IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.3.2025
COM(2025) 70 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Rapport ta’ kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ self, immaniġġjar tad-dejn u oħrajn relatati mas-self skont l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023)8010
L-1 ta’ Jannar 2024 sat-30 ta’ Ġunju 20240
Werrej
1.Fil-qosor
2.Introduzzjoni
3.Implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self fit-tieni nofs tal-2024
4.Kost tal-finanzjament u bilanċi tal-likwidità
5.Passi biex tiġi żviluppata aktar l-ekosistema għall-Bonds tal-UE
6.Stadji importanti oħra fit-tieni nofs tal-2024
7.Prospettiva tal-ħruġ għall-ewwel nofs tal-2025
FINANZJAMENT MIĠBUR fit-tieni nofs tal-2024
UŻU TAR-RIKAVATI
Sa mill-bidu tal-programm
L-ammonti kollha f’biljuni ta’ EUR
BONDS TAL-UE PENDENTI
fil-31/12/2024
|
INFORMAZZJONI EWLENIJA dwar it-tieni nofs tal-2024
-Erba’ sindakazzjonijiet u sitt irkanti ġabru EUR 64,3 biljun, b’maturità medja ta’ madwar 12-il sena, u b’hekk it-total tal-finanzjament fit-tul miġbur fl-2024 tela’ għal EUR 138,1 biljun.
-Il-biċċa l-kbira tal-fondi ntużaw għal NextGenerationEU (EUR 72,2 biljun) bi żborżi addizzjonali bis-saħħa tal-Faċilità għall-Ukrajna (EUR 5,2 biljun) u tal-programmi ta’ self għall-assistenza makrofinanzjarja (AMF) lill-Eġittu (EUR 1 biljun) u lill-Moldova (EUR 95 miljun).
-Il-kost tal-finanzjament kien ta’ 2,97 % għal NextGenerationEU (meta mqabbel ma’ 3,19 % fl-ewwel nofs tal-2024), u 2,68 % għall-Faċilità għall-Ukrajna u l-AMF għall-Eġittu.
|
1.Fil-qosor
Fit-tieni nofs tal-2024, l-UE ġabret EUR 64,3 biljun f’finanzjament fit-tul permezz ta’ erba’ sindakazzjonijiet u sitt irkanti, f’konformità mal-mira fil-pjan ta’ finanzjament ippubblikat f’Ġunju 2024. EUR 8 biljun minn dawk l-EUR 64,3 biljun f’finanzjament fit-tul inġabru permezz tal-bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU (NGEU). Flimkien mal-EUR 73,8 biljun miġbura fl-ewwel nofs tal-2024, dak il-ħruġ ġab il-finanzjament totali fit-tul miġbur fl-2024 għal EUR 138,1 biljun – l-ogħla ammont f’bonds maħruġa mill-UE f’sena waħda. Sa tmiem l-2024, l-UE kellha EUR 578,2 biljun f’Bonds tal-UE pendenti (b’medja tal-maturità li jifdal ta’ madwar 12-il sena), li minnhom EUR 68,2 biljun kienu fil-forma ta’ bonds ekoloġiċi tal-NGEU.
Ir-rikavati miġbura mill-ħruġ tal-Bonds tal-UE ppermettew lill-Kummissjoni tkompli twieġeb għall-prijoritajiet ta’ politika fl-UE u fil-viċinat tagħha. B’mod speċifiku, fit-tieni nofs tal-2024, ġew żborżati EUR 72,2 biljun minn dawk ir-rikavati biex jiġu implimentati l-investimenti u r-riformi tal-NGEU. L-Ukrajna rċeviet EUR 5,2 biljuni taħt il-Faċilità għall-Ukrajna, u EUR 1,1 biljun oħra f’rikavati ntużaw biex jiffinanzjaw EUR 1 biljun u EUR 95 miljun f’assistenza makrofinanzjarja (AMF) għall-Eġittu u l-Moldova rispettivament.
Il-kost tal-finanzjament tal-UE kompla jonqos għal 2,97 %, meta mqabbel ma’ 3,19 % għall-perjodu ta’ finanzjament preċedenti. It-tnaqqis fil-kost ġenerali tal-finanzjament tal-UE kien spjegat minn kundizzjonijiet tas-suq aktar favorevoli u minn issikkar tar-rendimenti tal-UE meta mqabbla mal-bonds ewlenin tal-gvern Ewropew (EGB, European government bonds) matul is-semestru. Id-differenzjali tar-rata tal-imgħax ta’ 10 snin bejn il-Bonds tal-UE u basket ta’ 50/50 ta’ bonds sovrani Ġermaniżi/Franċiżi naqset minn 25 punt bażi fil-bidu tat-tieni nofs tal-2024 għal 12-il punt bażi sa Diċembru 2024.
Il-Kummissjoni ħadet ukoll passi ulterjuri biex tappoġġja l-funzjonament u l-likwidità tas-suq għall-Bonds tal-UE. F’Ottubru 2024, nediet faċilità ta’ riakkwist (repo) għall-Bonds tal-UE bl-għan li tappoġġja lin-negozjanti primarji tal-UE meta jqiegħdu kwotazzjonijiet għall-Bonds tal-UE fuq pjattaformi ta’ negozjar elettroniku.
Dawn l-iżviluppi ewlenin min-naħa tal-UE, flimkien mal-konsolidazzjoni tal-ħruġ tal-UE skont l-approċċ ta’ finanzjament unifikat, ippermettew lill-parteċipanti fis-suq jieħdu inizjattivi indipendenti li jistgħu jappoġġjaw aktar il-funzjonament tas-suq tal-Bonds tal-UE. Fit-tieni nofs tal-2024, dan kien jinkludi t-tnedija ta’ kuntratt tal-futuri bbażat fuq l-indiċi fuq il-Bonds tal-UE f’Diċembru kif ukoll it-tħabbira ta’ interess imġedded fit-tnedija ta’ kuntratt tal-futuri tradizzjonali (saldat b’mod fiżiku) fl-2025 minn skambju Ewropew ewlieni.
