IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.5.2023
COM(2023) 251 final
ANNESSI
tal-
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kiribati, min-naħa l-oħra (2023-2028)
ANNESS I
PROTOKOLL
dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (2023-2028)
L-UNJONI EWROPEA, li qabel kienet il-Komunità Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Unjoni”,
kif ukoll
IR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Kiribati”,
minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien bħala “l-Partijiet”,
Filwaqt li JIKKUNSIDRAW il-kooperazzjoni msaħħa bejn il-Partijiet, b’mod partikolari fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn il-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“il-pajjiżi AKP”) u l-Unjoni, kif ukoll ix-xewqa komuni tagħhom li jsaħħu dik ir-relazzjoni,
Billi HUMA partijiet għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”,
Filwaqt li JFAKKRU d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim,
Filwaqt li JFAKKRU wkoll il-prinċipju li l-Istati kollha jeħtiġilhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi marini u jikkooperaw flimkien għal dak il-għan,
Filwaqt li JAFFERMAW MILL-ĠDID ukoll l-objettiv li jiġi żgurat l-isfruttament u l-ġestjoni konġunti sostenibbli tal-istokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna,
Filwaqt li JIKKUNSIDRAW LI huwa importanti li tiġi promossa l-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka xjentifika,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.
Barra min hekk,
(a) “żoni tas-sajd” tfisser iż-żoni fl-ilmijiet ta’ Kiribati kif definiti fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 2 tal-Anness;
(b)“qabdiet” tfisser speċijiet akkwatiċi tal-baħar maqbuda minn irkaptu tas-sajd kalat minn bastiment tas-sajd;
(c)“ħatt l-art” tfisser l-iżbark fl-art ta’ kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn abbord bastiment tas-sajd;
(d)“Delegazzjoni” tfisser id-delegazzjoni tal-Unjoni għall-Paċifiku f’Suva, Fiġi;
(e)“tilwim serju” tfisser nuqqas ta’ qbil li jirriżulta mill-interpretazzjoni tal-Protokoll jew li jxekkel l-implimentazzjoni tiegħu;
(f)“liċenzja tas-sajd” tfisser intitolament jew liċenzja valida sabiex jitwettqu attivitajiet tas-sajd għal speċijiet speċifiċi bl-użu ta’ rkaptu speċifiku u fiż-żoni tas-sajd speċifikati u fil-perjodu speċifiku f’konformità mat-termini mogħtija fl-Anness;
(g)“sajd sostenibbli” tfisser sajd f’konformità mal-objettivi u mal-prinċipji minquxa fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fil-Konferenza tal-FAO fl-1995;
(h)“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;
(i)“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe stadju tal-ktajjen ta’ produzzjoni, proċessar, kummerċjalizzazzjoni, distribuzzjoni jew bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
(j)“Protokoll” tfisser dan il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim, kif ukoll l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu;
(k)“jum tas-sajd” tfisser kwalunkwe jum kalendarju, jew parti minn jum kalendarju, li matulu bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża tal-Unjoni jkun f’żoni tas-sajd, iżda ma jinkludix jum kalendarju, jew parti minn jum kalendarju definit bħala jum fejn ma jsirx sajd fir-Regolamenti dwar is-Sajd ta’ Kiribati tal-2014 (Skema tal-Jiem tal-Bastimenti tas-Sajd bit-Tartarun tal-Borża);
(l)“ċirkostanzi mhux normali” tfisser ċirkostanzi għajr il-fenomeni naturali li ma humiex fil-kontroll raġonevoli ta’ waħda mill-Partijiet, b’tali mod li jtellfu l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati.
Artikolu 2
Objettiv u perjodu tal-applikazzjoni
1.L-objettiv ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta l-Ftehim billi, b’mod partikolari, jispeċifika l-kundizzjonijiet ta’ aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żoni tas-sajd jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tas-sħubija għas-sajd sostenibbli.
2.Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ 5 snin li jibda mid-data tal-firma tiegħu f’konformità mal-Artikolu 22, sakemm ma jingħatax avviż ta’ terminazzjoni f’konformità mal-Artikolu 19 ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 3
Relazzjoni bejn il-Protokoll u l-Ftehim
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu interpretati u applikati fil-kuntest tal-Ftehim u b’mod konsistenti miegħu.
Artikolu 4
Relazzjoni bejn il-Protokoll u ftehimiet u strumenti legali oħra
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu interpretati u applikati f’konformità u b’mod kompatibbli ma’:
(a)ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC) u tal-Kummissjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali (IATTC) u ta’ kwalunkwe organizzazzjoni subreġjonali jew internazzjonali oħra kkonċernata li fiha jkunu membri;
(b)il-Ftehim għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni ta’ Ħażniet ta’ Ħut li Jpassi f’Żona Limitata (Straddling) u Ħażniet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna (Highly Migratory) tal-1995;
(c)il-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) fl-1995;
(d)il-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux iddikjarat ikun prevenut, skoraġġut u eliminat;
(e)l-elementi essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim ta’ Cotonou”), jew inklużi fl-artikolu ekwivalenti tal-ftehim suċċessur bejn l-Unjoni u l-pajjiżi tal-AKP.
Artikolu 5
Opportunitajiet tas-sajd
1.Kiribati għandhom jagħtu liċenzji tas-sajd lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għat-tonn skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim fil-limiti stabbiliti mill-Pjan ta’ Ġestjoni tat-Tonn ta’ Kiribati, mill-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tad-WCPFC u b’kont meħud tar-riżoluzzjonijiet tal-IATTC.
2.L-opportunitajiet tas-sajd għas-sajd ta’ speċijiet migratorji ħafna kif elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar għandhom ikunu għal erba’ bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll.
3.Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw soġġetti għall-Artikoli 6 u 8 ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 6
Kontribuzzjoni finanzjarja — Metodi ta’ pagament
1.Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 2, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tkun ta’ EUR tliet miljuni u tmien mitt elf (3 800 000) għad-durata kollha ta’ dan il-Protokoll.
2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tinkludi dawn l-elementi:
(a)ammont annwali għall-aċċess għaż-żoni tas-sajd ta’ EUR tliet mija u sittin elf (360 000) fis-sena u
(b)ammont annwali speċifiku ta’ EUR erba’ mitt elf (400 000) għall-appoġġ u għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u tal-politika marittima ta’ Kiribati.
3.Fil-każ tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), Kiribati għandhom jagħmlu disponibbli tal-anqas 160 jum tas-sajd fiż-żoni tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni. Jistgħu jsiru disponibbli jiem addizzjonali għall-bastimenti tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet spjegati fl-Anness.
4.Barra minn hekk, l-operaturi tas-sajd għandhom iħallsu tariffa ta’ aċċess annwali lil Kiribati fuq il-bażi tal-għadd ta’ jiem tas-sajd mogħtija kif definit fil-Kapitolu II, it-Taqsima 6, tal-Anness.
5.Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika soġġett għall-Artikoli 5, 7 u 9 ta’ dan il-Protokoll u għall-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim.
6.L-Unjoni għandha tħallas l-ammonti stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (a), sa mhux aktar tard minn 90 jum wara li tibda l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-ewwel sena, u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja għas-snin ta’ wara.
7.L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa fir-rigward tal-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata fil-paragrafu 2, il-punt (a).
8.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont il-paragrafu 2, il-punt (a), kif ukoll it-tariffa annwali tal-aċċess tal-operaturi skont il-paragrafu 4 għandhom jitħallsu fil-kont tal-Gvern ta’ Kiribati Nru 1 mal-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Bairiki, Tarawa.
9.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni indikata fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandha titħallas fil-Kont tal-Gvern ta’ Kiribati Nru 4 mal-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Bairiki, Tarawa (“Appoġġ Settorjali tas-Sajd”).
10.Kull sena, l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jikkonfermaw in-numri tal-kontijiet lill-Unjoni.
Artikolu 7
Appoġġ Settorjali
1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja kif indikata fl-Artikolu 6(2)(b), għandha tiġi ġestita mill-awtoritajiet ta’ Kiribati b’appoġġ tal-ġestjoni u tal-iżvilupp tas-sajd, inklużi l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd għall-ġlieda kontra s-sajd IUU, f’konformità mal-Viżjoni ta’ Kiribati għal 20 Sena, mal-politika nazzjonali tas-sajd u ma’ politiki relatati oħrajn li għandhom impatt fuq is-sajd responsabbli u sostenibbli.
2.Mhux aktar tard minn 120 jum wara d-data tal-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt għandu jaqbel dwar:
(a)programmi settorjali annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6(2), il-punt (b);
(b)l-objettivi, kemm annwali kif ukoll pluriennali, li għandhom jintlaħqu bl-għan li jiġu promossi, maż-żmien, is-sajd responsabbli u s-sajd sostenibbli.;
(c)ir-regoli u l-proċeduri ta’ implimentazzjoni dettaljati, inklużi, meta jkunu xierqa, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksubin kull sena.
3.L-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali skont l-Artikolu 6(2), il-punt (b), għandu jitħallas kull sena skont il-progress miksub. Għall-ewwel sena tal-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha ssir fuq il-bażi tal-ħtiġijiet identifikati bħala parti mill-programmazzjoni maqbula. Għas-snin ta’ applikazzjoni sussegwenti, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jitħallsu fuq il-bażi tar-riżultati miksubin fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri ta’ implimentazzjoni dettaljati msemmijin fil-paragrafu 2, il-punt (c). Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jsir mhux aktar tard minn 45 jum wara d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt dwar ir-riżultati miksubin.
4.Kull sena, Kiribati għandhom jippreżentaw rapport lill-Kumitat Konġunt dwar l-azzjonijiet implimentati u r-riżultati miksubin bl-appoġġ settorjali. Kiribati għandhom jipproduċu wkoll rapport finali qabel jiskadi dan il-Protokoll.
5.L-Unjoni tista’ tirrieżamina, tissospendi parti mill-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 6(2)(b) ta’ dan il-Protokoll, jew kollu kemm hu:
(a)meta r-riżultati miksubin ma jkunux konformi mal-programmazzjoni wara li l-Kumitat Konġunt ikun wettaq evalwazzjoni;
(b)fil-każ li din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tiġix implimentata kif ikun iddetermina l-Kumitat Konġunt.
6.Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli għas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ settorjali pluriennali. Jekk ikun meħtieġ, wara li jiskadi dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu dan is-segwitu permezz tal-Kumitat Konġunt sakemm il-kontroparti finanzjarja speċifika marbuta mal-appoġġ settorjali prevista fl-Artikolu 6(2)(b), tkun intużat kollha. Madankollu, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 6(2)(b), ma jistax jitħallas wara perjodu ta’ 8 xhur wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
7.Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ settorjali.
Artikolu 8
Aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd
L-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 5 jistgħu jiġu aġġustati permezz ta’ ftehim reċiproku fi ħdan il-Kumitat Konġunt sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet tad-WCPFC jew tal-IATTC, tal-organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali, jikkorroboraw li aġġustament bħal dan se jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ta’ Kiribati. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6(2)(a), ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi aġġustata bi ftehim reċiproku b’mod proporzjonat u pro rata temporis.
