Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025AP0195

P10_TA(2025)0195 — Emendi għad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta — Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Settembru 2025 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/2302 biex il-protezzjoni tal-vjaġġaturi ssir aktar effettiva u biex jiġu ssimplifikati u ċċarati ċerti aspetti tad-Direttiva (COM(2023)0905 – C9-0436/2023 – 2023/0435(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

ĠU C, C/2026/1503, 9.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1503/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1503/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1503

9.4.2026

P10_TA(2025)0195

Emendi għad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Settembru 2025 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/2302 biex il-protezzjoni tal-vjaġġaturi ssir aktar effettiva u biex jiġu ssimplifikati u ċċarati ċerti aspetti tad-Direttiva (COM(2023)0905 – C9-0436/2023 – 2023/0435(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari) (1)

(C/2026/1503)

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, id-Direttiva (UE) 2015/2302 wessgħet id-definizzjoni tat-terminu “pakkett” meta mqabbla mad-Direttiva 90/314/KEE. Id-Direttiva (UE) 2015/2302 speċifikat ulterjorment id-drittijiet eżistenti tal-vjaġġaturi u introduċiet oħrajn ġodda, bħad-dritt għall-vjaġġaturi li jitterminaw kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar mingħajr tariffi ta’ terminazzjoni, taħt ċerti kundizzjonijiet, fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji. Barra minn hekk, id-Direttiva (UE) 2015/2302 ħolqot il-kunċett il-ġdid ta’ “arranġament tal-ivvjaġġar marbut”, li inkluda prenotazzjonijiet imwettqa f’punt wieħed ta’ bejgħ u prenotazzjonijiet f’punti differenti ta’ bejgħ li negozjant “jiffaċilita b’mod immirat”. L-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta huma fil-biċċa l-kbira ttrattati bħala servizzi awtonomi, iżda l-pagamenti riċevuti minn negozjant li jiffaċilita arranġament tal-ivvjaġġar marbut iridu jiġu protetti kontra l-insolvenza ta’ dan in-negozjant. Id-Direttiva (UE) 2015/2302 kellha l-għan li tiżgura t-trasparenza billi tobbliga lin-negozjanti jinformaw lill-vjaġġaturi dwar in-natura tal-prodott tal-ivvjaġġar offrut lilhom u dwar id-drittijiet assoċjati permezz ta’ formoli ta’ informazzjoni standard li jinsabu fl-Annessi I u II ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, id-Direttiva (UE) 2015/2302 wessgħet id-definizzjoni tat-terminu “pakkett” meta mqabbla mad-Direttiva 90/314/KEE. Id-Direttiva (UE) 2015/2302 speċifikat ulterjorment id-drittijiet eżistenti tal-vjaġġaturi u introduċiet oħrajn ġodda, bħad-dritt għall-vjaġġaturi li jitterminaw kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar mingħajr tariffi ta’ terminazzjoni, taħt ċerti kundizzjonijiet, fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Filwaqt li, b’mod ġenerali, id-Direttiva (UE) 2015/2302 ħadmet tajjeb, tfaċċaw diversi sfidi mill-bidu tal-applikazzjoni tagħha fl-1 ta’ Lulju 2018. Il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri tal-gvern relatati kellhom impatt sinifikanti kemm fuq l-industrija tal-ivvjaġġar kif ukoll fuq il-vjaġġaturi u esponew ċerti dgħufijiet fil-mudelli kummerċjali prevalenti u wrew li dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva jistgħu jiġu ċċarati.

(3)

Filwaqt li, b’mod ġenerali, id-Direttiva (UE) 2015/2302 ħadmet tajjeb, tfaċċaw diversi sfidi mill-bidu tal-applikazzjoni tagħha fl-1 ta’ Lulju 2018. Il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri tal-gvern relatati kellhom impatt sinifikanti kemm fuq l-industrija tal-ivvjaġġar kif ukoll fuq il-vjaġġaturi u esponew ċerti dgħufijiet fil-mudelli kummerċjali prevalenti u wrew li dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva jistgħu jiġu ċċarati. Barra minn hekk, minkejja l-isforzi marbuta mad-Direttiva biex tiġi żgurata t-trasparenza u biex tingħata informazzjoni ċara lill-vjaġġaturi, għad hemm nuqqas ta’ uniformità fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni lill-vjaġġaturi dwar id-drittijiet tagħhom.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Filwaqt li, b’mod ġenerali, id-definizzjoni ta’ “pakkett” titqies li kienet effettiva, id-definizzjoni ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta u r-regoli dwarhom, kif ukoll id-delimitazzjoni tagħhom mill-pakketti , jenħtieġ li jiġu ċċarati u ssimplifikati . Din il-kjarifika u din is-simplifikazzjoni tad-definizzjonijiet u tal-kunċetti “pakkett” u “arranġament tal-ivvjaġġar marbut” jenħtieġ li jżidu ċ-ċertezza legali għall-partijiet kollha, filwaqt li jagħmlu l-protezzjoni tal-vjaġġaturi aktar effettiva u jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għan-negozjanti . Fl-istess ħin, jenħtieġ li jitnaqqas l-għadd ta’ formoli ta’ informazzjoni li għandhom jintużaw min-negozjanti meta jinformaw lill-vjaġġaturi dwar id-drittijiet tagħhom.

(5)

Filwaqt li, b’mod ġenerali, id-definizzjoni ta’ “pakkett” titqies li kienet effettiva, id-definizzjoni ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta u r-regoli dwarhom ħolqu aktar kumplessità u inċertezza legali , u rarament jintużaw fil-prattika. Għalhekk , id-definizzjoni ta’ “pakkett” jenħtieġ li tiġi ċċarata u ssimplifikata, u d-dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta jenħtieġ li jitħassru mid-Direttiva (UE) 2015/2302 . Din il-kjarifika u din is-simplifikazzjoni tad-definizzjonijiet u tal-kunċett ta’ “pakkett” u t-tħassir tar-referenzi għall-kunċett ta’ “arranġament tal-ivvjaġġar marbut” jenħtieġ li jżidu ċ-ċertezza legali għall-partijiet kollha, filwaqt li jagħmlu l-protezzjoni tal-vjaġġaturi aktar effettiva u jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-kummerċjanti . Fl-istess ħin, jenħtieġ li jitnaqqas l-għadd ta’ formoli ta’ informazzjoni li għandhom jintużaw mill-kummerċjanti meta jinformaw lill-vjaġġaturi dwar id-drittijiet tagħhom. Bit-tħassir tal-kunċett ta’ “arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta”, l-Anness II sussegwentement jenħtieġ li jitħassar.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Fil-kuntest ta’ prenotazzjonijiet online, it-terminu “stedina” jenħtieġ li jinftiehem bħala kwalunkwe azzjoni mill-kummerċjant li tħeġġeġ jew tissuġġerixxi b’mod attiv lill-vjaġġatur biex jidħol f’kuntratt addizzjonali għal tip differenti ta’ servizz tal-ivvjaġġar. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu, fost affarijiet oħra, il-preżentazzjoni lill-vjaġġatur ta’ offerti mmirati matul il-proċess tal-prenotazzjoni, jew l-għoti ta’ hyperlinks jew suġġerimenti biex jiġu pprenotati servizzi oħra.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Il-prinċipju li fuqu hija bbażata d-definizzjoni ta’ “pakkett” jenħtieġ li jibqa’ jkun li hemm rabta mill-qrib bejn servizzi tal-ivvjaġġar differenti pprenotati għall-finijiet tal-istess vjaġġ jew vaganza. Sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni bejn id-definizzjoni ta’ “pakkett” u “arranġament tal-ivvjaġġar marbut” u biex jiġu eliminati d-diffikultajiet fid-distinzjoni bejn il-pakketti u l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, prenotazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza f’punt wieħed ta’ bejgħ fejn is-servizzi tal-ivvjaġġar ikunu ntgħażlu qabel ma l-vjaġġatur jikkonkludi l-ewwel kuntratt jenħtieġ li jitqiesu bħala pakketti bl-istess mod bħas-servizzi tal-ivvjaġġar ipprenotati f’punt wieħed ta’ bejgħ fi żmien qasir. Fiż-żewġ każijiet, hemm rabta mill-qrib bejn il-prenotazzjonijiet tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ “pakkett”, jenħtieġ li tkopri ż-żewġ sitwazzjonijiet , filwaqt li l-prenotazzjonijiet magħmula fl-okkażjoni ta’ żjara waħda ta’ punt wieħed ta’ bejgħ jew kuntatt ma’ punt wieħed ta’ bejgħ jenħtieġ li jitneħħew mid-definizzjoni ta’ arranġament tal-ivvjaġġar marbut .

(6)

Il-prinċipju li fuqu hija bbażata d-definizzjoni ta’ “pakkett” jenħtieġ li jibqa’ jkun li hemm rabta mill-qrib bejn servizzi tal-ivvjaġġar differenti pprenotati għall-finijiet tal-istess vjaġġ jew vaganza. Prenotazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza f’punt wieħed ta’ bejgħ fejn is-servizzi tal-ivvjaġġar ikunu ntgħażlu qabel ma l-vjaġġatur jikkonkludi l-ewwel kuntratt jenħtieġ li jitqiesu bħala pakketti bl-istess mod bħas-servizzi tal-ivvjaġġar ipprenotati f’punt wieħed ta’ bejgħ fi żmien qasir. Fiż-żewġ każijiet, hemm rabta mill-qrib bejn il-prenotazzjonijiet tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ “pakkett”, jenħtieġ li tkopri ż-żewġ sitwazzjonijiet.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Fil-kuntest tal-prenotazzjonijiet magħmula f’perjodu qasir ta’ żmien f’punt wieħed ta’ bejgħ, huwa xieraq li l-kriterju pjuttost vag ta’ “żjara jew kuntatt wieħed” jiġi sostitwit. Għalhekk, il-prenotazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ ta’ vaganza li jsiru fi żmien 3 sigħat jenħtieġ li dejjem jitqiesu bħala pakketti. L-istess jenħtieġ li japplika fejn, qabel it-tlestija tal-ewwel prenotazzjoni , negozjant jistieden lil vjaġġatur biex jipprenota servizzi addizzjonali għall-istess vjaġġ jew vaganza wara li jlesti l-ewwel prenotazzjoni, u fejn prenotazzjonijiet sussegwenti jseħħu fi żmien 24 siegħa wara l-konklużjoni tal-ewwel kuntratt .

