ġew investiti aktar minn EUR 66 biljun fi proġetti rilevanti għall-klima, u l-kapaċità tal-UE għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli żdiedet b’aktar minn 6 000 Megawatt. Il-fondi ppermettew ukoll li jiġu stabbiliti miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien forestali li huma ta’ benefiċċju għal aktar minn 24 miljun persuna abbażi tal-valuri rrapportati tal-programm, u li jittejjeb l-aċċess għall-broadband ta’ aktar minn 8 miljun unità domestika. 

Il-miżuri ta’ simplifikazzjoni introdotti fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 wasslu għal xi tnaqqis fil-piż, iżda hemm lok għal simplifikazzjoni ulterjuri, bħal permezz tal-espansjoni tal-ambitu tal-Għażliet ta’ Kostijiet Issimplifikati (SCOs, Simplified Cost Options) u l-Finanzjament Mhux Marbut mal-Kostijiet (FNLC, Financing Not Linked to Costs). Madankollu, ir-regoli imposti fil-livell nazzjonali lil hinn mir-rekwiżiti fil-livell tal-UE (gold-plating) għadhom sors konsiderevoli ta’ kumplessità għall-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni.

Il-qafas ta’ prestazzjoni, permezz ta’ indikaturi, objettivi intermedji u miri komuni, ippermetta bażi tad-data robusta għall-evidenza u għall-analiżi b’mod partikolari permezz tal-ġbir ta’ data ta’ progress armonizzata inkluża d-data tal-benefiċjarji. It-tisħiħ tal-interoperabbiltà u tal-aċċessibbiltà tal-bażijiet tad-data nazzjonali mhux biss jiffaċilita monitoraġġ aħjar u jsaħħaħ l-orjentazzjoni tal-prestazzjoni tal-politika, iżda jista’ jnaqqas ukoll il-piż amministrattiv. 

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni għamlu possibbli investimenti li x’aktarx ma kinux jitwettqu mill-Istati Membri fin-nuqqas tal-fondi, permezz tal-iskala tal-finanzjament, il-kapaċità li jattiraw investiment privat addizzjonali, u l-immirar tal-investiment. Barra minn hekk, il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jġibu valur miżjud permezz ta’ ppjanar pluriennali u l-kontinwità tal-finanzjament.

L-evidenza turi li l-appoġġ kien fil-biċċa l-kbira rilevanti biex jiġu indirizzati kemm il-ħtiġijiet kontinwi kif ukoll dawk emerġenti tal-benefiċjarji matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. L-investimenti kienu rilevanti għall-kompetittività Ewropea u kienu allinjati l-aktar mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, għalkemm b’xi inkonsistenzi fost l-Istati Membri. Fil-livell tal-UE, il-biċċa l-kbira tal-investiment ġie allokat għal oqsma ta’ politika koerenti mar-riformi meħtieġa identifikati fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (“CSRs”, Country Specific Recommendations), b’varjazzjonijiet fost l-Istati Membri. B’mod ġenerali, is-CSRs servew bħala għodda utli biex jgħinu lill-Istati Membri jorjentaw l-investimenti lejn il-ħtiġijiet ta’ riforma. Hemm inqas evidenza ta’ CSRs ifformulati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni li jinfluwenzaw il-prijoritizzazzjoni jew ir-riallokazzjonijiet. 

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni huma adattati sew biex jappoġġaw il-koeżjoni territorjali. L-istruttura tat-tfassil u tal-governanza tagħhom tiżgura li l-istrateġiji ta’ investiment jindirizzaw l-isfidi territorjali u jippermettu kemm il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni nazzjonali kif ukoll dawk reġjonali deċentralizzati, filwaqt li jadattaw is-segwitu tal-prijoritajiet tal-UE għall-ħtiġijiet territorjali. F’xi każijiet, aktar flessibbiltà fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ konċentrazzjoni tematika kienet tippermetti aġġustament aħjar għall-ispeċifiċitajiet territorjali. Is-simulazzjonijiet mudell jissuġġerixxu li l-interventi tal-politika ta’ koeżjoni għandhom impatt pożittiv fuq l-ekonomija tal-UE. Il-PDG tal-UE huwa stmat li huwa sa +0,6 % ogħla fi tmiem il-perjodu ta’ politika meta mqabbel ma’ xenarju ipotetiku mingħajr il-politika.

Fir-rigward tal-Interreg, ġew identifikati armonizzazzjoni akbar u mezzi aktar robusti ta’ koordinazzjoni fil-flussi differenti ta’ finanzjament tal-UE bħala oqsma ewlenin għal titjib futur. 

L-eżiti preliminari tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-FEŻR, tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta juru li għalkemm l-implimentazzjoni bdiet tard u kienet bil-mod fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, aċċellerat b’mod konsiderevoli fl-ewwel nofs tal-2024. Id-dewmien kien dovut għal fatturi fil-biċċa l-kbira eżoġeni u kien relatat mal-kriżi tal-COVID-19 u mal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. L-istrumenti ta’ rispons għall-kriżijiet fil-livell tal-UE, b’mod partikolari l-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility), ingħataw prijorità mill-Istati Membri.

Il-kunsiderazzjoni u l-għodod territorjali integrati jagħmlu l-fondi adattati sew biex jindirizzaw id-disparitajiet reġjonali. Il-kapaċità amministrattiva adegwata hija prerekwiżit iżda għadha ma hijiex realtà għall-programmi kollha. Is-sħubija u l-governanza f’diversi livelli għandhom effett pożittiv qawwi fuq il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni, iżda għad hemm oqsma għal titjib fl-involviment tal-partijiet ikkonċernati u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet parteċipattivi. 

It-tranżizzjoni minn kundizzjonalitajiet ex ante għal inqas kundizzjonijiet abilitanti u li jkunu aktar ċari tejbet l-effiċjenza. Il-maġġoranza l-kbira tal-kundizzjonijiet abilitanti diġà hija ssodisfata u wasslet għal proċessi ta’ riforma f’oqsma bħall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, it-trasport u l-klima. Il-kundizzjonijiet abilitanti u l-objettivi intermedji tal-RRF saħħew lil xulxin f’xi oqsma. L-adattament tal-kundizzjonijiet għal kuntesti nazzjonali u reġjonali speċifiċi minflok ma jinżammu applikabbli b’mod universali għall-programmi kollha jista’ jtejjeb is-sinerġiji tal-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni mal-politiki settorjali rilevanti u mal-ħtiġijiet lokali. 

Hemm prattiki tajbin fl-Istati Membri li jikkombinaw il-politika ta’ koeżjoni u l-finanzjament tal-RRF biex jappoġġaw miżuri komplementari. Ir-riformi skattati mill-objettivi intermedji tal-RRF huma ta’ benefiċċju għall-investimenti ta’ koeżjoni u viċi versa: il-kundizzjonijiet abilitanti jistgħu jkunu ta’ benefiċċju wkoll għall-investimenti tal-RRF. 