Artikolu 9
Kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd
1.Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jistadu fiż-żoni biss jekk ikollhom liċenzja valida maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Kiribati skont dan il-Protokoll.
2.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jimmonitorjaw b’mod konġunt l-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni permezz ta’ kontrolli xierqa, inklużi spezzjonijiet fuq il-baħar u waqt il-ħatt l-art, monitoraġġ elettroniku mill-bogħod, u għodod xierqa oħrajn u sistema elettronika ta’ rapportar.
3.Barra minn hekk, fil-laqgħa annwali tal-Kumitat Konġunt imsemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-isforz tas-sajd globali mwettaq fl-ilmijiet ta’ Kiribati fis-sena preċedenti, fid-dawl tar-regoli miftehmin fi ħdan organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali rilevanti. Jekk ikun xieraq, il-Partijiet jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jaġġustaw il-possibbiltajiet tas-sajd mogħtijin mill-Protokoll għas-sena ta’ wara.
Artikolu 10
Kooperazzjoni xjentifika għal sajd sostenibbli
1.Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar, kif ukoll ta’ sajd responsabbli fl-ilmijiet ta’ Kiribati.
2.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-kooperazzjoni xjentifika fil-livell subreġjonali dwar is-sajd responsabbli u, b’mod partikolari, fid-WCPFC u fl-IATTC u fi kwalunkwe organizzazzjoni subreġjonali jew internazzjonali oħra kkonċernata li fiha huma membri.
3.F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Ftehim, mal-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll u fid-dawl tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jadottaw, meta xieraq, miżuri fir-rigward tal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni liċenzjati sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd b’dan il-Protokoll sabiex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati.
Artikolu 11
Sospensjoni u Rieżami tal-Pagament tal-Kontribuzzjoni Finanzjarja
1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6(2)(a), ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi rrieżaminata jew sospiża f’każ li ċirkostanzi mhux tas-soltu jipprevjenu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd, wara konsultazzjoni u qbil taż-żewġ Partijiet fi żmien xahrejn wara t-talba ta’ waħda mill-Partijiet, u dment li l-Unjoni tkun ħallset kompletament kwalunkwe ammont dovut fiż-żmien tas-sospensjoni.
2.Meta jkun beħsiebha tissospendi pagament, l-Unjoni għandha tibgħat notifika bil-miktub dwar dan tal-anqas xahrejn qabel id-data meta tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni.
3.Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jerġa’ jibda ladarba s-sitwazzjoni tkun ġiet irrimedjata wara azzjonijiet sabiex jittaffew iċ-ċirkostanzi msemmijin hawn fuq u wara konsultazzjoni u ftehim taż-żewġ Partijiet li jikkonfermaw li s-sitwazzjoni x’aktarx tippermetti ritorn għal attivitajiet normali tas-sajd.
Artikolu 12
Sospensjoni u għoti lura tal-liċenzji tas-sajd
1.Kiribati jirriżervaw il-jedd li jissospendu u jirrevokaw liċenzja tas-sajd għal bastiment speċifiku previst fl-Artikolu 5, meta:
(a)il-bastiment jinstab li jkun qiegħed jikser serjament il-liġijiet u r-regolamenti ta’ Kiribati; jew
(b)sid il-bastiment ma jkunx ħares inġunzjoni maħruġa b’rabta ma’ ksur min-naħa tal-bastiment.
2.Il-liċenzja tas-sajd li tkun ġiet sospiża tibqa’ sospiża sakemm ma tkunx tħarset inġunzjoni skont il-paragrafu 1, il-punt (b), u dment li l-awtoritajiet ta’ Kiribati jaqblu li jagħtu lura l-liċenzja tas-sajd għall-perjodu li jifdal ta’ dik il-liċenzja tas-sajd.
Artikolu 13
Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll
1.L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), il-punti (a) u (b), tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet fil-każ li:
(a)l-Unjoni tonqos milli tagħmel il-pagamenti previsti fl-Artikolu 6(2) ta’ dan il-Protokoll għal raġunijiet mhux koperti fl-Artikolu 7(5) u fl-Artikolu 11(1).
(b)tinqala’ tilwima serja bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew li tipprevjeni l-implimentazzjoni tiegħu;
(c)l-ebda wieħed mill-bastimenti tal-Unjoni ma japplika għat-tiġdid ta’ liċenzji tas-sajd;
(d)
waħda mill-Partijiet ma tħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll;
(e)waħda mill-Partijiet taċċerta ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif stabbiliti mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou, jew inklużi fl-artikolu ekwivalenti tal-ftehim suċċessur bejn l-Unjoni u l-pajjiżi AKP.
2.Il-Parti interessata li tkun trid tissospendi l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra b’dan, u s-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ 3 xhur wara li tasal din in-notifika. Meta tasal in-notifika ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex isibu ftehim bonarju għat-tilwima tagħhom fi żmien 3 xhur. Meta jintlaħaq ftehim bħal dan jew hekk kif terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni eżistenti qabel l-avvenimenti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tkompli u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont id-durata tas-sospensjoni.
Artikolu 14
Liġijiet u regolamenti nazzjonali
1.L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni meta joperaw fiż-żoni tas-sajd skont dan il-Protokoll għandhom ikunu rregolati bil-liġijiet u bir-regolamenti applikabbli f’Kiribati, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim, f’dan il-Protokoll u fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu.
2.L-Unjoni tintrabat li tieħu l-passi meħtieġa kollha sabiex tiżgura l-konformità tal-bastimenti tal-Unjoni mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali ta’ Kiribati, kif ukoll l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ sorveljanza tas-sajd previsti f’dan il-Protokoll.
3.L-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta’ Kiribati responsabbli għall-monitoraġġ, għall-kontroll u għas-sorveljanza.
4.Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bi kwalunkwe emenda fil-politika jew fil-leġiżlazzjoni tas-sajd rispettiva tagħhom li tista’ tħalli impatt potenzjali fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Protokoll.
5.Kwalunkwe bidla sostanzjali jew leġiżlazzjoni ġdida li jkollha impatt sinifikanti fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni għandha tapplika għalihom mhux qabel is-60 jum wara l-jum meta n-notifika tal-bidla tasal għand l-Unjoni minn Kiribati.
Artikolu 15
Nondiskriminazzjoni u trasparenza
1.Skont l-Artikolu 3(1) tal-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mill-istess kundizzjonijiet tekniċi favorevoli tas-sajd bħal dawk applikati għal flotot barranin oħrajn li għandhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċi.
2.Il-Partijiet jintrabtu li jiskambjaw informazzjoni fil-Kumitat Konġunt dwar kwalunkwe ftehim li jippermetti lill-bastimenti barranin jidħlu fiż-żoni tas-sajd b’mod partikolari b’referenza għall-kundizzjonijiet tekniċi applikabbli għall-bastimenti barranin li joperaw fl-ilmijiet ta’ Kiribati.
3.L-Unjoni tintrabat li tagħmel disponibbli għal Kiribati, fuq bażi trimestrali, data aggregata dwar il-kwantitajiet u l-postijiet tal-ħatt l-art tal-qabdiet magħmulin fiż-żoni tas-sajd.
Artikolu 16
Protezzjoni tad-data
1.Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li kull data kummerċjalment sensittiva u personali relatata mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Protokoll tiġi pproċessata f’konformità mal-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data aggregata relatata mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd biss tiġi ppubblikata, fir-rigward tal-liġijiet nazzjonali applikabbli u tal-protokolli relatati tal-RFMO dwar il-kondiviżjoni u l-protezzjoni tad-data.
2.Id-data għandha tiġi pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti esklużivament għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Ftehim, u b’mod partikolari għall-finijiet tal-ġestjoni, tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tas-sajd. Il-Kummissjoni Ewropea jew l-Istat tal-bandiera, għall-Unjoni, u l-Awtorità Kompetenti Rilevanti, għal Kiribati, huma l-awtoritajiet responsabbli għall-ipproċessar tad-data.
3.Id-data personali trid tiġi pproċessata b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data.
4.Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, speċjalment fir-rigward tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd, tal-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, id-data li ġejja tista’ tiġi skambjata u pproċessata ulterjorment:
(a)id-data ta’ identifikazzjoni u ta’ kuntatt tal-bastiment;
(b)l-attivitajiet ta’ bastiment jew relatati ma’ bastiment, mal-pożizzjoni u mal-movimenti tiegħu, mal-attività tas-sajd tiegħu jew mal-attività relatata mas-sajd, miġbura permezz ta’ monitoraġġ, spezzjonijiet jew minn osservaturi, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli u mal-protokolli tal-RFMO relatati mal-kondiviżjoni u mal-protezzjoni tad-data;
(c)id-data relatata mas-sid(ien) tal-bastiment jew mar-rappreżentant tiegħu/tagħhom, bħall-isem, in-nazzjonalità, id-dettalji ta’ kuntatt professjonali u l-kont bankarju professjonali,
(d)id-data relatata mal-aġent lokali, bħall-isem, in-nazzjonalità u d-dettalji ta’ kuntatt professjonali;
(e)id-data relatata mal-kaptani tal-bastimenti u mal-membri tal-ekwipaġġ, bħall-ismijiet, in-nazzjonalità, il-funzjoni u fil-każ tal-kaptan id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu,
(f)id-data relatata mal-baħħara mtellgħin abbord, bħall-isem, id-dettalji ta’ kuntatt, it-taħriġ, iċ-ċertifikat tas-saħħa.
5.Id-data personali mitluba u ttrasferita skont dan il-Protokoll għandha tkun akkurata, adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Ftehim.
6.Il-Partijiet jiskambjaw data personali skont dan il-Ftehim biss għall-finijiet speċifiċi kif stabbilit fil-Ftehim.
7.Id-data riċevuta ma tiġix ipproċessata aktar b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawn il-finijiet.
8.Id-data personali ma għandhiex tinżamm lil hinn miż-żmien meħtieġ għall-fini li għalih tkun ġiet skambjata, sa massimu ta’ 10 snin ħlief jekk id-data personali tkun meħtieġa għas-segwitu ta’ ksur, għal spezzjoni jew għal proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. F’każijiet bħal dawn, id-data personali tista’ tinżamm għal 20 sena. Jekk id-data personali tinħażen għal perjodu itwal, din għandha tiġi anonimizzata.
9.Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod li jiżgura sigurtà xierqa tad-data personali, filwaqt li jitqiesu r-riskji speċifiċi tal-ipproċessar, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali.
10.Kull Parti għandha tiżgura li s-suġġetti tad-data jiġu informati dwar kif se tiġi pproċessata d-data personali tagħhom u dwar id-drittijiet u r-rimedji legali tagħhom permezz ta’ notifika ġenerali, eż. il-pubblikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jew notifika individwali, eż. dikjarazzjonijiet ta’ privatezza li għandhom jiġu pprovduti matul il-proċess ta’ applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd.