Il-pubblikazzjoni tal-edizzjoni tal-2024 tar-rapport annwali dwar
L-Allokazzjoni u l-Impatt tal-Bonds Ekoloġiċi tan-NextGenerationEU
kienet punt fokali ieħor fit-tieni nofs tal-2024. Dan jipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-allokazzjoni tar-rikavati mill-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi tal-NGEU u dwar l-impatti klimatiċi realizzati u mistennija stmati tagħhom. Ir-rapport jiddokumenta (i) iż-żieda fil-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi tal-NGEU (li ġġib id-dejn pendenti tal-bonds ekoloġiċi tal-NGEU għal EUR 68,2 biljun), (ii) il-progress fl-implimentazzjoni tan-nefqa rilevanti għall-klima ffinanzjata mill-bonds ekoloġiċi tal-NGEU, u (iii) iż-żieda fil-ġabra ta’ nefqiet eliġibbli tal-bonds ekoloġiċi tal-NGEU wara l-integrazzjoni tal-programm REPowerEU (il-programm REPowerEU issa jammonta għal EUR 264 biljun).
Fl-aħħar nett, fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni ħabbret l-ippjanar tal-finanzjament tagħha għall-ewwel nofs tal-2025, li jinkludi mira li jinħarġu sa EUR 90 biljun f’bonds bejn Jannar u l-aħħar ta’ Ġunju. Livell indikattiv ta’ finanzjament ta’ EUR 160 biljun ta’ Bonds tal-UE huwa mistenni fl-2025. L-irkanti ta’ bonds bi tliet komponenti se jiġu introdotti sa mill-ewwel nofs tal-2025 biex jiffaċilitaw iż-żieda fil-ħruġ ta’ bonds fit-tul. Biex jikkomplementa l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-UE, il-finanzjament fit-tul se jiġi ssupplimentat ukoll billi jinħareġ dejn fuq terminu qasir, anke permezz tal-introduzzjoni ta’ Kambjala tal-UE ġdida ta’ 12-il xahar f’Jannar 2025.
2.Introduzzjoni
Il-Kummissjoni ilha tissellef fondi f’isem l-Unjoni Ewropea għal aktar minn 40 sena. Dawn l-aħħar 5 snin raw żieda sinifikanti fil-ħruġ ta’ bonds tal-UE peress li din tiddependi fuq is-swieq kapitali biex tiffinanzja programmi kbar bħal SURE, NextGenerationEU (NGEU), u l-appoġġ lill-Ukrajna (AMF+ fl-2023, il-Faċilità għall-Ukrajna fl-2024, u s-self tal-AMF taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna li beda fl-2025). Fil-31 ta’ Diċembru 2024, id-dejn pendenti totali tal-UE kien ftit aktar minn EUR 600 biljun, li minnhom EUR 23.1 biljun kienu fil-forma ta’ Kambjali tal-UE.
Dan ir-rapport ta’ nofs sena jirrieżamina l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self bejn l-1 ta’ Lulju 2024 u l-31 ta’ Diċembru 2024. Ir-rapport jipprovdi wkoll perspettiva għall-ħruġ ta’ Bonds tal-UE fl-ewwel nofs tal-2025. Dan ma jevalwax kif jintużaw ir-rikavati mill-ħruġ tal-Bonds tal-UE, inkluż għan-nefqa ekoloġika, peress li din hija koperta f’rapporti separati skont ir-regolamenti għal kull strument.
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) f’Ġunju 2023, l-anness ta’ dan ir-rapport jippreżenta indikaturi li jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ġenerali għall-maniġġjar tad-dejn li tiggwida l-approċċ ta’ finanzjament unifikat tal-Kummissjoni.
3.Implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self fit-tieni nofs tal-2024
Fit-tieni nofs tal-2024, il-Kummissjoni kompliet tiġbor fondi fis-swieq bl-użu tal-approċċ ta’ finanzjament unifikat tagħha. Minbarra li jissodisfaw l-impenji kollha ta’ żborż fil-ħin, l-ammonti u l-maturitajiet tal-bonds maħruġa baqgħu fil-parametri stabbiliti minn qabel, u t-termini ta’ finanzjament kienu konformi ma’ dawk ta’ emittent tad-daqs u l-klassifikazzjoni tal-UE. It-taqsimiet ta’ hawn taħt jippreżentaw uħud mill-komponenti ewlenin tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u għoti ta’ self tal-Kummissjoni fit-tieni nofs tal-2024. Aktar indikaturi użati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament tal-Kummissjoni huma diskussi fl-anness għal dan ir-rapport.
L-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament fit-tieni nofs tal-2024
F’konformità mal-pjan ta’ finanzjament mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni ġabret total ta’ EUR 64,3 biljun f’Bonds tal-UE, b’maturità medja ta’ madwar 12-il sena (meta mqabbla mal-14-il sena għall-finanzjament miġbur fl-ewwel nofs tal-2024). Matul it-tieni nofs tal-2024, il-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU kien ta’ EUR 8 biljun, li ġab il-valur totali tal-bonds ekoloġiċi pendenti għal EUR 68,2 biljun, u b’hekk l-UE saret il-5 l-akbar emittent ta’ bonds ekoloġiċi globalment.
Il-Kummissjoni użat taħlita ta’ erba’ sindakazzjonijiet (58 % tal-ammont miġbur) u tmien irkanti (42 % tal-ammont miġbur), f’konformità mal-mira mħabbra. Il-bonds tal-UE nħarġu f’intervalli regolari matul il-perjodu ta’ 6 xhur, filwaqt li tqiesu l-kundizzjonijiet tal-likwidità tas-suq filwaqt li ġiet żgurata preżenza regolari fis-suq.
