Brussell, 16.5.2023

COM(2023) 251 final

2023/0147(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (2023-2028)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd (“FPA”) 1 bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fit-28 ta’ April 2008, u daħal fis-seħħ fit-30 ta’ April 2008 għal durata ta’ 6 snin 2 . Sakemm ma jintemmx minn xi waħda mill-partijiet, dan għandu jiġġedded b’mod taċitu għal perjodi addizzjonali ta’ 6 snin 3 . Minħabba li l-ebda waħda mill-partijiet ma nnotifikat l-intenzjoni tagħha li ttemm l-FPA, dan għadu fis-seħħ. L-ewwel Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-FPA 4 skada fil-15 ta’ Settembru 2012. It-tieni Protokoll bħal dan 5 skada fil-15 ta’ Settembru 2015.

Fis-26 ta’ Jannar 2015, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati għal Protokoll ġdid għall-FPA bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati (“Kiribati”) (“il-Protokoll il-ġdid”) 6 .

Abbażi tad-direttivi ta’ negozjati rilevanti, il-Kummissjoni wettqet negozjati 7 ma’ Kiribati bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll ġdid f’isem l-Unjoni. Fit-18 ta’ Diċembru 2022, in-negozjaturi inizjalaw il-Protokoll il-ġdid, wara dawn in-negozjati. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta’ 5 snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja stabbilita fl-Artikolu 22 tiegħu, jiġifieri mid-data ta’ meta l-Protokoll il-ġdid jiġi ffirmat miż-żewġ partijiet.

L-iskop ta’ din il-proposta huwa li tintalab l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill għall-konklużjoni tal-Protokoll il-ġdid, f’konformità mal-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Il-Protokoll il-ġdid għandu l-għan li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ Kiribati f’konformità mal-pariri xjentifiċi u mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC). Għan addizzjonali huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u Kiribati, u b’hekk jiġi implimentat il-qafas ta’ sħubija tal-FPA li fih tiġi żviluppata politika tas-sajd sostenibbli u sfruttament tajjeb tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati, fl-interessi taż-żewġ partijiet.

Il-Protokoll il-ġdid jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jistadu fl-ilmijiet ta’ Kiribati għall-ispeċijiet tat-tonn u jipprevedi l-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin:

    erba’ bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun tal-borża, b’aċċess għall-ilmijiet ta’ Kiribati għal 160 jum fis-sena;

    fuq talba jistgħu jsiru disponibbli jiem addizzjonali fis-sena għall-bastimenti tal-Unjoni.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

F’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 , il-Protokoll il-ġdid jipprovdi opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ Kiribati, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u skont ir-rakkomandazzjonijiet tad-WCPFC. Il-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna (inkluż it-tonn tropikali) fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent (WCPO) jaqgħu taħt il-kompetenza tad-WCPFC. L-objettiv tad-WCPFC huwa li tiżgura, permezz ta’ ġestjoni effettiva, il-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli tal-istokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna fl-oċean f’konformità mal-Konvenzjoni tal-1982 u mal-Ftehim (UNCLOS). Sabiex jiġu kkonservati u ġestiti l-istokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna fid-WCPO, il-membri tad-WCPFC jadottaw Miżuri ta’ Konservazzjoni u ta’ Ġestjoni (CMMs) ħalli jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul tal-istokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna fiż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC u jippromwovu l-objettiv tal-aħjar użu tagħhom. Dawn is-CMMs huma vinkolanti għall-membri kollha, għal dawk kollha mhux membri li jikkooperaw u għat-territorji parteċipanti tad-WCPFC. Id-deċiżjonijiet tad-WCPFC ġeneralment jittieħdu b’kunsens. Bħala membru tad-WCPFC, l-Unjoni hija marbuta bis-CMMs adottati minnha.

B’mod partikolari, għat-tonn obeż, għat-tonn isfar u għall-palamit fid-WCPO, id-WCPFC adottat is-CMM 2021-01 dwar l-allokazzjoni tal-qabda totali permissibbli jew il-livell totali tal-isforz tas-sajd għal kull membru tad-WCPFC u għal kull tip ta’ sajd (bit-tartarun tal-borża, bil-konz, bil-qasba u xlief u sajd kummerċjali ieħor), kif ukoll miżuri tekniċi maħsubin biex jiżguraw l-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tat-tonn tropikali.