Miżuri ġodda ta’ simplifikazzjoni jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-piż amministrattiv. L-Għażliet ta’ Kostijiet Issimplifikati u l-Finanzjament Mhux Marbut mal-Kost joffru potenzjal kbir, iżda l-użu tagħhom għadu mhux uniformi. 

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jippermettu li jiġu indirizzati sfidi ta’ żvilupp speċifiċi li ma jiġux segwiti bl-istess mod mingħajrhom. Il-valur miżjud tal-fondi jinkludi perspettiva strateġika fit-tul u bini tal-kapaċitajiet fil-livelli subnazzjonali u subreġjonali, b’effetti konsegwenzjali pożittivi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti nazzjonali. Il-governanza f’diversi livelli u l-prinċipju tas-sħubija jorbtu l-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali permezz ta’ approċċ ibbażat fuq il-post, uniku għall-fondi evalwati fir-rigward ta’ strumenti nazzjonali u tal-UE oħrajn. Il-fondi jikkontribwixxu għal oqsma b’dimensjoni Ewropea ċara, inklużi l-azzjoni klimatika, it-trasformazzjoni diġitali, id-difiża, it-trasport trans-Ewropew, u l-kooperazzjoni interreġjonali u transfruntiera. 

L-allokazzjonijiet adottati juru grad għoli ħafna ta’ allinjament kemm mal-Aġenda Strateġika tal-Kunsill kif ukoll mal-Linji Gwida tal-President tal-Kummissjoni, kif ukoll mal-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew. Barra minn hekk, il-fondi jikkontribwixxu għall-oqsma li jagħtu spinta lit-tkabbir identifikat fir-rapport ta’ Draghi. Dan juri r-rilevanza kontinwa tal-politika ta’ koeżjoni għaċ-ċiklu ta’ politika kurrenti u l-ħtiġijiet futuri previsti. 

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni impenjat ruħha b’mod attiv mal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tal-inizjattiva, b’mod partikolari permezz ta’ avvenimenti apposta u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika, kif iddettaljat fil-kapitolu korrispondenti tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta għal Regolament (UE) […] għal Fond għas-Sħubijiet Nazzjonali u Reġjonali.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

L-informazzjoni dwar l-użu mill-Kummissjoni ta’ għarfien espert estern hija pprovduta fil-kapitolu korrispondenti tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta għal Regolament (UE) […] għal Fond għas-Sħubijiet Nazzjonali u Reġjonali.

Valutazzjoni tal-impatt

L-informazzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni hija pprovduta fil-kapitolu korrispondenti tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta għal Regolament (UE) […] għal Fond għas-Sħubijiet Nazzjonali u Reġjonali.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

L-inizjattiva hija mistennija li tikkontribwixxi għal tnaqqis sinifikanti fil-piż u fil-kostijiet amministrattivi, kif ukoll għal effiċjenza mtejba fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni, ara wkoll il-kapitolu korrispondenti tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta għal Regolament (UE) […] għal Fond għas-Sħubijiet Nazzjonali u Reġjonali.

Drittijiet fundamentali

L-appoġġ tal-Unjoni se jiġi implimentat f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipju tal-istat tad-dritt, kif stabbilit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, ara wkoll it-taqsima korrispondenti fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta għal Regolament (UE) (ir-Regolament dwar l-SNR).

Flimkien mar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità li se jkompli japplika għall-baġit kollu tal-UE, dan ir-Regolament jinkludi salvagwardji b’saħħithom biex jiġi żgurat li l-fondi jiġu implimentati f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipji tal-istat tad-dritt, kif stabbilit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. L-inklużjoni fil-Pjanijiet futuri ta’ riformi li huma marbutin, fost l-oħrajn, mar-rakkomandazzjonijiet mir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt hija mistennija wkoll li ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u ssaħħaħ il-konformità mal-Karta.

Din l-inizjattiva se tirrispetta wkoll il-prinċipji tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-persuni b’diżabilità.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-appoġġ tal-Unjoni fl-ambitu ta’ din il-proposta se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni kondiviża mill-Istati Membri u ġestjoni diretta/indiretta mill-Kummissjoni. L-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni se tiġi mmonitorjata permezz tal-qafas ta’ prestazzjoni applikabbli għall-qafas finanzjarju pluriennali tal-2028-2034, li huwa stabbilit fil-proposta għal Regolament (UE) […] [Qafas ta’ prestazzjoni].

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-maġġoranza tar-regoli ta’ twettiq u ta’ implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni huma koperti fir-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR].

Il-Kapitolu I jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-ambitu tal-appoġġ mill-FEŻR, inkluż għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2028-2034.

Il-Kapitolu II jistabbilixxi regoli għal Interreg li jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni tagħhom u l-Istati mhux Membri jew l-organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni u ta’ kooperazzjoni fil-qafas tal-pjan Interreg.

Il-Kapitolu III jkopri dispożizzjonijiet finali speċifiċi.

2025/0238 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali inkluż għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) u l-Fond ta’ Koeżjoni bħala parti mill-Fond stabbilit fir-Regolament (UE) [SNR] u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp reġjonali mill-2028 sal-2034

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 177, 178 u 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 9 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 10 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) huwa intiż biex jgħin fit-tnaqqis tal-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti, li fosthom tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi severi u permanenti, inkluż b’mod partikolari żvantaġġi li jirriżultaw minn tnaqqis demografiku, bħar-reġjuni tat-Tramuntana b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, il-gżejjer, u r-reġjuni transfruntieri u muntanjużi.

(2)Il-Fond ta’ Koeżjoni ġie stabbilit sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali ta’ tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji fl-oqsma tal-ambjent u ta’ networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport (TEN-T), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 .

(3)Dan l-appoġġ tal-Unjoni fl-ambitu tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni għandu jiġi pprovdut fl-ambitu tal-Fond għas-Sħubijiet Nazzjonali u Reġjonali, f’konformità mar-regoli li jirregolaw dak il-Fond u stabbiliti fir-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 .

(4)Ir-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar l-SNR] jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għal diversi fondi inkluż il-FEŻR, il-Fond Soċjali Ewropew (“FSE”), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”), il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (“AMIF”, Asylum and Migration Fund), il-Fond għas-Sigurtà Interna (“ISF”, Internal Security Fund) u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (“BMVI”, Border Management and Visa Instrument) li joperaw taħt qafas komuni (“il-Fondi”).

