IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 3.9.2025
COM(2025) 476 final
2025/0268(NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja għall-perjodu 2028-2034, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2021/101
{SWD(2025) 255 final} - {SWD(2025) 256 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
L-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina, li jinsab ħdejn il-belt ta’ Visaginas, jikkonsisti f’żewġ reatturi tat-tip ta’ kanal b’enerġija għolja (reatturi RBMK-1500) – l-istess tip bħal dak ta’ Chernobyl. Id-dekummissjonar ta’ dak l-impjant se jgħin biex tiżdied is-sikurezza nukleari fir-reġjun u madwar l-UE kollha.
Għal dak l-għan, il-programm Ignalina (il-“programm”) għandu l-objettiv ġenerali li jgħin lil-Litwanja tegħleb l-isfidi tas-sikurezza assoċjati mad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina. Il-programm għandu wkoll potenzjal konsiderevoli li joħloq għarfien u jgħin lill-Istati Membri tal-UE u, meta rilevanti, lill-pajjiżi terzi, waqt l-attivitajiet tad-dekummissjonar tagħhom stess, b’mod partikolari meta jkunu involuti reatturi nukleari moderati bil-grafit.
Il-programm twettaq tul diversi perjodi ta’ programmazzjoni finanzjarja mill-bidu tas-snin 2000, u skont ir-reviżjoni attwali tal-pjan tad-dekummissjonar, l-attivitajiet għandhom jintemmu fl-2049. Id-dekummissjonar ta’ dawn ir-reatturi hu l-ewwel attività ta’ dan it-tip li tinvolvi ċerti sfidi teknoloġiċi, fosthom iż-żarmar tal-qalba tal-grafit u l-ġestjoni sussegwenti ta’ ammonti sostanzjali ta’ grafit irradjat.
Il-programm dalwaqt jilħaq diversi tappi ewlenin, bl-għajnuna ta’ finanzjament mill-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Dawn jinkludu: (i) it-tlestija taż-żarmar tal-partijiet ta’ fuq u ta’ isfel tal-qalba tar-reattur fl-Unità 1; (ii) il-bidu tal-kuntratt għaż-żarmar tal-partijiet ċentrali tal-qalba tar-reattur; u (iii) il-bidu tal-kuntratt għad-disinn u l-kostruzzjoni tal-faċilità tal-ħżin interim tal-grafit. Madankollu, fejn jidħol id-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina, se jkun hemm bżonn finanzjament sostanzjali addizzjonali biex ikunu jistgħu jissolvew il-bqija tal-kwistjonijiet ewlenin tas-sikurezza radjoloġika.
Il-programm oriġina waqt in-negozjati għall-adeżjoni tal-Litwanja mal-Unjoni Ewropea. L-impenn tal-Litwanja li tagħlaq u mbagħad tiddekummissjona ż-żewġ reatturi nukleari ddisinjati mill-Unjoni Sovjetika sa ċertu data maqbula miż-żewġ naħat hu minqux fit-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja. Bħala att ta’ solidarjetà, u filwaqt li tagħraf in-natura fit-tul tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina u l-piż finanzjarju eċċezzjonali relatat miegħu, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li, permezz tal-Protokoll Nru 4 tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja, tipprovdi assistenza finanzjarja xierqa skont il-ħtiġijiet reali tal-pagamenti u il-kapaċità tal-assorbiment, għad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina.
Il-Litwanja ssodisfat l-impenn tagħha tat-Trattat tal-Adeżjoni li tagħlaq ir-reatturi tagħha fil-ħin. Abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 4 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fit-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta Regolamenti suċċessivi wara l-2006, għad-dekummissjonar. Minbarra l-appoġġ finanzjarju tal-UE, fil-bidu tiegħu, il-programm Ignalina kiseb appoġġ mingħand donaturi internazzjonali (l-Istati Membri tal-UE, in-Norveġja, l-Iżvizzera), li kkontribwew għall-Fond Internazzjonali ta’ Appoġġ għad-Dekummissjonar ta’ Ignalina mmexxi mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
Matul is-snin, l-għan tal-programm ġie mirqum biex ikun jista’ jindirizza l-ħtiġijiet aħjar, u biex ikun żgurat id-dekummissjonar sikur tal-faċilità. Oriġinarjament u sal-2013, l-assistenza tal-UE kienet tfasslet biex tgħin lil-Litwanja tagħlaq u tiddekummissjona r-reatturi kkonċernati, u anki biex tindirizza l-konsegwenzi tal-għeluq bikri tal-impjant tal-enerġija nukleari. Iżda fl-2014, l-ambitu tal-programm ġie ristrett biex ikun ikopri biss l-attivitajiet tad-dekummissjonar, jiġifieri l-miżuri relatati mas-sikurezza. Għall-istadju li jmiss, qed jiġi ssuġġerit li l-programm jiffoka wkoll fuq l-attivitajiet tad-dekummissjonar li jinvolvu sfidi tas-sikurezza radjoloġika.
Il-ġestjoni tal-fjuwil użat wara l-ħżin interim sikur tiegħu (imwettaq bil-programm) u r-rimi tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv f’repożitorju ġeoloġiku fond mhumiex fl-ambitu tal-programm u jibqgħu fir-responsabbiltà tal-Istat Membru skont id-Direttiva rilevanti tal-Kunsill 2011/70/Euratom dwar il-ġestjoni responsabbli u sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.
Fir-rigward tal-QFP attwali, l-objettiv ġenerali ewlieni se jiġi kkomplementat bl-għan ta’ tixrid tal-għarfien (iġġenerat permezz tal-programm) dwar il-proċess tad-dekummissjonar fost l-Istati Membri kollha tal-UE u, meta rilevanti, fost il-pajjiżi terzi, ħalli jissaħħaħ il-valur miżjud tal-UE permezz tal-programm.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-baġit tal-UE għandu jiżgura Unjoni Ewropea sikura u sigura, bl-ogħla livell ta’ sikurezza nukleari u, meta ssir kondiviżjoni ta’ għarfien, esperjenzi u ħiliet miksuba waqt l-attivitajiet tad-dekummissjonar, għandu jiżgura wkoll li jingħataw prodotti ta’ għarfien espliċitu dwar materji ta’ governanza tad-dekummissjonar u tal-immaniġġjar tal-iskart, l-aqwa prattiki maniġerjali, u sfidi teknoloġiċi lill-Istati Membri kollha tal-UE u, meta rilevanti, lill-pajjiżi terzi li jimmaniġġaw xi programmi tad-dekummissjonar. Il-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari ta’ Ignalina għen favur dawn l-objettivi kollha u se jkompli jagħmel dan. Il-kisba ewlenija tal-programm Ignalina hi t-tnaqqis progressiv tal-livell ta’ periklu radjoloġiku għall-ħaddiema, għall-pubbliku u għall-ambjent fil-Litwanja, iżda anki għall-UE kollha.
Il-programm jidħol kexxun fil-qafas regolatorju tas-sikurezza nukleari tal-UE. Partikolarment rilevanti għall-programm hemm: (i) id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv; (ii) id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom u l-emenda tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom, li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari; u (iii) id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi tas-sikurezza għal protezzjoni mill-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti. Se ikunu żgurati l-koerenza, il-konsistenza u s-sinerġiji tal-programm ma’ politiki u ma’ programmi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar [XXX].
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-bażi legali għall-programm hija stabbilita fil-Protokoll Nru 4 tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-2003, li jiddikjara li l-UE, b’solidarjetà mal-Litwanja, se tipprovdi assistenza Komunitarja addizzjonali adegwata għall-isforz tad-dekummissjonar wara l-2006.
Din il-bażi legali ġiet ikkonfermata mis-servizz legali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-proċess tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill 1369/2013 u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/101.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-programm Ignalina ġej mit-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja u hu impenn tal-Unjoni Ewropea għal-Litwanja. Il-programm jaqa’ fl-ambitu tal-Programm Nazzjonali Litwan skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom.
Sa mill-bidu, il-valur miżjud tal-UE permezz tal-programm kien ġie definit mil-lat ta’ sikurezza nukleari u ta’ mitigazzjoni finanzjarja. Jekk ma jingħatax kofinanzjament tal-UE, aktarx li jonqos ir-ritmu tal-proċess tad-dekummissjonar, u dan iwassal għal tneħħija tal-prijoritizzazzjoni tal-programm favur programmi nazzjonali oħra u għal telf tal-influwenza tal-UE fuq l-objettivi tas-sikurezza, li min-naħa tagħhom jistgħu jdgħajfu s-sikurezza tal-ħaddiema, tal-pubbliku ġenerali, u tal-ambjent. Fid-dawl tal-isfidi li fadal għas-sikurezza radjoloġika, il-programm fl-istadju attwali tal-iżvilupp tiegħu għadu jipprovdi valur f’dan ir-rigward. Iżda l-kontribut tiegħu jonqos b’mod naturali hekk kif javvanza d-dekummissjonar.
