Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025AP0183

P10_TA(2025)0183 — Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika KE-Indja: it-tiġdid tal-Ftehim — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (08080/2025 – C10-0095/2025 – 2025/0066(NLE)) (Approvazzjoni)

ĠU C, C/2026/1501, 9.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1501/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1501/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1501

9.4.2026

P10_TA(2025)0183

Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika KE-Indja: it-tiġdid tal-Ftehim

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (08080/2025 – C10-0095/2025 – 2025/0066(NLE))

(Approvazzjoni)

(C/2026/1501)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (08080/2025),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/648/KE tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C10-0095/2025),

wara li kkunsidra l-Artikolu 107(1) u (4), u l-Artikolu 117(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A10-0145/2025),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indja.


(1)   ĠU L 213, 09.08.2002, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/648/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1501/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top