Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0331

Proposta emendata għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea

COM/2023/331 final

Brussell, 20.6.2023

COM(2023) 331 final

2021/0430(CNS)

Proposta emendata għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea

{SWD(2023) 331 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fl-2020, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda li jqisu n-NextGenerationEU 1 . Skont dan il-ftehim, “in-nefqa mill-baġit tal-Unjoni relatata mal-ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru ma għandhiex twassal għal tnaqqis mhux dovut fin-nefqa tal-programm jew fl-istrumenti ta’ investiment taħt il-QFP. Wieħed jixtieq ukoll li jittaffew iż-żidiet fir-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-Istati Membri”. Għalhekk, “l-istituzzjonijiet se jaħdmu biex jintroduċu biżżejjed riżorsi proprji ġodda bil-ħsieb li jkopru ammont li jikkorrispondi għan-nefqa mistennija relatata mal-ħlas lura. F’konformità mal-prinċipju tal-universalità, dan ma jimplikax allokazzjoni jew assenjazzjoni ta’ kwalunkwe riżorsa proprja partikolari biex tkopri tip speċifiku ta’ nefqa”.

F’Diċembru 2021, il-Kummissjoni pproponiet tliet sorsi ġodda ta’ dħul għall-baġit tal-UE 2   b’kontribuzzjonijiet mill-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), mill-Mekkaniżmu tal-UE ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) u minn sehem tal-profitti residwi tal-akbar intrapriżi multinazzjonali li jiġu riallokati lill-UE skont il-ftehim tal-Pilastru 1 tal-OECD/G20. Dan il-basket ta’ riżorsi proprji kien konsistenti mal-leġiżlazzjoni settorjali proposta kemm dwar id-Direttiva riveduta dwar l-ETS kif ukoll dwar il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri propost aktar kmieni fl-istess sena.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tressaq proposti ulterjuri għal riżorsi proprji ġodda sa tmiem l-2023 li jinkludu kontribuzzjoni marbuta mas-settur korporattiv. Il-pakkett għandu l-għan li jiġġenera biżżejjed dħul biex jappoġġa l-ħlas lura tas-self tan-NextGenerationEU fost inċertezzi relatati mal-iżvilupp tal-kostijiet ta’ finanzjament, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi riżorsa proprja ġdida bbażata fuq statistika dwar il-profitti tal-kumpaniji.

2.KONTENUT TAL-PROPOSTA EMENDATA

2.1.Riżorsa proprja bbażata fuq is-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet

Il-Ftehim dwar il-leġiżlazzjoni settorjali jeħtieġ xi aġġustament għall-proposta dwar ir-riżorsi proprji. Peress li l-Fond Soċjali għall-Klima inizjalment se jiġi ffinanzjat bi dħul assenjat estern mill-2026, il-Kummissjoni tipproponi li tipposponi l-introduzzjoni tar-riżorsa proprja mill-iskema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet li tkopri l-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali mill-2027 sal-2028 3 . Barra minn hekk, l-Istati Membri li japplikaw taxxa nazzjonali fuq il-karbonju jistgħu jagħżlu li jeżentaw l-emissjonijiet rilevanti mill-ETS il-ġdida. L-Istati Membri kkonċernati se jkunu meħtieġa jikkanċellaw il-kwoti rilevanti. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li din l-għażla tiġi inkluża fil-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni li jippermetti l-valutazzjoni tal-kwoti li mhumiex irkantati.

B’kuntrast mal-aspettattivi prevalenti fiż-żmien tal-proposti Fit-For-55, il-valur tas-suq tal-kwoti tal-ETS żdied b’mod sinifikanti fix-xhur ta’ wara dawk il-proposti. Fl-2022, l-irkanti tal-kwoti kklerjaw bħala medja qrib l-EUR 80 li jaqbżu bil-kbir il-livell tal-prezz ta’ EUR 55 użat mill-Kummissjoni fil-Valutazzjoni tal-Impatt tagħha. Il-Kummissjoni tipproponi li tapplika rata ogħla ta’ ġbir għad-dħul mill-ETS iġġenerat. Fil-każijiet kollha, 30 % tad-dħul iġġenerat mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-UE se jakkumula għall-Baġit tal-UE. B’tali rata ta’ ġbir, id-dħul kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-baġit tal-UE xorta se jkun ogħla meta mqabbel mal-aspettattivi tal-2021 meta tressqet il-proposta għall-emendar tal-ETS.