11.Drittijiet effettivi u eżegwibbli huma disponibbli għas-suġġetti tad-data fir-rigward tad-drittijiet tagħhom skont ir-rekwiżiti legali applikabbli fil-ġuriżdizzjoni ta’ kull awtorità. L-awtoritajiet jipprovdu salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali permezz ta’ taħlita ta’ liġijiet, ta’ regolamenti u tal-politiki u tal-proċeduri interni tagħhom. B’mod partikolari, kwalunkwe lment kontra l-awtoritajiet tal-Partijiet fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skont dan il-Protokoll għandu jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, fil-każ tal-awtoritajiet tal-Unjoni, jew lil kwalunkwe Awtorità Kompetenti rilevanti fil-każ ta’ Kiribati.
12.L-awtoritajiet tal-Parti ma humiex se jittrasferixxu data kondiviża skont dan il-Protokoll lil parti terza f’pajjiż ieħor għajr l-Istati Membri tal-bandiera.
13.Jistgħu jiġu stabbiliti salvagwardji u rimedji legali ulterjuri xierqa mill-Kumitat Konġunt.
Artikolu 17
Esklużività
1.Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Protokoll.
2.L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom joħorġu liċenzji tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni esklużivament skont dan il-Protokoll. Għandu jkun ipprojbit li tinħareġ kwalunkwe liċenzja tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fl-għamla ta’ liċenzji diretti.
Artikolu 18
Klawżola ta’ rieżami
Il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jirrieżaminaw id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, tal-Anness u tal-Appendiċi u, meta jkunu meħtieġa, jagħmlu emendi dwar:
(a)l-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd u għaldaqstant il-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti msemmija fl-Artikolu 6(2)(a) f’konformità mal-Artikolu 8;
(b)l-arranġamenti għall-appoġġ settorjali u, għaldaqstant, għall-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti msemmija fl-Artikolu 6(2)(b);
(c)il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi li skonthom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom.
Artikolu 19
Terminazzjoni
1.Dan il-Protokoll jista’ jiġi tterminat minn xi waħda mill-partijiet fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux normali bħad-degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, l-iskoperta ta’ livell imnaqqas tal-użu tal-opportunitajiet ta’ sajd allokati għall-bastimenti tal-Unjoni, jew in-nuqqas ta’ konformità mal-impenji tal-Partijiet fil-kwistjoni tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (“IUU”).
2.Fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll tal-anqas 6 xhur qabel id-data li fiha sseħħ it-terminazzjoni. L-għoti tan-notifika msemmija fis-sentenza ta’ qabel għandu jagħti bidu għall-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.
3.Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 għas-sena meta tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis.
Artikolu 20
Skambji elettroniċi tad-data
1.Kiribati u l-Unjoni jħeġġu l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u tad-dokumenti kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.
2.Il-forma elettronika ta’ dokument fi kwalunkwe ħin għandha titqies ekwivalenti għall-verżjoni stampata.
3.Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin bi kwalunkwe ħsara fis-sistema tal-kompjuter li twaqqaf dawn l-iskambji. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu sostitwiti b’mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom kif iddefinit fl-Anness.
Artikolu 21
Obbligi meta jiskadi jew jintemm dan il-Protokoll
1.Wara li dan il-Protokoll jiskadi jew jiġi tterminat f’konformità mal-Artikolu 19 jew mal-Artikolu 12 tal-Ftehim, is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom ikomplu jkunu responsabbli għal kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jew ta’ dan il-Protokoll jew ta’ kwalunkwe liġi ta’ Kiribati li jkun seħħ qabel ma dan il-Protokoll ikun skada jew ġie tterminat, jew għal kwalunkwe tariffa tal-liċenzja jew għal kwalunkwe pagament dovut li ma jkunx tħallas fil-mument ta’ din l-iskadenza jew terminazzjoni.
2.Jekk ikun meħtieġ, il-partijiet għandhom ikomplu jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali ipprovdut skont l-Artikolu 6(2)(b), f’konformità mal-Artikolu 7 u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.
Artikolu 22
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal din il-fini.
ANNESS
KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TWETTIQ TA’ ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAL-UNJONI SKONT IL-PROTOKOLL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI, MIN-NAĦA L-OĦRA
KAPITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Taqsima 1
Deżinjazzjoni tal-Awtoritajiet Kompetenti
1.Għall-fini ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza li ssir għall-Unjoni jew għal Kiribati bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:
(a)għall-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”): Il-Kummissjoni Ewropea;
(b)għal Kiribati: il-Ministeru għall-Iżvilupp tas-Sajd u tar-Riżorsi tal-Baħar.
2.Qabel ma dan il-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju, il-partijiet għandhom jiskambjaw id-dettalji ta’ kuntatt kollha rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u għandhom jikkomunikawhom lil xulxin kif xieraq.
Taqsima 2
Żoni tas-sajd
1.Il-bastimenti tal-Unjoni fil-pussess ta’ liċenzja tas-sajd maħruġa minn Kiribati skont il-Protokoll għandhom ikunu awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd ta’ Kiribati, jiġifieri fl-ilmijiet ta’ Kiribati f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ Kiribati għajr fil-baħar territorjali, f’żoni protetti u pprojbiti.
2.Il-koordinati tal-ilmijiet u taż-żoni protetti u pprojbiti ta’ Kiribati għandhom jiġu kkomunikati minn Kiribati lill-Unjoni qabel ma tibda l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.
3.Kiribati għandhom jikkomunikaw lill-Unjoni kull tibdil fiż-żoni msemmijin f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(4) tal-Protokoll.
Taqsima 3
Żoni ta’ ġestjoni tas-sajd
1.Skont l-approċċ tagħha ta’ Ġestjoni Bbażata fuq iż-Żoni u f’konformità mar-Regolamenti tal-2014 dwar is-Sajd (Skema tal-Jiem tal-Bastimenti tas-Sajd bit-Tartarun tal-Borża), Kiribati kkategorizzaw iż-żoni tas-sajd tagħhom fi tliet żoni ta’ ġestjoni tas-sajd, jiġifieri ż-Żona ta’ Gilbert, iż-Żona ta’ Phoenix u ż-Żona ta’ Line.
2.Il-koordinati taż-żoni ta’ ġestjoni tas-sajd għandhom jiġu kkomunikati minn Kiribati lill-Unjoni qabel il-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.
3.Kiribati għandhom jikkomunikaw lill-Unjoni kull tibdil fiż-żoni ta’ ġestjoni tas-sajd fi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(4) tal-Protokoll.
4.Minbarra l-pagament bil-quddiem li għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti definit fil-Kapitolu II, it-Taqsima 6, ir-rati premium li ġejjin għal kull jum tas-sajd għandhom jitħallsu f’konformità mal-proċedura deskritta fil-Kapitolu II, it-Taqsima 7:
(a)Meta jkun seħħ jum tas-sajd fiż-Żona ta’ Line, ma għandu jkun involut l-ebda premium.
(b)
Meta jkun seħħ jum tas-sajd fiż-Żona ta’ Phoenix, dan jinvolvi premium ta’ elf dollaru Amerikan (USD 1 000).
(c)
Meta jkun seħħ jum tas-sajd fiż-Żona ta’ Gilbert, dan jinvolvi premium ta’ elf dollaru Amerikan (USD 1 000).
Taqsima 4
Aġent tal-bastiment
Il-bastimenti kollha tal-Unjoni li japplikaw għal-liċenzja tas-sajd jistgħu jkunu rrappreżentati minn aġent (li jista’ jkun kumpanija jew individwu) residenti f’Kiribati, u li l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati tkun ġiet mgħarrfa bih kif xieraq.
Taqsima 5
Bastimenti eliġibbli tal-Unjoni
Sabiex bastiment tal-Unjoni jkun eliġibbli sabiex jikseb liċenzja tas-sajd, la s-sid, la l-kaptan u lanqas il-bastiment innifsu ma jridu jkunu pprojbiti milli jistadu fl-ilmijiet ta’ Kiribati. Jeħtiġilhom ikunu f’sitwazzjoni ta’ regolarità fil-konfront tal-liġijiet ta’ Kiribati u jeħtiġilhom ikunu wettqu l-obbligi preċedenti kollha marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’Kiribati fil-kuntest ta’ kull ftehim tas-sajd konkluż mal-Unjoni. Barra minn hekk, għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-liċenzji tas-sajd, ikunu mniżżlin fir-Reġistru tal-bastimenti tas-sajd tad-WCPFC, ikunu fir-reġistru tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Nauru (PNA), ikunu fir-reġistru tal-bastimenti tajbin għat-tbaħħir tal-Aġenzija tal-FFA u ma jkunux fil-lista ta’ bastimenti tas-sajd IUU ta’ RFMO.
KAPITOLU II - ĠESTJONI TAL-LIĊENZJI TAS-SAJD
Taqsima 1
Reġistrazzjoni
1.Sajd minn bastimenti tal-Unjoni ġewwa ż-żoni tas-sajd għandu jkun soġġett għall-ħruġ ta’ numru ta’ reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati.
2.L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom isiru fil-formola prevista għal dik il-fini mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati, f’konformità mal-Appendiċi 1.
3.Ir-reġistrazzjoni għandha tkun kontinġenti fuq il-pagament ta’ USD 3 000 għal kull bastiment fis-sena bħala tariffa għar-reġistrazzjoni li għandha titħallas fil-kont Nru 3 tal-Gvern ta’ Kiribati, ikklerjat minn kwalunkwe tnaqqis.
Taqsima 2
Perjodu ta’ validità tal-liċenzja tas-sajd
1.Liċenzja tas-sajd hija valida għal “perjodu annwali tas-sajd”.
2.Dan il-perjodu annwali tas-sajd għandu jikkorrispondi:
(a)
għas-sena li matulha l-Protokoll jibda jiġi applikat b’mod provviżorju, sal-perjodu mid-data ta’ meta dan jibda japplika b’mod provviżorju u l-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;
(b)
imbagħad, għal kull sena kalendarja sħiħa;
(c)
għas-sena li matulha jiskadi l-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar sa meta jiskadi l-Protokoll.
3.Il-liċenzji għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu, soġġetti għall-validità tal-Protokoll.
4.Għall-ewwel u għall-aħħar perjodu annwali tas-sajd, il-pagament dovut mis-sidien tal-bastimenti skont it-Taqsima 6, il-paragrafu 2, għandu jiġi kkalkolat fuq bażi pro rata temporis.
Taqsima 3
Applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd
1.Il-bastimenti tal-Unjoni eliġibbli biss, kif definiti fil-Kapitolu I, it-Taqsima 5 ta’ dan l-Anness, jistgħu jiksbu liċenzja tas-sajd.
2.L-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandha tissottometti elettronikament lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati, b’kopja lid-Delegazzjoni, applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd f’konformità mal-Appendiċi 1 għal kull bastiment li jixtieq jistad skont il-Protokoll tal-anqas 20 jum xogħol qabel il-bidu tal-perjodu annwali ta’ validità tal-liċenzja tas-sajd kif speċifikat fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu.