Il-programm jista’ jipprovdi wkoll valur miżjud tal-UE billi jżid l-enfasi fuq il-kondiviżjoni tal-għarfien u jgħin lill-Istati Membri, u possibbilment lill-pajjiżi terzi, li għandhom sfidi simili fil-pjanijiet tad-dekummissjonar tagħhom. Fil-fatt, il-kontribut tal-programm biex jiżgura ż-żarmar tar-reatturi ta’ Ignalina se jiġġenera esperjenza u għarfien rilevanti ħafna li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal proġetti oħra tad-dekummissjonar u jżidu l-livelli tas-sikurezza fi ħdan l-UE u lil hinn.
•Proporzjonalità
Fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (2028-2034), il-programm se jiffoka fuq l-isfidi tas-sikurezza radjoloġika relatati mad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fejn jista’ jinkiseb l-akbar valur miżjud tal-UE (jiġifieri t-tnaqqis progressiv tal-livell ta’ periklu radjoloġiku għall-ħaddiema, għall-pubbliku u għall-ambjent fil-Litwanja, iżda anki għall-UE kollha kemm hi).
•Għażla tal-istrument
Skont l-evalwazzjoni ex ante, l-objettiv tal-proposta jinkiseb l-aħjar permezz ta’ Regolament, bil-forma tal-istrument leġiżlattiv eżistenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li tkompli timplimenta l-programm b’ġestjoni indiretta permezz tal-entitajiet fdati vvalutati skont il-pilastru.
Barra minn hekk, skont l-evalwazzjoni interim tal-programm, l-istruttura attwali (jiġifieri l-programm Ignalina li huwa programm ta’ nfiq dedikat) tiżgura implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm, u l-fatturi ta’ suċċess huma definizzjoni ċara tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet, u qafas ta’ monitoraġġ imsaħħaħ.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Skont l-evalwazzjoni interim tiegħu, il-programm attwali hu koerenti mal-politiki tal-UE li huma maħsuba biex jiżguraw l-ogħla livell tas-sikurezza nukleari. L-appoġġ tal-UE jiżgura li l-istrateġija taż-żarmar immedjat fil-Litwanja tissokta b’mod kostanti u tevita li l-biċċa l-kbira tal-piż tintrefa’ mill-ġenerazzjonijiet futuri. Fl-istess ħin, għal raġunijiet storiċi, din tidderoga parzjalment mir-regola li l-Istat Membru kkonċernat jeħtieġlu jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija li jipprovdi riżorsi finanzjarji adegwati għad-dekummissjonar nukleari u għall-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv.
Il-Litwanja avvanzat b’mod effettiv u effiċjenti fid-dekummissjonar tar-reatturi tagħha f’konformità mal-linja bażi miftiehma fl-2020 (jiġifieri l-pjan tad-dekummissjonar). Iżda l-programm qed iġarrab xi dewmien minħabba sfidi u ostakli li jirriżultaw mill-kumplessità tiegħu. Minkejja dan, is-sistema tal-ġestjoni wriet li kapaċi tlaħħaq ma’ sfidi bħal dawn.
L-evalwazzjoni sabet ukoll li, bis-saħħa tal-finanzjament tal-UE permezz tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali, il-livelli tas-sikurezza fis-sit mistennija jitjiebu ferm. Fil-Litwanja, l-iżviluppi ewlenin fuq il-post jinkludu progress kostanti fi: (i) it-trattament tal-iskart mid-dekummissjonar u tal-iskart li ntiret; (ii) iż-żarmar tas-sistemi u tal-komponenti fil-parti ta’ fuq u ta’ isfel tal-qalba tar-reattur (imsejħa ż-żoni R1 u R2, rispettivament), kif ukoll tat-tubi fil-kanali tal-grafit; u (iii) it-tħejjijiet għaż-żarmar tal-grafit irradjat mill-qalba tar-reattur, li huwa l-ewwel proġett tat-tip tiegħu fuq skala bla preċedent.
L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li: (i) hemm bżonn miżuri mmirati li jottimizzaw il-pjan tal-persunal fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina, u għandha tingħata attenzjoni speċifika għal ħaddiema kwalifikati f’ċerti oqsma kritiċi bħalma huma l-akkwist; (ii) jekk jiġi stabbilit livell ta’ kontribuzzjoni nazzjonali se jgħin biex jiżdiedu l-kontabbiltà u d-deċiżjonijiet tal-benefiċjarju li jiffrankaw il-kostijiet; (iii) għalkemm meħtieġ, livell ta’ kontribuzzjoni nazzjonali speċifiku mhuwiex biżżejjed biex jinċentiva d-dekummissjonar fil-ħin u effiċjenti tal-impjant tal-enerġija nukleari.
Fid-dawl ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-bażi legali proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (2028-2034) se żżomm ir-rata ta’ kofinanzjament stabbilita fil-bażi legali attwali u se tintroduċi objettiv li jiġu ottimizzati l-organizzazzjoni u l-persunal tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina.
Skont l-evalwazzjoni interim, l-istruttura ta’ governanza żgurat implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm. Il-fatturi ta’ suċċess ewlenin kienu d-definizzjoni ċara tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet kif ukoll il-qafas ta’ monitoraġġ imsaħħaħ. L-analiżi identifikat ukoll l-oqsma li ġejjin għal aktar titjib:
(i)involviment aktar profond tal-Istat Membru ħalli tiżdied il-ħakma u tissaħħaħ il-kontabbiltà tal-operatur tad-dekummissjonar (il-benefiċjarju finali);
(ii)razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri biex jiżdiedu l-puntwalità u l-effettività taċ-ċiklu tal-ġestjoni;
(iii)allinjament aħjar mal-prestazzjoni ta’ programmi oħra tad-dekummissjonar.
Sa mill-bidu tal-programm, l-assistenza finanzjarja tal-UE ġiet implimentata b’ġestjoni indiretta. Il-Kummissjoni tipproponi li tkompli tafda l-implimentazzjoni tal-baġit tal-programm lill-entitajiet fdati attwali vvalutati skont il-pilastru.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Qabel saru l-proposti għall-programmi tal-UE permezz tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-2028-2034, kienu saru seba’ konsultazzjonijiet pubbliċi, inkluż dwar il-finanzjament tal-UE għas-suq uniku, u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, il-finanzjament tal-UE għall-kompetittività, u l-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-UE mal-Istati Membri u mar-reġjuni. Il-konsultazzjonijiet kellhom fil-mira firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, inkluż il-pubbliku ġenerali, in-negozji, l-SMEs, l-awtoritajiet pubbliċi, ir-riċevituri tal-finanzjament tal-UE, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-akkademiċi u l-partijiet ikkonċernati internazzjonali.
Il-parteċipanti fil-konsultazzjoni qablu fuq il-bżonn li jsiru investimenti razzjonalizzati fil-kompetittività u prijoritajiet oħra tal-UE kkomplementati b’investimenti fi proġetti speċifiċi fir-reġjuni tal-UE li jistgħu jgħinu l-kundizzjonijiet qafas, inkluż għal tkabbir sostenibbli. Pereżempju, ċerti partijiet ikkonċernati enfasizzaw il-ħtieġa ta’ appoġġ biex ir-reġjuni jkollhom l-għajnuna ħalli jadattaw għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, filwaqt li oħrajn enfasizzaw il-ħtieġa li tingħata spinta lill-investimenti fiż-żoni żvantaġġati, remoti u depopolati, jew fiż-żoni affettwati minn bidla strutturali.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Id-dokumenti użati bħala input għat-tħejjija tal-programm skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss jinkludu r-rapporti tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ assistenza tal-UE għad-dekummissjonar nukleari fil-Bulgarija, fis-Slovakkja u fil-Litwanja, u dwar il-programm tad-dekummissjonar u tal-immaniġġjar tal-iskart taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).
•Valutazzjoni tal-impatt
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju tal-UE 2024/2509 u mal-linji gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni aħjar, il-programmi li jipprovdu kontinwità f’termini ta’ kontenut u ta’ struttura, jew li għandhom baġit relattivament żgħir, ma jeħtiġux valutazzjoni tal-impatt. Għal dawk il-programmi, evalwazzjoni ex ante fil-forma ta’ dokument ta’ ħidma tal-persunal tkun biżżejjed. Għal dak il-għan, id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal mehmuż ma’ din il-proposta jissodisfa r-rekwiżiti tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni aħjar u jipprovdi l-analiżi neċessarja għat-tħejjija tal-proposta.
Il-progress miksub s’issa fil-Litwanja hu sinifikanti. Hu importanti li l-programm ikompli jingħata prijorità għal appoġġ ulterjuri mill-UE fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (2028-2034) għax dan għandu l-potenzjal li jagħti valur miżjud notevoli tal-UE kemm mil-lat ta’ sikurezza kif ukoll mil-lat ta’ kisba tal-għarfien. Li l-programm Ignalina jibqa’ programm ta’ nfiq dedikat tirrispondi b’mod aktar effettiv għall-bżonn ta’:
–ingranaġġ tal-UE fejn jidħlu l-objettivi tas-sikurezza;
–massimizzazzjoni tal-kisba tal-għarfien b’rabta mad-dekummissjonar tar-reatturi nukleari madwar l-UE u lil hinn.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Il-programm bħalissa qed jiġi implimentat b’ġestjoni indiretta, permezz ta’ korpi ta’ implimentazzjoni vvalutati skont il-pilastru. Skont l-evalwazzjoni interim tal-programm, l-istruttura attwali qed turi li tista’ tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm u għalhekk se tissokta tul il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, b’xi simplifikazzjonijiet abbażi ta’ tagħlimiet miksuba sal-lum tul l-implimentazzjoni.