2.2.Riżorsa proprja bbażata fuq Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri

Il-proposta ta’ Diċembru 2021 għadha fil-biċċa l-kbira l-istess, bl-eċċezzjoni ta’ adattamenti limitati li jirriflettu d-dħul fis-seħħ reċenti tar-Regolament CBAM.

2.3.Riżorsa Proprja Statistika bbażata fuq il-profitti tal-kumpanija

L-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-Pilastru 1 tal-OECD/G20 tibqa’ prijorità essenzjali fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva għall-UE u l-Istati Membri tagħha. Sar progress sostantiv wara l-ftehim ta’ Ottubru 2021 u l-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-isforzi biex tgħin tiffinalizza d-diskussjonijiet. Madankollu, il-konvenzjoni multilaterali għadha ma ġietx iffirmata u ratifikata, li jfisser li għadha ma tistax tidħol fis-seħħ.

Kif imħabbar fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 4 , il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi n-Negozju tagħha fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni fuq l-Introjtu (BEFIT) fit-tielet kwart tal-2023 li se jtejjeb il-funzjonament tas-Suq Uniku. Sakemm possibbilment tiġi stabbilita riżorsa proprja bbażata fuq proposta tat-taxxa sottostanti, il-Kummissjoni qed tipproponi riżorsa proprja statistika bbażata fuq l-istatistika tal-kontijiet nazzjonali, imħejjija skont is-sistema Ewropea tal-kontijiet (ESA). Din ir-riżorsa proprja se tiġi definita billi tiġi mmultiplikata rata ta’ ġbir ta’ 0.5 % għas-somma tas-surplus operatorju gross irreġistrat għas-setturi ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji u finanzjarji fil-kontijiet nazzjonali. L-ESA diġà hija qafas armonizzat ta’ statistika u r-riżorsa proprja tal-istatistika dwar il-profitti tal-kumpaniji se tgħin biex tkompli tittejjeb il-komparabbiltà tad-data.

3.BAŻI ĠURIDIKA

3.1. Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji

Skont l-Artikolu 311(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kunsill, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew ‘jista’ jistabbilixxi kategoriji ġodda ta’ riżorsi proprji jew jabolixxi kategorija eżistenti’. Din id-dispożizzjoni tippermetti b’mod espliċitu li d-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji tiġi emendata biex jiżdiedu riżorsi proprji ġodda kif miftiehem fil-Ftehim Interistituzzjonali. F’konformità mal-proċedura leġislattiva speċjali stabbilita fl-Artikolu 311(3) tat-TFUE, il-Kunsill jadotta d-deċiżjoni riveduta b’unanimità wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew. Id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ ladarba tiġi approvata mill-Istati Membri f’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom.

3.2.Leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni

B’mod parallel, il-Kunsill jeħtieġ li jemenda l-miżuri ta’ implimentazzjoni relatati mas-sistema tar-riżorsi proprji li jaġġustaw ir-regoli biex jirriflettu l-ftehim reċenti dwar il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri u jżid dispożizzjonijiet li jkopru r-riżorsa proprja statistika. Barra minn hekk, il-Kunsill jeħtieġ li jemenda d-dispożizzjonijiet dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni. Il-Kummissjoni tippreżenta żewġ proposti separati għal dan l-għan.

2021/0430 (CNS)

Proposta emendata għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)NextGenerationEU, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 5 , se juża EUR 750 biljun fi prezzijiet tal-2018, miġbura fis-swieq finanzjarji bħala strument temporanju biex jiżgura rkupru sostenibbli u reżiljenti fl-Unjoni kollha u jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-appoġġ ekonomiku fis-sitwazzjoni eċċezzjonali kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, u jippromwovi t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.