(7)

Fil-kuntest tal-prenotazzjonijiet magħmula f’perjodu qasir ta’ żmien f’punt wieħed ta’ bejgħ, huwa xieraq li l-kriterju pjuttost vag ta’ “żjara jew kuntatt wieħed” jiġi sostitwit. Għalhekk, il-prenotazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza fejn, qabel ma l-vjaġġatur jaqbel li jħallas għall-ewwel servizz tal-ivvjaġġar , kummerċjant jistieden attivament lil vjaġġatur biex jipprenota servizz addizzjonali wieħed jew aktar għall-istess vjaġġ jew vaganza fi żmien 24 siegħa minn meta jaqbel li jħallas għall-ewwel servizz, jenħtieġ li jitqiesu bħala pakketti . Għall-fini ta’ din id-Direttiva, kummerċjant jenħtieġ li jitqies li jkun qed jistieden attivament lil vjaġġatur jipprenota servizz meta jottimizza l-offerta għall-bejgħ inkwistjoni jew jippromwovi tali offerta.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Id-definizzjoni ta’ pakkett ifformat permezz ta’ proċessi ta’ prenotazzjoni online marbuta fl-Artikolu 3(2)(b)(v) tad-Direttiva (UE) 2015/2302, li kienet tirrikjedi li l-isem, id-dettalji tal-pagament u l-indirizz tal-posta elettronika tal-vjaġġatur kollha jiġu trażmessi minn negozjant għal negozjant ieħor, uriet li hija ristretta wisq. Għalhekk, huwa xieraq li jitqiesu bħala “pakkett” prenotazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza fejn in-negozjant li jkun parti għall-ewwel kuntratt jittrasferixxi lil negozjant li jkun parti għat-tieni kuntratt jew għal kuntratt ieħor alternattivament l-isem, id-dettalji tal-pagament, l-indirizz tal-posta elettronika tal-vjaġġatur jew kwalunkwe data personali oħra tal-vjaġġatur. Dan it-trasferiment ta’ data personali jindika rabta mill-qrib bejn il-prenotazzjonijiet/il-kuntratti sabiex il-kriterju ta’ 24 siegħa għat-tieni prenotazzjoni ma jkunx indispensabbli u jenħtieġ li jitneħħa .

(8)

Id-definizzjoni ta’ pakkett ifformat permezz ta’ proċessi ta’ prenotazzjoni online marbuta fl-Artikolu 3(2)(b)(v) tad-Direttiva (UE) 2015/2302, li kienet tirrikjedi li l-isem, id-dettalji tal-pagament u l-indirizz tal-posta elettronika tal-vjaġġatur kollha jiġu trażmessi minn kummerċjant għal kummerċjant ieħor, uriet li hija ristretta wisq. Għalhekk, huwa xieraq li jitqiesu bħala “pakkett” prenotazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza fejn il-kummerċjant li jkun parti għall-ewwel kuntratt jittrasferixxi d-data personali ta’ vjaġġatur lil kummerċjant li jkun parti għat-tieni kuntratt jew għal kuntratt ieħor . Tali trasferiment ta’ data personali jenħtieġ li jippermetti lill-kummerċjanti involuti jistabbilixxu li l-istess vjaġġatur huwa parti għall-kuntratti rilevanti u jista’ jinkludi, pereżempju, l-isem, id-dettalji tal-pagament, l-indirizz tal-posta elettronika jew in-numru tat-telefon tal-vjaġġatur . It-trasferiment ta’ data personali jindika rabta mill-qrib bejn il-prenotazzjonijiet/il-kuntratti.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Id-definizzjoni ta’ “arranġament tal-ivvjaġġar marbut” jenħtieġ li tkopri sitwazzjonijiet fejn negozjant li jkun parti għall-ewwel kuntratt u jirċievi pagamenti minn jew f’isem il-vjaġġatur jistieden lil vjaġġatur biex jipprenota tipi addizzjonali ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza. F’dan il-kuntest, in-negozjant li jkun parti għall-ewwel kuntratt jenħtieġ li jikseb protezzjoni kontra l-insolvenza. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-vjaġġaturi jibbenefikaw bis-sħiħ mir-regoli dwar il-protezzjoni kontra l-insolvenza u li n-negozjanti jkunu jafu li huma soġġetti għal dan l-obbligu, huwa xieraq li l-formoli ta’ informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta jirrakkomandaw lill-vjaġġaturi jirreġistraw l-istedina u l-prenotazzjoni addizzjonali, pereżempju permezz ta’ screenshots, u biex jinformaw lin-negozjant li miegħu ġie konkluż l-ewwel kuntratt li kuntratt dwar tip addizzjonali ta’ servizz tal-ivvjaġġar ġie konkluż għall-istess vjaġġ jew vaganza fi żmien 24 siegħa wara l-istedina min-negozjant. In-negozjant jenħtieġ li jkun obbligat li jagħmel disponibbli lill-vjaġġaturi faċilità, bħal indirizz elettroniku jew sit web, fejn il-vjaġġaturi jistgħu jirreġistraw din l-informazzjoni u għandu jirrikonoxxi li rċieva din l-informazzjoni.

imħassar

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Fir-rigward ta’ pakketti fejn, pereżempju, l-akkomodazzjoni tkun ikkombinata ma’ servizzi turistiċi oħrajn, iżda li ma jkun fihom l-ebda trasportazzjoni ta’ passiġġieri, il-kriterju ġenerali ta’ “proporzjon sinifikanti” tal-valur tal-kombinazzjoni, li japplika għas-servizzi turistiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d), jenħtieġ li jiġi sostitwit bil-kriterju aktar speċifiku ta’ “mill-anqas 25 %” sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali.

(10)

Fir-rigward ta’ pakketti fejn, pereżempju, l-akkomodazzjoni tkun ikkombinata ma’ servizzi turistiċi oħrajn, iżda li ma jkun fihom l-ebda trasportazzjoni ta’ passiġġieri, il-kriterju ġenerali ta’ “proporzjon sinifikanti” tal-valur tal-kombinazzjoni, li japplika għas-servizzi turistiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d), jenħtieġ li jiġi sostitwit bil-kriterju aktar speċifiku ta’ “mill-anqas 25 %” sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali. Jenħtieġ li jiġi nnotat li attivitajiet differenti fuq il-post li jiġu pprovduti bħala parti intrinsika tal-akkomodazzjoni jew tipikament assoċjati magħha, irrispettivament mill-valur tagħhom, jenħtieġ li ma jwasslux għall-ħolqien ta’ pakkett jekk dawn is-servizzi jkunu kkombinati biss mal-akkomodazzjoni.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Hemm ċerti riskji li huma inerenti fil-prattika tan-negozju li jirrikjedu pagamenti bil-quddiem, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l-organizzaturi huma obbligati li jirrifondu ammonti sinifikanti lil vjaġġaturi għal vjaġġi kkanċellati f’perjodu ta’ żmien qasir. Għalhekk, jenħtieġ li jkun previst li l-kapparri, jiġifieri l-pagamenti mitluba lill-vjaġġaturi fil-ħin tal-prenotazzjoni jew ftit wara, jenħtieġ li ma jkunux ogħla minn 25 % tal-prezz totali tal-pakkett, u li l-organizzaturi jew, fejn applikabbli, il-bejjiegħa bl-imnut jenħtieġ li jiġu pprevenuti milli jitolbu l-pagament tal-ammont li jifdal qabel 28 jum qabel il-bidu tal-pakkett . Fl-istess ħin, l-organizzaturi u, fejn applikabbli, il-bejjiegħa bl-imnut jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu kapparri ogħla fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-organizzazzjoni u l-prestazzjoni xierqa tal-pakkett. Il-livell ta’ kapparri mitlub mill-organizzaturi jista’ jiġi ġġustifikat permezz ta’ pagamenti bil-quddiem lill-fornituri tas-servizzi, inkluż fejn ikunu jappartjenu għall-istess grupp ta’ kumpaniji bħall-organizzatur, jew il-ħtieġa li jiġu koperti l-kostijiet tal-organizzatur direttament relatati mal-organizzazzjoni u mal-eżekuzzjoni tal-pakkett fil-ħin tal-prenotazzjoni jew ftit wara. Dan jista’, fejn applikabbli, jinkludi kummissjonijiet mitluba mill-bejjiegħa bl-imnut.

(12)

Hemm ċerti riskji li huma inerenti fil-prattika tan-negozju li jirrikjedu pagamenti bil-quddiem, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l-organizzaturi huma obbligati li jirrifondu ammonti sinifikanti lil vjaġġaturi għal vjaġġi kkanċellati f’perjodu ta’ żmien qasir. Għalhekk, jenħtieġ li jkun previst li l-kapparri, jiġifieri l-pagamenti mitluba lill-vjaġġaturi fil-ħin tal-prenotazzjoni jew ftit wara, jenħtieġ li jiġu ffissati f’livell xieraq . Il-kapparri jistgħu jkunu soġġetti għal limitazzjonijiet abbażi tal-ġuriżdizzjoni nazzjonali.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Il-livell ta’ kapparri jenħtieġ li ma jirrikjedix kalkoli differenti għal kull pakkett iżda jista’ jiġi stabbilit għal gruppi ta’ pakketti li għandhom karatteristiċi simili fir-rigward tal-ħtieġa ta’ kapparra. L-organizzaturi u, fejn rilevanti, il-bejjiegħa bl-imnut jenħtieġ li jkomplu jkunu obbligati jinformaw lill-vjaġġaturi, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, dwar il-kapparri li jitolbu.

imħassar

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Peress li l-limitazzjoni tal-pagamenti bil-quddiem ma hijiex kompatibbli mal-kunċett ta’ gift boxes ta’ pakketti tal-ivvjaġġar kif imsemmi fl-Artikolu 3(5)(b)(iv) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 u pakketti pprenotati anqas minn 28 jum qabel il-bidu tal-pakkett, dawn iż-żewġ tipi ta’ pakketti jenħtieġ li jiġu eżentati mil-limitazzjoni tal-pagamenti bil-quddiem introdotta minn din id-Direttiva.