Il-programm se jkompli juża l-programmazzjoni pluriennali prevista skont ir-Regolament Finanzjarju. Il-pjan pluriennali dettaljat tad-dekummissjonar se jintuża bħala linja bażi għall-programmazzjoni u għall-monitoraġġ, li se jtejjeb l-effiċjenza u l-puntwalità taċ-ċiklu tal-programmazzjoni. Dan il-pjan jista’ jiġi rivedut perjodikament kif teżiġi l-leġiżlazzjoni Litwana u skont il-progress miksub. Barra minn hekk, ir-rapportar annwali se jiġi ssimplifikat, f’konformità mal-qafas komuni tal-prestazzjoni għall-baġit ta’ wara l-2027.
Is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet possibbli bejn il-programmi tal-qafas finanzjarju pluriennali se jiġu sfruttati wkoll kull fejn ikun possibbli.
•Drittijiet fundamentali
Il-programm ma għandu l-ebda impatt fuq id-drittijiet fundamentali.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-allokazzjoni baġitarja proposta għall-2028-2034 hija EUR 678 000 000 bi prezzijiet attwali. Din tissejjes fuq l-iżborsi annwali mistennija previsti fil-pjan tad-dekummissjonar, filwaqt li jitqiesu l-livelli limitu proposti għall-kofinanzjament tal-UE. Filwaqt li l-linja bażi tistabbilixxi kurva tal-progress kważi lineari, qed jiġi previsti pjanijiet ta’ impenn u pjanijiet ta’ pagament annwali kontinwi, kif ippreżentat fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja u Diġitali Leġiżlattiva.
L-azzjonijiet kofinanzjati mill-programm finanzjarju propost huma bbażati fuq il-pjan tad-dekummissjonar dettaljat stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill 1369/2013. Dan il-pjan jistabbilixxi l-ambitu tal-programm, l-istat aħħari tad-dekummissjonar u d-data tat-tmiem. Ikopri l-attivitajiet tad-dekummissjonar, l-iskeda assoċjata tagħhom, u l-kostijiet u r-riżorsi umani meħtieġa. Il-pjan ġie aġġornat fl-2020, u hemm skedata reviżjoni oħra fl-2027 f’konformità mal-leġiżlazzjoni Litwana.
Ir-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm jibqgħu l-istess bħal tal-programm predeċessur.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Din l-inizjattiva se tiġi monitorjata permezz tal-qafas komuni tal-prestazzjoni għall-baġit ta’ wara l-2027. Skont dan il-qafas, waqt il-fażi ta’ implimentazzjoni tal-programm jenħtieġ li jiġi ppreżentat rapport ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, trid issir evalwazzjoni retrospettiva f’konformità mal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. L-evalwazzjoni jenħtieġ li ssir bi qbil mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar u tistrieħ fuq indikaturi rilevanti għall-objettivi tal-programm.
Fl-2014, il-Kummissjoni mmodifikat il-governanza tal-programm għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 biex tistabbilixxi rwoli u responsabbiltajiet aktar ċari u tintroduċi rekwiżiti aktar komprensivi ta’ ppjanar, ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar għall-benefiċjarji. Bi qbil ma’ dan l-approċċ ta’ governanza rivedut, il-Litwanja ħatret Koordinatur tal-Programm (Viċi Ministru jew segretarju tal-Istat) li hu responsabbli għall-programmazzjoni, il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-programm tad-dekummissjonar fil-livell nazzjonali. Ġie stabbilit ukoll kumitat b’funzjonijiet ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar, li hu kopresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u mill-Koordinatur tal-Programm.
Barra minn hekk, twaqqaf kumitat speċifiku għall-governanza taż-żarmar tal-qalba tar-reattur (il-proġett R3D), fid-dawl tar-rilevanza tal-attività kemm mil-lat ta’ kost kif ukoll mill-lat ta’ skeda. Fid-dawl tat-tul konsiderevoli tal-proċess tad-dekummissjonar, se jiġu adottati programmi ta’ ħidma pluriennali u deċiżjonijiet ta’ finanzjament, kif previst fir-Regolament Finanzjarju.
Il-Kummissjoni qed tippjana li tkompli tafda l-implimentazzjoni tal-baġit tal-programmi lill-entitajiet fdati attwali vvalutati skont il-pilastru (ġestjoni indiretta) jiġifieri lill-aġenzija nazzjonali Litwana, lill-Aġenzija Ċentrali għall-Ġestjoni tal-Proġetti (CPMA), u lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ). Barra minn hekk, id-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni se jkomplu jsegwu mill-qrib l-implimentazzjoni tal-proġetti permezz ta’ analiżijiet fuq il-post u mhux fuq il-post, kull sitt xhur, u jissupplimentaw iċ-ċiklu regolari tal-programmazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-kontroll b’verifiki tematiċi bbażati fuq rieżami tar-riskju.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-Artikolu 3 tal-att bażiku propost jistabbilixxi l-objettivi tal-programm għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034. Dawn jirriflettu ż-żewġ aspetti ewlenin tal-valur miżjud tal-UE permezz tal-programm, jiġifieri sikurezza nukleari aħjar, u għarfien akbar għall-Istati Membri tal-UE dwar il-proċess tad-dekummissjonar nukleari.
Ilkoll flimkien, l-Artikoli 3, 8 u 9 u l-Anness tal-proposta jistabbilixxu qafas li jiżgura li l-finanzjament rilevanti tal-UE jkun iffukat fuq azzjonijiet li verament jilħqu l-objettiv tal-programm. Dawn l-artikoli u l-Anness jiċċaraw ukoll il-livell ta’ sforz komuni bejn l-UE u l-Litwanja fid-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina.
Id-dispożizzjoni dwar il-kofinanzjament u l-istimi tal-kostijiet tal-pjan dettaljat tad-dekummissjonar jirriflettu l-impenn tal-UE għal-Litwanja kif stabbilit fit-Trattat ta’ Adeżjoni.
L-Artikolu 10 jipprevedi l-użu ta’ programmi ta’ ħidma pluriennali biex ikunu jirriflettu t-tul tal-programmi tad-dekummissjonar. Dan jistabbilixxi l-proċess għar-reviżjoni tal-ambitu tal-programm ta’ ħidma pluriennali u jipprovdi għodod adegwati lill-Kummissjoni biex, jekk ikun hemm bżonn, tintroduċi miżuri korrettivi.
L-Anness jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-objettivi speċifiċi tal-programm, jiġifieri li jissokta l-finanzjament tal-UE għal funzjonijiet essenzjali, bħas-sikurezza, filwaqt li jintużaw skemi ta’ kofinanzjament biex l-interessi tal-partijiet ikkonċernati lokali jiġu allinjati ma’ dawk tal-UE.
2025/0268 (NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja għall-perjodu 2028-2034, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2021/101
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u, b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)F’konformità mal-Protokoll Nru 4 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina mehmuż mal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, il-Litwanja impenjat ruħha li tagħlaq l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina sal-31 ta’ Diċembru 2004 u sal-31 ta’ Diċembru 2009 rispettivament, u li mbagħad tgħaddi għad-dekummissjonar ta’ dawk l-unitajiet.
(2)F’konformità mal-obbligi tagħha skont l-Att tal-Adeżjoni, u bl-assistenza tal-Unjoni, il-Litwanja għalqet iż-żewġ unitajiet fl-iskadenzi rispettivi u għamlet progress sinifikanti favur id-dekummissjonar tagħhom. Hemm bżonn aktar ħidma biex ikompli jonqos il-livell tal-periklu radjoloġiku. Abbażi tal-istimi disponibbli, għal dan il-għan wara l-2027 hemm bżonn riżorsi finanzjarji addizzjonali.
(3)Id-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari kopert minn dan ir-Regolament irid isir f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom, u dwar l-immaniġġjar tal-iskart, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom. Skont din il-leġiżlazzjoni, ir-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza nukleari u għas-sikurezza tal-fjuwil użat u tal-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv tibqa’ tal-Litwanja.
(4)Filwaqt li jirrikonoxxi li l-għeluq bikri u d-dekummissjonar konsegwenti tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina b’żewġ unitajiet tar-reatturi tat-tip RBMK ta’ 1 500 MW li ntirtu mingħand l-Unjoni Sovjetika, kellhom natura bla preċedent u għal-Litwanja kienu jirrappreżentaw piż finanzjarju eċċezzjonali mhux proporzjonat mad-daqs u mas-saħħa ekonomika tal-pajjiż, il-Protokoll Nru 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 iddikjara li l-assistenza tal-Unjoni permezz tal-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (il-“Programm”) għandha tissokta bla skossi u tiġi estiża wara l-2006, għall-perjodu tal-Perspettivi Finanzjarji li jmiss.
(5)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju indikattiv għall-programm.
(6)Waqt l-implimentazzjoni tal-programm, jenħtieġ li jiġu żgurati l-konsistenza, il-koerenza u s-sinerġiji mal-politiki u mal-programmi rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill [XXX].