3.Meta applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd ma tkunx ġiet sottomessa qabel ma jibda l-perjodu annwali ta’ validità, sid il-bastiment xorta waħda jista’ jissottomettiha sa mhux aktar tard minn 20 jum xogħol qabel id-data meta jkun qed jintalab li jibdew l-attivitajiet tas-sajd. F’każijiet bħal dawn, il-liċenzja tas-sajd tkun valida biss sa tmiem il-perjodu annwali li matulu tkun intalbet. Sidien il-bastimenti għandhom iħallsu t-tariffi tal-aċċess dovuti għall-perjodu kollu ta’ validità tal-liċenzja tas-sajd.
4.Għal kull applikazzjoni tal-bidu għal-liċenzja tas-sajd, jew wara bidla teknika kbira fil-bastiment ikkonċernat, l-Unjoni għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati bil-posta elettronika billi tuża l-formola mogħtija fl-Appendiċi 1, u magħha għandha tibgħat id-dokumenti li ġejjin:
(a)prova tal-pagament tat-tariffi tal-aċċess għall-perjodu ta’ validità tal-liċenzja tas-sajd;
(b)ritratti reċenti diġitali bil-kulur, tal-bastiment (li jkunu ttieħdu sa 12-il xahar qabel), li jkollhom id-data fuqhom u li jkollhom riżoluzzjoni ta’ 72 dpi u jkunu tal-inqas ta’ 1 400 pic. b’1 050 pic., u li jkunu juru l-ġenb tal-bastiment, inkluż l-isem tiegħu miktub bl-alfabett bażiku Latin tal-ISO;
(c)kopja taċ-ċertifikat tat-tagħmir ta’ sikurezza tal-bastiment;
(d)kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment;
(e)kopja taċ-ċertifikat ta’ kontroll tal-kundizzjonijiet sanitarji tal-bastiment;
(f)kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-bastimenti tajbin għat-tbaħħir tal-FFA;
(g)il-pjan tal-istivar;
(h)kopja taċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni bl-Ingliż validu għad-durata tal-liċenzja tas-sajd;
(i)tariffa tal-osservatur ta’ USD 3 000 għal kull bastiment fis-sena.
5.Għat-tiġdid tal-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment li ma jkunux inbidlulu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu, mal-applikazzjoni għat-tiġdid għandhom jintbagħtu biss il-prova tal-pagament tat-tariffi tal-aċċess, iċ-ċertifikat kurrenti ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-bastimenti tajbin għat-tbaħħir tal-FFA u l-kopji taċ-ċertifikati mġeddin kif elenkati fil-punti c, d, e u h.
6.It-tariffa għandha titħallas fil-kont bankarju Nru 3 tal-Gvern ta’ Kiribati. Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-kostijiet inerenti marbutin mat-trasferimenti bankarji.
7.Kull sena, l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jikkonfermaw id-dettalji tal-kontijiet bankarji lill-Unjoni.
8.Il-pagamenti għandhom jinkludu l-imposti nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-imposti tas-servizzi.
9.Jekk applikazzjoni ma tkunx kompluta jew inkella ma tkunx tissodisfa l-kundizzjonijiet mogħtijin fil-punti 4, 5, 6 u 7 ta’ hawn fuq, fi żmien 7 ijiem xogħol minn meta jirċievu l-applikazzjoni f’forma elettronika, l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni bir-raġunijiet għalfejn l-applikazzjoni titqies bħala mhux kompluta jew li inkella ma tissodisfax il-kundizzjonijiet mogħtijin fil-punti 4, 5, 6 u 7, u għandhom jibagħtu kopja ta’ dan lid-Delegazzjoni.
Taqsima 4
Ħruġ tal-liċenzja tas-sajd
1.Il-liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ minn Kiribati fi żmien 15-il jum xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta bil-posta elettronika u wara konferma tal-wasla tal-pagament minn Kiribati.
2.Il-liċenzja tas-sajd għandha tiġi trażmessa minnufih b’mezzi elettroniċi mill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati lil sid il-bastiment jew lill-aġent tal-bastiment u lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni b’kopja lid-Delegazzjoni. Fl-istess ħin, kopja stampata tal-liċenzja tas-sajd għandha tintbagħat lil sid il-bastiment.
3.Malli toħroġ il-liċenzja tas-sajd, l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati għandha tinkludi l-bastiment f’lista ta’ bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żoni tas-sajd. Din il-lista għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-entitajiet kollha tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza ta’ Kiribati u għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni, b’kopja lid-Delegazzjoni.
4.Il-forma stampata tal-liċenzja tas-sajd għandha tieħu post dik elettronika malli dan ikun possibbli.
5.Il-liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u ma għandhiex tkun trasferibbli ħlief f’każijiet ta’ ċirkustanzi mhux tas-soltu, kif spjegati fit-Taqsima 5 ta’ hawn taħt.
6.Il-liċenzja tas-sajd (f’forma elettronika jew stampata meta din tkun disponibbli) trid tinżamm abbord il-bastiment il-ħin kollu.
Taqsima 5
Ċirkostanzi mhux tas-soltu
1.Meta tingħata prova ta’ ċirkostanzi mhux tas-soltu u fuq talba tal-Unjoni, il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment tista’ tiġi tterminata, għall-perjodu tal-validità tagħha li jifdal. Sid il-bastiment, jew l-aġent tal-bastiment, għandu jirritorna l-liċenzja tas-sajd tiegħu lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati u jgħarrfu lill-awtorità tal-Unjoni u lid-Delegazzjoni.
2.Liċenzja tas-sajd ġdida għandha tinħareġ lil bastiment b’karatteristiċi simili skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 u tkun soġġetta għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni kif stabbiliti fit-Taqsima 3 mingħajr ir-rekwiżit ta’ pagament ġdid bil-quddiem.
3.Il-liċenzja tas-sajd il-ġdida għandha ssir effettiva dakinhar li l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati tirċievi l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment li jkun intlaqat minn ċirkostanzi mhux tas-soltu. Il-liċenzja li tkun intbagħtet lura għandha titqies ikkanċellata. L-awtorità tal-Unjoni u d-Delegazzjoni għandhom jiġu informati mill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati dwar il-ħruġ tal-liċenzja tas-sajd il-ġdida.
Taqsima 6
Kundizzjonijiet tal-liċenzja tas-sajd — tariffi u pagamenti bil-quddiem
1.Kiribati għandha tagħti aċċess lill-bastimenti tal-Unjoni għat-tliet żoni tas-sajd f’konformità mat-Taqsima 3.
2.Liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ ladarba titħallas tariffa ta’ pagament bil-quddiem ta’ seba’ mija u għoxrin elf dollaru Amerikan (USD 720 000) għal kull bastiment tal-Unjoni fil-kont Nru 3 tal-Gvern ta’ Kiribati, li għandu jagħti d-dritt lill-bastiment tas-sajd li jistad għal erbgħin (40) jum fiż-żoni tas-sajd. Għall-ewwel u għall-aħħar perjodu annwali ta’ sajd skont dan il-Protokoll, kif definit fit-Taqsima 2, il-paragrafu 2 a) u c), din it-tariffa ta’ pagament bil-quddiem għandha titħallas pro rata temporis.
3.Iċ-ċifri bil-quddiem fil-paragrafu 2 jinkludu l-fatturi ta’ aġġustament tat-tul tal-VDS li japplikaw għall-bastimenti kollha li jistadu fiż-żoni tas-sajd, f’konformità mar-Regolament tal-2014 dwar is-Sajd (Skema tal-Jiem tal-Bastimenti tas-Sajd bit-Tartarun tal-Borża).
4.L-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jikkondividu bejniethom il-jiem tas-sajd mixtrijin skont id-diskrezzjoni tagħhom. F’każijiet bħal dawn, l-operaturi għandhom jgħarrfu minnufih lil Kiribati u lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar l-għadd ta’ jiem tas-sajd li għandhom jinqasmu bejn il-bastimenti kkonċernati.
5.Jekk disponibbli, l-operaturi jistgħu jixtru jiem tas-sajd addizzjonali għal dawk mixtrijin skont il-paragrafu 2 fuq talba mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni għall-awtoritajiet ta’ Kiribati. L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni dwar l-għadd miftiehem u l-prezz ta’ dawn il-jiem addizzjonali tas-sajd.
Taqsima 7
Dikjarazzjoni finali tat-tariffi
1.Kull sena, fl-1 ta’ Novembru, l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati għandha tfassal dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd tal-Bastiment tal-Unjoni mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Ottubru tas-sena kalendarja, fuq il-bażi taż-żoni ta’ ġestjoni tas-sajd li fihom joperaw il-bastimenti tal-Unjoni, li huma definiti fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 3.
2.Kull sena fl-1 ta’ Marzu, l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati għandha tfassal dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja preċedenti, fuq il-bażi taż-żoni ta’ ġestjoni tas-sajd li fihom joperaw il-bastimenti tal-Unjoni, li huma definiti fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 3.
3.L-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandha tibgħat iż-żewġ dikjarazzjonijiet finali tat-tariffi fl-istess waqt lis-sidien tal-bastimenti u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati tal-bandiera kkonċernati.
4.Is-sidien tal-bastimenti jistgħu joġġezzjonaw mal-awtoritajiet tal-Istati Membri tagħhom dwar id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi fi żmien 15-il jum kalendarju minn meta jirċivuha. Jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni, id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi titqies li ġiet aċċettata mis-sidien tal-bastimenti.
5.Bi qbil mad-dikjarazzjoni finali tat-tariffi miż-żewġ Partijiet, l-Awtorità Kompetenti ta’ Kiribati għandha toħroġ fattura tat-tariffi pendenti. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu lill-Gvern ta’ Kiribati fi żmien 30 jum kalendarju (il-kont Nru 3 tal-Gvern ta’ Kiribati).
6.Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex isolvu kwalunkwe nuqqas ta’ qbil fi żmien 30 jum kalendarju minn meta jirċievu d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi.
7.Jekk in-nuqqas ta’ qbil bejn is-sidien tal-bastimenti u l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati jippersisti, jew l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati jew inkella l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tista’ titlob laqgħa speċjali tal-Kumitat Konġunt, kif previst fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu, bi ftehim reċiproku, jieħu deċiżjoni finali dwar id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi. Kwalunkwe pagament addizzjonali dovut għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati mhux aktar tard minn xahar wara d-data tal-Laqgħa tal-Kumitat Konġunt f’konformità mal-Artikolu 6(8) tal-Protokoll, ikklerjat minn kwalunkwe tnaqqis.
KAPITOLU III - MIŻURI TEKNIĊI
Taqsima 1
Miżuri relatati mal-FAD
Is-sajd bi rkaptu biex jinġema’ l-ħut (“FAD”) u ż-żamma tal-qabdiet tat-tonn għandhom jitwettqu f’konformità mal-Miżuri ta’ Konservazzjoni u ta’ Ġestjoni rilevanti tad-WCPFC u mal-Arranġamenti ta’ Implimentazzjoni rilevanti tal-Ftehim ta’ Nauru.