(2)Il-ħlas lura tal-kapital ta’ dawk il-fondi li għandhom jintużaw għan-nefqa mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru u l-imgħax dovut relatat se jkollhom jiġu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ dħul suffiċjenti minn riżorsi proprji ġodda introdotti wara l-2021. Fil-qafas tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 6 , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rrikonoxxew l-importanza tal-kuntest tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru u rrikonoxxew li “n-nefqa mill-baġit tal-Unjoni relatata mal-ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru jenħtieġ li ma twassal għal tnaqqis mhux dovut fin-nefqa tal-programm jew fl-istrumenti ta’ investiment taħt il-QFP”. Il-Ftehim Interistituzzjonali ddikjara wkoll li “huwa mixtieq ukoll li jiġu mitigati ż-żidiet fir-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-Istati Membri”.

(3)L-iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 , hija parti ċentrali tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima. Meta titqies ir-rabta mill-qrib tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet mal-objettivi tal-politika dwar il-klima tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi allokat sehem mid-dħul ikkonċernat għall-baġit tal-Unjoni. 30 % tad-dħul mill-irkant għandu jiġi ttrasferit għall-baġit tal-Unjoni.

(4)Ir-riżorsi proprji għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jinkludu sehem mid-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti fis-setturi kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. Skont id-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 , l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkantawx parti mill-kwantità totali ta’ kwoti speċifikata skont id-Direttiva 2003/87/KE jew li jittrasferixxu u jirkantaw lill-Fond għall-Modernizzazzjoni stabbilit minn dik id-Direttiva. Dawk il-kwoti jenħtieġ li jintużaw ukoll biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ riżorsi proprji abbażi tan-negozjar tal-emissjonijietHuwa xieraq li jiġu esklużi l-kwoti għal RePower EU, id-dotazzjoni inizjali tal-Fond għall-Modernizzazzjoni kif ukoll il-kwoti għall-Fond għall-Innovazzjoni. Il-50 miljun kwota li se jiġu rkantati fl-2025 għall-finijiet tal-Fond Soċjali għall-Klima mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-riżorsa proprja għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

(5)Sabiex jiġi evitat impatt eċċessivament rigressiv fuq il-kontribuzzjonijiet mill-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, jenħtieġ li tiġi stabbilita kontribuzzjoni massima għall-Istati Membri eliġibbli. Għall-perjodu mill-2023 sal-2027, l-Istati Membri huma eliġibbli jekk l-introjtu nazzjonali gross per capita, imkejjel skont l-istandard tal-kapaċità tal-akkwist u kkalkulat abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-2020 ikun anqas minn 90 % tal-medja tal-UE. Għall-perjodu mill-2028 sal-2030, jenħtieġ li jintuża l-introjtu nazzjonali gross per capita fl-2025. Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni massima tiġi stabbilita billi l-ishma tal-Istati Membri fir-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskambju totali tal-emissjonijiet jitqabblu mal-ishma tal-introjtu nazzjonali gross tal-Unjoni ta’ dawk l-Istati Membri. Jenħtieġ li tiġi stabbilita kontribuzzjoni minima għall-Istati Membri kollha jekk is-sehem tagħhom tal-ammont totali tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ETS ikun anqas minn 75 % tas-sehem tagħhom fl-introjtu nazzjonali gross tal-Unjoni.

(6)Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera biex jikkomplementa l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ kwoti tal-Emissjonijiet u biex jiżgura l-effettività tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima. Meta titqies ir-rabta mill-qrib tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera mal-politika tal-Unjoni dwar il-klima, jenħtieġ li sehem mid-dħul mill-bejgħ ta’ ċertifikati jiġi ttrasferit għall-baġit tal-Unjoni bħala riżorsa proprja.

(7)F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali, għandha tiġi introdotta kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mas-settur korporattiv. Sakemm possibbilment tiġi stabbilita riżorsa proprja marbuta man-Negozju fl-Ewropa: L-inizjattiva Qafas għat-Tassazzjoni fuq l-Introjtu (BEFIT), riżorsa proprja proporzjonali għal indikatur statistiku li jista’ jintuża bħala approssimazzjoni tal-profitti tal-kumpaniji jenħtieġ li tiġi stabbilita b’mod provviżorju. Din ir-riżorsa proprja għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-istatistika tal-kontijiet nazzjonali mħejjija skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010 (ESA 2010) fl-applikazzjoni tar-Regolament UE) Nru 549/2013 10 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Din is-sistema statistika hija applikata b’mod armonizzat fl-Istati Membri kollha. Din ir-riżorsa proprja għandha għalhekk tiġi kkalkulata billi tiġi mmultiplikata rata ta’ prelevazzjoni għas-somma tas-surplus operatorju gross ipprovdut għas-setturi ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji u finanzjarji (setturi S12 u S11 tal-ESA), kif definit fir-Regolament (UE) Nru 549/2013. 11  