(5)Il-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inklużi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, jenħtieġ li jiġu rrispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u jiżguraw l-aċċessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 9 tagħha u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni li jarmonizza r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw l-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li dawn il-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta’ segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u tal-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, protetta u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

(6)Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ politika speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) [r-Regolament dwar l-SNR], fi ħdan il-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom stabbiliti fit-Trattati. Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ulterjorment il-possibbiltajiet għal appoġġ mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni għal żoni żvantaġġati, żoni urbani u r-reġjuni ultraperiferiċi. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

(7)F’konformità mal-prinċipju tal-ġustizzja interġenerazzjonali u l-impenn tal-Unjoni għad-drittijiet tat-tfal u tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ, il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jenħtieġ li jappoġġaw miżuri li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri, jippromwovu l-aċċess għal opportunitajiet għaż-żgħażagħ fit-territorji kollha, u jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi taż-żgħażagħ f’żoni żvantaġġati, b’mod partikolari f’reġjuni żvantaġġati u depopolati, inkluża infrastruttura għall-ħiliet, l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, l-għajxien sostenibbli u l-kultura jew l-isport. Tali appoġġ jista’ jiġi implimentat permezz ta’ strateġiji urbani jew lokali integrati.

(8)L-Istati Membri u b’mod partikolari dawk bi sfidi sinifikanti tal-popolazzjoni Rom għandhom jagħtu attenzjoni speċifika lill-ugwaljanza u lill-inklużjoni tar-Rom. Jenħtieġ li ma jingħatax appoġġ għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għal kwalunkwe forma ta’ segregazzjoni jew ta’ esklużjoni ta’ persuni b’diżabilità u ta’ komunitajiet razzjonalizzati bħar-Rom.

(9)Bl-għan li jiġi promoss l-iżvilupp urban sostenibbli, huwa meħtieġ li jiġi appoġġat l-iżvilupp territorjali integrat sabiex l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani, inklużi ż-żoni urbani funzjonali, jiġu indirizzati b’mod effettiv filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali. Il-miżuri li jirriflettu dawn l-approċċi jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’kapitoli xierqa tal-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali.

(10)Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni ultraperiferiċi, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri skont l-Artikolu 349 tat-TFUE li jipprevedu miżuri għar-reġjuni ultraperiferiċi biex jikkumpensaw il-kostijiet addizzjonali mġarrba f’dawn ir-reġjuni minħabba restrizzjoni permanenti waħda jew diversi mir-restrizzjonijiet permanenti msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jiġifieri l-pożizzjoni remota, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, il-permanenza u l-kombinament tagħhom li jillimita b’mod sever l-iżvilupp tagħhom. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, u kif huwa l-każ għall-operazzjonijiet kollha kofinanzjati mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni, kwalunkwe appoġġ tal-FEŻR għall-finanzjament tal-għajnuna operatorja u għall-investiment fir-reġjuni ultraperiferiċi jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE.

(11)Sabiex jiġi appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f’livelli differenti, il-FEŻR taħt l-Interreg jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni tranżnazzjonali, il-kooperazzjoni interreġjonali u l-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi.

(12)L-Interreg jenħtieġ li jiġi implimentat barra mill-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali, fil-forma ta’ Pjan Interreg bl-għan li jipprevedi l-kuntest speċifiku tal-objettiv ta’ kooperazzjoni u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni meħtieġa ta’ proġetti multinazzjonali inklużi l-ispeċifiċitajiet tal-erba’ fergħat.

(13)Il-FEŻR taħt l-Interreg jista’ jikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi kollha. Barra minn hekk, jenħtieġ li jikkontribwixxi għal objettivi speċifiċi addizzjonali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi għal “governanza tal-kooperazzjoni aħjar”, “Ewropa aktar sikura u aktar sigura” u “reġjuni aktar reżiljenti li jmissu mar-Russja, mal-Belarussja u mal-Ukrajna”. Sabiex il-FEŻR ikun jista’ jipprovdi appoġġ taħt l-Interreg kemm f’termini ta’ investimenti fl-infrastruttura kif ukoll f’attivitajiet assoċjati ta’ investimenti, ta’ taħriġ u ta’ integrazzjoni, huwa meħtieġ li jiġi previst li l-FEŻR jista’ jipprovdi wkoll appoġġ għal attivitajiet skont l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu [3(1)(c) - Objettivi speċifiċi dwar is-soċjetà] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR].

(14)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta u temenda l-listi tal-kapitoli tal-Interreg u l-lista tal-ammont globali mill-appoġġ tal-Unjoni għal kull kapitolu tal-Interreg. Dawn is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Minkejja li dawn l-atti huma ta’ natura ġenerali, jenħtieġ li tintuża l-proċedura konsultattiva billi jimplimentaw id-dispożizzjonijiet b’mod tekniku biss. Id-deċiżjoni li tapprova l-kapitolu rilevanti tal-Pjan Interreg jenħtieġ li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 .

(15)Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jħejju kapitoli bl-għan li jistabbilixxu elementi essenzjali ta’ programmazzjoni għall-implimentazzjoni tal-appoġġ. Dawn il-kapitoli jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni f’intervalli regolari.

(16)Għall-aktar użu effiċjenti tal-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu biex jiġi organizzat ir-ritorn ta’ tali appoġġ f’każijiet meta l-programmi ta’ kooperazzjoni esterna ma jkunux jistgħu jiġu adottati jew ikollhom jitwaqqfu, inkluż ma’ pajjiżi terzi li ma jirċivux appoġġ minn xi strument ta’ finanzjament tal-Unjoni. Dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li jfittex li jikseb funzjonament ottimali tal-programmi u l-koordinazzjoni possibbli massima bejn dawk l-istrumenti.

(17)Sabiex jiġu mħeġġa u tingħata spinta lill-miżuri ta’ kooperazzjoni, jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn is-sħab fi Stat Membru partikolari jew bejn Stati Membri differenti fir-rigward tal-appoġġ ipprovdut jibqgħu possibbli taħt l-objettivi speċifiċi kollha. Tali kooperazzjoni msaħħa hija addizzjonali għall-kooperazzjoni taħt l-Interreg u tista’ tinvolvi sħab minn kwalunkwe reġjun fl-Unjoni, iżda tista’ tinkludi wkoll reġjuni transfruntieri u reġjuni li huma kollha koperti minn strateġija makroreġjonali jew tal-baċiri tal-baħar jew taħlita tat-tnejn.

(18)Fil-kuntest ta’ ċirkostanzi uniċi u speċifiċi tal-gżira tal-Irlanda, u bl-għan li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, kapitolu transfruntier ġdid “PEACE PLUS” jenħtieġ li jkompli u li jibni fuq il-ħidma ta’ programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntiera tal-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq. Meta titqies l-importanza prattika tiegħu, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li, meta jappoġġa azzjonijiet għall-paċi u għar-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà soċjali, ekonomika u reġjonali fir-reġjuni konċernati, b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm jenħtieġ li jiġi ġestit b’mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribut tar-Renju Unit fil-programm bħala dħul assenjat estern.

(19)Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jiġu rimedjati l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, imma pjuttost jista’, minħabba l-livell ta’ disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti u l-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u r-reġjuni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR], u b’mod partikolari l-punti (a) u (e) tiegħu.