(7)F’ambjent ekonomiku, soċjali u ġeopolitiku li tant qed jinbidel malajr, l-esperjenza riċenti wriet il-ħtieġa ta’ qafas finanzjarju pluriennali u programmi tal-infiq tal-Unjoni aktar flessibbli. Għal dak il-għan, u bi qbil mal-objettivi tal-programm, jenħtieġ li l-finanzjament iqis, kif xieraq, il-ħtiġijiet ta’ politika li dejjem qed jevolvu u l-prijoritajiet tal-Unjoni kif identifikati fid-dokumenti rilevanti ppubblikati mill-Kummissjoni, fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill, filwaqt li jiżgura prevedibbiltà suffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-baġit.
(8)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplika għall-Programm. Jistabbilixxi r-regoli dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, id-donazzjonijiet nonfinanzjarji, l-akkwist, il-ġestjoni indiretta, l-assistenza finanzjarja, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji.
(9)F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, biex jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
(10)Il-programm għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE) [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni] li jistabbilixxi r-regoli għat-traċċar tan-nefqa u l-qafas tal-prestazzjoni għall-baġit, inkluż regoli biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tal-prinċipji ta’ “l-ebda ħsara sinifikanti” u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri msemmijin fl-Artikolu 33(2), punti (d) u(f), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 rispettivament, regoli għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar il-prestazzjoni tal-programmi u tal-attivitajiet tal-Unjoni, regoli għall-istabbiliment ta’ portal tal-finanzjament tal-Unjoni, regoli għall-evalwazzjoni tal-programmi, kif ukoll dispożizzjonijiet orizzontali oħra applikabbli għall-programmi kollha tal-Unjoni bħal dawk dwar l-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà.
(11)Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura tal-għajnuna mill-Istat li tista’ ssir fil-ġejjieni f’konformità mal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
(12)Il-finanzjament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li jimplimentaw l-objettivi tas-sikurezza tad-dekummissjonar.
(13)Il-Programm jenħtieġ li jkun jinvolvi l-ħolqien tal-għarfien u l-kondiviżjoni tal-esperjenza. L-għarfien, l-esperjenza u t-tagħlimiet miksuba fil-kuntest tal-Programm b’rabta mal-proċess tad-dekummissjonar nukleari u tal-immaniġġjar tal-iskart jenħtieġ li jixterdu madwar l-Unjoni u lil hinn, b’koordinazzjoni u sinerġija mal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), għax miżuri bħal dawn iġibu l-akbar valur miżjud tal-UE u jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kif ukoll għall-ħarsien tal-ambjent. L-ambitu, il-proċedura u l-aspetti ekonomiċi tal-kooperazzjoni jenħtieġ li jiġu dettaljati fil-programmi ta’ ħidma pluriennali u jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal ftehimiet bejn l-Istati Membri jew bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.
(14)Il-JRC jenħtieġ li jiffaċilita d-disseminazzjoni tal-għarfien dwar id-dekummissjonar nukleari fost il-partijiet ikkonċernati differenti tal-Unjoni b’mod ikkoordinat, pereżempju billi jwettaq analiżi tas-suq, rieżamijiet u valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tal-għarfien fl-Unjoni u, meta rilevanti, f’pajjiżi terzi, filwaqt li jidentifika direzzjonijiet potenzjali għal kooperazzjoni, partijiet ikkonċernati interessati u sferi li fihom l-għarfien iġġenerat waqt l-implimentazzjoni tal-Programm jipprovdi l-akbar valur miżjud, u jiżviluppa formati għall-kondiviżjoni tal-għarfien. Id-disseminazzjoni tal-għarfien iġġenerat jenħtieġ li jiffinanzjaha l-JRC. Jenħtieġ li kwalunkwe Stat Membru jkun jista’ jibda l-iżvilupp ta’ rabtiet u ta’ skambji għad-disseminazzjoni tal-għarfien. Meta rilevanti, skambji bħal dawn jistgħu jkunu jinvolvu lil pajjiżi terzi, b’mod konsistenti u komplementari mal-azzjonijiet imwettqin skont ir-Regolament [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Ewropa Globali] u r-Regolament tal-Kunsill [XXX] [INSC-D].
(15)Id-dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina jenħtieġ li jsir abbażi tal-aqwa għarfien espert tekniku disponibbli u b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u tal-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-installazzjonijiet li jridu jiġu ddekummissjonati, biex ikunu żgurati s-sikurezza u l-ogħla livell ta’ effiċjenza possibbli, filwaqt li jitqiesu l-aqwa prattiki internazzjonali.
(16)Jenħtieġ li tinkiseb effiċjenza akbar fl-implimentazzjoni tal-Programm bi tnaqqis proporzjonat tal-ħaddiema li jkunu qed jaħdmu fuq l-attivitajiet tad-dekummissjonar fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina. Fid-dawl tal-attivitajiet taż-żarmar li jridu jsiru bejn l-2028 u l-2034 u meta titqies l-għażla tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina li jesternalizza ż-żarmar sħiħ taż-żoni ċentrali tax-xaft tar-reattur, it-tnaqqis tal-ħaddiema involuti fl-attivitajiet tad-dekummissjonar jenħtieġ li jkun imqar terz meta mqabbel mal-għadd ta’ ekwivalenti full-time (FTE) fi tmiem l-2024.
(17)Jenħtieġ li jkunu żgurati monitoraġġ u kontroll effettivi tal-evoluzzjoni tal-proċess tad-dekummissjonar mil-Litwanja u mill-Kummissjoni ħalli jkun żgurat l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni tal-finanzjament allokat skont dan ir-Regolament, minkejja li r-responsabbiltà aħħarija għad-dekummissjonar tibqa’ tal-Litwanja. Il-monitoraġġ u l-kontroll jinkludu kejl effettiv tal-progress, u l-promulgazzjoni ta’ miżuri korrettivi meta meħtieġ. Għal dak il-għan, bħala parti mill-programmi ta’ ħidma adottati f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/101, twaqqaf kumitat b’funzjonijiet ta’ monitoraġġ u ta’ informazzjoni, kopresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u tal-Litwanja.
(18)Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi rrieżaminat l-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għall-Programm, kif ukoll il-perjodu tal-programmazzjoni abbażi tar-riżultati tar-rapport ta’ implimentazzjoni.
(19)Jenħtieġ li l-attivitajiet kofinanzjati skont dan ir-Regolament jiġu identifikati fil-limiti stabbiliti mill-pjan tad-dekummissjonar ippreżentat mil-Litwanja skont ir-Regolament (Euratom) Nru 1369/2013, u r-reviżjonijiet sussegwenti tiegħu. Il-pjan tad-dekummissjonar jiddefinixxi l-ambitu tal-Programm, l-istat aħħari u d-data tal-għeluq tad-dekummissjonar; ikopri l-attivitajiet tad-dekummissjonar, l-iskeda assoċjata tagħhom, u l-kostijiet u r-riżorsi umani meħtieġa. Meta rilevanti u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi Litwana jew f’perjodu taż-żmien iqsar, f’każ ta’ xi avveniment sinifikanti li jħalli impatt fuq il-kontenut ta’ dak il-pjan, il-Litwanja jenħtieġ li tippreżenta pjan tad-dekummissjonar aġġornat lill-Kummissjoni għall-kunsiderazzjoni tagħha waqt it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma pluriennali.
(20)L-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm jenħtieġ li jsiru bi sforz finanzjarju konġunt tal-Unjoni u tal-Litwanja. Ġie stabbilit limitu massimu tal-kofinanzjament tal-Unjoni f’konformità mal-prattika tal-kofinanzjament stabbilita fil-programmi predeċessuri. Filwaqt li jitqiesu l-prattika ta’ programmi komparabbli tal-Unjoni u l-ekonomija msaħħa tal-Litwanja, mill-bidu tal-Programm sat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li tkun 86% tal-kostijiet eliġibbli. Il-bqija tal-finanzjament jenħtieġ li jipprovduh il-Litwanja u sorsi oħra li mhumiex il-baġit tal-Unjoni, bħal istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi oħrajn.
(21)Tqiesu kif xieraq ir-Rapport Speċjali Nru 22/2016 tal-Qorti tal-Awdituri, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, u t-tweġiba tal-Kummissjoni.
(22)Il-Programm jaqa’ fl-ambitu tal-Programm Nazzjonali Litwan skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom.