imħassar

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

F’ċerti sitwazzjonijiet, il-vawċers volontarji lill-vjaġġaturi jistgħu jkunu alternattiva utli għar-rifużjonijiet. Il-vawċers jistgħu jagħtu aktar flessibbiltà lill-organizzaturi b’mod partikolari jekk ikunu qed jiffaċċjaw l-obbligu li jagħmlu ħafna rifużjonijiet f’perjodu ta’ żmien qasir. Fl-istess ħin, il-vawċers jistgħu jkunu aċċettabbli għal vjaġġaturi li ma jeħtiġux rifużjoni immedjata, sakemm ikun hemm garanziji legali speċifiċi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari dwar il-vawċers li jipprovdu dawn il-garanziji. Dawk il-garanziji jenħtieġ li jinkludu t-trasparenza dwar in-natura volontarja u dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-vawċers, kif ukoll dwar id-drittijiet tal-vjaġġaturi fir-rigward tal-vawċers, pereżempju, il-fatt li huma protetti kontra l-insolvenza tal-organizzatur u li l-vjaġġaturi huma intitolati għal rifużjoni awtomatika meta vawċer ma jissarrafx matul il-perjodu ta’ validità tiegħu. L-organizzaturi jistgħu jagħmlu l-vawċers aktar attraenti, pereżempju, billi jżidu l-ammont tal-vawċer meta mqabbel mad-dritt ta’ rifużjoni tal-vjaġġatur. F’każijiet bħal dawn, il-protezzjoni kontra l-insolvenza jenħtieġ li tkun limitata għall-ammont ta’ pagamenti riċevuti mill-vjaġġatur .

(16)

F’ċerti sitwazzjonijiet, il-vawċers volontarji lill-vjaġġaturi jistgħu jkunu alternattiva utli għar-rifużjonijiet. Il-vawċers jistgħu jagħtu aktar flessibbiltà lill-organizzaturi b’mod partikolari jekk ikunu qed jiffaċċjaw l-obbligu li jagħmlu ħafna rifużjonijiet f’perjodu ta’ żmien qasir. Fl-istess ħin, il-vawċers jistgħu jkunu aċċettabbli għal vjaġġaturi li ma jeħtiġux rifużjoni immedjata, sakemm ikun hemm garanziji legali speċifiċi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari dwar il-vawċers li jipprovdu dawn il-garanziji. Dawk il-garanziji jenħtieġ li jinkludu t-trasparenza dwar in-natura volontarja u dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-vawċers, kif ukoll dwar id-drittijiet tal-vjaġġaturi fir-rigward tal-vawċers, pereżempju, il-fatt li huma protetti kontra l-insolvenza tal-organizzatur u li l-vjaġġaturi huma intitolati għal rifużjoni awtomatika meta vawċer ma jissarrafx matul il-perjodu ta’ validità tiegħu. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-vawċer jintuża għal kwalunkwe servizz propost mill-organizzatur. L-organizzaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu l-vawċers aktar attraenti, pereżempju, billi jżidu l-valur tagħhom meta mqabbel mad-dritt ta’ rifużjoni tal-vjaġġatur. F’każijiet bħal dawn, il-protezzjoni kontra l-insolvenza jenħtieġ li tkun limitata għall-ammont tad-drittijiet ta’ rifużjoni tal-vjaġġatur .

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Jekk pakkett ikun ġie kkombinat minn organizzatur u jkun magħmul minn servizzi minn żewġ fornituri ta’ servizzi tal-ivvjaġġar differenti jew aktar, il-vawċer jenħtieġ li japplika għall-organizzatur fejn il-pakkett ġie pprenotat u mhux jinqasam bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-ivvjaġġar differenti li l-organizzatur ikun qed jikkoopera magħhom.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

L-għadd kbir ta’ sitwazzjonijiet konċepibbli li jistgħu jwasslu għat-terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-eżekuzzjoni ta’ pakkett jirrikjedu valutazzjoni każ b’każ, pereżempju, fid-dawl tan-natura u l-firxa ta’ dawn iċ-ċirkostanzi. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li t-terminazzjoni ta’ kuntratt hija possibbli jekk jista’ jkun raġonevolment mistenni li l-eżekuzzjoni tiegħu tkun affettwata b’mod sinifikanti minn ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji.

(18)

Jenħtieġ li jiġi ċċarat li t-terminazzjoni ta’ kuntratt hija possibbli jekk jista’ jkun raġonevolment mistenni li l-eżekuzzjoni tiegħu tkun affettwata b’mod sinifikanti u oġġettiv minn ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji , li jkun jirrikjedi valutazzjoni każ b’każ . Il-valutazzjoni dwar jekk ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji humiex se jkollhom effetti sinifikanti u oġġettivi fuq l-eżekuzzjoni tal-pakkett jenħtieġ li tkun ibbażata fuq previżjoni, fil-mument tat-terminazzjoni tal-kuntratt, tal-probabbiltà li ċ-ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jkollhom effetti sinifikanti u oġġettivi fuq l-eżekuzzjoni tal-pakkett. Meta vjaġġatur jittermina l-kuntratt, tali valutazzjoni jenħtieġ li ssir mill-perspettiva ta’ vjaġġatur medju li jkun raġonevolment infurmat sew u li jkun raġonevolment osservanti u ċirkuspett, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli fid-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar inkwistjoni. L-effetti taċ-ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jseħħu fil-post tat-tluq, fid-destinazzjoni, inklużi l-viċinanzi immedjati tagħha, jew li jaffettwaw il-vjaġġ lejn id-destinazzjoni jew minnha, inklużi d-diversi postijiet konnessi mal-bidu u r-ritorn tal-vjaġġ inkwistjoni, jenħtieġ li jitqiesu meta jaffettwaw l-eżekuzzjoni tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar rilevanti. Iċ-ċirkostanzi li jaffettwaw biss il-vjaġġ lejn id-destinazzjoni jew il-vjaġġ ta’ ritorn jenħtieġ li ma jitqisux jekk dak il-vjaġġ ma jkunx parti mill-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, inkluż it-trasport tal-passiġġier lejn il-post tat-tluq miftiehem.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Matul il-pandemija tal-Covid-19, ħarġu interpretazzjonijiet differenti fir-rigward tad-drittijiet ta’ kanċellazzjoni minħabba “ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji” inkluż fir-rigward tar-rilevanza tat-twissijiet tal-ivvjaġġar. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi speċifikat li t-twissijiet uffiċjali tal-ivvjaġġar għad-destinazzjoni tal-ivvjaġġar maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza jew tat-tluq jew tal-pajjiż tad-destinazzjoni tal-vjaġġatur, huma elementi importanti meta tiġi vvalutata l-ġustifikazzjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li restrizzjonijiet serji fid-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew li japplikaw wara r-ritorn mill-vjaġġ jew mill-vaganza, bħar-rekwiżiti ta’ kwarantina għal perjodu sinifikanti, huma rilevanti wkoll meta tiġi vvalutata l-ġustifikazzjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar .

(19)

Matul il-pandemija tal-Covid-19, ħarġu interpretazzjonijiet differenti fir-rigward tad-drittijiet ta’ kanċellazzjoni minħabba “ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji” inkluż fir-rigward tar-rilevanza tat-twissijiet tal-ivvjaġġar. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi speċifikat li t-twissijiet uffiċjali tal-ivvjaġġar għad-destinazzjoni tal-ivvjaġġar maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza jew tat-tluq jew tal-pajjiż tad-destinazzjoni tal-vjaġġatur, huma elementi importanti meta jiġi vvalutat jekk it-terminazzjoni ta’ kuntratt tkunx ġustifikata . Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ twissijiet uffiċjali tal-ivvjaġġar jenħtieġ li ma jipprevjenix l-istabbiliment tal-eżistenza ta’ dawk iċ-ċirkostanzi u tal-effetti tagħhom fuq l-eżekuzzjoni tal-pakkett. Iċ-ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jistgħu jkopru mhux biss iċ-ċirkostanzi li jaffettwaw l-eżekuzzjoni ta’ pakkett, iżda anki ċ-ċirkostanzi li, mingħajr ma jipprevjenu tali eżekuzzjoni, ifissru li l-pakkett ma jistax jiġi eżegwit mingħajr ma l-vjaġġaturi kkonċernati jiġu esposti għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom. Ir-rilevanza ta’ tali ċirkostanzi u tal-effetti tagħhom jenħtieġ li tiġi vvalutata b’mod oġġettiv, filwaqt li, meta jkun xieraq, jitqies sa liema livell il-passiġġieri kkonċernati huma esposti għar-riskju. Il-fatt li, minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, il-vjaġġaturi se jiġu soġġetti għal restrizzjonijiet serji fid-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew fil-post tat-tluq tagħhom, inklużi r-rekwiżiti ta’ kwarantina għal perjodu sinifikanti, jenħtieġ li jiġi vvalutat ukoll meta jiġi kkunsidrat jekk terminazzjoni ta’ kuntratt tkunx ġustifikata .

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-perjodu ta’ rifużjoni ta’ 14-il jum, li jiġi skattat mit-terminazzjoni tal-kuntratt, japplika irrispettivament minn jekk il-vjaġġatur speċifikament jitlobx rifużjoni.