Ċart 2: Finanzjament miġbur bis-saħħa tal-approċċ ta’ finanzjament unifikat
* L-ewwel żewġ tranżazzjonijiet tan-NextGenerationEU saru f’Ġunju 2021. Dawn ġew inklużi fiċ-ċifra għat-tieni nofs tal-2021 peress li kienu parti mill-istess pjan ta’ finanzjament bħat-tranżazzjonijiet li seħħew fit-tieni nofs tal-2021.
L-ammonti kollha f’biljuni ta’ EUR
It-tranżazzjonijiet fit-tieni nofs tal-2024 ġabu l-ammont totali ta’ Bonds tal-UE pendenti għal EUR 578,2 biljun, li minnhom EUR 430,4 biljun inħarġu permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament unifikata tal-UE, imnedija f’Ġunju 2021. Minn dan l-aħħar ammont, EUR 68,2 biljun inħarġu fil-forma ta’ bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU.
Fit-tieni nofs tal-2024, il-Kummissjoni ħarġet ukoll Kambjali tal-UE ta’ 3 xhur u 6 xhur permezz ta’ rkanti kull xahrejn biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ finanzjament b’terminu qasir. Fl-aħħar ta’ Diċembru 2024, l-UE kellha EUR 23,1 biljun ta’ kreditu pendenti permezz ta’ Kambjali tal-UE.
Żborżi
Bis-saħħa ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, il-Kummissjoni kompliet tiffinanzja l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri permezz tal-iżborż f’waqtu tar-rikavati (fi żmien 6 ijiem ta’ xogħol).
B’mod ġenerali, fit-tieni nofs tal-2024, il-Kummissjoni żborżat total ta’ madwar EUR 78,5 biljun għall-politiki kollha kkombinati, li hija ffinanzjat parzjalment b’fondi li kienu diġà nġabru fl-ewwel nofs tal-2024. Mill-fondi miġbura matul dan il-perjodu, ġew żborżati EUR 72,2 biljun għall-finanzjament tan-NextGenerationEU. Minn dak l-ammont, EUR 61,7 biljun intużaw biex jiffinanzjaw il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility). Dan imbagħad jista’ jinqasam f’EUR 37,2 biljun fil-forma ta’ għotjiet lil 15-il Stat Membru u EUR 24,5 biljun fil-forma ta’ self lil 9 Stati Membri. L-EUR 10,5 biljun li kien fadal intużaw biex jiffinanzjaw programmi ġestiti mill-UE appoġġjati minn NextGenerationEU
.
B’mod ġenerali, mis-sajf tal-2021, il-Kummissjoni żborżat EUR 375,4 biljun biex tappoġġja lin-NextGenerationEU. Dan jinkludi, EUR 197,4 biljun f’għotjiet u EUR 108,7 biljun f’self lill-Istati Membri taħt l-RRF, u EUR 69,3 biljun għall-programmi tal-NGEU ġestiti mill-UE. Mit-total ta’ EUR 375,4 biljun f’appoġġ għall-NGEU, EUR 365,8 biljun ġew iffinanzjati mill-ħruġ ta’ dejn
.
Minbarra l-iżborżi tal-NGEU, il-Kummissjoni żborżat EUR 5,2 biljun lill-Ukrajna matul it-tieni nofs tal-2024 taħt il-Faċilità għall-Ukrajna, u b’hekk it-total żborżat taħt il-Faċilità għall-Ukrajna fl-2024 tela’ għal EUR 13,1 biljun. Matul it-tieni nofs tal-2024, il-ħruġ ta’ Bonds tal-UE ffinanzja wkoll self tal-AMF ta’ EUR 1 biljun lill-Eġittu u ta’ EUR 95 miljun lill-Moldova.
Id-domanda tal-investituri u l-likwidità tas-suq sekondarju
Il-ħruġ ta’ Bonds tal-UE kompla jgawdi domanda minn bażi ta’ investituri globali bbilanċjata u diversifikata
.
Ċart 3: Diżaggregazzjoni tal-Investituri fi tranżazzjonijiet sindakati eżegwiti fit-tieni nofs tal-2024
Il-premium ta’ ħruġ ġdid (NIP, new issue premium)
mitlub mill-investituri bħala konċessjoni meta l-UE toħroġ bonds permezz ta’ sindakazzjoni kellu medja ta’ madwar 2,1 punt bażi fit-tieni nofs tal-2024. Filwaqt li dan kien ogħla mil-livelli fl-ewwel nofs tal-2024 (meta l-PIN medju kien ta’ madwar 1,2 punt bażi), il-livelli tat-tieni nofs tal-2024 baqgħu konformi ma’ konċessjonijiet ta’ emittenti oħrajn fuq tranżazzjonijiet komparabbli (imkejla skont id-daqs u l-maturità), li jirrifletti volatilità ogħla fit-tielet trimestru tal-2024.
Fl-istess ħin, il-likwidità tas-suq sekondarju tal-Bonds tal-UE fit-tieni nofs tal-2024 kienet kemxejn ogħla milli dik fl-ewwel nofs tal-2024. L-arranġamenti ta’ kwotazzjoni fis-seħħ minn Novembru 2023 (fejn in-negozjanti primarji tal-UE huma mħeġġa jippostjaw prezzijiet affidabbli tal-Bonds tal-UE fuq il-pjattaformi ewlenin tan-negozjar tal-bonds elettroniċi) komplew jappoġġjaw il-likwidità tal-Bonds tal-UE. Mill-introduzzjoni ta’ dawn l-arranġamenti ta’ kwotazzjoni, il-volumi ta’ negozjar ta’ kuljum tal-Bonds tal-UE fuq il-pjattaforma elettronika ewlenija tan-negozjar laħqu medja ferm ogħla minn EUR 800 miljun b’livelli massimi ta’ kuljum ta’ aktar minn EUR 2 biljun.
Il-Kummissjoni appoġġjat ukoll il-likwidità tal-kurva tal-Bonds tal-UE billi użat il-linji eżistenti, flimkien mal-ħolqien ta’ linji ġodda sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-programm u d-domanda tal-investituri. B’riżultat ta’ dan, l-ammont medju pendenti għal kull Bond tal-UE kien ta’ madwar EUR 14,8 biljun fi tmiem l-2024, żieda minn EUR 13 biljun fi tmiem l-ewwel nofs tal-2024. Fit-tieni nofs tal-2024, tnedew ukoll linji ġodda ta’ bejn 5 u 7 snin.
Ċart 4: Fatturat tas-suq sekondarju trimestrali tal-Bonds tal-UE u tal-bonds tal-gvern Ewropew (% tal-volum pendenti)
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea bbażat ruħha fuq id-data tas-Sottokumitat tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju dwar is-Swieq tad-Dejn Sovran tal-UE (ESDM, EU Sovereign Debt Markets).
Nota: Hawnhekk, is-suq tal-bonds tal-gvern Ewropew (EGB, European government bond) jinkludi bonds maħruġa minn sovrani taż-żona tal-euro, il-Fond Ewropew għall-Istabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà. Id-data għadha mhijiex disponibbli għat-tielet trimestru u għar-raba’ trimestru tal-2024.
4.Kost tal-finanzjament u bilanċi tal-likwidità
Kost tal-finanzjament
Il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata tippermetti lill-Kummissjoni torbot il-kostijiet tal-finanzjament iddebitati lill-benefiċjarji (il-baġit tal-UE jew il-benefiċjarji tas-self) mal-kundizzjonijiet miksuba fis-suq meta ġew iffinanzjati l-iżborżi
. Barra minn hekk, mit-30 ta’ Settembru 2024, din il-metodoloġija tippermetti li l-kostijiet tat-teħid b’self jiġu allokati fuq bażi relatata mal-programm. Dan jirrifletti ż-żieda fl-għadd ta’ programmi ta’ politika ffinanzjati mill-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata bis-saħħa tal-approċċ ta’ finanzjament unifikat.
F’konformità ma’ din il-metodoloġija, il-kost tal-finanzjament għall-pagamenti tal-NGEU fil-perjodu ta’ żmien minn Lulju sa Diċembru 2024 (“TC7” fit-tabella ta’ hawn taħt) huwa stmat għal 2,97 %, meta mqabbel ma’ 3,19 % għall-perjodu ta’ żmien preċedenti ta’ 6 xhur. Il-kost tal-finanzjament għall-iżborżi taħt il-Faċilità għall-Ukrajna u l-programm tal-AMF għall-Eġittu kien ta’ 2,68 % fi tmiem Diċembru 2024. Il-kostijiet ta’ fondi aktar baxxi għal dawn il-politiki meta mqabbla ma’ NextGenerationEU jirriflettu l-fatt li dawn jistgħu jiġu ffinanzjati bl-użu ta’ bonds b’maturitajiet medji iqsar minn dawk użati għall-finanzjament tal-NGEU, peress li l-profil ta’ ripagament tal-NGEU (u għalhekk il-maturitajiet medji) irid jirrispetta l-limitu massimu temporanju ddedikat tar-“riżorsi proprji”.
Ċart 5: Kost tal-finanzjament
|
NextGenerationEU
|
TC1
|
TC2
|
TC3
|
TC4
|
TC5
|
TC6
|
TC7
|
|
|
0,15 %
|
1,38 %
|
2,61 %
|
3,27 %
|
3,63 %
|
3,19 %
|
2,97 %
|
|
Il-Faċilità għall-Ukrajna
|
|
2,68 %
|
It-tnaqqis ulterjuri fil-kostijiet tal-finanzjament matul it-tieni nofs tal-2024 irrifletta kundizzjonijiet usa’ tas-suq u l-issikkar tar-rendimenti tal-Bonds tal-UE meta mqabbla mar-rendimenti tal-bonds tal-gvern Ewropew matul il-perjodu ta’ 6 xhur. Ir-rati tal-imgħax fuq il-Bonds tal-UE naqsu b’madwar 33 punt bażi matul it-tieni nofs tal-2024, u naqsu minn 3,23 % fl-1 ta’ Lulju 2024 għal 2,90 % fl-31 ta’ Diċembru 2024 għal bond ta’ 10 snin. Dawn l-iżviluppi kienu appoġġjati mit-tnaqqis fir-rati tal-imgħax ta’ 25 punt bażi tal-Bank Ċentrali Ewropew matul it-tieni nofs tal-2024. Il-firxiet tar-rendiment bejn l-UE u l-biċċa l-kbira tal-emittenti tal-EGBs saru aktar stretti matul it-tieni nofs tal-2024. Pereżempju, id-differenza fir-rata tal-imgħax ta’ 10 snin bejn il-Bonds tal-UE u basket ta’ 50/50 ta’ bonds sovrani Ġermaniżi/Franċiżi naqset minn madwar 25 punt bażi fil-bidu tas-semestru għal 12 punt bażi fi tmiem is-semestru.
Ċart 6: Rendimenti ta’ Bonds tal-UE ta’ 10 snin
Ġestjoni tal-likwidità
Il-Kummissjoni żammet preżenza regolari u prevedibbli fis-swieq finanzjarji, f’konformità mal-pjan ta’ finanzjament imħabbar f’Ġunju 2024. Matul it-tieni nofs tal-2024, il-parteċipazzjonijiet medji ta’ likwidità żdiedu meta mqabbla mal-ewwel nofs tal-2024, primarjament minħabba żborżi kkonċentrati fi tmiem l-2024 u fil-bidu tal-2025. B’riżultat ta’ dan, il-bilanċ medju ta’ flus kontanti kien ta’ EUR 50,7 biljun fit-tieni nofs tas-sena, meta mqabbel ma’ EUR 28,2 biljun fl-ewwel nofs tal-2024. Il-bilanċ ta’ flus naqas għal EUR 33,8 biljun fil-bidu tal-2025, wara li laħaq l-ogħla livell ta’ EUR 76,9 biljun fil-bidu ta’ Diċembru 2024 (qabel l-iżborżi ta’ kważi EUR 43 biljun fit-3 ġimgħat ta’ wara). Il-bilanċ tal-flus ta’ tmiem is-sena li jifdal se jintuża fil-bidu tal-2025 biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ żborż ippjanati.
Dawn il-parteċipazzjonijiet ta’ likwidità ma ssarrfux fi spejjeż għall-programmi appoġġjati. Għall-kuntrarju, parteċipazzjonijiet ta’ flus eċċessivi kienu soġġetti għal ġestjoni attiva tal-likwidità matul it-tieni nofs tal-2024 biex jiġu ottimizzati r-redditi fuq il-parteċipazzjonijiet ta’ flus mingħajr ma jġarrbu l-ebda riskju tal-kontroparti. B’appoġġ minn din il-ġestjoni attiva tal-likwidità, inkiseb introjtu nett ta’ EUR 58,1 miljun fuq il-parteċipazzjonijiet tal-flus minn Lulju sa Diċembru 2024. Akkumulat mal-qligħ fl-ewwel nofs tal-2024, il-qligħ annwali fuq il-parteċipazzjonijiet ta’ likwidità kien ta’ EUR 139,9 miljun fi tmiem is-sena. Dan l-introjtu se jinqasam b’mod proporzjonat bejn il-baġit tal-UE u l-benefiċjarji tas-self, b’mod partikolari l-Istati Membri taħt il-programm ta’ self tal-RRF.
5.Passi biex tiġi żviluppata aktar l-ekosistema għall-Bonds tal-UE
F’Ottubru 2024, il-Kummissjoni nediet faċilità ta’ ftehim ta’ riakkwist (repo) għall-Bonds tal-UE, li tippermetti lill-UE toffri lin-negozjanti primarji tagħha l-possibbiltà li jakkwistaw Bonds tal-UE speċifiċi fuq bażi temporanja. Il-Faċilità għandha l-għan li tgħin lin-negozjanti primarji tal-UE jagħmlu kwotazzjonijiet sodi u pubbliċi dwar il-Bonds tal-UE sabiex l-investituri jkunu jistgħu jkunu kunfidenti fit-termini li fuqhom ikunu jistgħu jinnegozjaw il-Bonds tal-UE fis-suq sekondarju, li se jtejjeb l-effiċjenza u l-likwidità tas-suq għall-Bonds tal-UE.
Il-ħolqien tal-faċilità repo jsegwi l-passi ta’ ħafna emittenti kbar li joffru dan is-servizz lin-negozjanti primarji tagħhom u huwa pass naturali li jmiss fl-approfondiment tal-ekosistema tas-suq għall-Bonds tal-UE. Bit-tnedija tal-iskema, l-UE ssodisfat l-aħħar impenji li saru f’Diċembru 2022 dwar il-passi biex tinbena l-kapaċità sabiex jiġi appoġġjat is-suq tal-Bonds tal-UE.
L-iżvilupp kontinwu tal-ekosistema għall-bonds tal-UE, flimkien mal-konsolidazzjoni tal-volumi ta’ finanzjament skont l-approċċ ta’ finanzjament unifikat (fis-seħħ minn Jannar 2023) ippermettew ukoll lill-parteċipanti fis-suq jieħdu inizjattivi indipendenti, li jistgħu jappoġġjaw aktar il-funzjonament tas-suq tal-Bonds tal-UE.
Dawn l-inizjattivi indipendenti kienu jinkludu t-tnedija ta’ kuntratt tal-futuri bbażat fuq indiċi ta’ Bonds tal-UE f’Diċembru 2024. Skambju Ewropew ewlieni ħabbar l-interess imġedded tiegħu fit-tnedija ta’ futur tradizzjonali tal-Bonds tal-UE (stabbilit b’mod fiżiku) fis-suq matul l-2025. Id-disponibbiltà ta’ dawn il-kuntratti tal-futuri se tkompli tappoġġja l-investiment fil-Bonds tal-UE billi tippermetti lill-parteċipanti fis-suq jiħħeġġjaw pożizzjonijiet miftuħa fuq il-Bonds tal-UE u jivvalutaw l-aspettattivi tas-suq tal-ipprezzar tal-bonds tal-UE. Il-fornituri tal-indiċi komplew jirriflettu dwar kif l-aħjar jikklassifikaw il-Bonds tal-UE f’indiċijiet differenti, fejn it-tieni maniġer tal-indiċi jikkomunika li, wara konsultazzjoni tal-utenti tal-indiċi, kien għadu mhux lest li jinkludi l-Bonds tal-UE fl-indiċijiet sovrani rilevanti tiegħu, iżda li se jivvaluta mill-ġdid is-sitwazzjoni aktar tard.
6.Stadji importanti oħra fit-tieni nofs tal-2024
Rapport dwar l-Allokazzjoni u l-Impatt tal-Bonds Ekoloġiċi tal-NGEU għall-2024
Tliet snin wara li nħarġu l-ewwel bonds ekoloġiċi f’Ottubru 2021, il-ħruġ tal-bonds ekoloġiċi tal-NGEU fi tmiem l-2024 kien ta’ aktar minn EUR 68 biljun. Dawn il-bonds inħarġu abbażi ta’ nefqa diġà rrapportata u vvalidata rilevanti għall-klima ta’ EUR 53 biljun u aggregazzjoni totali ta’ EUR 264 biljun f’nefqa rilevanti għall-klima li tinsab fil-pjanijiet tal-Istati Membri li huma ffinanzjati mill-RRF.
F’konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar tal-qafas tal-bonds ekoloġiċi tal-NGEU, il-Kummissjoni ppubblikat l-edizzjoni tagħha tal-2024 tar-rapport annwali dwar
L-Allokazzjoni u l-Impatt tal-Bonds Ekoloġiċi tan-NextGenerationEU
f’Novembru.
Ir-rapport juri (abbażi tad-data limitu tal-1 ta’ Awwissu 2024) li:
·Il-grupp ta’ nefqiet eliġibbli tal-bonds ekoloġiċi tal-NGEU żdied għal EUR 264,6 biljun fl-2024, li huwa kważi 40 % ogħla milli fl-2023. Din iż-żieda kienet dovuta l-aktar għal nefqa ogħla rilevanti għat-tranżizzjoni klimatika wara li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri ġew riveduti biex jinkludu l-Pjan REPowerEU.
·Il-ġabra ta’ bonds ekoloġiċi tal-NGEU tibqa’ allinjata bis-sħiħ mat-Tassonomija tal-UE; b’ 63,4 % tal-aggregazzjoni totali tan-nefqa eliġibbli għall-bonds ekoloġiċi tal-NGEU vvalutata bħala allinjata bis-sħiħ jew sostanzjalment mal-metrika tat-tassonomija tal-UE (meta mqabbla ma’ 57,5 % fl-2023).
·L-introduzzjoni sħiħa tal-investimenti ffinanzjati mill-bonds ekoloġiċi tal-NGEU hija mistennija li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG, greenhouse gas) tal-UE b’ 55 miljun tunnellata fis-sena, li huwa ekwivalenti għal 1,5 % tal-emissjonijiet kollha ta’ gassijiet serra fl-UE.
B’ħarsa ’l quddiem, il-bonds ekoloġiċi tal-NGEU se jinħarġu dejjem aktar fl-istess ħin li l-Istati Membri jirrapportaw u jivvalidaw l-ispejjeż eliġibbli. Għall-ispejjeż li jiġu kkonfermati wara l-2026, il-Kummissjoni tista’ toħroġ bonds ekoloġiċi tal-NGEU biex tissostitwixxi bonds konvenzjonali li jimmaturaw matul il-fażi ta’ rifinanzjament. Dan l-approċċ jiżgura li n-nefqa eliġibbli kollha tiġi vverifikata bis-sħiħ qabel ma jinħarġu l-bonds.
7.Prospettiva tal-ħruġ għall-ewwel nofs tal-2025
Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li toħroġ sa EUR 90 biljun f’Bonds tal-UE fl-ewwel nofs tal-2025, l-ogħla mira ta’ finanzjament semiannwali minn meta tnediet l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata fl-2021. Abbażi tal-previżjonijiet tal-iżborż, l-UE tistenna li tikseb EUR 160 biljun f’finanzjament fl-2025 billi toħroġ Bonds tal-UE. Dawn il-ħtiġijiet ta’ finanzjament jirriflettu l-firxa wiesgħa ta’ programmi ta’ politika eżistenti u ġodda tal-UE li huma ffinanzjati mir-rikavati tal-Bonds tal-UE, li fit-tieni nofs tal-2024 ġew estiżi biex jinkludu self eċċezzjonali ġdid ta’ AMF ta’ EUR 18,1 biljun lill-Ukrajna fil-kuntest tal-ftehim tal-G7 u appoġġ ġdid għall-kandidati tat-tkabbir taħt il-Faċilità ta’ Investiment tal-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi tal-viċinat (bħall-Eġittu u l-Ġordan).
L-ammonti miġbura bil-ħruġ ta’ Bonds tal-UE se jiġu ssupplimentati b’finanzjament fuq terminu qasir permezz ta’ Kambjali tal-UE u għodod oħra ta’ finanzjament fuq terminu qasir. Iż-żieda fil-volumi tal-Kambjali tal-UE se tiġi ffaċilitata mill-introduzzjoni tal-irkanti tal-Kambjali bi tliet partijiet u t-tnedija ta’ linja ġdida ta’ Kambjali tal-UE ta’ 12-il xahar f’Jannar 2025, flimkien mal-linji eżistenti ta’ 3 u 6 xhur.
F’konformità maż-żieda fil-mira ta’ finanzjament, huwa mistenni wkoll li jinħarġu aktar bonds permezz ta’ rkanti matul l-ewwel nofs tal-2025, u b’hekk is-sehem tal-irkant jinżamm stabbli. Din iż-żieda se tiġi ffaċilitata bl-introduzzjoni ta’ rkanti ta’ bonds bi tliet partijiet matul l-ewwel nofs tal-2025. Bl-istess mod, il-Kummissjoni qed taħdem biex tintroduċi allokazzjonijiet ta’ rkant mhux kompetittivi (“opzjoni greenshoe”) biex talloka ammont addizzjonali limitat ta’ bonds irkantati immedjatament wara rkant. Din il-karatteristika addizzjonali tintuża wkoll minn ħafna programmi ta’ rkant sovran biex in-negozjanti primarji tagħhom jingħataw inċentiv biex jappoġġjaw l-irkanti, billi jippermettulhom jakkwistaw bonds addizzjonali b’termini favorevoli jekk il-prezz tas-suq ta’ wara l-irkant jimxi għall-vantaġġ tagħhom. Il-Kummissjoni qed timmira li timplimenta allokazzjonijiet mhux kompetittivi bħala parti mill-pjan ta’ finanzjament għat-tieni nofs tal-2025.
Appendiċi: Indikaturi ta’ implimentazzjoni dwar l-użu tal-mezzi biex jintlaħqu l-objettivi ta’ effiċjenza u effettività tal-istrateġija ġenerali tal-immaniġġjar tad-dejn tal-Kummissjoni
|
Mezzi
|
Indikatur
|
Valur fit-tieni nofs tal-2024 (sakemm ma jkunx indikat mod ieħor)
|
Kummentarju dwar l-eżekuzzjoni fit-tieni nofs tal-2024
|
|
Implimentazzjoni tal-programm tal-Bonds tal-UE
|
a) Ħruġ regolari tul il-kurva kollha
Ħruġ regolari tal-Bonds tal-UE (u l-bonds ekoloġiċi tal-NGEU) fil-maturitajiet kollha tul il-kurva kollha (sa 30 sena) sabiex tipi differenti ta’ investituri jiġu pprovduti b’opportunitajiet ta’ investiment bħala mod kif tinżamm domanda qawwija tal-investituri u, b’hekk, il-flessibbiltà biex jiġu ddeterminati l-volumi tal-ħruġ u l-maturitajiet għal tranżazzjonijiet individwali abbażi tal-kundizzjonijiet tas-suq.
|
I.Tqassim tal-maturità tal-programm ta’ ħruġ
|
minn sena sa 4 snin: 15 %
minn 4 sa 8 snin: 37 %
minn 8 sa 12-il sena: 10 %
minn 12 sa 17-il sena: 12 %
minn 17sa 23 sena: 8 %
minn 23 sa 31 sena: 17 %
|
Fit-tieni nofs tal-2024, il-Kummissjoni segwiet l-objettiv tagħha permezz ta’ ħruġ regolari ta’ bonds fit-termini differenti kollha biex tipprovdi lill-kurva tal-UE likwidità fis-segmenti kollha. It-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament kienu mifruxa fuq il-perjodu ta’ 6 xhur biex tiġi żgurata preżenza regolari fis-suq. Kien hemm inqas tranżazzjonijiet milli fl-ewwel nofs tal-2024, peress li l-mira ta’ finanzjament tat-tieni nofs tal-2024 sa EUR 65 biljun kienet aktar baxxa mill-mira ta’ finanzjament tal-ewwel nofs tal-2024 ta’ EUR 75 biljun.
Il-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi kien kemxejn aktar baxx milli fl-ewwel nofs tal-2024, li jirrifletti l-mira ta’ finanzjament aktar baxxa, l-infiq ekoloġiku kumulattiv irrapportat mill-Istati Membri, u l-kalibrazzjoni xierqa tal-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi għal dawn in-nefqiet.
|
|
|
b)
|
II.Distribuzzjoni f’waqtha tal-ħruġ
|
Erba’ sindakazzjonijiet u sitt irkanti ta’ bonds, li jirriżultaw fi ħruġ wieħed jew tnejn fix-xahar.
|
|
|
|
c)
|
III.Ħruġ ekoloġiku
|
EUR 8 biljun, billi jintużaw l-bonds tal-UE 2043 u tal-UE 2050.
|
|
|
|
d) Il-kisba ta’ bilanċ xieraq ta’ rkanti u sindakazzjonijiet
L-użu ta’ tekniki differenti ta’ finanzjament b’bilanċ xieraq, skont il-volumi totali ta’ ħruġ u l-kundizzjonijiet tas-suq, sabiex jiġu mmaniġġjati r-riskji ta’ eżekuzzjoni, tittejjeb il-likwidità tas-suq sekondarju u jittejbu l-kostijiet tat-teħid b’self.
|
I.Tqassim tal-Irkant/tas-sindakazzjoni f’%
|
42 % tal-ħruġ ta’ bonds permezz ta’ rkant.
|
Fit-tieni nofs tal-2024, il-Kummissjoni ħarġet 42 % tal-Bonds tal-UE permezz ta’ rkant, f’konformità mal-proporzjon fl-ewwel nofs tal-2024.
|
|
|
e) Stabbiliment ta’ bonds kbar u likwidi ta’ valur referenzjali
L-użu ta’ Bonds tal-UE biex il-volum pendenti ta’ linji differenti jinġieb f’livelli proporzjonati ma’ linji kbar u likwidi ta’ valur referenzjali.
|
I.Ħruġ permezz ta’ bonds ġodda vs volum maħruġ permezz ta’ taps
|
·EUR 10 biljun permezz ta’ bonds ġodda
·EUR 54,2 biljun permezz ta’ taps
|
Sabiex tappoġġja l-likwidità tat-titoli tal-UE, il-Kummissjoni użat it-tranżazzjonijiet tagħha biex tisfrutta l-linji ta’ finanzjament eżistenti, b’madwar 84 % tal-volum ta’ finanzjament mobilizzat permezz ta’ taps.
Tnedew linji ta’ finanzjament ġodda biex jipprovdu lis-suq b’linji referenzjarji ġodda fejn meħtieġ fil-kurva u abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tan-negozjanti primarji tal-UE. Tnedew bonds ġodda ta’ 5 snin u 7 snin fit-tieni nofs tal-2024.
B’riżultat ta’ dan, l-ammont pendenti medju għal kull bond żdied marġinalment għal madwar EUR 15-il biljun sa tmiem Diċembru 2024, u b’hekk ġiet żgurata likwidità konsistenti tal-bonds.
|
|
|
f)
|
II.Veloċità tal-użu ta’ bonds ġodda
|
Xahrejn
|
|
|
|
g)
|
III.Daqs medju ta’ bonds pendenti
|
Madwar 15-il biljun
|
|
|
|
h)
|
IV.Fatturat relattiv għall-volum tal-ħruġ
|
Madwar 155 % fit-tieni nofs tal-2024 vs 139 % fl-ewwel nofs tal-2024
|
|
|
|
i)
|
V.Fatturat assolut
|
EUR 894 biljun fit-tieni nofs tal-2024 vs EUR 714 biljun fl-ewwel nofs tal-2024
|
|
|
|
d) Ġestjoni tal-profil tal-maturità tal-ħruġ ta’ Bonds tal-UE b’kunsiderazzjoni xierqa għal:
·il-marġni ta’ manuvra addizzjonali temporanju (għal self relatat mal-NGEU) u l-marġni ta’ manuvra permanenti (għall-AMF+) skont il-baġit tal-UE
·it-tifdija futura ta’ żborżi fi kwalunkwe sena partikolari
·ħtiġijiet ta’ riportament stabbli fil-futur
·il-ħtieġa li tiġi protetta l-klassifikazzjoni tal-UE biex jiġu żgurati kostijiet baxxi tat-teħid b’self fit-tul u domanda qawwija mill-bażi tal-investituri ewlenin tagħha.
|
I.Maturità medja tal-ħruġ
|
Madwar 12-il sena
|
Fit-tieni nofs tal-2024, il-ħruġ ta’ Bonds tal-UE kellu maturità medja ta’ 12-il sena. Dan irrifletta l-ħtieġa li l-profil tat-tifdijiet jinfirex fuq tul ta’ żmien, filwaqt li, fl-istess ħin, jiġu attirati l-investituri għat-tranżazzjonijiet tas-suq primarju tal-UE. Il-maturità medja baqgħet taħt il-maturità medja massima ta’ 17-il sena, stabbilita fid-deċiżjoni annwali dwar it-teħid b’self għall-2024.