(23)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Programm, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(24)Jenħtieġ li l-metodi tal-implimentazzjoni u l-forom tal-finanzjament tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-attivitajiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta’ nonkonformità. Dak jenħtieġ li jkun jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
(25)Il-Programm jissostitwixxi l-programm stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/101 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. Għalhekk, dak ir-Regolament jenħtieġ li jitħassar,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (“il-Programm”) u jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit tiegħu għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2034, il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dak il-finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“dekummissjonar” tfisser miżuri amministrattivi u tekniċi li jippermettu t-tneħħija tal-kontrolli regolatorji kollha, jew ta’ wħud minnhom, minn faċilità nukleari u li għandhom l-għan jiżguraw il-protezzjoni fit-tul tal-pubbliku u tal-ambjent, inkluż it-tnaqqis tal-livelli tar-radjonuklidi residwi fil-materjali u fis-sit tal-faċilità;
(2)“pjan tad-dekummissjonar” tfisser id-dokument bl-informazzjoni dettaljata dwar id-dekummissjonar propost u li jkopri l-istrateġija tad-dekummissjonar magħżula; l-iskeda, it-tip u s-sekwenza tal-attivitajiet tad-dekummissjonar; l-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart applikata, inkluż l-ikklirjar; l-istat aħħari propost; il-ħżin u r-rimi tal-iskart mid-dekummissjonar; il-perjodu taż-żmien għad-dekummissjonar; l-istimi tal-kostijiet għat-tlestija tad-dekummissjonar; u l-objettivi, ir-riżultati mistennija, l-objettivi intermedji, id-dati ta’ mira, kif ukoll l-indikaturi tad-dekummissjonar ewlenin korrispondenti, inkluż l-indikaturi bbażati fuq il-valur miksub. Il-pjan ħejjieh id-detentur tal-liċenzja tal-faċilità nukleari u hu rifless fil-programmi ta’ ħidma pluriennali tal-Programm.
Artikolu 3
Objettivi tal-programm
1.Il-Programm għandu l-objettivi ġenerali li:
(a)il-Litwanja tiġi assistita fl-implimentazzjoni tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina, b’enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi tas-sikurezza radjoloġika u li tiġi ottimizzata l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-Programm bi tnaqqis proporzjonat tal-ħaddiema;
(b)jinħoloq għarfien dwar il-proċess tad-dekummissjonar nukleari u l-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-attivitajiet tad-dekummissjonar, u jingħataw prodotti ta’ għarfien espliċiti dwar materji ta’ governanza tad-dekummissjonar u tal-immaniġġjar tal-iskart, l-aqwa prattiki maniġerjali, u l-isfidi teknoloġiċi.
(c)L-għarfien imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jixtered fil-livell tal-Unjoni u lil hinn, fl-oqsma rilevanti kollha, bl-iżvilupp ta’ sinerġiji potenzjali tal-Unjoni, permezz tal-programm tal-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar (INSC-D), kif stabbilit fl-Artikolu [X] tar-Regolament (Euratom) [XXX].
2.Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jikkoordina l-istruttura u t-tixrid tal-għarfien, imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), lill-Istati Membri u, meta rilevanti, lil pajjiżi terzi. Dawk l-attivitajiet għandhom jiffinanzjawhom il-programm INSC-D u l-Unjoni permezz ta’ 100% tal-kostijiet eliġibbli.
3.L-objettiv speċifiku tal-Programm għandu jkun li jwettaq l-inġinerija, iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tat-tagħmir u tax-xaftijiet tar-reatturi ta’ Ignalina f’konformità mal-pjan tad-dekummissjonar, inkluż l-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-attivitajiet tad-dekummissjonar, u li jkompli l-ġestjoni sikura tad-dekummissjonar u tal-iskart li ntiret.
4.Id-deskrizzjoni dettaljata tal-objettiv speċifiku msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu hija stabbilita fl-Anness. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 4
Baġit
1.Il-pakkett finanzjarju indikattiv għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2034 huwa ffissat għal EUR 678 000 000 bi prezzijiet attwali.
2.L-impenji tal-baġit għal azzjonijiet li jtulu iżjed minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f’pagamenti parzjali annwali.
3.L-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni għal wara l-2034 biex ikopru l-ispejjeż neċessarji u biex jippermettu l-ġestjoni tal-azzjoni li ma titlestiex sa tmiem il-Programm.
4.Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-ammonti tar-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, tal-monitoraġġ, tal-kontroll, tal-awditjar u tal-evalwazzjoni, sistemi u pjattaformi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni u tal-viżibbiltà, inkluż il-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, u kull assistenza teknika u amministrattiva oħra jew spejjeż relatati mal-persunal imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.
Artikolu 5
Riżorsi addizzjonali
1.L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew partijiet terzi oħra, jistgħu jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji jew mhux finanzjarji addizzjonali għall-Programm. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2), il-punti (a), (d), jew (e) jew l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
2.Riżorsi allokati lill-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża jistgħu, meta jintalab minnhom, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament jew indirettament f’konformità mal-Artikolu 62(1)(a) jew (c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Dawn ir-riżorsi għandhom ikunu addizzjonali għall-ammont imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx għamlet impenn legali b’ġestjoni diretta jew indiretta għal ammonti addizzjonali li jsiru disponibbli għall-Programm b’dan il-mod, l-ammonti mhux impenjati korrispondenti jistgħu, meta jintalab mill-Istat Membru kkonċernat, jiġu trasferiti lura lejn programm sors rispettiv wieħed jew aktar jew lejn is-suċċessuri tagħhom.
Artikolu 6
Finanzjament alternattiv, ikkombinat u kumulattiv
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat f’sinerġija ma’ programmi oħra tal-Unjoni. Anki azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni tal-Unjoni mingħand programm ieħor tista’ tirċievi kontribuzzjoni mill-Programm. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti, jew inkella jista’ jiġi applikat sett uniku ta’ regoli għall-kontribuzzjonijiet kollha u jista’ jiġi konkluż impenn legali wieħed. Jekk il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun ibbażata fuq il-kostijiet eliġibbli, l-appoġġ kumulattiv mill-baġit tal-Unjoni ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
2.Il-proċeduri tal-għoti permezz tal-Programm jistgħu jsiru b’mod konġunt b’ġestjoni diretta jew indiretta minn Stati Membri, minn istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni, minn pajjiżi terzi, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew minn partijiet terzi oħra (“sħab fil-proċedura tal-għoti konġunta”), diment li jkun żgurat il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Tali proċeduri għandhom ikunu soġġetti għal sett uniku ta’ regoli u jwasslu għall-konklużjoni ta’ impenn legali uniku. Għal dak l-għan, is-sħab għall-proċedura tal-għoti konġunta jistgħu jagħmlu r-riżorsi disponibbli għall-Programm f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, jew is-sħab jistgħu jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-proċedura tal-għoti, meta applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Fil-proċeduri tal-għoti konġunti, ir-rappreżentanti tas-sħab tal-proċedura tal-għoti konġunta jistgħu jkunu wkoll membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
Artikolu 7
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, b’ġestjoni diretta jew indiretta mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 62(1), il-punt (c) ta’ dak ir-Regolament.
2.Il-finanzjament tal-Unjoni permezz tal-Programm jista’ jingħata bi kwalunkwe forma f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, b’mod partikolari, premjijiet, akkwist, u donazzjonijiet mhux finanzjarji.
Artikolu 8
Eliġibbiltà
1.Għall-finanzjament tal-Unjoni għandhom ikunu eliġibbli biss attivitajiet li jimplimentaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
2.Il-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 jistgħu jispeċifikaw f’aktar dettall il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament jew jistabbilixxu kriterji tal-eliġibbiltà addizzjonali għal azzjonijiet speċifiċi.
Artikolu 9
Rati tal-kofinanzjament
Ir-rata massima ġenerali tal-kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli permezz tal-Programm ma għandhiex tkun iżjed minn 86%. Il-bqija tal-finanzjament għandhom jipprovduh il-Litwanja u sorsi oħra li mhumiex il-baġit tal-Unjoni.
Artikolu 10
Programm ta’ ħidma
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat bil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.
2.Il-programmi ta’ ħidma għandhom ikunu jirriflettu l-pjan tad-dekummissjonar applikabbli li jrid iservi bħala l-linja bażi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm.
Artikolu 11
Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Meta l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob li jsir hekk.
Artikolu 12
Tħassir
Ir-Regolament (UE) 2021/101 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2028.
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika ta’ azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (UE) 2021/101, li dak ir-Regolament għandu jkompli japplika għalihom sal-għeluq tagħhom.
2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) 2021/101.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2028.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA12
1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva12
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)12
1.3.Objettiv(i)12
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali12
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi12
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija12
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni13
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:13
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva13
1.5.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fl-immedjat jew fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva13
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur li kieku kienu joħolqu l-Istati Membri waħedhom.13
1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi13
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra15
1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għal riallokazzjoni15
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha16
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)16
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI17
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar17
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll17
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet tal-pagament u tal-istrateġija tal-kontroll proposta17
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i tal-kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom17
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)17
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet18
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA20
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarji tan-nefqa affettwati20
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet20
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali20
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat21
3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali23
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24
3.2.3.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24
3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24
3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani24
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat24
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali25
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali26
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi27
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul27
4.Dimensjonijiet diġitali27
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali27
4.2.Data28
4.3.Soluzzjonijiet diġitali28
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà28
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali28
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva
Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja għall-perjodu 2028-2034, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2021/101
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
L-objettiv ġenerali tal-programm hu li jassisti lil-Litwanja fl-implimentazzjoni tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina, b’enfasi speċifika fuq il-ġestjoni tal-isfidi tas-sikurezza radjoloġika u fuq l-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm bi tnaqqis proporzjonat fil-ħaddiema.