Il-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità (TCC) huwa l-kumitat ta’ “infurzar” tad-WCPFC. Kull sena, it-TCC jirrieżamina l-aderenza tal-membri mas-CMMs u jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri minn pajjiżi individwali.

Il-Protokoll il-ġdid jippermetti wkoll lill-Unjoni u lil Kiribati jaħdmu aktar mill-qrib flimkien biex jippromwovu l-isfruttament tajjeb tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati u jappoġġaw l-isforzi ta’ Kiribati biex jiżviluppaw is-settur tas-sajd tagħhom, fl-interessi taż-żewġ partijiet. Din il-kooperazzjoni se tgħin biex jiġu promossi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

In-negozjar tal-Protokoll il-ġdid li jimplimenta l-FPA huwa parti mill-azzjoni esterna tal-UE rigward il-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”), u b’mod partikolari jqis l-objettivi tal-Unjoni dwar ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi legali hija l-Artikolu 43(2) tat-TFUE, li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd, u l-Artikolu 218(6) tat-TFUE, li jistipula li wara li ssir proposta min-negozjatur, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim.

L-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li bl-eċċezzjoni tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, il-Kummissjoni trid tiżgura li jkun hemm rappreżentanza esterna tal-UE. B’hekk, l-uffiċjali deżinjati mill-Kummissjoni għandhom il-kompetenza unika li jinnotifikaw lil Kiribati dwar it-tlestija tal-proċess ta’ ratifika.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt (d), tat-TFUE. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata mal-objettiv li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza legali, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif stipulat fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd. Tikkonforma mal-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament dwar l-assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjoni ex post 9 tal-Protokoll għall-perjodu mill-2012 sal-2015 twettqet qabel in-negozjar tal-Protokoll il-ġdid. L-evalwazzjoni wasslet għall-konklużjoni li jkun ta’ benefiċċju li jiġi konkluż Protokoll ġdid ma’ Kiribati. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni ex ante tikkonkludi li l-kontinwazzjoni tal-FPA hija fl-interess taż-żewġ partijiet, b’valur miżjud ċar tal-involviment tal-UE biex tiġi appoġġata l-istrateġija tagħha ffokata fuq il-promozzjoni ta’ prattiki tas-sajd responsabbli u fuq il-ġlieda kontra s-sajd IUU fir-Reġjun Paċifiku.

   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-Istati Membri, ir-rappreżentanti tal-industrija, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili kif ukoll l-amministrazzjoni tas-sajd u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili ta’ Kiribati ġew ikkonsultati bħala parti mill-evalwazzjoni. Saru wkoll konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal. Dawn il-konsultazzjonijiet wasslu għall-konklużjoni li jkun ta’ benefiċċju li jiġi konkluż Protokoll ġdid ma’ Kiribati.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni użat konsulent indipendenti għall-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, f’konformità mal-Artikolu 31(10) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Drittijiet fundamentali

Il-Protokoll il-ġdid jinkludi klawżola dwar il-konsegwenzi tal-ksur tal-elementi essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem stabbiliti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou 10 , jew fl-artikolu korrispondenti tal-ftehim li jissuċċedih.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni Ewropea hija ta’ EUR 760 000, abbażi ta’:

(a)     ammont annwali ta’ EUR 360 000 għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd, fir-rigward tal-kategoriji previsti mill-Protokoll, għad-durata tal-Protokoll il-ġdid;

(b)     appoġġ ta’ EUR 400 000 fis-sena għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Kiribati, għad-durata tal-Protokoll il-ġdid.

Dan l-appoġġ jissodisfa l-objettivi tal-politika ta’ Kiribati dwar il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd marittimu tagħhom għad-durata sħiħa tal-Protokoll il-ġdid.

