Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025DP0148

P10_TA(2025)0148 — Ebda oġġezzjoni għal att delegat: li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2025/530 dwar id-data tal-applikazzjoni tiegħu — Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2025 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/530 dwar id-data tal-applikazzjoni tiegħu (C(2025)03819 – 2025/2766(DEA))

ĠU C, C/2026/1454, 31.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1454/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1454/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1454

31.3.2026

P10_TA(2025)0148

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2025/530 dwar id-data tal-applikazzjoni tiegħu

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2025 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/530 dwar id-data tal-applikazzjoni tiegħu (C(2025)03819 – 2025/2766(DEA))

(C/2026/1454)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2025)03819),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2025, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 25 ta’ Ġunju 2025,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) u (3) u l-Artikolu 11a(5) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/530 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 114(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma saret fil-perjodu stabbilit fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 114(6) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li skada fit-8 ta’ Lulju 2025,

A.

billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/530 jinkludi r-Repubblika tal-Ghana u d-Diviżjoni tal-Iżvilupp tal-Industrija tal-Injam tagħha fil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005, u l-lista ta’ prodotti koperti mill-iskema ta’ liċenzjar għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija, u Kummerċ fis-Settur tal-Forestrija (FLEGT) fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament; billi l-kummerċ tal-injam bejn l-Unjoni u l-Ghana huwa rregolat mill-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ghana dwar l-infurzar tal-liġi għall-foresta, il-governanza u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam fil-Komunità (il-“Ftehim”) (3); billi r-Regolament Delegat (UE) 2025/530 għandu japplika mit-8 ta’ Lulju 2025;

B.

billi t-tħejjijiet għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT qed jieħdu aktar żmien milli mistenni u l-Ghana mhux se tibda toħroġ il-liċenzji FLEGT qabel it-30 ta’ Ġunju 2025; billi l-vjeġġi mill-Ghana jieħdu bejn ġimagħtejn u tmien ġimgħat biex jaslu fl-Unjoni, u dan jikkawża riskju li l-vjeġġi, li jitilqu mill-Ghana qabel it-30 ta’ Ġunju 2025 iżda li jaslu fl-Unjoni wara t-8 ta’ Lulju 2025, ma jkunux akkumpanjati minn liċenzja FLEGT u għalhekk mhux se jkunu jistgħu jidħlu fl-Unjoni;

C.

billi hemm riskju sinifikanti li l-vjeġġi tal-injam li jaslu fl-Unjoni mit-8 ta’ Lulju 2025 ’il quddiem jistgħu ma jkunux koperti minn liċenzja FLEGT peress li jistgħu jkunu ntbagħtu qabel ma l-Ghana tibda toħroġ il-liċenzji FLEGT; billi dan jista’ jiġġenera tfixkil fil-kummerċ, jimmina l-kredibbiltà tal-Ftehim bħala strument li jiffaċilita l-kummerċ u jkollu impatt negattiv fuq l-operaturi ekonomiċi kemm fil-Ghana kif ukoll fl-Unjoni;

D.

billi d-data meta għandu jibda japplika r-Regolament Delegat (UE) 2025/530 għandha tiġi adattata, sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex il-vjeġġi li jitilqu mill-Ghana qabel it-30 ta’ Ġunju 2025 jaslu fl-Unjoni mingħajr l-obbligu li jkunu koperti minn liċenzja FLEGT;

E.

billi r-Regolament Delegat (UE) 2025/530 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)   ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2173/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/530 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 wara Ftehim ta’ Sħubija Volontarju mar-Repubblika tal-Ghana għal skema ta’ liċenzjar għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija, u Kummerċ fis-Settur tal-Forestrija (FLEGT) għall-importazzjonijiet ta’ injam lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L, 2025/530, 20.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/530/oj).

(3)  Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ghana dwar l-infurzar tal-liġi għall-foresta, il-governanza, u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam fil-Komunità (ĠU L 70, 19.3.2010, p. 3).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1454/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top