Jistabbilixxi wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (“Interreg”) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni tagħhom u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab, territorji oħrajn jew pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej (PTEE), jew organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni u ta’ kooperazzjoni.

Dan l-appoġġ tal-Unjoni għandu jiġi pprovdut taħt il-Fond għas-Sħubijiet Nazzjonali u Reġjonali, f’konformità mar-regoli li jirregolaw dak il-Fond u stabbiliti fir-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR].

Artikolu 2
Appoġġ mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jappoġġaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] li jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom stabbilit fl-Artikoli 176 u 177 tat-TFUE.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

(1)“Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg)” tfisser kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni tagħhom u l-Istati mhux Membri ffinanzjati, jew l-organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni u ta’ kooperazzjoni, mill-Fond għas-Sħubijiet Nazzjonali u Reġjonali u, meta jkun applikabbli, mill-Istrument Ewropa Globali.

(2)“Stat mhux Membru” tfisser territorji ta’ pajjiżi terzi jew sħab kif ukoll pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej tal-Istati Membri.

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, meta d-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 69 [Responsabbiltajiet tal-Istati Membri], 70 [Sottomissjoni tal-pakkett ta’ assigurazzjoni annwali], 74 [Ġbir u reġistrazzjoni tad-data], u 77 [Sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-pagament] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] jirreferu għal “Stat Membru”, dak it-terminu għandu jiġi interpretat bħala “l-Istat Membru li jospita l-awtorità maniġerjali”.

Artikolu 4
Appoġġ għal żoni żvantaġġati

1.F’konformità mal-Artikolu 174 TFUE, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-indirizzar tal-isfidi ta’ reġjuni u żoni żvantaġġati, b’mod partikolari żoni rurali, żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi severi u permanenti, bħar-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b’densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna u l-gżejjer, ir-reġjuni transfruntieri u dawk muntanjużi, kif ukoll iż-żoni u r-reġjuni ta’ tranżizzjoni ġusta li jmissu mar-Russja, mal-Belarussja u mal-Ukrajna. L-Istati Membri u r-reġjuni għandhom, fejn xieraq, jistabbilixxu approċċ integrat biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi jew il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni u taż-żoni msemmija f’dan il-paragrafu fil-Pjanijiet ta’ Sħubija nazzjonali u Reġjonali tagħhom f’konformità mal-Artikoli 72 sa 74 [żvilupp lokali u urban integrat] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR]. Tali approċċ integrat jista’ jinkludi impenn dwar finanzjament dedikat għal dak il-fini u jista’ jiġi inkluż f’kapitoli dedikati tal-Pjan Nazzjonali Reġjonali u ta’ Sħubija.

Artikolu 5
Żvilupp urban sostenibbli

Bħala parti mill-iżvilupp territorjali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw strateġiji integrati ta’ żvilupp urban li jiffukaw fuq l-iżvilupp sostenibbli u jindirizzaw l-isfidi ambjentali, enerġetiċi u klimatiċi, b’mod partikolari t-tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija nadifa u newtrali għall-klima u reżiljenti sal-2050, filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lill-akkomodazzjoni, lill-faqar, lill-wirt kulturali u lill-isfruttar tal-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali għal finijiet ta’ innovazzjoni u lill-effiċjenza enerġetika, biex jappoġġaw l-iżvilupp funzjonali taż-żoni urbani, kif ukoll biex jappoġġaw ir-rabtiet bejn iż-żoni urbani u rurali.

Artikolu 6
Reġjuni ultraperiferiċi

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri fil-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali biex ikopru l-appoġġ strutturali għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u l-kostijiet operatorji jew il-kumpens tagħhom inkluż għall-forniment ta’ servizzi taħt obbligu ta’ servizz pubbliku u kuntratti f’dawk ir-reġjuni bl-għan li jikkumpensaw il-kostijiet addizzjonali mġarrba fir-reġjuni ultraperiferiċi bħala riżultat ta’ restrizzjoni permanenti waħda jew aktar għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-TFUE.

KAPITOLU II

Pjan Interreg

Artikolu 7
Kamp ta’ applikazzjoni

1.L-Interreg għandu jiffoka fuq l-appoġġ tal-linji ta’ kooperazzjoni li ġejjin:

(a)il-kooperazzjoni bejn reġjuni kontigwi biex ikun promoss l-iżvilupp reġjonali integrat u armonjuż bejn reġjuni tal-fruntiera tal-art u dawk marittimi ġirien (kooperazzjoni transfruntiera);

(b)il-kooperazzjoni fuq territorji tranżnazzjonali akbar jew madwar baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri u Stati mhux Membri bl-għan li jinkiseb grad ogħla ta’ integrazzjoni territorjali (kooperazzjoni tranżnazzjonali);

(c)il-kooperazzjoni biex tissaħħaħ l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni billi jiġi promoss l-iskambju ta’ esperjenzi, approċċi innovattivi u l-bini tal-kapaċitajiet (kooperazzjoni interreġjonali);

(d)il-kooperazzjoni fost ir-reġjuni ultraperiferiċi u mal-Istati mhux Membri ġirien tagħhom jew mal-organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni u ta’ kooperazzjoni reġjonali biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali tagħhom u l-iżvilupp armonjuż fil-viċinat tagħhom (kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi).

Sakemm dan ir-Regolament ma jistabbilix rekwiżiti speċifiċi, il-kooperazzjoni bejn żewġ sħab Ewropej jew aktar, li l-ebda wieħed minnhom ma huwa Stat Membru jew ir-reġjuni tagħhom, għandha titwettaq f’konformità mar-regoli speċifiċi stabbiliti fir-Regolament XX [Ewropa Globali].

2.Il-kapitoli tal-Pjan Interreg li jappoġġaw il-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni tranżnazzjonali u l-kooperazzjoni interreġjonali għandhom jiġu implimentati f’ġestjoni kondiviża. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istrument Ewropa Globali inklużi fil-kapitoli li jappoġġaw il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jiġu implimentati f’ġestjoni kondiviża jew indiretta. Il-programmi ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kofinanzjati mill-Fond għas-Sħubijiet Nazzjonali u Reġjonali jistgħu jirċievu kontribuzzjonijiet mill-pilastri msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (a), (b), (c) u (e), tar-Regolament XX [strument Ewropa Globali].

3.Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] għandhom japplikaw għall-Pjan Interreg, ħlief meta jiġu stabbiliti regoli aktar speċifiċi f’dan ir-Regolament għall-implimentazzjoni tal-Pjan Interreg.

4.Minbarra l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, il-punti (a) u (c), tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR], l-Interreg għandha tappoġġa “governanza tal-kooperazzjoni aħjar”, “Ewropa aktar sikura u aktar sigura” u “reġjuni aktar reżiljenti madwar ir-Russja, il-Belarussja u l-Ukrajna”.

