Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024M11366

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11366 – FIVE ARROWS / TA ASSOCIATES / AGILIO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

PUB/2023/1898

ĠU C, C/2024/829, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/829/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/829/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/829

15.1.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11366 – FIVE ARROWS / TA ASSOCIATES / AGILIO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/829)

1.   

Fit-22 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Five Arrows Managers LLP (“Five Arrows”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Rothschild & Co.,

TA Associates Cayman, LLC (“TA Associates”, il-Gżejjer Cayman), ikkontrollata minn TA Associates Management L.P.,

Agilio Software Topco Limited (“Agilio”, ir-Renju Unit), attwalment ikkontrollata minn August Equity LLP.

Five Arrows u TA Associates se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Agilio.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Five Arrows tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment lil firxa ta’ veikoli ta’ ekwità privata u ta’ dejn privat, bħala parti mid-diviżjoni bankarja merkantili ta’ Rothschild & Co.; fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Rothschild & Co., li hija organizzata madwar tliet oqsma ewlenin ta’ attività: (i) id-diviżjoni tal-“konsulenza finanzjarja”, li tinkludi servizzi ta’ konsulenza f’fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, finanzjament u ristrutturar tad-dejn u tranżazzjonijiet tas-swieq kapitali; (ii) id-diviżjoni “servizzi bankarji privati u ġestjoni tal-assi”, li tiffoka fuq il-preservazzjoni, it-tkabbir u t-trasferiment tal-ġid u l-assi tal-klijenti privati u istituzzjonali; u (iii) id-diviżjoni “merkantili bankarji”, li toffri prodotti lil investituri privati u istituzzjonali li jixtiequ jinvestu fis-swieq tal-ekwità privata,

TA Associates hija s-sieħba ġenerali aħħarija ta’ kull fond ta’ TA Associates li jakkwista interess f’Agilio; fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn TA Associates Management L.P., konsulenta dwar l-investiment li tipprovdi pariri dwar l-investiment lill-fondi TA,

Agilio hija attiva fl-iżvilupp u l-bejgħ ta’ soluzzjonijiet ta’ software għad-dentisti u l-prattikanti mediċi ġenerali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11366 – FIVE ARROWS / TA ASSOCIATES / AGILIO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/829/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top