Taqsima 2
Speċijiet ipprojbiti
Is-sajd jew iż-żamma abbord, il-bejgħ, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta’ kwalunkwe waħda mill-ispeċijiet li ġejjin huwa pprojbit fi kwalunkwe ħin jew post matul il-perjodu ta’ validità ta’ dan il-Protokoll:
(a)Elażmobranki (klieb il-baħar u raj) ta’ kwalunkwe speċi
(b)Mammiferi tal-baħar ta’ kwalunkwe speċi
(c)Rettili ta’ kwalunkwe speċi
(d)Għasafar ta’ kwalunkwe speċi
Taqsima 3
Speċijiet mhux fil-mira
1.L-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jiżguraw li s-sajd isir b’mod li jimminimizza l-impatti fuq speċijiet mhux fil-mira u dawk aċċessorji.
2.L-operaturi ta’ bastimenti tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-ispeċijiet protetti inklużi d-dniefel, il-fkieren, il-klieb il-baħar u l-għasafar tal-baħar jitħarrbu b’mod li jipprovdi l-akbar ċans ta’ sopravivenza fuq il-bażi tal-linji gwida applikabbli tad-WCPFC.
KAPITOLU IV - MONITORAĠĠ
Taqsima 1
Reġistrazzjoni u rapportar tal-qabdiet
1.Sa ma ż-żewġ Partijiet ikunu implimentaw sistema elettronika ta’ rapportar tal-qabdiet, imsejħa l-ERS, il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żoni tas-sajd skont il-Ftehim għandhom jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati kif ġej.
2.Filwaqt li jkunu fl-ilmijiet ta’ Kiribati, l-operaturi għandhom jaġġornaw kuljum, bl-Ingliż, rekord tal-qabda, inkluża l-qabda aċċessorja, u l-attività tas-sajd bl-użu tal-ġurnal tas-sajd elettroniku tal-iFIMS tal-PNA wara kull vjaġġ tas-sajd u jibagħtu din l-informazzjoni b’mod elettroniku permezz tal-FIMS tal-PNA lill-Ministeru għall-Iżvilupp tas-Sajd u tar-Riżorsi tal-Baħar, wara t-tlestija ta’ sett ta’ sajd.
3.Il-bastimenti tal-Unjoni awtorizzati jistadu fiż-żoni tas-sajd għandhom jimlew ġurnal tas-sajd Reġjonali tal-SPC/FFA tat-Tartarun tal-Borża disponibbli fuq is-sit web tal-Komunità tal-Paċifiku (SPC) għal kull jum ta’ preżenza fiż-żoni tas-sajd. Jekk il-bastimenti ma jaqbdu l-ebda ħuta jew jekk ikunu għaddejjin minn hemm biss fi tranżitu lejn xi mkien ieħor, il-formola xorta waħda trid timtela. Din għandha timtela b’mod ċar u l-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiffirmaha.
4.Filwaqt li jkunu fiż-żoni tas-sajd, kull nhar ta’ Erbgħa l-bastimenti tal-Unjoni għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati sommarju tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd skont il-punt 2 bl-użu tal-Mudell Nru 1 tal-Appendiċi 2 bil-posta elettronika, lill-kuntatti pprovduti fih.
5.Fir-rigward is-sottomissjoni tal-ġurnali ta’ abbord dwar is-sajd imsemmijin fil-punt 2, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom:
(a)fil-każ li jidħlu f’Port ta’ dħul ta’ Kiribati, jissottomettu l-formola mimlija lill-awtorità kompetenti rispettiva ta’ Kiribati fi żmien ħamest (5) ijiem minn meta jaslu fil-port, jew fi kwalunkwe każ qabel ma jħallu dak il-port, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel. L-awtorità ta’ Kiribati għandha tagħtihom irċevuta bil-miktub;
(b)meta joħorġu miż-żoni tas-sajd mingħajr ma jgħaddu l-ewwel minn Port ta’ dħul, jibagħtu l-kopji tal-folji tal-ġurnal ta’ abbord, fi żmien ħmistax-il (15) jum xogħol minn meta joħorġu miż-żoni tas-sajd, bil-posta elettronika, fuq l-indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità kompetenti ta’ Kiribati.
6.Il-verżjoni oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tintbagħat fi żmien sebat (7) ijiem xogħol minn meta bastiment jidħol għall-ewwel darba f’port wara li jkun ħareġ miż-żoni tas-sajd.
7.Il-kopji ta’ dawn l-iskedi tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd iridu jintbagħtu fl-istess ħin lill-istituti xjentifiċi bħall-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia) u l-IPIMAR (Instituto de Investigação das Pescas e do Mar).
8.Il-kliem “żoni tas-sajd ta’ Kiribati” għandhom jiddaħħlu fl-iskedi tal-ġurnal ta’ abbord imsemmijin hawn fuq għall-perjodi li matulhom il-bastiment ikun jinsab fiż-żoni tas-sajd.
9.Iż-żewġ Partijiet se jagħmlu ħilithom sabiex jimplimentaw ERS marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd, soġġetti għal ftehim komuni dwar il-linji gwida għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni ta’ ERS.
10.Ladarba tiġi implimentata s-sistema elettronika tad-dikjarazzjoni tal-qabdiet, din se tieħu post għalkollox id-dispożizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni deskritti fil-punti 2 sa 4 ta’ hawn fuq, ħlief jekk ikun hemm xi problemi tekniċi jew ħsarat fis-sistema, f’liema każ id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet għandhom isiru skont il-punti 2 sa 4 ta’ hawn fuq.
11.Il-Partijiet għandhom jiskambjaw id-data dwar il-livell ta’ qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet u ta’ sorsi rilevanti oħrajn bħar-rapporti tal-osservaturi.
Taqsima 2
Ġestjoni u monitoraġġ tal-isforz
1.Iż-żewġ partijiet għandhom jimmonitorjaw mill-qrib u b’mod regolari l-użu tal-jiem tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd. Għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżguraw li n-numru ta’ jiem tas-sajd allokati lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd ma jinqabiżx.
2.Is-sidien tal-bastimenti huma meħtieġa jippreżentaw jiem fejn ma jsirx’ sajd (NFDs) billi jużaw l-iFIMS. L-applikazzjoni għall-NFDs ma hijiex se tiġi pproċessata sakemm l-operaturi tal-bastimenti ma jkunux ippreżentaw id-data tal-iskeda elettronika rilevanti tal-ġurnal ta’ abbord fl-iFIMS. Kiribati għandha tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-NFDs fil-ħin f’konformità mal-proċeduri tal-Iskema tal-Jiem tal-Bastimenti tas-Sajd bit-Tartarun tal-Borża (VDS) tal-PNA.
3.Meta s-sidien tal-bastimenti ma jaqblux mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità kompetenti ta’ Kiribati dwar it-talbiet tagħhom ta’ NFDs, huma għandhom jgħarrfu lill-Awtorità kompetenti tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tikkuntattja minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati. Għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex id-diskrepanzi jissolvew malajr kemm jista’ jkun.
4.Ladarba l-bastimenti tal-Unjoni jkunu użaw 80 % tal-jiem tas-sajd allokati lilhom, Kiribati se jgħarrfu lill-Awtorità kompetenti tal-Unjoni, lill-Istati tal-bandiera u lis-sidien tal-bastimenti kull ġimgħa dwar l-użu tal-jiem tas-sajd tal-Unjoni li jifdal sabiex jiżguraw monitoraġġ mill-qrib.
Taqsima 3
Komunikazzjoni dwar id-dħul u l-ħruġ mill-ilmijiet ta’ Kiribati
1.Mingħajr preġudizzju għall-obbligi fit-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu, il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu skont il-Ftehim għandhom javżaw lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati li jkun biħsiebhom jidħlu fl-ilmijiet ta’ Kiribati jew joħorġu minnhom tal-anqas 24 siegħa qabel ma jagħmlu dan. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru fil-format stabbilit fl-Appendiċi 2, il-Mudelli Numru 2 u Numru 3 u għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika lill-kuntatti mniżżlin fihom.
2.Il-bastimenti tal-Unjoni li jinqabdu jistadu mingħajr ma jkunu bagħtu n-notifika tad-dħul minn qabel imsemmija fil-punt 1 ta’ din it-Taqsima għandhom jitqiesu bħala bastimenti mingħajr liċenzja tas-sajd. F’dawn il-każijiet japplikaw is-sanzjonijiet imsemmijin fil-Kapitolu VI.
Taqsima 4
Ħatt l-art
1.Il-portijiet deżinjati għall-attivitajiet ta’ ħatt l-art f’Kiribati huma l-Portijiet ta’ Tarawa u ta’ Kiritimati.
2.Il-bastimenti tal-Unjoni fil-pussess ta’ liċenzja tas-sajd ta’ Kiribati li jixtiequ jħottu l-qabdiet f’portijiet deżinjati ta’ Kiribati għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta’ Kiribati b’din l-intenzjoni permezz ta’ rapport previst fil-Mudell Numru 4 tal-Appendiċi 2 bil-posta elettronika, lill-kuntatti previsti fih tal-anqas 72 siegħa qabel.
3.Il-bastimenti tal-Unjoni jeħtiġilhom jissottomettu d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art tagħhom lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati u lill-Istat Membru tal-Bandiera, sa mhux aktar tard minn 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt l-art, jew fi kwalunkwe każ, qabel ma l-bastiment iħalli l-port, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel, bil-posta elettronika permezz tar-rapport previst fil-Mudell Numru 5 tal-Appendiċi 2.
4.Il-bastimenti tal-Unjoni jeħtiġilhom jissottomettu Rapport ta’ Tlestija fi żmien 24 siegħa wara li jlestu vjaġġ billi jħottu l-qabda f’portijiet tas-sajd oħrajn barra minn Kiribati permezz tal-posta elettronika permezz ta’ rapport previst fil-Mudell Numru 6 tal-Appendiċi 2.
Taqsima 5
Trażbord
1.Il-bastimenti tal-Unjoni fil-pussess ta’ liċenzja tas-sajd ta’ Kiribati li jixtiequ jittrażbordaw qabdiet fiż-żona tas-sajd għandhom jagħmlu dan biss fil-portijiet deżinjati ta’ Kiribati kif iddikjarat fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 3, il-paragrafu 1. Ma jistax isir trażbord fuq il-baħar ’il barra mill-portijiet u kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun soġġetta għall-pieni previsti mid-dritt ta’ Kiribati.
2.Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta’ Kiribati b’din l-intenzjoni permezz ta’ rapport previst fil-Mudell Numru 4 tal-Appendiċi 2 bil-posta elettronika, lill-kuntatti previsti fih tal-anqas 72 siegħa qabel.
3.Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jissottomettu r-rapport tal-attività dwar it-trażbord lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati, sa mhux aktar tard minn 48 siegħa minn meta jitlesta t-trażbord, jew fi kwalunke każ, qabel ma l-bastiment donatur iħalli l-port, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel, bil-posta elettronika permezz tar-rapport previst fil-Mudell Numru 5 tal-Appendiċi 2.
Taqsima 6
Tluq mill-port
Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati bl-intenzjoni tagħhom li jitilqu mill-Port permezz ta’ rapport previst fil-Mudell Numru 7 tal-Appendiċi 2 bil-posta elettronika, lill-kuntatti previsti fih tal-anqas 24 siegħa qabel.