5.Fil-każ tal-programm transfruntier PEACE PLUS, li qed jaġixxi b’appoġġ għall-paċi u għar-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR, bħala objettiv speċifiku taħt l-Artikolu 2, l-objettiv ġenerali (a), tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR], għandu jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-istabbiltà soċjali, ekonomika u reġjonali fir-reġjuni konċernati, b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet għall-promozzjoni tal-koeżjoni bejn il-komunitajiet.

6.L-Artikoli XX [Appoġġ għas-self], XX [Ftehim ta’ self u operazzjonijiet ta’ self] u XX [rieżami ta’ nofs it-terminu] u l-Artikolu 14(2) [ammont ta’ flessibbiltà ta’ 25 %] tar-Regolament (UE) [SNR] ma għandhomx japplikaw għall-Pjan Interreg.

Artikolu 8
Rekwiżiti għall-kapitoli tal-Pjan Interreg

1.Il-Pjan Interreg għandu jinkludi l-kapitoli tal-Pjan Interreg. Kull kapitolu għandu jikkorrispondi għall-kooperazzjoni f’żona ġeografika partikolari.

2.L-Istat Membru li jospita l-awtorità maniġerjali prospettiva għandu jissottometti kapitolu tal-Pjan Interreg lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament f’isem l-Istati Membri u l-Istati mhux Membri parteċipanti kollha.

3.Kull kapitolu tal-Pjan Interreg għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Il-kapitolu tal-Pjan Interreg għandu:

(a)jindika l-linja ta’ kooperazzjoni tal-Interreg konċernata u l-kopertura ġeografika;

(b)jiddeskrivi l-istrateġija ta’ intervent tal-kapitolu tal-Pjan Interreg ibbażat fuq analiżi ċara tal-ħtiġijiet territorjali u tal-lakuni fiż-żona koperta, li tidentifika l-miżuri għall-kooperazzjoni, inkluża kwalunkwe miżura għall-iżvilupp territorjali jew lokali u l-ispjegazzjoni ta’ kif dawn il-miżuri huma mistennija jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 [objettivi ta’ politika] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] u l-objettivi speċifiċi għall-Interreg imsemmija fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4, ta’ dan ir-Regolament u għat-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika;

(c)jipprovdi lista u deskrizzjoni tal-miżuri, inklużi l-objettivi ġenerali u speċifiċi li kull miżura ssegwi primarjament u l-lista tal-objettivi intermedji u l-miri previsti, bid-data indikattiva tat-tlestija tagħhom matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. L-indikaturi proposti għall-miri għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi tal-output elenkati fl-Anness I tar-Regolament XX [Prestazzjoni] meta jkun iġġustifikat debitament;

(d)jistabbilixxu l-kostijiet stmati totali tal-miżuri flimkien ma’ informazzjoni dwar il-finanzjament eżistenti jew ippjanat tal-Unjoni meta rilevanti, appoġġata minn ġustifikazzjoni xierqa u bi spjegazzjonijiet dwar kif dan huwa f’konformità mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza, il-ġestjoni finanzjarja tajba u proporzjonat għall-impatt ekonomiku u soċjali mistenni;

(e)jistabbilixxu arranġamenti ċari għall-monitoraġġ u għall-implimentazzjoni effettivi tal-kapitolu tal-Pjan Interreg minn kull Stat Membru, inklużi l-awtoritajiet responsabbli u l-kumitati ta’ monitoraġġ maħluqa li jirriflettu l-objettiv li tiġi stabbilita sistema robusta ta’ governanza f’diversi livelli bbażata fuq il-prinċipju tas-sħubija, kif ukoll l-approċċ previst għall-informazzjoni, għall-komunikazzjoni u għall-viżibbiltà f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament xx [ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni];

(f)jippromwovu s-sħubija u l-iskambju tal-għarfien billi jistabbilixxu liema partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati, kif intgħażlu, kif ġiet żgurata r-rappreżentattività tagħhom u kif il-kontribut tagħhom huwa rifless fil-kapitolu tal-Pjan Interreg f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta dwar is-sħubija, u billi jinkludu sommarju tal-proċess ta’ konsultazzjoni mwettaq għat-tħejjija tal-kapitolu tal-Pjan Interreg;

(g)jistabbilixxu t-tqassim tal-obbligazzjonijiet fost l-Istati Membri parteċipanti u, meta applikabbli, l-Istati mhux Membri, fil-każ ta’ korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-awtorità maniġerjali jew mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli li jirregolaw il-Fond tal-SNR u stabbiliti fir-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR];

(h)jispjegaw l-arranġamenti u s-sistemi biex jiġi żgurat użu regolari, effettiv u effiċjenti tar-riżorsi tal-Unjoni, f’konformità mal-ġestjoni finanzjarja tajba u mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 9
Approvazzjoni u emenda tal-Pjan Interreg

1.Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2) [Proċedura ta’ Kumitat], li jistabbilixxi:

(a)il-lista tal-kapitoli tal-Pjan Interreg, id-deżinjazzjoni tal-oqsma tal-kapitolu rispettivi u l-allokazzjoni indikattiva mill-Fond u, meta applikabbli, mill-Istrument Ewropa Globali;

(b)meta jkun xieraq, arranġamenti dettaljati li jkopru l-modalitajiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni tal-Interreg biex jiġi żgurat approċċ konsistenti. 

L-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn kull Stat Membru dwar id-distribuzzjoni ppjanata tas-sehem tiegħu fl-allokazzjoni tal-Pjan Interreg skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness I [Metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja għal kull Stat Membru skont il-Fond] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR].

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel [sub]paragrafu għandu jikkostitwixxi l-parti ġenerali tal-Pjan Interreg.

2.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kapitoli tal-Pjan Interreg jew il-kapitoli emendati tal-Pjan Interreg sottomessi mill-Istat Membru li jospita l-awtorità maniġerjali fi żmien 4 xhur mis-sottomissjoni tagħhom. Meta twettaq il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-kapitolu tal-Pjan Interreg jikkonforma mar-rekwiżiti kollha fl-Artikolu 5 u jsegwi l-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament [mudell tal-kapitolu dwar l-Interreg]. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet u titlob informazzjoni addizzjonali. L-iskadenza għall-approvazzjoni għandha tiġi interrotta mill-għada tad-data li fiha l-Kummissjoni tibgħat l-osservazzjonijiet tagħha jew tagħmel talba lill-Istat Membru għal dokumenti riveduti u sakemm l-Istat Membru jwieġeb lill-Kummissjoni.

3.Meta l-kapitoli tal-Pjan Interreg jew il-kapitoli emendati tal-Pjan Interreg sottomessi mill-Istat Membru li jospita l-awtorità maniġerjali jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha fl-Artikolu 8 u jsegwu l-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tapprova dawk il-kapitoli tal-Pjan Interreg [jew il-kapitoli emendati tal-Pjan Interreg].