L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament jiġi stabbilit matul il-proċedura tal-baġit annwali, inkluż għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkunu għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena 11 .

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-arranġamenti dwar il-monitoraġġ huma previsti mill-FPA u mill-Protokoll il-ġdid.

2023/0147 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (2023-2028)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 218(6), il-punt (a)(v) tiegħu, u mal-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew 12 ,

Billi:

(1)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill [XXX] ta’ […] 13 , il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati (2023-2028) 14 (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fil-[…], soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

(2)L-objettiv tal-Protokoll huwa li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd biex jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati u biex jippermetti lill-Unjoni u lil Kiribati jaħdmu aktar mill-qrib fuq il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli tal-oċeani u tal-politika tas-sajd, filwaqt li jikkontribwixxi għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd.

(3)Il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ Kiribati, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u skont il-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni adottati mill-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali.

(4)Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni.

(5)L-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tiegħu. Skont l-Artikoli 8 u 18 tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista’ japprova ċerti emendi għall-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali.

(6)Jenħtieġ li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi tal-Protokoll li jkunu ġew proposti. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati sakemm minoranza li timblokka ma toġġezzjonax għalihom f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(7)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 , u bagħat opinjoni fi [daħħal id-data]

(8)Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli minħabba l-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ Kiribati u l-ħtieġa li jitnaqqas kemm jista’ jkun il-perjodu ta’ żmien qabel ma jkunu jistgħu jitkomplew attivitajiet bħal dawn,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (2023-2028) (“il-Protokoll”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll huwa l-Anness I mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha twassal in-notifika prevista fl-Artikolu 23 tal-Protokoll, biex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll.

Artikolu 3

Soġġett għall-Anness II, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi għall-Protokoll adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni, li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

08 05 01 – Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-UE fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

08 – Politika agrikola u marittima

08 05 – Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) u Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO)

08 05 01 – Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-UE fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 16  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

In-negozjar u l-konklużjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) ma’ pajjiżi terzi jissodisfaw l-objettiv ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-UE jingħataw aċċess għaż-żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tinbena sħubija ma’ dawk il-pajjiżi bil-ħsieb li jissaħħaħ l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-UE.

L-SFPAs jiżguraw ukoll il-konsistenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-politika komuni tas-sajd u l-impenji li jsiru fil-qafas ta’ politiki Ewropej oħrajn (l-użu sostenibbli tar-riżorsi ta’ pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), l-integrazzjoni ta’ pajjiżi sħab fl-ekonomija globali, il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli fl-aspetti kollha tiegħu, u governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru

Objettiv speċifiku Nru 1

Li jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet mhux tal-UE, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbegħdin u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd u tal-konsumaturi Ewropej billi jiġu nnegozjati u konklużi SFPAs ma’ stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

Attività/Attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

08 05 01 – Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-UE fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-Konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd tfisser li s-sħubija strateġika tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u Kiribati tista’ titkompla u tissaħħaħ. Bil-konklużjoni tal-Protokoll se jinħolqu opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati.

Il-Ftehim u l-Protokoll se jikkontribwixxu wkoll għal titjib fil-ġestjoni u fil-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikolari l-Viżjoni ta’ Kiribati għal 20 sena, permezz tal-monitoraġġ u l-ġlieda kontra s-sajd illegali u permezz tal-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Ir-rati tal-utilizzazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-liċenzji tas-sajd bħala persentaġġ tad-disponibbiltà skont il-Protokoll).

Id-data dwar il-qabdiet (il-ġbir u l-analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim.

Il-kontribut għall-impjiegi u għall-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd, għall-valur miżjud fl-UE, u għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (flimkien ma’ SFPAs oħrajn).

Il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, tas-sorveljanza u tal-kontroll tal-attività tas-sajd mill-pajjiż sieħeb u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, b’mod partikolari fis-settur tas-sajd fuq skala żgħira. 

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-Protokoll il-ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd huwa maħsub biex japplika b’mod provviżorju mid-data li fiha jiġi ffirmat biex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-perjodu ta’ żmien qabel ma tali attivitajiet ikunu jistgħu jerġgħu jibdew.