(20)

Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-perjodu ta’ rifużjoni ta’ 14-il jum, li jiġi skattat mit-terminazzjoni tal-kuntratt, japplika irrispettivament minn jekk il-vjaġġatur speċifikament jitlobx rifużjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-organizzatur għandu l-obbligu li jirrimborża l-pagamenti kollha li saru mill-vjaġġatur jew f’ismu fir-rigward tal-pakkett.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)

Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu s-sistemi tagħhom ta’ protezzjoni mill-insolvenza applikabbli fit-territorji tagħhom, inklużi l-proċeduri assoċjati u l-metodi biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-protezzjoni mill-insolvenza permezz tal-kanali ta’ komunikazzjoni l-aktar effettivi disponibbli. Huwa importanti li jiġi stabbilit li, hekk kif isseħħ insolvenza, il-vjaġġaturi jenħtieġ li jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jibbenefikaw mid-drittijiet tal-protezzjoni mill-insolvenza. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw entità jew entitajiet rilevanti, li jkunu responsabbli biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiċċentralizza l-informazzjoni relatata ma’ dawk l-iskemi ta’ protezzjoni mill-insolvenza u l-punti ta’ kuntatt ċentrali, u tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fis-sit web tagħha.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-protezzjoni kontra l-insolvenza għall-vjaġġaturi f’kull ħin, jenħtieġ li jiġi pprovdut li s-sigurtà tkun biżżejjed biex tkopri l-kostijiet għar-rifużjonijiet u r-ripatrijazzjoni f’każijiet fejn isseħħ insolvenza fi żmien meta organizzatur jirċievi l-ogħla ammonti ta’ pagamenti. Jenħtieġ li titqies kwalunkwe żieda ta’ dawk l-ammonti minħabba volum antiċipat ogħla ta’ pakketti mibjugħa f’perjodu partikolari. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri jenħtieġ li jissorveljaw il-protezzjoni kontra l-insolvenza tal-organizzaturi u jimmonitorjaw is-suq għall-provvista ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza . Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikjedu livell addizzjonali ta’ protezzjoni, pereżempju fond ta’ riżerva. Dan jista’ jkun rilevanti, pereżempju, meta l-poloz tal-assigurazzjoni ma jipprovdux il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni. Dawn il-fondi ta’ riżerva normalment jenħtieġ li jiġu ffinanzjati esklussivament permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-organizzaturi. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li dawn il-miżuri jistgħu jiġu kofinanzjati mill-Istati Membri biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u mtenni li dawk id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat sa fejn dawn il-miżuri jinvolvu għajnuna mill-Istat.

(22)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-protezzjoni mill-insolvenza għall-vjaġġaturi f’kull ħin, jenħtieġ li jiġi stipulat li s-sigurtà tkun biżżejjed biex tkopri l-kostijiet għar-rifużjonijiet u r-ripatrijazzjonijiet f’każijiet fejn isseħħ insolvenza fi żmien meta organizzatur jirċievi l-ogħla ammonti ta’ pagamenti. Jenħtieġ li titqies kwalunkwe żieda ta’ dawk l-ammonti minħabba volum antiċipat ogħla ta’ pakketti mibjugħa f’perjodu partikolari. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri jenħtieġ li jissorveljaw il-protezzjoni mill-insolvenza tal-organizzaturi u jimmonitorjaw is-suq għall-provvista ta’ protezzjoni mill-insolvenza . Jenħtieġ li jiġi ċċarat li dawn il-miżuri jistgħu jiġu kofinanzjati mill-Istati Membri biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u jiġi mtenni li dawk id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat sa fejn dawn il-miżuri jinvolvu għajnuna mill-Istat.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Huwa importanti li l-vjaġġaturi jkunu informati kif xieraq dwar id-drittijiet tagħhom, ikunu jistgħu jifhmu l-informazzjoni pprovduta lilhom u jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni meta jkollhom bżonnha. Għalhekk, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, il-kontenut ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar u l-formoli ta’ informazzjoni standard stabbiliti fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2015/2302. Pereżempju, il-formoli ta’ informazzjoni standard fl-Anness I jenħtieġ li jispeċifikaw in-negozjant responsabbli għar-rifużjonijiet għal pakketti kkanċellati. Id-dritt ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar mingħajr spiża minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jenħtieġ li jiġi ppreżentat ħdejn il-possibbiltà ta’ kanċellazzjoni ta’ pakkett soġġett għal spiża ta’ kanċellazzjoni . Barra minn hekk, l-organizzaturi jenħtieġ li jkunu obbligati jżidu l-formola ta’ informazzjoni standard mal-kuntratt sabiex din tkun disponibbli għall-vjaġġaturi wara l-konklużjoni tal-kuntratt, flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt tan-negozjanti rilevanti.

(25)

Huwa importanti li l-vjaġġaturi jkunu informati kif xieraq dwar id-drittijiet tagħhom, ikunu jistgħu jifhmu l-informazzjoni pprovduta lilhom u jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni meta jkollhom bżonnha. Għalhekk, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, il-kontenut ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar u l-formoli ta’ informazzjoni standard stabbiliti fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2015/2302. Pereżempju, il-formoli ta’ informazzjoni standard fl-Anness I jenħtieġ li jispeċifikaw il-kummerċjant responsabbli għar-rifużjonijiet għal pakketti kkanċellati. Id-dritt ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar mingħajr tariffa minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jenħtieġ li jiġi ppreżentat ħdejn il-possibbiltà ta’ kanċellazzjoni ta’ pakkett soġġett għal tariffa għall-kanċellazzjoni . Barra minn hekk, l-organizzaturi jenħtieġ li jkunu obbligati jżidu l-formola ta’ informazzjoni standard mal-kuntratt sabiex din tkun disponibbli għall-vjaġġaturi wara l-konklużjoni tal-kuntratt, flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt tal-kummerċjanti rilevanti. Biex jiġi żgurat li l-vjaġġaturi jkunu infurmati sew dwar id-drittijiet tagħhom, l-organizzaturi jenħtieġ li jipprovdu assistenza aċċessibbli għall-vjaġġaturi, speċjalment il-vjaġġaturi vulnerabbli, permezz ta’ punt uniku ta’ servizz. Il-kanali ta’ komunikazzjoni diġitali jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala għodda fundamentali biex tiġi pprovduta informazzjoni aġġornata u personalizzata dwar id-drittijiet tal-passiġġieri f’kull ħin. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta b’mod awtomatiku u proattiv mill-organizzaturi, b’mod partikolari f’każ ta’ event li x’aktarx ikollu impatt fuq il-pakkett, sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss ta’ informazzjoni lill-vjaġġatur u lill-organizzatur. Il-kanali ta’ komunikazzjoni diġitali jenħtieġ li jingħataw prijorità, mingħajr ma tiġi affettwata ħażin l-assistenza lill-passiġġieri mogħtija fil-bankijiet fiżiċi.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)

Il-konformità ma’ din id-Direttiva jenħtieġ li tkun infurzabbli permezz tal-impożizzjoni ta’ penali u miżuri oħra ta’ infurzar. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu implimentati, inkluż billi jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll ir-rispett tal-prinċipju ne bis in idem. Meta jivvalutaw l-ammont tal-multi, l-Istati Membri, f’kull każ individwali, jenħtieġ li jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, b’kunsiderazzjoni xierqa, b’mod partikolari, għan-natura, il-gravità, l-iskala u d-durata tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u għad-daqs tal-fornitur, b’mod partikolari jekk il-fornitur ikun SME, inklużi l-istart-ups.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett

Suġġett

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-kisba ta’ livell għoli u kemm jista’ jkun uniformi ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi jiġu approssimati ċerti aspetti tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward kuntratti bejn il-vjaġġaturi u n-negozjanti dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, kif ukoll ċerti aspetti ta’ kuntratti bejn organizzaturi ta’ pakketti u fornituri tas-servizz.

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-kisba ta’ livell għoli u kemm jista’ jkun uniformi ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi jiġu approssimati u ssimplifikati ċerti aspetti tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward kuntratti bejn il-vjaġġaturi u l-kummerċjanti dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar u ċerti aspetti ta’ kuntratti bejn organizzaturi ta’ pakketti u fornituri tas-servizz tal-ivvjaġġar, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni speċifika li f’xi każijiet ma jwasslux għall-ħolqien ta’ pakkett .

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tapplika għal pakketti offruti għal bejgħ jew li jinbiegħu min-negozjanti lill-vjaġġaturi u għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ffaċilitati minn negozjanti għal vjaġġaturi .

Din id-Direttiva tapplika għal pakketti offruti għal bejgħ jew li jinbiegħu mill-kummerċjanti lill-vjaġġaturi.

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)

fl-Artikolu 2(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(a)

pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jkopru perjodu ta’ anqas minn 24 siegħa, u dan sakemm l-akkomodazzjoni mal-lejl ma tkunx inkluża;

“(a)

pakketti li jkopru perjodu ta’ anqas minn 24 siegħa, u dan sakemm l-akkomodazzjoni mal-lejl ma tkunx inkluża;”

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2b)

fl-Artikolu 2(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(b)

pakketti offruti , u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta faċilitati, okkażjonalment u mingħajr skop ta’ qligħ uu għal grupp limitat ta’ passiġġiera biss;

“(b)

pakketti offruti okkażjonalment u mingħajr skop ta’ qligħ u għal grupp limitat ta’ passiġġieri biss;”

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt 2c (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2c)

fl-Artikolu 2(2), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(c)

pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta mixtrija abbażi ta’ ftehim ġenerali għall-arranġament ta’ vjaġġar fuq xogħol bejn kummerċjant u persuna oħra fiżika jew ġuridika li qed taġixxi għal finijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha ;

“(c)

pakketti mixtrija għall-arranġament ta’ vjaġġar fuq xogħol bejn kummerċjant u persuna oħra fiżika jew ġuridika li qed taġixxi għal finijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha .

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

dawk is-servizzi jinxtraw minn punt uniku ta’ bejgħ u

(i)

dawk is-servizzi jinxtraw minn punt uniku ta’ bejgħ u jkunu ntgħażlu qabel ma l-vjaġġatur jaqbel li jħallas, jew

ikunu ntgħażlu qabel ma l-vjaġġatur jaqbel li jħallas,

 

tipi oħrajn ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jiġu pprenotati fi żmien 3 sigħat wara li l-vjaġġatur ikun qabel li jħallas għall-ewwel servizz tal-ivvjaġġar, jew

 

tipi oħrajn ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jiġu pprenotati fi żmien 24 siegħa wara li l-vjaġġatur ikun qabel li jħallas għall-ewwel servizz tal-ivvjaġġar u jekk, qabel ma l-vjaġġatur ikun qabel li jħallas għall-ewwel servizz tal-ivvjaġġar, in-negozjant stieden lill-vjaġġatur biex sussegwentement jipprenota tip addizzjonali wieħed jew aktar ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, jew

 

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

jekk, qabel ma l-vjaġġatur jaqbel li jħallas għall-ewwel servizz tal-ivvjaġġar, il-kummerċjant jistieden attivament lill-vjaġġatur jipprenota tip addizzjonali wieħed jew aktar ta’ servizzi tal-ivvjaġġar fl-istess punt ta’ bejgħ fi żmien 24 siegħa minn meta jaqbel li jħallas għall-ewwel servizz, jew

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

jiġu offruti, mibjugħa jew imħallsa bi prezz inklużiv jew totali, irrispettivament minn kwalunkwe kont separat, jew

(ii)

offruti, mibjugħa jew imħallsa bi prezz inklużiv jew totali, irrispettivament minn kwalunkwe kont separat, jew

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

jiġu rreklamati jew mibjugħa bit-terminu “pakkett” jew b’xi terminu simili, jew

(iii)

reklamati jew mibjugħa bit-terminu “pakkett” jew b’xi terminu simili, jew

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)

jiġu kkombinati wara l-konklużjoni ta’ kuntratt li bih negozjant jintitola lill-vjaġġatur li jagħżel fost għażla ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, jew

(iv)

kombinati wara l-konklużjoni ta’ kuntratt li bih kummerċjant jintitola lill-vjaġġatur li jagħżel fost għażla ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, jew

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)

jinxtraw minn negozjanti separati permezz ta’ proċessi ta’ prenotazzjoni online marbuta fejn l-isem, id-dettalji tal-ħlas, l-indirizz tal-posta elettronika tal-vjaġġatur jew id-data personali l-oħra tal-vjaġġatur tiġi trażmessa min-negozjant li miegħu jiġi konkluż l-ewwel kuntratt lil negozjant ieħor jew lil negozjanti oħrajn .