4.Wara l-approvazzjoni tal-kapitoli tal-Pjan Interreg skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tapprova l-kapitoli tal-Pjan Interreg sottomessi sussegwentement li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha msemmija fl-Artikolu 8 [ir-Rekwiżiti għall-kapitoli tal-Pjan Interreg] u skont il-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament [il-mudell tal-kapitolu Interreg] kull 3 xhur. F’każijiet oħrajn, il-Kummissjoni tista’ tapprova modifiki fil-kapitoli tal-Pjan Interreg kull 6 xhur, wara talba mill-Istat Membru li jospita l-awtorità maniġerjali.

5.L-atti ta’ implimentazzjoni previsti fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jistabbilixxu għal kull kapitolu tal-Pjan Interreg:

(a)il-kostijiet stmati totali tal-kapitolu dwar l-Interreg, stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi ta’ proposta mill-Istat Membru li jospita l-awtorità maniġerjali;

(b)l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] u, meta applikabbli, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istrument Ewropa Globali u l-ammont ta’ kontribuzzjoni nazzjonali minbarra l-kofinanzjament nazzjonali;

(c)l-ammont tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni kull sena, kif imsemmi fl-Artikolu 14 [impenn] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR]; 

(d)l-ammont ta’ prefinanzjament li għandu jitħallas u jekk il-prefinanzjament għandux jitħallas kollu fis-sena tal-approvazzjoni tal-kapitolu jew f’segmenti f’konformità mal-Artikolu 17, il-paragrafu 2 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR].

6.Id-deċiżjoni li tapprova l-kapitolu rilevanti tal-Pjan Interreg għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u n-notifika tiegħu lill-Istat Membru li jospita lill-awtorità maniġerjali għandha tikkostitwixxi impenn legali. 

7.L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, il-kontribuzzjoni nazzjonali minn Stati mhux Membri u l-kofinanzjament nazzjonali previst skont il-kapitolu tal-Pjan Interreg, meħuda fit-total tagħhom, ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet totali stmati tal-kapitolu.

Artikolu 10
Funzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli għall-kapitolu tal-Pjan Interreg u l-kumitat ta’ monitoraġġ

1.L-Istati Membri u, meta applikabbli, l-Istati mhux Membri li jipparteċipaw f’kapitolu tal-Pjan Interreg għandhom jidentifikaw awtorità maniġerjali waħda u awtorità tal-awditjar waħda li għandha tkun tinsab fl-istess Stat Membru. Awtorità ta’ koordinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] ma għandhiex tiġi identifikata għall-Pjan Interreg.

2.Minbarra l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR], kull awtorità maniġerjali ta’ kapitolu tal-Pjan Interreg għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-kapitolu bl-għan li jintlaħqu l-objettivi tiegħu u għandha tkun responsabbli għal:

(a)it-tfassil u s-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-pagament għall-kapitolu tal-Pjan Interreg lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 63 [pagamenti] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR];

(b)l-għoti ta’ previżjonijiet tal-ammont għall-applikazzjonijiet għall-pagament li għandhom jiġu ppreżentati għas-sena kalendarja kurrenti u sussegwenti sal-15 ta’ Frar u l-31 ta’ Lulju f’konformità mal-mudell fl-Anness X [tbassir tal-pagament] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR];

(c)l-iffirmar u l-għoti tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu XX(1) il-punt (a) [Il-pakkett ta’ assigurazzjoni annwali] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness XII ta’ dak ir-Regolament;

(d)il-koordinazzjoni u s-sottomissjoni lill-Kummissjoni tad-dokumenti kollha mitluba bħala parti mill-pakkett ta’ assigurazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 70 [il-pakkett ta’ assigurazzjoni annwali] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR].

3.L-Istat Membru u, meta applikabbli, l-Istat mhux Membru li jipparteċipa fil-kapitolu tal-Pjan Interreg, jistgħu jiddeċiedu li l-verifiki tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu XX [il-funzjoni tal-awtorità maniġerjali] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] għandhom isiru permezz tal-identifikazzjoni minn kull Stat Membru ta’ korp jew persuna responsabbli għal tali verifika fit-territorju tiegħu. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi rekwiżiti ulterjuri li għandhom jiġu ssodisfati minn tali korpi jew persuni fl-att ta’ implimentazzjoni previst fl-Artikolu 9(1) [approvazzjoni u emenda tal-Pjan Interreg].

4.L-awtorità maniġerjali għandha tkun assistita mis-segretarjat konġunt u l-persunal jirrappreżenta lill-Istati parteċipanti fil-kapitolu tal-Pjan Interreg. Is-segretarjat konġunt għandu jassisti lill-awtorità maniġerjali u lill-kumitat ta’ monitoraġġ fit-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Is-segretarjat konġunt għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-programmi Interreg u għandu jassisti lill-benefiċċjarji u lis-sħab fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet.

5.Minbarra r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 52 [funzjonijiet tal-awtorità tal-awditjar] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR], għall-finijiet tal-kapitoli tal-Pjan Interreg, meta l-awtorità tal-awditjar ma jkollhiex l-awtorizzazzjoni li twettaq il-kompiti tagħha fit-territorju kollu kopert minn programm ta’ kooperazzjoni, din għandha tkun assistita minn grupp ta’ awdituri magħmul minn rappreżentant minn kull Stat Membru u, meta applikabbli, Stati mhux Membri parteċipanti fil-programm tal-Interreg. Kull Stat Membru u, meta applikabbli, Stat mhux Membru għandhom ikunu responsabbli għall-awditi mwettqa fit-territorju tiegħu.

6.Għandu jiġi stabbilit kumitat ta’ monitoraġġ għal kull kapitolu tal-Pjan Interreg. Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jkun responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet ta’ Interreg, f’konformità mal-istrateġija u mal-objettivi tal-kapitolu tal-Pjan Interreg. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi rekwiżiti ulterjuri li għandhom jiġu ssodisfati mill-kumitat ta’ monitoraġġ fl-att ta’ implimentazzjoni previst fl-Artikolu 9(1) [approvazzjoni u emenda tal-pjan Interreg].

Artikolu 11
Dispożizzjonijiet għal Stati mhux Membri

1.Il-kontribuzzjoni mir-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] għall-kapitoli tal-Pjan Interreg li għandhom jiġu appoġġati wkoll mill-Istrument Ewropa Globali, inkluż għar-reġjuni ultraperiferiċi, għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri konċernati. Il-kontribuzzjoni stabbilita għal kull Stat Membru ma għandhiex tiġi riallokata sussegwentement bejn l-Istati Membri kkonċernati. Il-kontribuzzjonijiet rispettivi mill-Istrument Ewropa Globali għall-kapitoli tal-Pjan Interreg għandhom iqisu l-involviment tal-Istati Membri u l-benefiċjarji tal-Istrument Ewropa Globali. L-appoġġ ipprovdut skont ir-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar l-SNR] għandu jingħata lil kapitoli esterni ta’ kooperazzjoni transfruntieri dment li ammonti proporzjonati jiġu pprovduti mill-Istrument Ewropa Globali.