Il-programm għandu joħloq għarfien dwar il-proċess tad-dekummissjonar nukleari u l-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-attivitajiet tad-dekummissjonar. Dak l-għarfien għandu jixtered fil-livell tal-Unjoni u, meta possibbli, lil pajjiżi terzi, b’mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-komponent intern tal-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar (INSC-D), kif definit fl-Artikolu [X] tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) [XXX]. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jikkoordina l-istrutturar u t-tixrid tal-għarfien lill-Istati Membri.
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
L-objettiv speċifiku tal-Programm hu li jwettaq iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tat-tagħmir u tax-xaftijiet tar-reatturi ta’ Ignalina f’konformità mal-pjan tad-dekummissjonar, inkluż l-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-attivitajiet tad-dekummissjonar, u li jkompli l-immaniġġjar sikur tad-dekummissjonar u tal-iskart li ntiret.
Id-deskrizzjoni dettaljata tal-objettiv speċifiku hija stabbilita fl-Anness.
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Sikurezza. Bis-saħħa tal-finanzjament tal-Unjoni se jinkisbu livelli sostanzjalment aħjar tas-sikurezza fis-siti.
Kisba tal-għarfien. L-esperjenza miksuba mill-proġetti implimentati tul il-programm Ignalina fil-Litwanja tipprovdi bażi solida ta’ għarfien fl-UE għat-twettiq tal-attivitajiet tad-dekummissjonar attwali u futuri. Dan il-programm kofinanzjat mill-UE jista’ jimmira li jsir punt referenzjarju sod għal materji relatati mal-governanza u għal prattiki tal-ġestjoni bħall-metodoloġiji tal-istima tal-kostijiet jew l-ippjanar, u sfidi teknoloġiċi persistenti bħaż-żarmar ta’ reatturi moderati bil-grafit u l-ġestjoni sussegwenti ta’ ammonti importanti ta’ grafit irradjat. L-għarfien espert u l-għarfien dwar id-dekummissjonar ikunu ta’ benefiċċju wkoll għall-pajjiżi terzi b’impjanti tal-enerġija nukleari li qed jeqdiemu.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
L-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-fini tal-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet ta’ dan il-Programm se jikkorrispondu għall-indikaturi komuni pprovduti skont ir-Regolament (UE) [XXX] [ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni].
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fl-immedjat jew fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Il-programm Ignalina jindirizza r-rekwiżiti tal-bażi legali tiegħu (jiġifieri t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja u, b’mod partikolari, il-Protokoll Nru 4 u l-Artikolu 56 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003).
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur li kieku kienu joħolqu l-Istati Membri waħedhom.
Bħala kundizzjoni għall-adeżjoni tagħha mal-UE, il-Litwanja impenjat ruħha li tagħlaq u mbagħad tiddekummissjona r-reatturi nukleari tat-tip ta’ Chernobyl fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina. Bħala att ta’ solidarjetà mal-Litwanja, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha fit-Trattat tal-Adeżjoni tal-Litwanja, li tipprovdi assistenza finanzjarja għad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina.
L-attivitajiet tad-dekummissjonar mexjin, iżda b’xi dewmien, meta mqabbla mal-Pjan tad-Dekummissjonar Finali tal-2020. Madankollu, hu fl-interess tal-Unjoni li tkompli tagħti appoġġ finanzjarju għad-dekummissjonar, u tikkontribwixxi biex ikun żgurat l-ogħla livell ta’ sikurezza tal-operat. Il-programm jagħti appoġġ sostanzjali u fit-tul għas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali, filwaqt li jevita d-degradazzjoni ambjentali u jiżgura progress reali favur is-sikurezza u s-sigurtà nukleari.
1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Saret evalwazzjoni interim tal-programm f’konformità mal-Linji gwida għal regolamentazzjoni aħjar. L-evalwazzjoni interim qieset u vvalutat ir-riżultati u l-impatti, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-programm. L-evalwazzjoni ffukat fuq il-perjodu 2021-2024 u, meta rilevanti, qieset ukoll il-qafas finanzjarju preċedenti (2014-2020).
Għall-evalwazzjoni interim, il-Kummissjoni ġabret informazzjoni u data rilevanti bl-involviment estensiv ta’ partijiet ikkonċernati ewlenin (jiġifieri Ministeri, korpi tal-implimentazzjoni, operaturi tad-dekummissjonar).
Il-konklużjonijiet ewlenin tal-evalwazzjoni interim tal-programm kienu:
Koerenza mal-politiki tal-UE. Il-programm hu koerenti mal-politiki tal-UE li huma maħsubin biex jiżguraw l-ogħla livell ta’ sikurezza nukleari. L-appoġġ tal-UE jiżgura li l-istrateġija immedjata taż-żarmar fil-Litwanja tiġi segwita b’mod kostanti u tevita li dan il-piż bla bżonn jingħadda lill-ġenerazzjonijiet futuri, filwaqt li jidderoga parzjalment għal raġunijiet storiċi, ir-responsabbiltà aħħarija tal-Istat Membru biex jiżgura riżorsi finanzjarji adegwati għad-dekummissjonar nukleari u l-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv.
Progress. Bi qbil mal-aspettattivi stabbiliti għall-QFP 2021-2027, il-Litwanja għamlet progress effettiv u effiċjenti fid-dekummissjonar tar-reatturi tagħha f’konformità mal-linja bażi (il-pjan tad-dekummissjonar); iżda, qed ikun hemm xi dewmien minħabba sfidi u ostakli relatati mal-kumplessità tal-programm.
Sikurezza. L-analiżi wriet ukoll li se jintlaħqu livelli tas-sikurezza sostanzjalment aħjar fis-sit bis-saħħa tal-finanzjament tal-Unjoni f’dan il-QFP. Il-fjuwil użat kollu tneħħa mill-binja tar-reattur u nħażen b’mod sikur f’faċilità mill-aktar avvanzata. Il-materjali tal-iskart li ntiret u tad-dekummissjonar qed jiġu trattati u kundizzjonati għar-rimi, bi tħejjija għaż-żarmar tal-grafit irradjat mill-qalba tar-reattur, li hu l-ewwel proġett tat-tip tiegħu fuq skala bla preċedent.
Ambitu finanzjarju. Il-pjan tad-dekummissjonar jippreżenta l-ambitu, l-iskeda u l-baġit tal-programm. Il-pjan bħalissa qed jiġi rivedut b’enfasi speċifika fuq l-iskeda, bħala riżultat tad-disinn kunċettwali tal-aktar proġett kritiku, jiġifieri ż-żarmar tal-qalba tar-reattur.
Kontribuzzjoni nazzjonali. Il-livelli miksuba tal-kontribuzzjoni nazzjonali jidhru xierqa biex tiġi sostnuta effiċjenza adegwata bbażata fuq livell adegwat ta’ kontabilità fil-livell nazzjonali li qed jinduċi mġiba li tfittex l-ekonomija min-naħa tal-benefiċjarji. Madankollu, id-definizzjoni ta’ livell limitu minimu għall-kontribuzzjoni nazzjonali hija kundizzjoni neċessarja iżda mhux suffiċjenti biex jiġu stabbiliti inċentivi għal dekummissjonar fil-ħin u effiċjenti. Għal dan il-għan, it-trasferiment espliċitu tar-riskji (kostijiet akbar milli ppjanat, dewmien) lill-Istat Membru jkun iħalli impatt ikbar. Din il-prattika diġà kienet ġiet introdotta, sa ċertu punt, waqt il-QFP attwali, fejn possibbli.
Governanza. L-istruttura tal-governanza żgurat implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm u kkumpensat għall-inċertezzi msemmija dwar l-aspetti ta’ kontribuzzjoni nazzjonali. Il-fatturi ta’ suċċess ewlenin kienu d-definizzjonijiet ċari tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet kif ukoll qafas ta’ monitoraġġ imsaħħaħ. L-analiżi identifikat ukoll oqsma għal aktar titjib, fosthom:
(i)
aktar involviment tal-Istat Membru biex jiksbu sjieda akbar, u kontabilità aktar b’saħħitha min-naħa tal-operatur tad-dekummissjonar (il-benefiċjarju finali);
(ii)
razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri biex tiżdied il-puntwalità taċ-ċiklu tal-ġestjoni;
(iii)
aktar interkomparabbiltà mal-prestazzjoni ta’ programmi oħra tad-dekummissjonar.
Objettivi. L-evalwazzjoni interim ikkonfermat li l-objettiv ġenerali u l-objettivi speċifiċi ewlenin tal-programm jibqgħu validi fil-QFP attwali. Iżda wħud mir-riżultati mistennija, mit-tappi, mid-dati fil-mira, u mill-indikaturi tal-prestazzjoni korrispondenti għandhom jiġu adattati skont l-aħħar aġġornamenti tal-pjan tad-dekummissjonar ħalli jkun jista’ jsir monitoraġġ effettiv għall-perjodu 2028-2034.