(v)

mixtrija minn kummerċjanti separati permezz ta’ proċessi ta’ prenotazzjoni online marbuta fejn id-data personali tal-vjaġġatur li permezz tagħha l-vjaġġatur jista’ jiġi identifikat bħala parti kontraenti, tiġi trażmessa mill-kummerċjant li miegħu jiġi konkluż l-ewwel kuntratt lil kummerċjant ieħor jew lil kummerċjanti oħrajn u jiġi konkluż kuntratt jew jiġu konklużi kuntratti sa mhux aktar minn 24 siegħa wara l-konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar mal-kummerċjant jew mal-kummerċjanti tal-aħħar,

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b – punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(va)

jew kwalunkwe sitwazzjoni oħra fejn il-partijiet jaqblu li jikkunsidraw is-servizzi tal-ivvjaġġar ipprenotati bħala pakkett.

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-punt 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

(b)

il-punt 5 huwa mħassar

(5)

arranġament tal-ivvjaġġar marbut” tfisser kombinazzjoni ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li ma taqax taħt id-definizzjoni ta’ pakkett fil-punt 2, fejn negozjant li jkun parti għal kuntratt dwar il-forniment ta’ servizz tal-ivvjaġġar u jirċievi pagamenti minn jew f’isem vjaġġatur jistieden lil vjaġġatur biex jipprenota tip addizzjonali ta’ servizz tal-ivvjaġġar minn negozjant ieħor għall-finijiet tal-istess vjaġġ jew vaganza u fejn kuntratt dwar il-forniment ta’ servizz tal-ivvjaġġar addizzjonali jiġi konkluż mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel kuntratt.

 

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)

il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(7)

“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li jkollha sjieda pubblika jew privata, li qed taġixxi, ukoll permezz ta’ kwalunkwe persuna oħra li qed taġixxi f’isimha jew għall-interessi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fir-rigward ta’ kuntratti koperti minn din id-Direttiva, kemm jekk taġixxi fil-kapaċità ta’ organizzatur, bejjiegħ bl-imnut, kummerċjant li qed jiffaċilita arranġament tal-ivvjaġġar marbut jew bħala fornitur ta’ servizz tal-ivvjaġġar;

“(7)

“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li jkollha sjieda pubblika jew privata, li qed taġixxi, ukoll permezz ta’ kwalunkwe persuna oħra li qed taġixxi f’isimha jew għall-interessi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fir-rigward ta’ kuntratti koperti minn din id-Direttiva, kemm jekk taġixxi fil-kapaċità ta’ organizzatur, bejjiegħ bl-imnut, jew bħala fornitur ta’ servizz tal-ivvjaġġar;

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 12

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)

il-punt 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(12)

“ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji” tfisser sitwazzjoni lil hinn mill-kontroll tal-parti li tinvoka tali sitwazzjoni u li l-konsegwenzi tagħha ma setgħux jiġu evitati anke jekk ikunu ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha;

(12)

“ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji” tfisser sitwazzjoni lil hinn mill-kontroll tal-parti li tinvoka tali sitwazzjoni u li l-konsegwenzi tagħha ma setgħux jiġu evitati anke jekk ikunu ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha , inkluż, fost oħrajn, gwerra jew kunflitt, problemi serji oħra ta’ sigurtà bħat-terroriżmu, riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem bħat-tifqigħ ta’ mard serju fid-destinazzjoni tal-vjaġġ, jew diżastri naturali bħal għargħar, terremoti jew kundizzjonijiet tat-temp li jagħmluha impossibbli li tivvjaġġa b’mod sikur għad-destinazzjoni kif maqbul fil-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar ;

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt -a (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a – subpunt viii

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)

fil-punt (a), is-subpunt (viii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(viii)

jekk il-vjaġġ jew il-btala jkunux adatti b’mod ġenerali għal persuni b’mobilità mnaqqsa jew le u, fuq talba tal-vjaġġatur, informazzjoni preċiża dwar kemm hu adatt il-vjaġġ jew il-btala meta jitqiesu l-ħtiġijiet tal-vjaġġatur;

“(viii)

jekk il-vjaġġ jew il-btala jkunux adatti b’mod ġenerali għal persuni b’diżabbiltà u b’mobilità mnaqqsa jew le u, fuq talba tal-vjaġġatur, informazzjoni preċiża dwar l-aċċessibbiltà u kemm huma adatti l-vjaġġ jew il-btala meta jitqiesu l-ħtiġijiet tal-vjaġġatur;”

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt -aa (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(b)

l-isem kummerċjali u l-indirizz ġeografiku tal-organizzatur u, fejn applikabbli, tal-bejjiegħ bl-imnut, kif ukoll in-numru tat-telefon u , fejn applikabbli, l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom;

“(b)

l-isem kummerċjali u l-indirizz ġeografiku tal-organizzatur u, fejn applikabbli, tal-bejjiegħ bl-imnut, kif ukoll in-numru mingħajr ħlas tat-telefon u l-indirizz funzjonali tal-posta elettronika tagħhom;”

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 5 – paragrafu 1– subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-arranġamenti għall-pagament, inkluż kwalunkwe ammont jew perċentwal tal-prezz li għandu jitħallas bħala kapparra u l-iskeda ta’ żmien għall-pagament tal-bilanċ , f’konformità mal-Artikolu 5a , jew garanziji finanzjarji li għandhom jitħallsu jew jiġu pprovduti mill-vjaġġatur; ;

“(d)

l-arranġamenti għall-pagament, inkluż permezz ta’ punti jew sistemi oħra ta’ kumpens monetarju u kwalunkwe ammont jew perċentwal tal-prezz li għandu jitħallas bħala kapparra u l-iskeda ta’ żmien għall-pagament tal-bilanċ, jew garanziji finanzjarji li għandhom jitħallsu jew jiġu pprovduti mill-vjaġġatur;”

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt aa (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(f)

informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti tal-passaport u tal-visa, inklużi l- perjodi approssimattivi għall-kisba tal-visa u informazzjoni dwar il-formalitajiet tas-saħħa tal-pajjiż ta’ destinazzjoni;

“(f)

informazzjoni ġenerali eżawrjenti dwar ir-rekwiżiti tal-passaport u tal-visa, inklużi l- perjodi approssimattivi għall-kisba tal-visa u informazzjoni dwar il-formalitajiet tas-saħħa, tal-pajjiż ta’ destinazzjoni u ta’ tranżitu, kif ukoll il-bidliet li jsiru bejn il-konklużjoni tal-kuntratt u l-eżekuzzjoni tiegħu ;”

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jiżdied il-punt li ġej:

 

(ha)

informazzjoni li l-vjaġġatur qed jixtri pakkett u spjegazzjoni tal-protezzjoni mogħtija lill-vjaġġaturi wara l-konklużjoni tal-kuntratt, kif previst f’din id-Direttiva.

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprovduta b’mod ċar, li jinftiehem u prominenti. Fejn tali informazzjoni tingħata bil-miktub, din għandha tkun tista’ tinqara.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprovduta b’mod ċar, li jinftiehem u prominenti u f’formati aċċessibbli f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882 . Fejn tali informazzjoni tingħata bil-miktub, din għandha tkun tista’ tinqara.

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 5a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5a

Artikolu 5a

Pagamenti

Pagamenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, ħlief għall-pakketti kif iddefiniti fl-Artikolu 3, il-punt (2)(b)(iv), u l-pakketti pprenotati anqas minn 28 jum qabel il-bidu tal-pakkett, l-organizzatur jew, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut ma għandux jitlob kapparri li jaqbżu 25 % tal-prezz totali tal-pakkett u ma għandux jitlob il-pagament li jifdal qabel 28 jum qabel il-bidu tal-pakkett. L-organizzatur, jew fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut jista’ jitlob kapparri ogħla fejn dan ikun meħtieġ biex jiżgura l-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-pakkett . Il-kapparri jistgħu jkopru l-pagamenti bil-quddiem lill-fornituri tas-servizzi inklużi fil-pakkett u l-kostijiet imġarrba mill-organizzatur, jew fejn applikabbli mill-bejjiegħ bl-imnut, speċifikament fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-pakkett sa fejn ikun meħtieġ li jiġu koperti dawk il-kostijiet fiż-żmien tal-prenotazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, jintroduċu limitazzjonijiet għall-pagamenti bil-quddiem .

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt -a (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratti ta’ pakketti tal-ivvjaġġar ikunu b’lingwa sempliċi u li tinftiehem u, safejn dawn ikunu bil-miktub, ikunu jistgħu jinqraw. Fil-konklużjoni tal-kuntratt ta’ pakkett ta’ vjaġġar jew mingħajr dewmien żejjed wara dan, l-organizzatur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu jipprovdi lill-vjaġġatur b’kopja jew bil-konferma tal-kuntratt fuq mezz li jservi għal żmien twil. Il-vjaġġatur għandu jkun intitolat jitlob kopja stampata jekk il-kuntratt ta’ pakkett ta’ vjaġġar ikun ġie konkluż fil-preżenza fiżika simultanja tal-partijiet.