2.Għall-implimentazzjoni ta’ kapitolu tal-Pjan Interreg taħt ġestjoni kondiviża fi Stat mhux Membru, għandu jiġi konkluż ftehim ta’ finanzjament bejn il-Kummissjoni, li jirrappreżenta lill-Unjoni, u kull Stat mhux Membru parteċipanti, irrappreżentat f’konformità mal-qafas legali nazzjonali tiegħu. Dak il-ftehim ta’ finanzjament għandu jitqies bħala għodda għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

L-Istat Membru li jospita l-awtorità maniġerjali tal-kapitolu rilevanti tal-Pjan Interreg, irrappreżentat f’konformità mal-qafas legali nazzjonali tiegħu, jista’ jkun ukoll parti għall-ftehim ta’ finanzjament.

Meta Stat mhux Membru jkun meħtieġ jittrasferixxi lill-awtorità maniġerjali kontribuzzjoni finanzjarja biex jappoġġa l-kapitolu tal-Pjan Interreg, minbarra l-kofinanzjament tiegħu tal-appoġġ tal-Unjoni (“kontribuzzjoni nazzjonali”), ir-regoli dwar il-kontribuzzjoni nazzjonali għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta’ finanzjament.

Kwalunkwe ftehim ta’ finanzjament għandu jiġi konkluż sal-31 ta’ Diċembru tas-sena wara s-sena minn meta sar l-ewwel impenn baġitarju u għandu jitqies li huwa konkluż fid-data meta tkun iffirmatu l-aħħar parti. Meta kapitolu tal-Pjan Interreg ikun jinvolvi aktar minn pajjiż terz wieħed, tal-inqas ftehim ta’ finanzjament wieħed għandu jiġi konkluż qabel id-data tal-iffirmar speċifikata fl-ewwel sentenza.

3.Meta l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni tirrikjedi akkwist ta’ kuntratti ta’ servizz, ta’ provvista jew ta’ xogħlijiet minn benefiċjarju li jkun awtorità pubblika li tinsab fi Stat mhux Membru, dak il-benefiċjarju jista’ japplika waħda minn dawn li ġejjin:

(a)il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali tal-Istat mhux Membru kkonċernat dment li l-ftehim ta’ finanzjament jippermettih u li l-kuntratt jingħata lill-offerta li toffri l-aħjar valur għall-flus, jew, kif xieraq, lill-offerta li toffri l-aktar prezz baxx, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi;

(b)il-proċeduri ta’ akkwist previsti fl-Artikoli 181 u 182 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

Artikolu 12
Ritorn tar-riżorsi u waqfien

1.Jekk, sal-[2029 jew] 2030, il-kapitolu tal-Pjan Interreg ma jkunx ġie sottomess lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu tas-sena konċernata, il-kontribuzzjoni annwali mill-SNR għal dak il-kapitolu tal-Pjan Interreg għandha tiġi allokata mill-ġdid għal kapitolu ieħor tal-Pjan Interreg li fih jipparteċipa l-Istat Membru kkonċernat.

2.Jekk, sal-31 ta’ Marzu 2031, ikun għad hemm kapitoli tal-Pjan Interreg, li ma jkunux ġew sottomessi lill-Kummissjoni, il-kontribuzzjoni mill-SNR għal dawk il-kapitoli tal-Pjan Interreg għas-snin li jifdal sal-2034, li ma tkunx ġiet allokata mill-ġdid għal kapitolu ieħor tal-Pjan Interreg għandha tiġi allokata lill-kapitolu tal-Pjan Interreg li fih jipparteċipa l-Istat Membru kkonċernat. 

3.Kwalunkwe kapitolu tal-Pjan Interreg li jkun diġà ġie approvat mill-Kummissjoni għandu jitwaqqaf jew l-allokazzjoni tiegħu għandha titnaqqas, f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri applikabbli, b’mod partikolari jekk:

i.l-ebda wieħed mill-pajjiżi sħab koperti mill-kapitolu tal-Pjan Interreg transfruntier estern ikkonċernat ma jkun iffirma l-ftehim ta’ finanzjament rilevanti sal-iskadenzi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu [XX] tal-Pjan Interreg; jew

ii.il-kapitolu tal-Pjan Interreg ma jkunx jista’ jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kontribuzzjoni mill-SNR imsemmija fil-paragrafu 1 li tikkorrispondi għal pagamenti annwali li għadhom ma ġewx impenjati, jew pagamenti annwali impenjati u diżimpenjati totalment jew parzjalment matul l-istess sena baġitarja, li ma ġewx allokati mill-ġdid għal kapitolu ieħor tal-Pjan Interreg għandha tiġi allokata għal kapitolu ieħor tal-Pjan Interreg li fih jipparteċipa l-Istat Membru kkonċernat.

4.Il-kontribuzzjoni minn [fondi esterni] imnaqqsa skont dan l-Artikolu għandha tintuża f’konformità mar-Regolament [Ewropa Globali] rispettivament.

Artikolu 13
PEACE PLUS

1.Kapitolu dwar il-PEACE PLUS għandu jkopri l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-fruntiera tal-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq, li għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Irlanda kif ukoll fir-Renju Unit.

2.Il-Korp għall-Programmi Speċjali tal-UE, fejn jiġi identifikat bħala l-awtorità maniġerjali, għandu jitqies li jinsab fi Stat Membru.

3.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-attivitajiet tal-Unjoni mir-Renju Unit għall-parteċipazzjoni tiegħu fil-kapitolu PEACE PLUS, fil-forma ta’ dħul assenjat estern kif imsemmi fl-Artikolu 21(2), il-punt (e), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, għandha tkun parti mill-approprjazzjonijiet baġitarji għall-[Intestatura 1, [...], is-subprogramm “Pjan Interreg”].

4.Meta l-kapitolu PEACE PLUS ikun qed jaġixxi b’appoġġ għall-paċi u għar-rikonċiljazzjoni, għandu jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-istabbiltà soċjali, ekonomika u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet għall-promozzjoni tal-koeżjoni bejn il-komunitajiet.

5.Meta l-kapitolu PEACE PLUS ikun qed jaġixxi b’appoġġ għall-paċi u għar-rikonċiljazzjoni, l-operazzjonijiet li jkunu qed jiġu appoġġati jista’ jkollhom sħab minn pajjiż parteċipanti wieħed biss.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 14
Proċedura ta’ Kumitat

Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat li għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-Artikolu 88 [SNR].