Kisba tal-għarfien. Fl-aħħar nett, l-evalwazzjoni interim enfasizzat li l-esperjenza miksuba s’issa mill-proġetti implimentati tul il-programm tipprovdi bażi solida ta’ għarfien fl-UE għat-twettiq tal-attivitajiet tad-dekummissjonar attwali u futuri. Dan il-programm kofinanzjat mill-UE jista’ jimmira li jsir punt referenzjarju sod għal materji relatati mal-governanza u għal prattiki tal-ġestjoni bħall-metodoloġiji tal-istima tal-kostijiet jew l-ippjanar, u sfidi teknoloġiċi persistenti bħaż-żarmar ta’ reatturi moderati bil-grafit u l-ġestjoni sussegwenti ta’ ammonti importanti ta’ grafit irradjat.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Jistgħu jintużaw strumenti oħra disponibbli tal-UE fir-reġjun ta’ Visaginas li jiżguraw il-komplementarjetajiet mal-programm Ignalina. Pereżempju, il-Fond ta’ Koeżjoni jista’ jappoġġa miżuri li jwieżnu t-tranżizzjoni soċjali u ekonomika relatata, fosthom miżuri għall-effiċjenza enerġetika u għall-enerġija rinnovabbli, kif ukoll ċerti attivitajiet oħra li mhumiex marbutin mal-proċessi tas-sikurezza radjoloġika. Bħala tali, dan il-Fond jista’ joħloq attivitajiet addizzjonali fir-reġjun u juża l-għarfien espert disponibbli lokalment bħala mutur ewlieni għall-ħolqien tax-xogħol, tkabbir sostenibbli u innovazzjoni.
Jenħtieġ li jiġu promossi sinerġiji mal-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar, b’mod partikolari fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-esperjenza u tal-għarfien.
1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għal riallokazzjoni
Il-valutazzjoni tal-alternattivi differenti tal-finanzjament għall-programm tul il-QFP li jmiss, tqiesu t-tliet alternattivi ta’ politika li ġejjin:
–
Alternattiva ta’ Politika 1 – Waqfien tal-programm Ignalina;
–
Alternattiva ta’ Politika 2 – Implimentazzjoni tal-programm Ignalina bi strumenti ta’ ġestjoni kondiviża;
–
Alternattiva ta’ Politika 3 – Il-programm Ignalina bħala programm ta’ nfiq dedikat.
L-Alternattiva ta’ Politika 1 (waqfien) ma tibqax issegwi l-objettivi tas-sikurezza tal-programm u ma tibqax tisfrutta l-għarfien miksub favur Stati Membri oħra tal-UE; barra minn hekk, mil-lat politiku, l-Unjoni tkun qed tinjora l-prinċipju tas-solidarjetà li fuqu jissejjes il-programm s’issa, b’effett negattiv fuq is-sentiment Ewropew fil-Litwanja.
Prinċipalment, id-differenza bejn l-Alternattivi ta’ Politika 2 u 3 hija mil-lat ta’ suġġett (koeżjoni vs. sikurezza) u mil-lat ta’ mekkaniżmu tat-twettiq (FSIE vs. programm ta’ nfiq dedikat).
It-tnejn huma soluzzjoni adegwati biex jindirizzaw il-ħtieġa li tiżdied is-sjieda tal-Istat Membru benefiċjarju u biex jipprovdu inċentivi aktar sodi ħalli d-dekummissjonar jitwettaq fil-ħin u b’mod effiċjenti. Iżda l-Alternattiva ta’ Politika 3 tindirizza b’mod aktar effettiv il-ħtiġijiet ta’:
–
ingranaġġ tal-UE fejn jidħlu l-objettivi tas-sikurezza;
–
sfruttament tal-għarfien miksub għad-dekummissjonar tar-reatturi nukleari mal-UE kollha u lil hinn.
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
–
fis-seħħ mill-[01/01]2028 sal-[31/12]2034
–
impatt finanzjarju mill-2028 sal-2034 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2028 sal-2036 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
– durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
– mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
– lill-korpi tad-dritt pubbliku
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
– korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
Kummenti
L-entitajiet fdati attwali vvalutati skont il-pilastru għall-programm Ignalina (CPMA, BERŻ) se jibqgħu l-korpi tal-implimentazzjoni tul il-QFP 2028-2034.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Ir-regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar għal dan il-Programm se jimxu mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għat-trekkjar tan-nefqa baġitarja u għall-prestazzjoni tal-baġit, u regoli orizzontali oħra għall-programmi u għall-attivitajiet tal-Unjoni (“ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni”, COM(2025) 545).
Barra minn hekk, l-implimentazzjoni operazzjonali tal-programm Ignalina timmonitorjaha l-Kummissjoni b’governanza ġdida u billi tintroduċi aktar rekwiżiti ta’ ppjanar, ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar għall-benefiċjarji. Bi qbil ma’ dan l-approċċ ta’ governanza rivedut, il-Litwanja ħatret Koordinatur tal-Programm (Viċi Ministru jew segretarju tal-Istat) li hu responsabbli għall-programmazzjoni, il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-programm tad-dekummissjonar fil-livell nazzjonali. Hemm stabbilit kumitat b’funzjonijiet ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar, u dan hu kopresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u mill-Koordinatur tal-Programm. Darbtejn fis-sena, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jagħmlu żjarat fuq il-post biex jivverifikaw il-progress fiżiku.
Twaqqaf ukoll kumitat speċifiku għall-governanza taż-żarmar tal-qalba tar-reattur (proġett R3D), fid-dawl tar-rilevanza tal-attività mil-lat ta’ kost u skeda.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet tal-pagament u tal-istrateġija tal-kontroll proposta
Permezz tal-evalwazzjoni interm tal-programm Ignalina, l-istruttura attwali ta’ governanza wriet li tiżgura implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm. Il-fatturi ta’ suċċess ewlenin huma d-definizzjonijiet ċari tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet, kif ukoll il-qafas ta’ monitoraġġ imsaħħaħ.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i tal-kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom
Ir-riskji relatati mal-implimentazzjoni tal-programmi jiddaħħlu f’inventarju abbażi ta’ analiżijiet mhux fuq il-post, ta’ missjonijiet biennali ta’ monitoraġġ fuq il-post, u tal-użu tal-Metodu tal-Valur Miksub li jippermetti l-iskoperta bikrija ta’ dewmien u ta’ kostijiet akbar milli ppjanati. Imbagħad, ir-riskji jiġu vvalutati skont proċedura li tiffavorixxi approċċ kwantitattiv. Ir-reġistru tar-riskji u l-azzjonijiet assoċjati jiġu rieżaminati u rreġistrati mqar darbtejn fis-sena. Ir-riskji tal-implimentazzjoni tal-aktar proġetti importanti jiġu segwiti b’mod paralleli mas-sistemi tal-ġestjoni tar-riskju eżistenti tal-korpi tal-implimentazzjoni u tal-benefiċjarji.
Ir-rieżami tar-riskji jipprovdi l-informazzjoni biex jinħoloq approċċ tal-monitoraġġ u tal-kontroll ibbażat fuq ir-riskji, inkluż jiġi aġġornat ir-rekwiżit tar-rapportar ħalli ssir enfasi fuq l-oqsma tar-riskju, jiġu definiti l-prijoritajiet għall-missjonijiet tal-monitoraġġ u jinbdew verifiki tematiċi addizzjonali.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Il-kost tal-kontroll relatat mal-programm Ignalina jinkludi żewġ elementi separati. Fuq naħa hemm il-kost tal-kontrolli mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni u fuq in-naħa l-oħra hemm ir-remunerazzjoni mħallsa lill-entità fdata għall-kontrolli mwettqa fil-livell tal-entità. Il-kost fil-livell tal-Kummissjoni mistenni jibqa’ stabbli, b’mod ġenerali. Fl-aħħar 3 snin, il-kost stmat tal-kontroll għas-CPMA u għall-BERŻ għall-operazzjonijiet Litwani kien stmat għal madwar 0,3% sa 0,6% tal-fondi ġestiti. Ir-remunerazzjoni mħallsa lill-entitajiet fdati mistennija tibqa’ bbażata fuq l-ammont ikkontrollat, skont il-prinċipji ddeterminati mir-regoli tal-fond (il-BERŻ EUR 1,96 miljun fl-2024 jew 5,5% tal-valur tal-proġetti) jew skont il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni (is-CPMA: EUR 1,08 miljun fl-2024 jew 3,5% tal-valur tal-proġetti).
Maż-żmien, il-programm wera li kien kosteffettiv, u l-istruttura tal-kostijiet tiegħu baqgħet ekonomika, b’mod ġenerali (il-kost tal-kontroll fil-livell tal-Kummissjoni baqa’ ferm inqas mill-1%).
L-istruttura tal-kontroll li, minn naħa, tistrieħ fuq l-għarfien espert iġġenerat mill-BERŻ u mis-CPMA u fuq monitoraġġ imsaħħaħ tar-riskji u tal-operazzjonijiet mill-Kummissjoni, titqies sod u effettiva. Hemm flussi solidi tal-informazzjoni fis-seħħ, li jappoġġaw l-assigurazzjoni tad-DĠ ENER f’dan ir-rigward. Iż-żewġ entitajiet fdati ġew ivvalutati skont il-pilastru. Ma kien hemm l-ebda osservazzjoni sinifikanti riċenti tal-awditjar fir-rigward tan-nefqa. Fis-snin riċenti, ir-riskju ta’ errur kien stmat għal 0,5% mal-ħlas u għal madwar 0,3% fl-għeluq.