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratti ta’ pakketti tal-ivvjaġġar ikunu f’formati aċċessibbli f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882, b’lingwa sempliċi u li tinftiehem u, safejn dawn ikunu bil-miktub, ikunu jistgħu jinqraw. Fil-konklużjoni tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar jew mingħajr dewmien żejjed wara dan, l-organizzatur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu jipprovdi lill-vjaġġatur b’kopja jew bil-konferma tal-kuntratt fuq mezz li jservi għal żmien twil. Il-vjaġġatur għandu jkun intitolat jitlob kopja stampata jekk il-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvvjaġġar ikun ġie konkluż fil-preżenza fiżika simultanja tal-partijiet.”

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 7 – paragrafu 2a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.   Il-formola ta’ informazzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness I għandha tiġi mehmuża mal-kuntratt. Il-kuntratt għandu jkun fih referenza ċara għal dik il-formola ta’ informazzjoni.

2a.   Il-formola ta’ informazzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness I għandha tiġi mehmuża mal-kuntratt jew issir disponibbli elettronikament fil-mument li jiġi konkluż . Il-kuntratt għandu jkun fih referenza ċara għal dik il-formola ta’ informazzjoni.

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 11 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a)

Fl-Artikolu 11, il-parti introduttorja tal-paragrafu 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

2.   Jekk, qabel il-bidu tal-perjodu tal-pakkett, l-organizzatur ikun kostrett li jibdel b’mod sinifikanti xi waħda mill-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) jew ma jistax jissodisfa r-rekwiżiti speċjali kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2), jew jipproponi li jgħolli l-prezz tal-pakkett b’aktar minn 8 % skont l-Artikolu 10(2), il-vjaġġatur jista’, f’ perjodu ta’ żmien raġonevoli speċifikat mill-organizzatur:

2.   Jekk, qabel il-bidu tal-perjodu tal-pakkett, l-organizzatur ikun kostrett li jibdel b’mod sinifikanti xi waħda mill-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) jew ma jistax jissodisfa r-rekwiżiti speċjali kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2), jew jipproponi li jgħolli l-prezz tal-pakkett b’aktar minn 8 % skont l-Artikolu 10(2), għandu jinforma minnufih lill-vjaġġatur li jista’, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli speċifikat mill-organizzatur:

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt -a (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt ta’ pakkett ta’ vjaġġar fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett. Fejn il-vjaġġatur jittermina l-kuntratt ta’ pakkett ta’ vjaġġar skont dan il-paragrafu, il-vjaġġatur jista’ jkollu jħallas tariffa ta’ terminazzjoni adatta u ġustifikabbli lill-organizzatur. Il-kuntratt ta’ pakkett ta’ vjaġġar jista’ jispeċifika tariffi raġonevoli standardizzati ta’ terminazzjoni bbażati fuq iż-żmien tat-terminazzjoni tal-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett u l-iffrankar mistenni ta’ spejjeż u dħul mill-użu alternattiv tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Fin-nuqqas ta’ tariffi standardizzati ta’ terminazzjoni, l-ammont tat-tariffa ta’ terminazzjoni għandu jikkorrispondi għall-prezz tal-pakkett nieqes l-ispejjeż iffrankati u d-dħul mill-użu alternattiv tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Fuq talba tal-vjaġġatur l-organizzatur għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għall-ammont tat-tariffi ta’ terminazzjoni.

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett. Fejn il-vjaġġatur jittermina l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar skont dan il-paragrafu, il-vjaġġatur jista’ jkollu jħallas tariffa ta’ terminazzjoni standardizzata kif stipulat fil-kuntratt .”

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt -aa (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

“L-organizzatur għandu jiddikjara b’mod ċar jew l-ammont speċifiku tat-tariffa ta' terminazzjoni standardizzata jew il-metodu ta’ kalkolu fl-informazzjoni prekuntrattwali pprovduta lill-vjaġġatur. It-tariffa ta’ terminazzjoni standardizzata għandha tkun xierqa u ġustifikabbli, filwaqt li tqis pereżempju ż-żmien tat-terminazzjoni qabel il-bidu tal-pakkett, l-iffrankar mistenni tal-kostijiet, u l-introjtu potenzjali mill-użu alternattiv tas-servizzi tal-ivvjaġġar.”

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Bla ħsara għall-paragrafu 1, il-vjaġġatur għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar qabel il-bidu tal-pakkett mingħajr ma jħallas l-ebda tariffa ta’ terminazzjoni fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jseħħu fid-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew fil-viċinanza immedjata tagħha, fil-post ta’ residenza jew tat-tluq tal-vjaġġatur jew li jaffettwaw il-vjaġġ lejn id-destinazzjoni, fejn ċirkostanzi bħal dawn jaffettwaw b’mod sinifikanti l-eżekuzzjoni tal-pakkett. Il-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt meta jkun raġonevolment mistenni li l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar se tkun affettwata b’mod sinifikanti minn ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji . F’każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar f’konformità ma’ dan il-paragrafu, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat għal rifużjoni sħiħa ta’ kull pagament li sar għall-pakkett, iżda ma għandux ikun intitolat għal kumpens addizzjonali.

2.   Bla ħsara għall-paragrafu 1, il-vjaġġatur għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar qabel il-bidu tal-pakkett mingħajr ma jħallas l-ebda tariffa ta’ terminazzjoni meta jkun raġonevolment mistenni li l-kuntratt tal-pakkett tal-ivjaġġar se jkun affettwat b’mod oġġettiv u sinifikanti minn ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jseħħu fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanza immedjata tagħha, fil-post tat-tluq jew li jaffettwaw il-vjaġġ tal-vjaġġatur . F’każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar f’konformità ma’ dan il-paragrafu, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat għal rifużjoni sħiħa ta’ kull pagament li sar għall-pakkett, iżda ma għandux ikun intitolat għal kumpens addizzjonali.

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aa (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)

fil-paragrafu 3, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

3.   L-organizzatur jista’ jittermina l-kuntratt ta’ pakkett ta’ vjaġġar u jagħti lill-vjaġġatur rifużjoni sħiħa ta’ kull pagament li jkun sar għall-pakkett, iżda ma għandux ikun responsabbli għal kumpens addizzjonali, jekk:

“3.   L-organizzatur jista’ jittermina l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar u jagħti lill-vjaġġatur rifużjoni sħiħa ta’ kull pagament li jkun sar għall-pakkett, jew joffri, b’mod mhux vinkolanti, sostanzjalment l-istess pakkett permezz ta’ trasportaturi u mezzi ta’ trasport alternattivi, jew servizz tal-ivvjaġġar alternattiv biex jissostitwixxi l-pakkett oriġinali , jew komponenti ta’ dak il-pakkett.

 

Madankollu, l-organizzatur ma għandux ikun responsabbli għal kumpens addizzjonali, jekk :

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12 – paragrafu 3a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.   Twissijiet uffiċjali kontra l-ivvjaġġar lejn destinazzjoni partikolari maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tat-tluq jew tar-residenza tal-vjaġġatur jew il-pajjiż tad-destinazzjoni, jew il-fatt li l-vjaġġaturi se jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet serji fid-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew fl-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ tluq wara r-ritorn mill-vjaġġ jew mill-vaganza, għandhom ikunu elementi importanti li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni ta’ jekk terminazzjoni tal-kuntratt ibbażata fuq il-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, il-punt (b), hijiex iġġustifikata.

3a.   Twissijiet uffiċjali kontra l-ivvjaġġar lejn destinazzjoni partikolari maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tat-tluq jew tar-residenza tal-vjaġġatur jew il-pajjiż tad-destinazzjoni, jew il-fatt li l-vjaġġaturi se jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet serji fid-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew fl-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ tluq wara r-ritorn mill-vjaġġ jew mill-vaganza, għandhom ikunu elementi importanti li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni ta’ jekk terminazzjoni tal-kuntratt ibbażata fuq il-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, il-punt (b), hijiex iġġustifikata. Dan japplika b’mod partikolari fejn tkun inħarġet twissija uffiċjali mhux aktar minn 28 jum qabel il-bidu skedat tal-pakkett iżda huwa mingħajr preġudizzju għal valutazzjoni każ b’każ. Meta l-vjaġġaturi jkunu ġew debitament infurmati dwar it-twissija uffiċjali u r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar mill-organizzatur, u madankollu xorta pproċedew bi prenotazzjoni, il-vjaġġaturi għandhom jassumu r-riskju finanzjarju fil-każ li jitterminaw il-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar.

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-organizzatur għandu jagħti kwalunkwe rifużjoni meħtieġa skont il-paragrafi 2 u 3 jew, fir-rigward tal-paragrafu 1, irodd lura kwalunkwe pagamenti li jkunu saru minn jew f’isem il-vjaġġatur għall-pakkett bit-tariffa adatta u ġustifikabbli ta’ terminazzjoni mnaqqsa. L-organizzatur għandu jagħmel tali rifużjonijiet jew rimborżi lill-vjaġġatur mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 14-il jum wara li jiġi tterminat il-kuntratt tal-pakkett ta’ vvjaġġar , irrispettivament minn jekk il-vjaġġatur speċifikament jitlobx rifużjoni.

L-organizzatur għandu jagħti kwalunkwe rifużjoni meħtieġa skont il-paragrafi 2 u 3 jew, fir-rigward tal-paragrafu 1, irodd lura kwalunkwe pagament li jkun sar minn jew f’isem il-vjaġġatur għall-pakkett bit-tariffa adatta u ġustifikabbli ta’ terminazzjoni mnaqqsa. L-organizzatur għandu jagħmel tali rifużjonijiet jew rimborżi lill-vjaġġatur mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 14-il jum wara li jiġi tterminat il-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar , irrispettivament minn jekk il-vjaġġatur speċifikament jitlobx rifużjoni. Meta d-dettalji tal-pagament tal-vjaġġatur ma jibqgħux validi, il-vjaġġatur għandu jipprovdi lill-organizzatur bid-dettalji tal-pagament korretti. L-organizzatur għandu jagħmel rifużjoni jew rimborż mhux aktar tard minn 14-il jum wara li l-vjaġġatur ikun issottometta d-dettalji tal-pagament ġodda.