Artikolu 15
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) […] li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-agrikoltura u l-qasam rurali, is-settur marittimu, il-prosperità u s-sigurtà għall-perjodu 2028-2034.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

[…]

(1)    COM(2025) 571 final.
(2)     https://commission.europa.eu/document/download/6d47acb4-9206-4d0f-8f9b-3b10cad7b1ed_en?filename=Communication%20on%20the%20road%20to%20the%20next%20MFF_mt.pdf
(3)     Outcome of 2021-2027 programming - Cohesion Policy | Data | European Structural and Investment Funds (europa.eu)
(4)    Pellegrini et al. (2013) Measuring the effects of European Regional Policy on economic growth: A regression discontinuity approach, Papers in Regional Science, 92, p. 217–233, Becker et al. (2013) Absorptive Capacity and the growth and investment effects of regional transfers: A regression discontinuity design with heterogeneous treatment effects, American Economic Journal: Economic Policy, 5(4); Becker et al. (2018) Effects of EU Regional Policy: 1989–2013, Regional Science and Urban Economics, 69, p. 143–152.; Crescenzi, R. u Giua, M. (2020), One or many Cohesion Policies of the European Union? On the differential economic impacts of Cohesion Policy across Member States, Regional Studies, 54(1), p. 10–20; Di Caro P. u Fratesi, U. (2022), ‘One policy, different effects: Estimating the region–specific impacts of EU cohesion policy’, Journal of Regional Science, 62, p. 307–330.
(5)    Bachtrögler-Unger et al. 2023. EU cohesion policy on the ground: Analyzing small-scale effects using satellite data. Regional Science and Urban Economics 103, 103954.
(6)    9th cohesion report https://ec.europa.eu/regional_policy/information-sources/cohesion-report_en .
(7)    Monfort, P., Crucitti, F., Lazarou, N. u Salotti, S., The economic spillovers of EU cohesion policy 2007-2013, European Commission, 2021, JRC125419.
(8)    ĠU C , , p. .
(9)    ĠU C , , p. .
(10)    Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE ( ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1 ).
(11)    ĠU …
(12)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) - PE/99/2023/REV/1 – (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
Top

Brussell, 16.7.2025

COM(2025) 552 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali inkluż għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) u l-Fond ta’ Koeżjoni bħala parti mill-Fond stabbilit fir-Regolament (UE) […] [SNR] u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp reġjonali mill-2028 sal-2034












ANNESS

MUDELL GĦALL-KAPITOLU TAL-PJAN INTERREG

Ir-referenza/l-isem tal-kapitolu tal-Interreg

Kaxxa tat-test [250]

Linja ta’ kooperazzjoni tal-Interreg

Kaxxa tat-test [250]

1.Strateġija tal-Kapitolu

Il-mappa taż-żoni ġeografiċi u tal-pajjiżi koperti.

Kaxxa tat-test [numru ta’ karattri]

(a)L-istrateġija ta’ intervent tal-kapitolu tal-Interreg ibbażata fuq analiżi ċara tal-ħtiġijiet territorjali u tal-lakuni fiż-żona koperta,

Kaxxa tat-test [3 000]

(b)L-identifikazzjoni tal-miżuri għall-kooperazzjoni, inkluż kwalunkwe miżura għall-iżvilupp territorjali jew lokali u spjegazzjoni dwar kif dawn il-miżuri huma mistennija jikkontribwixxu għall-objettivi ddefiniti fl-Artikolu [objettivi ta’ politika] tar-regolament [NRPF, National and Regional Partnership Fund] u fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament,

Miżura

Objettiv ta’ politika rilevanti

Spjegazzjoni tal-kontribut

Kaxxa tat-test [2 000]


2.Deskrizzjoni tal-miżuri

Kaxxa tat-test [2 000]

għal kull miżura,

(a)Objettivi intermedji u miri

Tabella li fiha l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien għall-kapitoli bl-informazzjoni li ġejja:

ID tal-miżura

Isem tal-miżura

Objettiv Speċifiku

Objettiv intermedju jew mira (numru ta’ referenza)

Isem tal-objettiv intermedju/mira

Unità ta’ kejl

Linja bażi

Mira

Skeda ta’ żmien indikattiva għall-kisba (trimestru u sena)

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Valur tal-iżborż għall-objettiv intermedju jew għall-mira

[1 000]

3.Finanzjament u kostijiet

Għal kull miżura:

(a)Kost tal-miżuri

ID tal-Kapitolu

ID tal-miżura

Riforma/ Investiment

Kost Totali Stmat (EUR)

Diżaggregazzjoni indikattiva tal-kost totali tal-miżura skont il-qasam tal-intervent

Metodoloġija użata u deskrizzjoni tal-kostijiet stmati totali inkluż abbażi ta’ data storika

Ġustifikazzjoni dwar il-plawżibbiltà u r-raġuni tal-kostijiet stmati totali, inkluża l-valutazzjoni tal-awtorità tal-awditjar filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-metodi ta’ aġġustament nazzjonali u reġjonali

Tip ta’ territorju fil-mira

[3000]

[3000]

[kodiċi għad-dimensjoni tat-tip ta’ territorju]

(b)Verifika tal-ilħuq tal-objettivi intermedji u tal-miri

ID tal-miżura

Objettivi intermedji / miri

Iddeskrivi x’dokument(i)/sistema se tintuża biex tiġi vverifikata l-kisba tar-riżultat jew tal-kundizzjoni (u, fejn rilevanti, kull wieħed mir-riżultati tanġibbli intermedji);

Iddeskrivi kif se jitwettqu l-verifiki tal-maniġment (inkluż fuq il-post), u minn min;

Iddeskrivi x’arranġamenti se jsiru biex tinġabar/jinġabru u tinħażen/jinħażnu d-data/id-dokumenti rilevanti.

ID tal-miżura

[2 000]

[1 000]

4.Arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu

(a)Arranġamenti għall-monitoraġġ u għall-implimentazzjoni effettivi tal-Kapitolu

Kaxxa tat-test [3 000]

(b)Arranġamenti u sistemi biex jiġi żgurat użu regolari, effettiv u effiċjenti tar-riżorsi tal-UE, f’konformità ma’ ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu XX [Responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-Kapitolu tal-Interreg];

Kaxxa tat-test [3 000]

(c)Awtoritajiet tal-Kapitolu

Awtorità tal-Kapitolu

Isem tal-Istituzzjoni [500]

Isem ta’ kuntatt [200]

Awtorità Maniġerjali

Awtorità tal-Awditjar

(d)Sommarju tal-proċess ta’ konsultazzjoni mwettaq għat-tħejjija tal-Kapitolu u r-rwol tas-sħab fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni

Kaxxa tat-test [2 000]

(e)Deskrizzjoni tat-tqassim tar-responsabbiltajiet fost l-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, Stati mhux Membri parteċipanti, fil-każ ta’ korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-awtorità maniġerjali jew mill-Kummissjoni

Kaxxa tat-test [2 000]

Top