Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024XG07047

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna, l-entitajiet u l-portijiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2894 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2896 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar

ST/14712/2024/INIT

ĠU C, C/2024/7047, 19.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7047/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7047/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7047

19.11.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna, l-entitajiet u l-portijiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2894 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2896 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar

(C/2024/7047)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna, l-entitajiet u l-portijiet li jidhru fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2894 (2) u fl-Annessi III u IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2896 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dik il-persuna, l-entitajiet u l-portijiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi jew fil-lista ta' portijiet u imgħalaq soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 u r-Regolament (UE) 2023/1529.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna, l-entitajiet u l-portijiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1529, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3a tar-Regolament).

Il-persuna, l-entitajiet u l-portijiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2025 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuna, l-entitajiet u l-portijiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20.

(2)   ĠU L, 2024/2894, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2894/oj.

(3)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1.

(4)   ĠU L, 2024/2896, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2896/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7047/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top