Taqsima 7
Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS)
Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istat Membru tal-bandiera u għall-obbligi tal-bastimenti tal-Unjoni fil-konfront tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, kull bastiment tal-Unjoni għandu jkun konformi mas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti tal-FFA (il-VMS tal-FFA) attwalment applikabbli fiż-żoni tas-sajd.
Taqsima 8
Osservaturi
1.Il-bastimenti tal-Unjoni fil-pussess ta’ liċenzja tas-sajd ta’ Kiribati, meta jkunu qegħdin joperaw fiż-żoni tas-sajd għandhom jiżguraw li jkollhom il-kopertura tal-osservaturi f’konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni rilevanti tad-WCPFC u skont il-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ Kiribati.
2.Il-bastimenti tal-Unjoni għandu jkollhom abbord osservatur awtorizzat mill-Programm tal-Osservaturi Reġjonali tad-WCPFC jew osservatur tal-IATTC awtorizzat permezz tal-Memorandum ta’ Qbil maqbul bejn id-WCPFC u l-IATTC dwar l-approvazzjoni reċiproka tal-osservaturi.
3.Il-partijiet jagħmlu ħilithom sabiex jimbarkaw osservatur ta’ I-Kiribati abbord.
KAPITOLU V - KONTROLL
1.Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Kiribati dwar l-attivitajiet tas-sajd, kif ukoll mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni adottati mid-WCPFC.
2.Proċeduri ta’ kontroll:
(a)Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd għandhom jikkooperaw ma’ kwalunkwe uffiċjal awtorizzat ta’ Kiribati li jkun identifikat kif xieraq li jkun qiegħed iwettaq spezzjonijiet u kontrolli tal-attivitajiet tas-sajd.
(b)Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Kiribati, it-tlugħ abbord għandu jsir b’tali mod li l-pjattaforma tal-ispezzjoni u l-ispetturi jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala uffiċjali awtorizzati ta’ Kiribati.
(c)Kiribati għandhom jqiegħdu l-lista tal-pjattaformi kollha ta’ spezzjoni użati għall-ispezzjonijiet fuq il-baħar għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni. Din il-lista għandu jkun fiha tal-anqas dawn li ġejjin:
i.l-ismijiet tal-Bastimenti tal-Għassa tas-Sajd (FPV);
ii.id-dettalji tal-Bastiment tal-FPV;
iii.ir-ritratti tal-FPV.
(d)Kiribati jistgħu, fuq talba tal-Unjoni, iħallu lill-ispetturi tal-Unjoni josservaw l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni, fosthom it-trażbord, matul l-ispezzjonijiet li jsiru fuq l-art.
(e)Ladarba spezzjoni tkun tlestiet u l-ispettur ikun iffirma r-rapport tal-ispezzjoni, dan ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kaptan sabiex dan ikun jista’ jiffirmah u jżid kwalunkwe kumment li jista’ jkollu dwaru. Din il-firma ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-Partijiet fil-kuntest tal-proċeduri ta’ ksur allegat. Qabel ma l-ispettur jinżel mill-bastiment, il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata kopja tar-rapport ta’ spezzjoni u dan għandu jintbagħat lill-Istat tal-Bandiera.
(f)L-ispetturi ma għandhomx iqattgħu iżjed ħin milli meħtieġ abbord il-bastiment sabiex iwettqu dmirijiethom.
3.L-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni involuti fl-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trażbord f’port ta’ Kiribati għandhom iħallu lill-uffiċjali awtorizzati ta’ Kiribati jispezzjonaw dawn l-operazzjonijiet u għandhom jiffaċilitawlhom dawn l-operazzjonijiet.
4.Meta ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, l-awtorità ta’ Kiribati tirriżerva d-dritt li tissospendi l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment li jkun qiegħed iwettaq il-ksur sakemm jitlestew il-formalitajiet u li tapplika l-piena stabbilita fil-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ Kiribati. L-Istat Membru tal-bandiera u l-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandhom jiġu mgħarrfin b’dan minnufih.
KAPITOLU VI - INFURZAR
1.Sanzjonijiet
(a)In-nuqqas ta’ ħarsien ta’ xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-kapitoli ta’ hawn fuq, tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti, jew tad-dritt nazzjonali ta’ Kiribati, għandu jkun soġġett għall-pieni stabbiliti fid-dritt nazzjonali ta’ Kiribati.
(b)L-Istat Membru tal-bandiera u l-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandhom jiġu mgħarrfin minnufih u bis-sħiħ b’kull sanzjoni applikata u bil-fatti rilevanti kollha marbutin mal-każ.
(c)Meta s-sanzjoni tieħu l-għamla ta’ sospensjoni jew ta’ revoka tal-liċenzja tas-sajd, matul il-perjodu li jkun għad fadal li għalih tkun ingħatat il-liċenzja, l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tista’ titlob liċenzja tas-sajd oħra li kieku kienet tkun applikabbli, għal bastiment ta’ sid ieħor.
2.Arrest u detenzjoni tal-bastimenti tas-sajd
(a)Kiribati għandhom jgħarrfu lill-Unjoni u lill-Istat Membru tal-bandiera minnufih bl-arrest u/jew bid-detenzjoni ta’ kwalunkwe bastiment tas-sajd fil-pussess ta’ liċenzja tas-sajd skont il-Ftehim.
(b)Kiribati għandhom jibagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni u lill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien tnax-il (12) siegħa mill-arrest u/jew mid-detenzjoni u jispjegawlhom fid-dettall iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan l-arrest u/jew għal din id-detenzjoni.
3.Proċedura għall-iskambju tal-informazzjoni fil-każ ta’ arrest u/jew ta’ detenzjoni
(a)Filwaqt li jitħarsu l-iskadenzi u l-proċedimenti legali previsti fil-liġijiet nazzjonali ta’ Kiribati b’rabta mal-arrest u/jew mad-detenzjoni, malli tasal l-informazzjoni ta’ hawn fuq għandha ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-Unjoni u dawk ta’ Kiribati, li għaliha jista’ jkun li jattendi wkoll rappreżentant tal-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat.
(b)Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw kwalunkwe dokument u/jew informazzjoni rilevanti li tista’ tgħin sabiex jiġu ċċarati l-fatti. Sid il-bastiment, jew l-aġent tiegħu, għandu jiġi mgħarraf bl-eżitu tal-laqgħa u bi kwalunkwe miżura li toħroġ mill-arrest u/jew mid-detenzjoni.
4.Soluzzjoni għall-arrest u/jew għad-detenzjoni
(a)Għandu jsir tentattiv sabiex l-allegat ksur jissolva b’mod amikevoli. Din il-proċedura għandha titlesta mhux aktar tard minn tliet (3) ijiem xogħol minn meta jsir l-arrest u/jew id-detenzjoni, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Kiribati.
(b)F’każ li tinstab soluzzjoni amikevoli, l-ammont li għandu jitħallas għandu jiġi stabbilit b’riferiment għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Kiribati. Jekk ftehim bonarju bħal din ma tkunx possibbli, għandhom jinbdew il-proċedimenti legali.
(c)Malli jkunu ġew issodisfati l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim bonarju jew malli tkun tħallset ir-rikapitalizzazzjoni legali, il-bastiment għandu jiġi rrilaxxat u l-kaptan tiegħu jinħeles.
5.L-awtorità tal-Unjoni u d-Delegazzjoni għandhom jiġu mgħarrfa dwar kwalunkwe proċediment li jkun inbeda u dwar kwalunkwe piena imposta.
KAPITOLU VII - KOPERAZZJONI FIL-ĠLIEDA KONTRA S-SAJD IUU
1.Sabiex jissaħħu l-monitoraġġ tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni se jagħmlu ħilithom li jirrapportaw il-preżenza ta’ kwalunkwe bastiment ieħor tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati.
2.Meta l-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni jinnota bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet suspettati li jikkostitwixxu attivitajiet tas-sajd IUU, huwa jiġbor kemm jista’ jkun informazzjoni dwar dak il-bastiment u dwar l-attività tiegħu x’ħin ikun lemħu. Ir-rapporti ta’ osservazzjoni jintbagħtu minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati ma’ kopja liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (FMC) tal-Istat Membru tal-bandiera.
3.L-awtorità kompetenti ta’ Kiribati se tissottometti lill-Unjoni, malajr kemm jista’ jkun, kwalunkwe rapport ta’ osservazzjoni fil-pussess tagħha dwar bastimenti tas-sajd involuti f’attivitajiet suspettati li jistgħu jikkostitwixxu attività IUU fl-ilmijiet ta’ Kiribati.
KAPITOLU VIII - RESPONSABBILTÀ AMBJENTALI
1.Ir-rimi ta’ rkaptu tas-sajd u/jew ta’ skart mhux bijodegradabbli jew l-abbandun tiegħu (inklużi metalli, plastiks u partijiet ta’ rkaptu tas-sajd) mill-bastiment huma pprojbiti.
2.Sabiex jiġi evitat id-dubju, l-użu ta’ rkaptu tal-mitlaq biex jinġema’ l-ħut (FAD) ma huwiex interpretat bħala abbandun ta’ rkaptu tas-sajd.
3.Ir-rimi, ir-rilaxx, ir-rimi fil-baħar jew ir-rimi ta’ skart jew ta’ sustanzi niġġiesa bi kwalunkwe mod ieħor minn kwalunkwe bastiment kif definit fl-Att dwar l-Ambjent tal-1999 (kif emendat fl-2007) kullimkien fl-ilmijiet ta’ Kiribati, ħlief meta dan isir f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (il-Konvenzjoni MARPOL u l-Protokolli Relatati) huwa pprojbit.
4.Meta jagħmlu bunkering, jew kwalunkwe trasferiment ieħor ta’ kwalunkwe prodott inkluż fil-kodiċi tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Oġġetti Perikolużi Marittimi Internazzjonali (IMDG) fl-ilmijiet ta’ Kiribati, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jirrapportaw din l-attività lill-awtoritajiet ta’ Kiribati permezz tar-rapporti previsti fil-Mudelli Nru 8 u Nru 9 tal-Appendiċi 2 permezz tal-posta elettronika, skont il-kuntatti pprovduti fihom.
5.Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati tal-anqas 12-il siegħa qabel l-intenzjoni tagħhom li jidħlu u immedjatament wara li jitilqu minn żona magħluqa jew protetta. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jitwettqu fil-format stabbilit fil-Mudell Numru 10 tal-Appendiċi 2, bil-posta elettronika, fuq l-indirizzi pprovduti fih.
KAPITOLU IX - IMBARK TAL-BAĦĦARA
1.Kull bastiment tal-Unjoni li jistad skont il-Ftehim għandu jimpjega tal-anqas tliet baħħara minn Kiribati bħala membri tal-ekwipaġġ. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord baħħara addizzjonali minn Kiribati.
2.Is-sid tal-bastiment għandu jħallas USD 600 fix-xahar għal kull baħħar bħala tariffa ta’ rinunzja jekk ma jkunx jista’ jimpjega ekwipaġġ minn Kiribati abbord il-bastimenti liċenzjati tiegħu kif definit fil-paragrafu 1 ta’ hawn fuq. Il-pagament għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti kull sena fil-Kont Nru 4 tal-Gvern ta’ Kiribati.
