Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025DP0342

P10_TA(2025)0342 — Ħatra ta’ Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) — Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2025 dwar il-proposta għall-ħatra ta’ Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (N10-0078/2025 – C10-0332/2025 – 2025/0905(NLE)) (Approvazzjoni)

ĠU C, C/2026/2179, 6.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2179/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2179/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2179

6.5.2026

P10_TA(2025)0342

Ħatra ta’ Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2025 dwar il-proposta għall-ħatra ta’ Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (N10-0078/2025 – C10-0332/2025 – 2025/0905(NLE))

(Approvazzjoni)

(C/2026/2179)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord Ġenerali tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tad-9 ta’ Diċembru 2025 (id-Deċiżjoni GBSUP 7/2025 (id-Deċiżjoni GBFIU 11/2025)),

wara li kkunsidra l-Artikolu 63(4) tar-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 (1),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-22 ta’ Ottubru 2025 rigward ir-Regoli dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti tal-Parlament Ewropew jew persuni oħra fil-bordijiet tat-tmexxija jew pożizzjonijiet oħra ta’ aġenziji u korpi,

wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0267/2025),

A.

billi l-Artikolu 63(4) tar-Regolament (UE) 2024/1620 jipprevedi li l-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità Eżekuttiva għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu għandhom jintgħażlu abbażi tal-mertu, tal-ħiliet, tal-għarfien, tal-integrità, tal-pożizzjoni rikonoxxuta u tal-esperjenza fil-qasam tal-AML/CFT u ta’ kwalifiki rilevanti oħra;

B.

billi l-Parlament huwa impenjat biex jiżgura l-bilanċ bejn il-ġeneri f’karigi eżekuttivi fl-istituzzjonijiet, fil-korpi u fl-aġenziji tal-Unjoni; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri; billi l-Parlament jistenna li jirċievi lista qasira ta’ mill-inqas żewġ kandidati kwalifikati għal ħatriet futuri bil-ħsieb li tiġi ppreservata rappreżentanza bbilanċjata bejn il-ġeneri fil-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu kif imsemmi fil-premessa 66 tar-Regolament (UE) 2024/1620;

C.

billi b’konformità mal-Artikolu 63(4) tar-Regolament (UE) 2024/1620, fit-12 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni adottat lista qasira b’kandidat għall-kariga ta’ Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u pprovdiet il-lista qasira lill-Parlament;

D.

billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern imbagħad evalwaw il-kredenzjali tal-kandidat fil-lista qasira għall-kariga ta’ Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2024/1620;

E.

billi fit-2 ta’ Diċembru 2025, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern organizzaw seduta ta’ smigħ mas-Sa Henrica Maria Verbeek-Kusters, fejn għamlet stqarrija preliminari u mbagħad wieġbet mistoqsijiet li ressqu l-membri tal-Kumitati;

F.

billi fid-9 ta’ Diċembru 2025, il-Bord Ġenerali tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu adotta proposta biex is-Sa Henrica Maria Verbeek-Kusters tinħatar bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u bagħat dik il-proposta lill-Parlament;

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra tas-Sa Henrica Maria Verbeek-Kusters bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)   ĠU L, 2024/1620, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1620/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2179/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top