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta kuntratt jiġi tterminat skont l-Artikoli 10, 11 jew 12, l-organizzatur jista’ jagħti lill-vjaġġatur l-għażla li jaċċetta vawċer li jista’ jintuża għal pakkett futur minflok rifużjoni.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta kuntratt jiġi tterminat skont l-Artikoli 10, 11 jew 12, l-organizzatur jista’ jagħti lill-vjaġġatur l-għażla li jaċċetta vawċer li jista’ jintuża għal pakkett futur minflok rifużjoni. L-organizzatur jista’ joffri vawċer ta’ valur totali ogħla mid-dritt għal rifużjoni tal-vjaġġatur.

Emenda 54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-kunsens tal-vjaġġatur ma għandux jiġi preżunt. Qabel ma joħroġ vawċer, l-organizzatur għandu dejjem ifittex il-kunsens espliċitu tal-vjaġġatur.

Emenda 55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-valur tal-vawċer;

Emenda 56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

il-fatt li l-vawċer jista’ jintuża b’mod sħiħ jew parzjali u li jista’ jintuża għal kwalunkwe servizz tal-ivvjaġġar propost mill-organizzatur;

Emenda 57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 2 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac)

il-fatt li l-vawċer jista’ jiġi trasferit darba u mingħajr ebda tariffa;

Emenda 58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-perjodu ta’ validità tal-vawċer u d-drittijiet tal-vjaġġaturi fir-rigward tal-vawċers kif stabbiliti f’dan l-Artikolu,

(b)

il-perjodu ta’ validità tal-vawċer u d-drittijiet tal-vjaġġaturi fir-rigward tal-vawċers kif stabbiliti f’dan l-Artikolu u l-fatt li dawn mhux se jinbidlu matul il-perjodu ta’ validità tal-vawċer ,

Emenda 59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi kondiviża b’mod proattiv, awtomatiku u personalizzat mal-vjaġġaturi permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni diġitali mill-organizzatur.

Emenda 60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-valur tal-vawċer offrut għandu jikkorrispondi tal-anqas mal-ammont tad-dritt ta’ rifużjoni tal-vjaġġatur. L-organizzatur jista’ joffri vawċer b’ammont ogħla.

3.   Il-valur tal-vawċer offrut għandu jikkorrispondi tal-anqas mal-ammont tad-dritt ta’ rifużjoni tal-vjaġġatur. L-organizzatur jista’ joffri vawċer ta’ valur totali ogħla.

Emenda 61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Għall-vjaġġaturi li jagħżlu vawċer, l-organizzatur għandu joffri alternattiva li, bħala minimu, tissodisfa l-konvenjenza tagħhom fl-għażla tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Barra minn hekk, dawn il-vjaġġaturi għandhom jingħataw prijorità fl-għażla tagħhom tas-servizzi tal-ivvjaġġar.

Emenda 62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-vjaġġaturi għandhom jitilfu d-dritt tagħhom għal rifużjoni matul il-perjodu ta’ validità tal-vawċer biss jekk jaċċettaw il-vawċer minflok rifużjoni espliċitament u bil-miktub . Il-partijiet jistgħu fi kwalunkwe ħin jaqblu dwar rifużjoni sħiħa qabel ma vawċer jissarraf jew jiskadi.

4.   Il-vjaġġaturi għandhom jitilfu d-dritt tagħhom għal rifużjoni matul il-perjodu ta’ validità tal-vawċer wara li jaċċettaw il-vawċer fuq mezz li jservi għal żmien twil . Il-partijiet jistgħu fi kwalunkwe ħin jaqblu dwar rifużjoni sħiħa jew parzjali qabel ma vawċer jissarraf jew jiskadi.

Emenda 63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-vawċers għandu jkollhom perjodu ta’ validità ta’ massimu ta’ 12-il xahar mill-jum li fih il-vjaġġatur jaċċetta vawċer f’konformità mal-paragrafu 4. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż darba sa 12-il xahar bil-ftehim espliċitu u bil-miktub taż-żewġ partijiet.

5.   Il-vawċers għandu jkollhom perjodu ta’ validità ta’ massimu ta’ 12-il xahar mill-jum li fih il-vjaġġatur jaċċetta vawċer f’konformità mal-paragrafu 4. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż darba sa 12-il xahar bil-ftehim espliċitu u bil-miktub taż-żewġ partijiet. Il-vjaġġaturi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu rifużjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ validità.

Emenda 64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Jekk il-vawċer ma jissarrafx fi żmien il-perjodu ta’ validità tiegħu, l-organizzatur għandu jirrifondi l-ammont speċifikat fil-vawċer mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 14-il jum wara t-tmiem tal-perjodu ta’ validità mingħajr il-ħtieġa ta’ kwalunkwe talba minn qabel mill-vjaġġatur.

6.    Għandu jkun possibbli li l-vawċers jintużaw għas-servizzi tal-ivvjaġġar kollha proposti mill-organizzatur. Il-vjaġġaturi jistgħu jużaw il-vawċers għal servizz wieħed jew aktar offruti mill-organizzaturi u f’partijiet f’iktar minn darba. Jekk il-vawċer ma jissarrafx fi żmien il-perjodu ta’ validità tiegħu, l-organizzatur għandu jirrifondi l-ammont li jikkorrispondi mad-drittijiet għal rifużjoni tal-vjaġġatur mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 14-il jum wara t-tmiem tal-perjodu ta’ validità mingħajr il-ħtieġa ta’ kwalunkwe talba minn qabel mill-vjaġġatur. Jekk il-vawċer jissarraf parzjalment, l-organizzatur għandu jirrifondi l-ammont li jkun fadal fil-vawċer mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 14-il jum wara li l-vawċer jissarraf parzjalment, mingħajr il-ħtieġa ta’ kwalunkwe talba minn qabel mill-vjaġġatur.

Emenda 65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 12a – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Il-vawċers għandhom ikunu trasferibbli għal vjaġġatur ieħor mingħajr ebda kost addizzjonali.

7.   Il-vawċers għandhom ikunu trasferibbli għal vjaġġatur ieħor darba biss mingħajr ebda kost addizzjonali. Il-vjaġġatur għandu jinforma lill-organizzatur bil-miktub dwar it-trasferiment tal-vawċer, u għandu jagħti lill-organizzatur id-data personali tad-destinatarju meħtieġa biex il-vawċer jissarraf jew biex jirċievi rifużjoni fi tmiem il-perjodu ta’ validità tiegħu. Sabiex tittejjeb it-traċċabbiltà, il-vawċer għandu jiġi mmarkat bħala ttrasferit.

Emenda 66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha magħmula minn jew f’isem il-vjaġġaturi fil-każ ta’ insolvenza tal-organizzaturi. Dan għandu jinkludi l-protezzjoni tal-pagamenti magħmula meta pakkett ma jkunx eżegwit kompletament jew parzjalment bħala konsegwenza tal-insolvenza tal-organizzatur jew meta vjaġġatur kien intitolat għal rifużjoni jew kien irċieva vawċer mill-organizzatur qabel l-insolvenza tiegħu. Fir-rigward ta’ vawċers, is-sigurtà għandha tkun limitata għall-ammont ta’ pagamenti riċevuti mill-vjaġġatur . Jekk il-vjaġġ ta’ ritorn huwa inkluż fil-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, l-organizzaturi għandhom jipprovdu wkoll is-sigurtà għar-ripatrijazzjoni tal-vjaġġatur. Tista’ tiġi offruta l-kontinwazzjoni tal-pakkett.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha magħmula minn jew f’isem il-vjaġġaturi fil-każ ta’ insolvenza tal-organizzaturi. Dan għandu jinkludi l-protezzjoni tal-pagamenti magħmula meta pakkett ma jkunx eżegwit kompletament jew parzjalment bħala konsegwenza tal-insolvenza tal-organizzatur jew meta vjaġġatur kien intitolat għal rifużjoni jew kien irċieva vawċer mill-organizzatur qabel l-insolvenza tiegħu. Fir-rigward ta’ vawċers, is-sigurtà għandha tkun limitata għad-drittijiet għal rifużjoni tal-vjaġġatur . Jekk il-vjaġġ ta’ ritorn huwa inkluż fil-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, l-organizzaturi għandhom jipprovdu wkoll is-sigurtà għar-ripatrijazzjoni tal-vjaġġatur. Tista’ tiġi offruta l-kontinwazzjoni tal-pakkett.

Emenda 67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta organizzatur isir insolventi, il-vjaġġaturi jiġu infurmati mingħajr dewmien żejjed u permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni xierqa mill-inqas dwar dan li ġej:

 

(a)

il-fatt tal-insolvenza tal-organizzatur;

 

(b)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-entità li tipprovdi protezzjoni mill-insolvenza u

 

(c)

id-drittijiet tagħhom fir-rigward ta’ pakketti li diġà bdew jew li għadhom jistgħu jiġu eżegwiti.

Emenda 68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva u għandha tkopri l-kostijiet li huma raġonevolment prevedibbli. Din għandha tkopri l-ammonti ta’ pagamenti li jsiru minn jew f’isem il-vjaġġaturi fir-rigward tal-pakketti, filwaqt li jitqies it-tul tal-perjodu bejn meta jasal kwalunkwe pagament u t-tlestija tal-pakketti, kif ukoll il-kost stmat għar-ripatrijazzjonijiet fil-każ tal-insolvenza tal-organizzatur. Is-sigurtà għandha tkun biżżejjed biex tkopri l-kostijiet għar-rifużjonijiet u, fejn applikabbli, ir-ripatrijazzjoni u l-vawċers, f’kull ħin. Il-kopertura għandha tqis il-perjodi fejn l-organizzaturi jirċievu l-ogħla ammonti ta’ pagamenti u kwalunkwe bidla fil-volum tal-bejgħ tal-pakketti .