(87)F’Ottubru 2021, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-Qafas Inklużiv tal-G20 dwar l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt laħqu ftehim dwar l-allokazzjoni lil ġurisdizzjonijiet tas-suq parteċipanti ta’ 25 % tal-profitti residwi ta’ intrapriżi multinazzjonali kbar li jkunu jaqbżu l-livell limitu ta’ profittabbiltà ta’ 10 % (“il-Ftehim tal-OECD/G20 IF Pilastru 1”). Jenħtieġ li r-riżorsa proprja tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir għas-sehem tal-profitti residwi tal-intrapriżi multinazzjonali, riallokata lill-Istati Membri [skont id-Direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim globali dwar ir-riallokazzjoni tad-drittijiet ta’ tassazzjoni.] 

(98)Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kontribuzzjoni mill-irkant tal-kwoti skont is-Sistema attwali għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u mill-istatistika dwar il-profitti tal-kumpaniji għandhom japplikaw mill-1 ta’Jannar 2024mill-1 ta’ Jannar 2023. Ladarba d-Direttiva 2003/87/KE tkun ġiet emendata, iId-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kontribuzzjoni mill-irkant tal-kwoti skont l-Iskema riveduta l-ġdida għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet li tkopri s-setturi tat-trasport bit-triq tal-bini u setturi addizzjonali għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2028 fl-ewwel jum wara l-aħħar jum tal-perjodu għat-traspożizzjoni ta’ dik l-emenda. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kontribuzzjoni mill-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026 d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament. [Id-dispożizzjonijiet dwar il-Ftehim tal-OECD/G20 IF Pilastru 1 għandhom jidħlu fis-seħħ ladarba d-Direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim globali dwar ir-riallokazzjoni tad-drittijiet tat-tassazzjoni tkun tapplika u l-Konvenzjoni Multilaterali tidħol fis-seħħ.]

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni (UE, Euratom) Nru 2020/2053

Id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 hija emendata kif ġej:

(1)L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1 jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e) l-applikazzjoni uniformi tar-rata ta’ 30 % għal: 

(1)id-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti mill-Istati Membri skont l-Artikoli 3d, 10 u 30d tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; 12 1; 

(2)l-ammont ikkalkulat billi jiġi mmultiplikat l-ammont annwali ta’ kwoti li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru rilevanti japplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)l-għażla għal allokazzjoni tranżitorja bla ħlas imsemmija fl-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE;

(b)il-possibbiltà ta’ kanċellazzjoni limitata msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 2;

(c)l-użu tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 10d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-irkantar għall-Fond għall-Modernizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 10d(3) ta’ dik id-Direttiva;

bil-prezz medju ponderat tal-kwoti rkantati fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant mill-Istati Membri skont l-Artikoli 3d u 10 tad-Direttiva 2003/87/KE fis-sena li fiha dawn il-kwoti kienu jiġu rkantati.

(3)l-ammont ikkalkulat billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ kwoti kkanċellati skont l-Artikolu 30e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE bil-prezz medju ponderat tal-kwoti rkantati fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30d ta’ dik id-Direttiva fis-sena li fiha dawn il-kwoti kienu jiġu rkantati.”

(b)fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f) l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir ugwali għal 75 % tad-dħul mill-bejgħ ta’ ċertifikati tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera stabbilit bir-Regolament (UE) [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 143.”

(c)fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g) l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir ta’ 15 % għas-sehem tal-profitt residwu ta’ intrapriżi multinazzjonali riallokat lill-Istati Membri skont [id-Direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim globali dwar ir-riallokazzjoni tad-drittijiet ta’ tassazzjoni. 154.]”