3.Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu l-baħħara li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom mill-ismijiet f’lista sottomessa mill-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Kiribati.
4.Is-sid tal-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jgħarraf lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Kiribati bl-ismijiet tal-baħħara ta’ Kiribati li jittellgħu abbord il-bastiment ikkonċernat, filwaqt li jsemmi l-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.
5.Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol għandha tapplika bis-sħiħ għall-baħħara li jittellgħu abbord il-bastimenti tal-Unjoni. Dan jikkonċerna b’mod partikolari il-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tal-jedd ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema, u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjieg u tal-okkupazzjoni.
6.Il-kuntratti ta’ impjieg tal-baħħara ta’ Kiribati, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom jitfasslu bejn l-aġent(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħħara u/jew it-trade unions jew ir-rappreżentanti tagħhom f’konsultazzjoni mal-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Kiribati. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħħara l-kopertura tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, inklużi l-assigurazzjoni tal-ħajja u l-assigurazzjoni tal-mard u tal-aċċidenti.
7.Il-pagi tal-baħħara minn Kiribati għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Għandhom jiġu stabbiliti qabel il-ħruġ tal-liċenzji tas-sajd, bi qbil reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew l-aġenti tagħhom u l-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Kiribati. Madankollu, il-kundizzjonijiet tal-paga mogħtijin lil baħħara minn Kiribati ma għandhomx ikunu anqas minn dawk applikati għall-ekwipaġġi ta’ Kiribati u qatt ma jistgħu jkunu anqas mill-istandards tal-ILO.
8.Kull baħħar impjegat abbord bastiment tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-kaptan deżinjat tal-bastiment lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħħar ma jkunx preżenti fid-data u fil-ħin previsti għall-imbark, sid il-bastiment jinħeles awtomatikament mill-obbligu ta’ imbark ta’ dak il-baħħar.
KAPITOLU X - RESPONSABBILTÀ TAL-OPERATUR
1.L-operatur għandu jiżgura li l-bastimenti tiegħu jkunu tajbin għat-tbaħħir u li jkollhom tagħmir adegwat għas-sikurezza tal-ħajja u apparat ta’ sopravvivenza għal kull passiġġier u membru tal-ekwipaġġ.
2.Għall-protezzjoni ta’ Kiribati u taċ-ċittadini u tar-residenti tagħhom, l-operatur għandu jżomm kopertura tal-assigurazzjoni adegwata u sħiħa fuq il-bastiment tiegħu permezz ta’ trasportatur tal-assigurazzjoni rikonoxxut internazzjonalment aċċettabbli għall-awtoritajiet ta’ Kiribati għaż-żoni tas-sajd, inklużi ż-żoni fil-laguni u fl-atollijiet, fil-Baħar Territorjali u fl-iskolli taħt il-livell tal-baħar kif muri miċ-Ċertifikat tal-Assigurazzjoni msemmi fil-Kapitolu II, it-Taqsima 3, il-paragrafu 4, il-punt (h) ta’ dan l-Anness.
3.Fil-każ li bastiment tal-Unjoni jkun involut f’aċċident jew f’inċident marittimu f’Kiribati, li jirriżulta fi tniġġis u fi ħsara ta’ kwalunkwe tip għall-ambjent, għal proprjetà jew għal kwalunkwe persuna, il-bastiment u l-operatur għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet ta’ Kiribati. Jekk il-bastiment tal-Unjoni jkun responsabbli għad-danni msemmijin hawn fuq, il-bastiment u l-operatur ikunu responsabbli li jħallsu għall-kostijiet tad-danni msemmijin hawn fuq.
Appendiċi
Appendiċi 1 - Formola għar-reġistrazzjoni ta’ bastiment tas-sajd u għall-applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd
Appendiċi 2 – Mudelli tar-rapport tal-format ta’ komunikazzjoni
Appendiċi 1
Formola għar-reġistrazzjoni ta’ bastiment tas-sajd u għall-applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd
FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-BASTIMENT TAS-SAJD
Ir-Repubblika ta’ Kiribati
Reġistru tal-Formola ta’ Applikazzjoni għall-Bastiment tas-Sajd - Formola ta’ Applikazzjoni għal-Liċenzja tas-Sajd
Oceanic Fisheries Division
|
Tel +686 21099
|
P.O. Box 64 Bairiki, Tarawa
|
Fax +686 21120
|
Ir-Repubblika ta’ Kiribati
|
Posta elettronika:
fleu@mfmrd.gov.ki
|
Struzzjonijiet
·Immarka l-kunjom b’linja taħtu
·Indirizz ifisser l-indirizz postali sħiħ
·Immarka b’X fejn xieraq, jekk mhux ittajpjat, ikteb ċar b’ittri kbar
·Metrika tal-unitajiet kollha: speċifika l-unità jekk jintużaw sistemi oħrajn
·Ehmeż mal-applikazzjoni ritratt bil-kulur reċenti ta’ 6x8 pulzieri mill-ġenb/mill-ajru u minn wara
Id-Direttur tas-Sajd, jiena b’dan qed napplika għar-reġistrazzjoni ta’ bastiment fir-reġistru nazzjonali tas-sajd/għal-liċenzja tas-sajd (ingassa kif xieraq).
1. INFORMAZZJONI ĠENERALI
Isem il-Bastiment
|
___________________
|
Data tal-applikazzjoni
|
___________________
|
Pajjiż tar-Reġistrazzjoni
|
___________________
|
Nru tal-IMO
|
___________________
|
Numru tar-Reġistrazzjoni
|
___________________
|
ID tal-Bastiment tal-FFA
|
___________________
|
Sinjal tas-Sejħa bir-Radju Internazzjonali
|
___________________
|
Nru tal-ALC (IMN)
|
___________________
|
Bandiera
|
___________________
|
Perjodu ta’ validità tal-liċenzja tas-sajd
|
___________________
|
2. TIP TA’ BASTIMENT
Tartarun tal-Borża uniku
|
___________________
|
Bastiment tas-sajd bit-tartarun ta’ appoġġ
|
___________________
|
Tartarun tal-Borża fi grupp
|
___________________
|
Trasportatur tal-bastiment reefer
|
___________________
|
Konz
|
___________________
|
Bunker/Tanker
|
___________________
|
Qasba u Xlief
|
___________________
|
Bastimenti tar-riċerka
|
___________________
|
Jekk tip ieħor, speċifika
|
_______________________________________________________________
|
3. DETTALJI TAS-SJIEDA U TAL-OPERATUR
Isem is-sid
|
___________________
|
Isem l-operatur
|
___________________
|
Indirizz
|
___________________
|
Indirizz
|
___________________
|
|
___________________
|
|
___________________
|
|
___________________
|
|
___________________
|
4. DIMENSJONI U KAPAĊITÀ
Tul (LOA)
|
_________________(m)
|
Fond iffurmat
|
_________________(m)
|
Travu
|
_________________(m)
|
Tunnellaġġ Gross
|
_________________(GRT)
|
5. BENNEJ U KONSENJA
Bennej
|
___________________
|
Sena tal-bini
|
___________________
|
Post tal-bini
|
___________________
|
Sena tal-konsenja
|
___________________
|
6. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-MAGNA
Mudell tal-Magna
|
___________________
|
Potenza tal-Magna
|
_________________(HP)
|
Kapaċità Totali ta’ Ġarr tal-Fjuwil
|
___________________
|
(kilolitru/gallun)
|
|
7. ĠESTJONI TAL-EKWIPAĠĠ
Isem il-Kaptan
|
___________________
|
Nazzjonalità tal-Kaptan
|
___________________
|
Komplement tal-Ekwipaġġ
|
___________________
|
Lingwa/i abbord
|
___________________
|
8. PORT
Port tar-Ritorn
|
___________________
|
|
Port operazzjonali
|
1. _________________
|
2. _________________
|
Żona tas-Sajd Awtorizzata
|
___________________
|
|
9. KAPAĊITÀ TA’ FFRIŻAR
Numru ta’ Freezers
|
___________________
|
|
Metodu
|
Kapaċità mt/jum
|
Temperatura (⁰C)
|
Salmura (NaCl)
|
BR___________________
|
___________________
|
Salmura (CaCl)
|
CB___________________
|
___________________
|
Arja (Blast)
|
BF___________________
|
___________________
|
Arja (Kojl)
|
RC___________________
|
___________________
|
10. KAPAĊITÀ TA’ ĦŻIN
Metodu
|
Kapaċità (m³)
|
Temperatura (⁰C)
|
Silġ
|
IC___________________
|
___________________
|
Ilma baħar imkessaħ
|
RW__________________
|
___________________
|
Salmura (NaCl)
|
CB___________________
|
___________________
|
Arja (Kojl)
|
RC___________________
|
___________________
|
BASTIMENT TAS-SAJD BIT-TARTARUN TAL-BORŻA
Nru tar-Reġ. tal-Inġenju tal-Ajru
|
_________________
|
Nru tar-Reġ. tal-Ħelikopter
|
_________________
|
Tul tax-Xibka
|
_________________(m)
|
Fond tax-Xibka
|
_________________(m)
|
|
|
|
|
Inġenju ta’ appoġġ
|
|
|
|
Tul tal-iskiff
|
_______________(m)
|
Potenza tal-Magna
|
_______________HP/PS
|
Tul tal-ispeed boat nru 1
|
________________ Metru/Pied
|
Potenza tal-Magna
|
_______________HP/PS
|
Tul tal-ispeed boat nru 1
|
________________ Metru/Pied
|
Potenza tal-Magna
|
_______________HP/PS
|
Tul tal-ispeed boat nru 1
|
________________ Metru/Pied
|
Potenza tal-Magna
|
_______________HP/PS
|
|
|
|
|
Poppa
|
_______________
|
Kapaċità ta’ ħżin
|
_______________St/Mt
|
Pruwa
|
_______________
|
Kapaċità ta’ ħżin
|
_______________St/Mt
|
Niddikjara li l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija vera u kompluta. Nifhem li jien meħtieġ(a) nirrapporta kwalunkwe bidla fl-informazzjoni ta’ hawn fuq fi żmien 60 jum, u nifhem ukoll li jekk ma nagħmilx dan nista’ naffettwa l-istatus tajjeb tal-bastiment fir-Reġistru Reġjonali.