2.   Is-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva u għandha tkopri l-kostijiet li huma raġonevolment prevedibbli. Din għandha tkopri l-ammonti ta’ pagamenti li jsiru minn jew f’isem il-vjaġġaturi fir-rigward tal-pakketti, filwaqt li jitqies it-tul tal-perjodu bejn meta jasal kwalunkwe pagament u t-tlestija tal-pakketti, kif ukoll il-kost stmat għar-ripatrijazzjonijiet fil-każ tal-insolvenza tal-organizzatur. Is-sigurtà għandha tkun biżżejjed biex tkopri l-kostijiet għar-rifużjonijiet u, fejn applikabbli, ir-ripatrijazzjoni u l-vawċers, f’kull ħin. Il-kopertura għandha tqis il-perjodi fejn l-organizzaturi jirċievu l-ogħla ammonti ta’ pagamenti.

Emenda 69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-protezzjoni kontra l-insolvenza , l-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-arranġamenti ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza tal-organizzaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom , jimmonitorjaw is-suq għall-provvista ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza, u jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jirrikjedu livell addizzjonali ta’ protezzjoni . Kwalunkwe kofinanzjament mill-Istati Membri huwa possibbli biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati u għandu jkun bil-kundizzjoni ta’ approvazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-protezzjoni mill-insolvenza , l-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-arranġamenti ta’ protezzjoni mill-insolvenza tal-organizzaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom u jimmonitorjaw is-suq għall-provvista ta’ protezzjoni mill-insolvenza . Kwalunkwe kofinanzjament mill-Istati Membri huwa possibbli biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati u għandu jkun bil-kundizzjoni ta’ approvazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Emenda 70

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 17 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Ir-rifużjonijiet tal-pagamenti affettwati mill-insolvenza tal-organizzatur għandhom jiġu pprovduti mingħajr dewmien żejjed wara t-talba tal-vjaġġatur u mhux aktar tard minn 3 xhur wara li l-vjaġġatur ikun issottometta d-dokumenti meħtieġa biex tiġi eżaminata t-talba.

6.   Ir-rifużjonijiet tal-pagamenti affettwati mill-insolvenza tal-organizzatur għandhom jiġu pprovduti mingħajr dewmien żejjed wara t-talba tal-vjaġġatur u mhux aktar tard minn 6 xhur wara li l-vjaġġatur ikun issottometta d-dokumenti meħtieġa biex tiġi eżaminata t-talba. Meta jitolbu rifużjoni, il-vjaġġaturi għandhom jipprovdu l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar kif ukoll prova tal-pagament li sar lill-organizzatur jew, fejn applikabbli, lill-bejjiegħa bl-imnut. Din id-dokumentazzjoni għandha tkun biżżejjed biex il-vjaġġatur jitlob rifużjoni.

Emenda 71

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt ċentrali biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni amministrattiva u s-superviżjoni tal-organizzaturi li joperaw fi Stati Membri differenti u biex jiskambjaw informazzjoni fir-rigward tal-protezzjoni kontra l-insolvenza u kwalunkwe mekkaniżmu stabbilit biex jiżgura l-effettività tar-rifużjonijiet għal kuntratti ta’ pakkett tal-ivvjaġġar li jkunu ġew itterminati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-kuntatt ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt lill-Istati Membri l-oħrajn kollha u lill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt ċentrali biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni amministrattiva u s-superviżjoni tal-organizzaturi li joperaw fi Stati Membri differenti u biex jiskambjaw informazzjoni fir-rigward tal-protezzjoni mill-insolvenza u kwalunkwe mekkaniżmu stabbilit biex jiżgura l-effettività tar-rifużjonijiet għal kuntratti ta’ pakkett tal-ivvjaġġar li jkunu ġew itterminati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-kuntatt ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt lill-Istati Membri l-oħrajn kollha u lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu joħloq inventarju li fih jelenka l-kummerċjanti kollha li jbigħu pakketti fit-territorju tagħhom u l-identità rispettiva tal-entità inkarigata mill-protezzjoni mill-insolvenza. Dawk l-inventarji għandhom ikunu pubbliċi u aċċessibbli u għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt deżinjati mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tiċċentralizza u żżomm aġġornata informazzjoni relatata mal-protezzjoni mill-insolvenza, inkluża lista tal-inventarji kollha u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha.

Emenda 72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Direttiva (UE) 2015/2302

Kapitolu VI

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(11)

Il-Kapitolu VI huwa mħassar.

“Artikolu 19

 

Protezzjoni kontra l-insolvenza u rekwiżiti ta’ informazzjoni għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta

 

1.     Għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, kif iddefiniti fl-Artikolu 3(5), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozjanti li jistiednu lill-vjaġġaturi jikkonkludu kuntratt dwar tip differenti ta’ servizz tal-ivvjaġġar għandhom jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha li jirċievu mingħand il-vjaġġaturi. Jekk dawn in-negozjanti jkunu responsabbli għall-vjaġġ ta’ ritorn tal-vjaġġatur, is-sigurtà għandha tkopri wkoll ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġatur. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(1), l-Artikolu 17(2) sa (6) u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

 

2.     Meta jistieden lill-vjaġġatur jikkonkludi kuntratt dwar tip differenti ta’ servizz tal-ivvjaġġar, in-negozjant, inkluż meta dan ma jkunx stabbilit fi Stat Membru iżda, bi kwalunkwe mezz, jidderieġi dawn l-attivitajiet lejn Stat Membru, għandu jipprovdi lill-vjaġġatur bil-formola ta’ informazzjoni standard rilevanti stabbilita fl-Anness II, mimlija kif xieraq. Il-formola għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u prominenti.

 

3.     Fejn in-negozjanti ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 9 u 12 u l-Kapitolu IV għandhom japplikaw fir-rigward ta’ servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fl-arranġament tal-ivvjaġġar marbut.

 

4.     Meta jiġi fformat arranġament tal-ivvjaġġar marbut, in-negozjant li jikkonkludi kuntratt dwar tip differenti ta’ servizz tal-ivvjaġġar għandu jinforma lin-negozjant li stieden lill-vjaġġatur jikkonkludi dan il-kuntratt dwar dan il-fatt.”

 

Emenda 73

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 11a (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(11a)

Fl-Artikolu 21, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kummerċjant huwa responsabbli għal kwalunkwe żball li jsir minħabba difetti tekniċi fis-sistema tal-prenotazzjoni li jkunu attribwibbli għalih u, fejn il-kummerċjant ikun qabel li jirranġa l-prenotazzjoni ta’ pakkett jew ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li huma parti minn arranġament tal-ivvjaġġar marbut , għall-iżbalji li jkunu saru waqt il-proċess tal-prenotazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kummerċjant huwa responsabbli għal kwalunkwe żball li jsir minħabba difetti tekniċi fis-sistema tal-prenotazzjoni li jkunu attribwibbli għalih u, fejn il-kummerċjant ikun qabel li jirranġa l-prenotazzjoni ta’ pakkett, għall-iżbalji li jkunu saru waqt il-proċess tal-prenotazzjoni.

Emenda 74

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 12a (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(12a)

L-Artikolu 23(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

1.   Dikjarazzjoni minn organizzatur ta’ pakkett li huwa jew hija qed jaġixxu esklużivament bħala fornitur ta’ servizz tal-ivvjaġġar, bħala intermedjarju jew fi kwalunkwe kapaċità oħra, jew li pakkett ma jikkostitwixxix pakkett, ma teħlisx lil dak l-organizzatur jew il-kummerċjant mill-obbligi imposti fuqhom skont din id-Direttiva.

1.   Dikjarazzjoni minn organizzatur ta’ pakkett li huwa jew hija qed jaġixxu esklużivament bħala fornitur ta’ servizz tal-ivvjaġġar, jew li pakkett ma jikkostitwix pakkett, ma teħlisx lil dak l-organizzatur jew il-kummerċjant mill-obbligi imposti fuqu skont din id-Direttiva.

Emenda 75

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 12b (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

Fl-Artikolu 24, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

 

1a.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7(2), 13, 15 u 16, kull organizzatur u bejjiegħ bl-imnut għandu jistabbilixxi mekkaniżmu biex jittratta l-ilmenti għad-drittijiet u l-obbligi koperti minn din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw lill-vjaġġaturi d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom u l-lingwa jew il-lingwi tagħhom, u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi flimkien mad-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti qabel il-bidu tal-pakkett, f’konformità mal-Artikolu 7(1), il-punt (g).

Emenda 76

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 12b (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 24 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Meta vjaġġatur jissottometti lment bl-użu tal-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 1a, l-organizzatur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu jikkonferma l-irċevuta b’kopja tal-iskambji, fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol mis-sottomissjoni tal-ilment. L-organizzatur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu jagħti tweġiba motivata lill-vjaġġatur fi żmien 30 jum ta’ xogħol. L-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut għandhom iżommu d-data meħtieġa biex jivvalutaw l-ilment għad-durata tal-proċedura kollha ta’ trattament tal-ilment, u għandhom jagħmlu dik id-data disponibbli għall-korpi nazzjonali tal-infurzar fuq talba.

Emenda 77

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 12b (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 24 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     Id-dettalji tal-proċedura ta’ trattament tal-ilment għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-organizzaturi u tal-bejjiegħa bl-imnut li joffru s-servizzi koperti minn din id-Direttiva.

Emenda 78

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 12b (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 24 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.     Is-sottomissjoni ta’ lmenti mill-vjaġġaturi li jużaw il-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 1a għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom li jissottomettu tilwim għal soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim f’konformità mal-Artikolu 26a, jew li jfittxu rimedju permezz ta’ proċedimenti tal-qorti, soġġett għal perjodi ta’ limitazzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali.

Emenda 79

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12c (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 25

Test fis-seħħ

Emenda

 

(12c)

L-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 25

“Artikolu 25

Penali

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-ammont massimu tal-multi għandu jkun mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Emenda 80

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12d (ġdid)

Direttiva (UE) 2015/2302

Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12d)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 26a

 

Mekkaniżmu ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim

 

L-organizzaturi, il-bejjiegħa bl-imnut, l-intermedjarji u atturi oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.”

Emenda 81

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Direttiva (UE) 2015/2302

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

L-Anness II huwa ssostitwit bit-test fl-Anness II ta’ din id-Direttiva .

(14)

L-Anness II huwa mħassar .

Emenda 82

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Traspożizzjoni

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [ 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [ 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [6 xhur wara d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni].

Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [6 xhur wara d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Emenda 83

Proposta għal direttiva

Anness II

Direttiva (UE) 2015/2302

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 60(4), ir-raba' subparagrafu (A10-0140/2025).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1503/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top