(d)“fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h) l-applikazzjoni ta’ rata ta’ prelevazzjoni uniformi ugwali għal 0.5 % għas-somma tas-surplus operatorju gross (B.2g) tas-setturi ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) u korporazzjonijiet finanzjarji (S.12) ta’ kull Stat Membru, kif ipprovdut mill-Kummissjoni skont id-definizzjonijiet tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010 (ESA 2010) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013.”

(ed)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.    B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (e), dan li ġej għandu japplika sas-sena finanzjarja 2030:

(a)meta s-sehem ta’ Stat Membru fl-ammont totali ta’ dħul li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1, punt (e), ikun anqas minn 75 % tas-sehem tiegħu fid-dħul nazzjonali gross tal-Unjoni, dak l-Istat Membru għandu jagħmel disponibbli ammont li jkun ugwali għal 75 % ta’ dak is-sehem tad-dħul nazzjonali gross, multiplikat bl-ammont totali ta’ dħul li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1, punt (e).

(b)is-sehem ta’ Stat Membru fl-ammont totali ta’ dħul li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1, punt (e), ma għandux ikun ogħla minn 150 % tas-sehem ta’ dak l-Istat Membru fid-dħul nazzjonali gross tal-Unjoni għal Stati Membri bi dħul nazzjonali gross per capita li jkun anqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni, imkejjel skont l-istandard tal-kapaċità tal-akkwist u kkalkolat abbażi taċ-ċifri għall-2020, għall-perjodu mill-2023 sal-2027, u abbażi taċ-ċifri għall-2025, għall-perjodu mill-2028 sal-2030.

16 Id-dħul gross nazzjonali kif imsemmi fil-punti (a) u (b) għandu jfisser id-dħul gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Istati Membri b’din id-Deċiżjoni.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill mingħajr dewmien bit-tlestija tal-proċeduri għall-approvazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tkun waslet l-aħħar notifika min-notifiki msemmija fit-tieni paragrafu.

L-Artikolu 1(1), il-punt (a), għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 20241 ta’ Jannar 2023 għad-dħul skontl-Artikolu 3d 10 tad-Direttiva 2003/87/KE, u mill-1 ta’ Jannar 2028 l-għada tal-aħħar jum tal-perjodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 176 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għad-dħul skont l-Artikolu 30d tad-Direttiva 2003/87/KE.

L-Artikolu 1(1), il-punt (b), għandu japplika mill-1 Jannar 2026id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) [XXX] li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera.

L-Artikolu 1(1), il-punt (c), għandu japplika mill-ewwel jum tad-data tal-applikazzjoni tad-[Direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim globali dwar ir-riallokazzjoni tad-drittijiet tat-tassazzjoni] jew mill-jum tad-dħul fis-seħħ u l-effett tal-Konvenzjoni Multilaterali, skont liema jiġi l-aħħar.

L-Artikolu 1(1), il-punt (d), għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28–46). Għar-riżorsi proprji ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 424, 15.12.2020, p.1.
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 424, 15.12.2020, p.1).
(3)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(4)    Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2023. Unjoni soda u magħquda. COM(2022)548.
(5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 23).
(6)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28).
(7)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tall-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(8)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.06.2018, p. 26)
(9)    Ir-Regolament (UE) 2023/956/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52).
(10)    Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1)
(11)    Surplus operattiv gross (entrata saldatorja tal-ESA B.2g) huwa ugwali għall- “Valur miżjud gross” tas-settur (entrata saldatorja tal-ESA B.1g) flimkien ma’ “Sussidji oħra fuq il-produzzjoni” (entrata D.39 tal-ESA) bit-tnaqqis ta’ “Kumpens tal-impjegati” (entrata D.1 tal-ESA) u Taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni (entrata D.29 tal-ESA).
(12) 1    Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(13) 2    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(14) 3    Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.05.2023, p. 52).
(15) 4.    [Id-Direttiva (UE) XXX li tagħti effett lill-Ftehim tal-Pilastru 1 tal-OECD/G20 FI].
(16) 5    Ir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (ir-Regolament dwar id-DNG) ( ĠU L 91, 29.3.2019, p. 19 ).
(17) 6    Id-Direttiva (UE) XXX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ jj/xx/ss
Top