L-objettiv tas-sistema tal-kontroll hu li żżomm il-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) inqas mill-livell limitu tal-materjalità ta’ 2% kull sena.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Minn Novembru 2013, id-DĠ ENER żviluppa u implimenta l-istrateġija tiegħu stess kontra l-frodi, f’konformità mal-gwida stabbilita fil-metodoloġija tal-OLAF. L-istrateġija ġiet aġġornata l-aħħar f’Ottubru 2020, u l-pjan ta’ azzjoni mehmuż magħha kompla jiġi aġġornat f’Lulju 2023. Id-DĠ ENER kommess li jaġġorna l-Istrateġija tiegħu Kontra l-Frodi kull sentejn sa kull tliet snin.
L-istrateġija attwali nbniet fuq l-analiżi tal-vulnerabbiltajiet tar-riskji ta’ frodi ħalli jkun żgurat li r-riskji ta’ frodi jkunu speċifiċi għad-DĠ ENER u jinftiehmu fil-kuntest usa’. Din il-valutazzjoni kkonkludiet li d-DĠ ENER hu soġġett għal riskji relatati mal-frodi ta’ livell moderat u baxx.
Il-kontrolli maħsuba biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet huma kkomplementati mill-pjanijiet ta’ azzjoni mehmużin mal-istrateġija.
Dan il-pjan ta’ azzjoni jiżgura b’mod partikolari:
–
Li jkun hemm fis-seħħ regoli interni għall-ġestjoni u għar-rapportar ta’ suspetti ta’ frodi;
–
Assenjar ċar tar-responsabbiltajiet għall-azzjonijiet kontra l-frodi bejn l-unitajiet u l-funzjonijiet;
–
Li waqt l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskji annwali għall-Pjan ta’ Ġestjoni jiġu kkunsidrati r-riskji ta’ frodi potenzjali;
–
Attendenza regolari għan-network għall-Prevenzjoni u d-Detezzjoni tal-Frodi u għal-laqgħat tal-Kumitat dwar il-Frodi u l-Irregolarità, kif ukoll kuntatti ma’ DĠs u ma’ servizzi oħra;
–
Li l-funzjoni tal-Korrispondent Lokali Kontra l-Frodi titħaddem f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni komuni għall-familja tar-Riċerka;
–
Li jkun hemm livell xieraq ta’ kooperazzjoni mal-OLAF;
–
Li l-persunal ikollu aċċess għal sessjonijiet perjodiċi ta’ kisba tal-għarfien, taħriġ u, meta meħtieġa, inizjattivi oħra li jsawru l-kapaċitajiet;
–
Li s-suġġetti b’riskju potenzjalment akbar jiġu vvalutati kif xieraq.
L-implimentazzjoni tal-istrateġija tiġi monitorjata u rapportata mqar darbtejn fis-sena lill-meniġment tad-DĠ ENER.
Il-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju fis-seħħ għall-programm iqis kif xieraq ir-riskji ta’ konformità u ta’ integrità. Hemm fis-seħħ flussi tal-informazzjoni sodi bejn il-Kummissjoni u l-entitajiet fdati ħalli jkun żgurat li l-problemi potenzjali jiġu rrapportati.
L-entitajiet fdati jaqdu rwol ewlieni, b’ġestjoni indiretta, fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet. Il-valutazzjonijiet suċċessivi tal-pilastri ttestjaw il-preżenza ta’ kontrolli adegwati u effettivi f’dan ir-rigward. Il-BERŻ għandu politiki sodi biex jiżgura l-konformità u l-integrità kif ukoll biex jevita l-kunflitti ta’ interess. Is-CPMA stabbiliet il-kontrolli meħtieġa u hija soġġetta għal awditi perjodiċi mill-korpi nazzjonali tal-awditjar. Barra minn hekk, ir-regoli tal-programm jiżguraw aċċess xieraq għall-persunal, għall-binjiet u għall-informazzjoni, mhux biss għall-korpi nazzjonali tal-awditjar iżda anki għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri u għall-awtoritajiet investigattivi.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarji tan-nefqa affettwati
·Linji baġitarji ġodda mitluba
·Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
Mingħand pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
2
|
04 01 05 Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm Ignalina
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
2
|
04 06 01Assistenza għad-dekummissjonar nukleari għal-Litwanja
|
Diff
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
2
|
Dekummissjonar nukleari fil-Litwanja
|
|
DĠ: ENER (PREZZIJIET ATTWALI - EUR MILJUN)
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
Sena 2031
|
Sena 2032
|
Sena 2033
|
Sena 2034
|
TOTAL QFP
2028-2034
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
04 06 01Assistenza għad-dekummissjonar nukleari għal-Litwanja
|
Impenji
|
(1a)
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
04 01 05 Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm Ignalina
|
|
(3)
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ ENER
|
Impenji
|
=1a+3
|
91
|
124
|
87
|
84
|
94
|
94
|
104
|
678
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+3
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
4
|
“Nefqa amministrattiva”
|
|
|
|
|
|
DĠ: ENER
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
Sena 2031
|
Sena 2032
|
Sena 2033
|
Sena 2034
|
TOTAL QFP 2028-2034
|
|
Riżorsi umani
|
0,564
|
0,564
|
0,564
|
0,564
|
0,564
|
0,564
|
0,564
|
3,948
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,070
|
0,070
|
0,070
|
0,070
|
0,070
|
0,070
|
0,070
|
0,490
|
|
TOTAL TAD-DĠ ENER
|
Approprjazzjonijiet
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
4,438
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
4,438
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
Sena 2031
|
Sena 2032
|
Sena 2033
|
Sena 2034
|
TOTAL QFP
2028-2034
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
|
Pagamenti
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
3.2.2.
Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)
L-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-fini tal-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet ta’ dan il-programm se jikkorrispondu għall-indikaturi komuni pprovduti skont ir-Regolament [XXX] [ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni].
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
|
|
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
Sena 2031
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.
Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
Sena 2031
|
Sena 2032
|
Sena 2033
|
Sena 2034
|
TOTAL
2028-2034
|
|
INTESTATURA 4
|
|
Riżorsi umani
|
0,564
|
0,564
|
0,564
|
0,564
|
0,564
|
0,564
|
0,564
|
3,948
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,070
|
0,070
|
0,070
|
0,070
|
0,070
|
0,070
|
0,070
|
0,490
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 4
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
4,438
|
|
Barra mill-INTESTATURA 4
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
pm
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
pm
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 4
|
|
|
|
|
|
|
|
pm
|
|
|
|
TOTAL
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
0,634
|
4,438
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jkopruhom l-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà ġew assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni bil-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.4.
Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4.1.
Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
Sena 2031
|
Sena 2032
|
Sena 2033
|
Sena 2034
|
|
• Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
3
|
3
|
3
|
3
|
3
|
3
|
3
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
• Persunal estern (f’FTEs)
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linja ta’ appoġġ amministrattiv
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
[XX.01.YY.YY]
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 4
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 4
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
TOTAL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):
|
|
Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni
|
Persunal addizzjonali eċċezzjonali*
|
|
|
|
Għandu jiġi ffinanzjat mill-Intestatura 4 jew minn Riċerka
|
Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA
|
Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal
|
3
|
0
|
M/A
|
M/A
|
|
Persunal estern (CA, SNEs, INT)
|
0
|
0
|
M/A
|
M/A
|
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Ġestjoni tal-Programm
Monitoraġġ u kontroll
Rapportar
Kontroll finanzjarju.
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.5.
Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
Obbligatorja: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.
B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.
L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li jrid jintuża għal użu mill-ġdid/xiri/żvilupp ta’ pjattaformi jew għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (eż. liċenzji, studji, ħżin tad-data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
Sena 2031
|
Sena 2032
|
Sena 2033
|
Sena 2034
|
TOTAL QFP 2028-2034
|
|
INTESTATURA 4
|
|
Nefqa tal-IT (korporattiva)
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,175
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 4
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,175
|
|
Barra mill-INTESTATURA 4
|
|
Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 4
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
|
TOTAL
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,025
|
0,175
|
3.2.6.
Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)
tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP
tirrikjedi reviżjoni tal-QFP
3.2.7.
Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Total
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
|
Speċifika l-korp tal-kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq dħul ieħor
indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
Sena 2031
|
Sena 2032
|
Sena 2033
|
Sena 2034
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarji tan-nefqa affettwati.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew informazzjoni oħra).
4.Dimensjonijiet diġitali
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
|
Il-proposta attwali titqies li ma għandhiex rilevanza diġitali. Din la tintroduċi, la timmodifika u lanqas ma taffettwa l-użu ta’ mezzi diġitali, aspetti tad-data, jew il-forniment ta’ servizzi pubbliċi diġitali. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta hu limitat għall-istabbiliment ta’ programm ta’ assistenza finanzjarja għad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja, inkluż id-dispożizzjonijiet baġitarji, proċedurali u ta’ implimentazzjoni relatati. Dawn huma dispożizzjonijiet proċedurali u relatati mal-baġit li ma jinvolvu l-ebda bidla sostantiva fir-rigward tal-aspetti diġitali. Għalhekk, il-proposta ma teħtieġx l-applikazzjoni tal-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku”.
|
4.2.Data
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali