Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025AP0251

P10_TA(2025)0251 — Il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2025 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) (09474/1/2025 – C10-0229/2025 – 2023/0232(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

ĠU C, C/2026/2116, 29.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2116/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2116/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2116

29.4.2026

P10_TA(2025)0251

Il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija)

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2025 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija) (09474/1/2025 – C10-0229/2025 – 2023/0232(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(C/2026/2116)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09474/1/2025 – C10-0229/2025),

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Ewwel Kamra tan-Netherlands u mit-Tieni Kamra tan-Netherlands, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2023  (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta’ Ġunju 2024  (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0416),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel (A10-0204/2025),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat f’konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C, C/2024/887, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/887/oj.

(2)   ĠU C, C/2024/5371, 17.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5371/oj.

(3)   ĠU C, C/2025/1312, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1312/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2116/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top