Isem l-Applikant
|
____________________________
|
Firma ________________________________
|
(SID, NOLEĠĠATUR JEW AĠENT DEBITAMENT AWTORIZZAT)
|
Indirizz
|
______________________________________________________________
|
|
______________________________________________________________
|
Nru tat-Telefown____________
|
Nru tal-Fax ____________
|
Posta Elettronika ______________________________________
|
Appendiċi 2 – Mudelli tal-Format ta’ Komunikazzjoni tar-Rapporti
Ir-rapporti kollha għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti fuq
fleu@mfmrd.gov.ki
1.Rapportar ta’ kull ġimgħa dwar il-pożizzjoni u l-qabdiet matul il-permanenza fl-ilmijiet ta’ Kiribati (kull nhar ta’ Erbgħa)
Kontenut
|
Trażmissjoni
|
Kodiċi tar-rapport
|
WPCR
|
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja
|
|
Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali
|
|
Data tar-Rapportar
|
JJ.XX.SS
|
Pożizzjoni tar-Rapportar
|
LT;LG
|
Qabda sa mill-aħħar rapport
|
|
Plamtu (SJ)
|
(Mt)
|
Tonn isfar (YF)
|
(Mt)
|
Tonn obeż (BE)
|
(Mt)
|
Oħrajn (OT)
|
(Mt)
|
Jiem tas-sajd sa mill-aħħar rapport
|
in-numru attwali ta’ jiem li fihom sar sett fiż-żona
|
eż. WPCR/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.17/0140N;16710W/SJ-23:YF-9:BE-3:OT-2.0/7
2.Rapportar tad-dħul fl-ilmijiet ta’ Kiribati (tal-anqas erbgħa u għoxrin (24) siegħa minn qabel)
Kontenut
|
Trażmissjoni
|
Kodiċi tar-rapport
|
ZENT
|
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja
|
|
Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali
|
|
Data tad-dħul
|
JJ.XX.SS
|
Ħin tad-dħul
|
ssmm GMT
|
Pożizzjoni tad-dħul
|
LT;LG
|
Qabda abbord skont il-piż skont l-ispeċi
|
|
Plamtu (SJ)
|
(Mt)
|
Tonn isfar (YF)
|
(Mt)
|
Tonn obeż (BE)
|
(Mt)
|
Oħrajn (OT)
|
(Mt)
|
eż. ZENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.10.17/0635Z/0230N;17610E/SK-510:YF-120:BE-60:OT-10
3.Rappurtar tat-tluq mill-ilmijiet ta’ Kiribati (tal-anqas erbgħa u għoxrin (24) siegħa minn qabel)
Kontenut
|
Trażmissjoni
|
Kodiċi tar-rapport
|
ZDEP
|
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja
|
|
Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali
|
|
Data tat-tluq
|
JJ.XX.SS
|
Ħin tat-tluq
|
ssmm GMT
|
Pożizzjoni tat-tluq
|
LT;LG
|
Qabda abbord skont il-piż skont l-ispeċi
|
|
Plamtu (SJ)
|
(Mt)
|
Tonn isfar (YF)
|
(Mt)
|
Tonn obeż (BE)
|
(Mt)
|
Oħrajn (OT)
|
(Mt)
|
Qabda totali fiż-żona skont il-piż skont l-ispeċi
|
qabda simili abbord
|
Jiem tas-sajd totali
|
in-numru attwali ta’ jiem li fihom sar sett fiż-żona
|
eż. ZDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/21.10.17/1045Z/0125S;16730E/SJ-450:YF-190:BE-60:OT-4/SJ-42:YF-70:BE-30:OT-1/14
4.Dħul fil-port, inkluż dħul għat-trażbord, proviżjonament mill-ġdid, żbark tal-ekwipaġġ jew ħatt tal-qabdiet (tal-anqas tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel ma l-bastiment jidħol fil-port)
Kontenut
|
Trażmissjoni
|
Kodiċi tar-rapport
|
PENT
|
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja
|
|
Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali
|
|
Data tar-rapportar
|
JJ.XX.SS
|
Pożizzjoni tar-Rapportar
|
LT;LG
|
Isem tal-port
|
|
Ħin stmat tal-wasla
|
JJ.XX:ssmm
|
Qabda abbord skont il-piż skont l-ispeċi
|
|
Plamtu (SJ)
|
(Mt)
|
Tonn isfar (YF)
|
(Mt)
|
Tonn obeż (BE)
|
(Mt)
|
Oħrajn (OT)
|
(Mt)
|
Isem it-trasportatur tal-bastiment reefer (jekk ikun qed isir trażbord)
|
|
Raġuni għaż-żjara fil-port
|
|
eż. PENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/24.12.17/0130S;17010E/BETIO /26.12:1600L/SJ-562:YF-150:BE-50:OT-4/JAPANSTAR/ TRANSSHIPPING
5.Rapport tal-attività tat-trażbord/tal-ħatt l-art (mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin (48) siegħa wara t-tlestija tat-trażbord/tal-ħatt l-art, jew fi kwalunkwe każ, qabel ma l-bastiment donatur iħalli l-port, skont liema jseħħ l-ewwel)
Kontenut
|
Trażmissjoni
|
Kodiċi tar-rapport
|
TSHP
|
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja
|
|
Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali
|
|
Data tal-iżbark u l-ħin
|
JJ.XX.SSSS:ssmm GMT
|
Port tal-iżbark
|
|
Qabda trażbordata skont il-piż skont l-ispeċi
|
|
Plamtu (SJ)
|
(Mt)
|
Tonn isfar (YF)
|
(Mt)
|
Tonn obeż (BE)
|
(Mt)
|
Oħrajn (OT)
|
(Mt)
|
Isem it-trasportatur tal-bastiment reefer
|
|
Destinazzjoni tal-qabda
|
|
eż. TSHP/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.17:1200Z /BETIO/SJ-450:YF-150:BE-75:OT-0.0/JAPANSTAR/PAGO PAGO
6.Rapport ta’ tlestija (fi żmien tmienja u erbgħin (48) siegħa wara li jitlesta vjaġġ billi tinħatt il-qabda f’portijiet tas-sajd oħrajn (barra minn Kiribati) inkluż port operazzjonali, jew port tar-ritorn)
Kontenut
|
Trażmissjoni
|
Kodiċi tar-rapport
|
COMP
|
Isem il-bastiment
|
|
Numru tal-liċenzja
|
|
Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali
|
|
Data tal-iżbark
|
JJ.XX.SSSS
|
Qabda skartata skont l-ispeċi
|
|
Plamtu (SJ)
|
(Mt)
|
Tonn isfar (YF)
|
(Mt)
|
Tonn obeż (BE)
|
(Mt)
|
Oħrajn (OT)
|
(Mt)
|
Isem tal-port
|
|
eż. COMP/89TKS-PS001TN/JJAP2/26.12.17/SJ-670:YF-65:BE-30:OT-0.0/BETIO
7.Tluq mill-port (tal-anqas erbgħa u għoxrin (24) siegħa minn qabel)
Kontenut
|
Trażmissjoni
|
Kodiċi tar-rapport
|
PDEP
|
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja
|
|
Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali
|
|
Data tar-rapportar
|
JJ.XX.SS
|
Isem tal-port
|
|
Data u ħin tat-Tluq
|
JJ.XX:ssmm
|
Qabda abbord skont il-piż skont l-ispeċi
|
|
Plamtu (SJ)
|
(Mt)
|
Tonn isfar (YF)
|
(Mt)
|
Tonn obeż (BE)
|
(Mt)
|
Oħrajn (OT)
|
(Mt)
|
Destinazzjoni li jmiss
|
|
eż. PDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.17/BETIO/29.12:1600L/SJ-0.0:YF-0.0:BE-0.0:OT-4/FISHING GROUND
8.Avviż ta’ bunkering (tal-anqas erbgħa u għoxrin (24) siegħa qabel ir-riforniment minn tanker liċenzjat)
Kontenut
|
Trażmissjoni
|
Kodiċi tar-rapport
|
FUEL
|
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja
|
|
Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali
|
|
Data tar-rapportar GMT
|
JJ.XX.SS
|
Pożizzjoni tar-rapportar
|
LT;LG
|
Ammont ta’ fjuwil abbord
|
Kilolitri
|
Data stmata tal-bunkering
|
JJ.XX.SS
|
Pożizzjoni stmata tal-bunkering
|
LT;LG
|
Isem it-tanker
|
|
eż. FUEL/89TKS-PS001TN/JJAP2/06.02.17/0130S;17010E/35/08.02.17/0131S;17030E/CHEMSION
9.Rapport tal-attività tal-bunkering (immedjatament wara r-riforniment minn tanker liċenzjat)
Kontenut
|
Trażmissjoni
|
Kodiċi tar-rapport
|
BUNK
|
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja
|
|
Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali
|
|
Data u ħin tal-bidu tal-bunkering
|
JJ.XX.SSSS:ssmm GMT
|
Pożizzjoni tal-bidu tal-bunkering
|
LT;LG
|
Ammont ta’ fjuwil riċevut
|
Kilolitri
|
Ħin tat-tmiem tal-bunkering (GMT);
|
JJ.XX.SSSS:ssmm GMT
|
Pożizzjoni tat-tmiem tal-bunkering
|
LT;LG
|
Isem it-tanker
|
|
eż. BUNK/89TKS-S001TN/JJAP2/08.02.17:1200Z/0131S;17030E/160/08.02.17:1800Z/0131S;17035E/CRANE PHOENIX
10.Dħul f’żona magħluqa (ipprojbita) jew protetta jew tluq minnha (tal-anqas tnax-il (12) siegħa qabel id-dħul u immedjatament wara t-tluq miż-żona magħluqa (ipprojbita) jew protetta)
Kontenut
|
Trażmissjoni
|
Kodiċi tar-rapport
|
ENCA għad-dħul u DECA għall-ħruġ
|
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja
|
|
Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali
|
|
Data u ħin tal-ENCA jew tad-DECA
|
JJ.XX.SS:ssmm GMT
|
Pożizzjoni tal-ENCA jew tad-DECA
|
LT;LG
|
Veloċità u rotta
|
|
Raġuni għall-ENCA
|
|
eż. ENCA/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.17:1645Z/0130S;17010E/7:320/ENTER PORT
ANNESS II
PROĊEDURA BIEX JIĠU APPROVATI L-EMENDI TAL-PROTOKOLL LI L-KUMITAT KONĠUNT GĦANDU JADOTTA
Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi tal-Protokoll f’konformità mal-Artikoli 8 u 18 tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra, il-proċedura li ġejja tapplika:
1.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni tal-emendi proposti li ssir f’isem l-Unjoni:
(a)tkun f’konformità mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd;
(b)tkun kompatibbli mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u tkun tqis il-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali;
(c)tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika, bijoloġika u ta’ tip ieħor rilevanti mibgħuta lill-Kummissjoni.
2.Qabel l-approvazzjoni tal-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tissottomettihom lill-Kunsill fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt.
3.Il-Kunsill għandu jevalwa jekk l-emendi proposti jikkonformawx mal-kriterji ddefiniti fil-punt 1.
4.Sakemm ma jkunx hemm numru ta’ Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li joġġezzjonaw għall-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tapprovahom f’isem l-Unjoni. Jekk ikun hemm din il-minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni.
5.Jekk, matul laqgħat ulterjuri tal-Kumitat Konġunt, ikun impossibbli li jintlaħaq ftehim, inkluż fuq il-post, il-kwistjoni għandha terġa’ tintbagħat lill-Kunsill, f’konformità mal-punti 2, 3 u 4, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tqis elementi ġodda.
6.Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fiż-żmien dovut, il-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt biex temenda l-protokoll, inkluż, fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-sottomissjoni ta’ kull proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.
Fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħra li ma jikkonċernawx l-emendi tal-Protokoll, f’konformità mal-Artikoli 8 u 18 tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-UE fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita f’konformità mat-Trattati u mal-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.