Iż-żmien medju sal-maturità tad-dejn pendenti baqa’ stabbli (ta’ madwar 12-il sena).
Ir-rifinanzjament baqa’ wkoll stabbli, filwaqt li jirrifletti l-ħruġ tal-passat u relatat mal-profil ta’ tifdija.
|
|
|
e)
|
II.Żmien medju sal-maturità tad-dejn pendenti
|
Madwar 12-il sena
|
|
|
|
f)
|
III.Rifinanzjament fuq terminu qasir, jiġifieri l-perċentwal ta’ stokk pendenti tal-bonds u l-kambjali li jimmaturaw fit-12-il xahar li ġejjin
|
Inqas minn 10 %
|
|
|
|
g)
|
IV.Rifinanzjament fuq terminu medju, jiġifieri l-perċentwal ta’ stokk pendenti tal-bonds u l-kambjali li jimmaturaw fil-5 snin li ġejjin
|
Inqas minn 37 %.
|
|
|
Implimentazzjoni tal-programm tal-Kambjali tal-UE
|
Ħruġ regolari ta’ Kambjali tal-UE b’maturitajiet sa sena permezz ta’ rkant biex jiġu attirati investituri addizzjonali (jew portafolli addizzjonali ta’ investituri eżistenti) u tiġi appoġġjata l-ġestjoni tal-likwidità.
|
I.Volum pendenti ta’ Kambjali tal-UE
|
EUR 20–25 biljun
|
Id-dejn pendenti taħt il-programm tal-Kambjali tal-UE żdied minn madwar EUR 20 biljun għal madwar EUR 25 biljun matul il-perjodu bħala parti mill-iżvilupp tal-programm biex tiġi pprovduta likwidità addizzjonali meta jkun meħtieġ.
|
|
|
|
II.Għadd ta’ rkanti tal-Kambjali tal-UE
|
10
|
|
|
Ġestjoni tal-likwidità
|
Il-ġestjoni ta’ ppuljar ta’ likwidità bbażata fuq l-obbligi ta’ pagament, il-ħtiġijiet ta’ żborż u l-kostijiet taż-żamma ta’ flus, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq.
|
I.Għadd ta’ fallimenti ta’ pagamenti minħabba nuqqas ta’ likwidità
|
Xejn
|
Il-Kummissjoni ssodisfat il-ħtiġijiet kollha ta’ żborż u ma kien hemm l-ebda falliment tas-saldu matul it-tieni nofs tal-2024.
|
|
Network tan-negozjanti primarji
|
L-attrazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet finanzjarji b’impenn qawwi li jappoġġjaw il-ħruġ tal-UE.
|
I.Numru ta’ istituzzjonijiet li ffirmaw impenji ta’ sottoskrizzjoni għal tranżazzjonijiet matul l-aħħar 6 xhur
|
15 (meta mqabbel mad-19 fl-ewwel nofs tal-2024)
|
In-negozjanti primarji tal-UE komplew jappoġġjaw lill-Kummissjoni u r-rotazzjoni fis-sindakazzjonijiet għenet lill-Kummissjoni tagħmel l-aħjar użu mill-banek kollha eliġibbli biex ikunu parti minn sindakat.
|
|
Komunikazzjoni ma’ diversi partijiet ikkonċernati tas-suq u emittenti pari
|
Iż-żamma u l-bini tal-fiduċja tal-bażi tal-investituri, tal-parteċipanti fis-suq u tal-emittenti pari biex jappoġġjaw id-domanda għad-dejn tal-UE u jtejbu l-fehim tal-UE dwar id-dinamika tas-suq u l-ħtiġijiet tal-investituri.
|
I.Devjazzjonijiet mit-twaqqit imħabbar minn qabel għall-pubblikazzjoni tal-pjanijiet ta’ finanzjament
|
Xejn
|
Il-Kummissjoni żammet komunikazzjoni regolari u prevedibbli mas-swieq, f’konformità ma’ avviżi preċedenti.
Matul it-tieni nofs tal-2024 seħħet allokazzjoni mnaqqsa ta’ EUR 1 biljun minħabba l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ta’ finanzjament attraenti fl-irkanti tal-bonds.
Ta’ spiss, il-Kummissjoni kienet tippubblika statistika għall-investituri li baqgħet dejjem stabbli, u l-bażi diversifikata tal-investituri tagħha kompliet tiżdied.
|
|
|
|
II.Devjazzjoni mill-volumi mħabbra fil-pjan ta’ finanzjament
|
Inqas minn EUR 1 biljun jew inqas minn 2 % (meta mqabbel ma’ inqas minn 2 % fl-ewwel nofs tal-2024).
|
|
|
|
|
III.Statistika dwar id-distribuzzjoni tal-investituri
|
Għal kull tip:
banek ċentrali/istituzzjonijiet uffiċjali 25,1 %, maniġers ta’ fondi 22,5 %, teżori tal-banek 21,9 %, fondi tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet 20,5 %, banek 7,3 %, fondi spekulattivi 2,6 %
Għal kull pajjiż/reġjun: Ir-Renju Unit 19,4 %, il-pajjiżi Nordiċi 12,4 %, Franza 11,7 %, il-Benelux 9,2 %, l-Italja 8,8 %, l-Asja-Paċifiku 8,2 %, il-Ġermanja 8,1 %, l-Iberja 7,9,%, Pajjiżi oħra tal-UE 7,4 %, Pajjiżi oħra tal-Ewropa, li mhumiex fl-UE 2,6 %, Pajjiżi fil-Kontinent Amerikan 2,2 %, il-Lvant Nofsani u l-Afrika 2,0 %
|
|