Il-Protokoll il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-UE fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati, u se jawtorizzaw lis-sidien tal-bastimenti tal-UE japplikaw għal-liċenzji tas-sajd biex jistadu f’dik iż-żona tas-sajd. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid se jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u Kiribati, bil-ħsieb li jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli fl-aspetti kollha tagħha. L-appoġġ settorjali disponibbli fil-qafas tal-Protokoll se jgħin lil Kiribati fl-istrateġija nazzjonali tas-sajd tagħhom, inkluż il-ġlieda kontra s-sajd IUU, filwaqt li jippromwovi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-attività tas-sajd skont l-istandards tal-ILO.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Jekk l-UE ma tikkonkludix Protokoll ġdid, il-bastimenti tal-UE ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi l-Ftehim attwali fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fi ħdan il-qafas iddefinit minn protokoll tal-Ftehim. Għaldaqstant, il-valur miżjud għall-flotta ta’ distanzi twal tal-UE huwa ċar ħafna. Il-Protokoll joffri wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u Kiribati.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-analiżi tal-qabdiet potenzjali fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati, il-valutazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli, wasslu lill-Partijiet biex jistabbilixxu sforz annwali tas-sajd ta’ referenza ta’ 160 jum/sena, li jkopri l-opportunitajiet tas-sajd għal erba’ bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun tal-borża. Barra minn hekk, jekk ikun xieraq, jistgħu jinxtraw jiem ta’ sajd addizzjonali mis-sidien tal-bastimenti. L-appoġġ settorjali jqis il-ħtiġijiet f’termini tal-bini tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tas-sajd ta’ Kiribati u l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd, inkluż, b’mod partikolari, ir-riċerka xjentifika u l-inizjattivi ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ tas-sajd.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-fondi allokati bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess skont l-FPA jikkostitwixxu dħul funġibbli għall-baġit nazzjonali ta’ Kiribati. Madankollu, il-fondi maħsubin għall-appoġġ settorjali huma allokati (ġeneralment permezz tal-inklużjoni fil-liġi dwar il-baġit annwali) lill-Ministeru responsabbli għas-sajd, bħala kundizzjoni għall-konklużjoni u għall-monitoraġġ tal-FPAs. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħrajn ta’ finanzjament mingħand donaturi oħrajn ta’ fondi internazzjonali biex jitwettqu proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Mhux Applikabbli

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

·    Il-Proposta/l-inizjattiva fis-seħħ mid-data tal-iffirmar fl-2023, għal perjodu ta’ 5 snin, li jispiċċa fl-2028.

·    Impatt finanzjarju mill-2023 sal-2028

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

·Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

·segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 17

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

Mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-UE;

mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi deżinjati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku dment li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (DĠ MARE, flimkien mal-attaché tas-sajd tagħha bbażat fir-reġjun (Fiġi), se tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll fir-rigward tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi, tad-data dwar il-qabdiet u tal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-appoġġ settorjali.

Barra minn hekk, l-FPA jipprevedi mill-anqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li matulha l-Kummissjoni u Kiribati jirrieżaminaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u, jekk ikun neċessarju, jaġġustaw l-ipprogrammar u, jekk ikun il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-kontribuzzjonijiet għall-aċċess u għall-appoġġ settorjali se jsiru permezz ta’ pagamenti diżakkoppjati.

Il-pagamenti għall-aċċess se jkunu pagamenti annwali li jridu jsiru fid-data tal-anniversarju tal-Protokoll, ħlief il-pagament tal-ewwel sena li jrid isir fi żmien 60 ġurnata wara li l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju. L-aċċess tal-bastimenti se jiġi kkontrollat billi jinħarġu l-liċenzji tas-sajd.

L-ewwel pagament tal-appoġġ se jsir fi żmien 3 xhur minn meta l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju, dejjem jekk jintlaħaq qbil dwar programm annwali u pluriennali ta’ implimentazzjoni; għas-snin ta’ wara, se jkun jiddependi mir-riżultati li jinkisbu. Qiegħed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. Analiżi konġunta tar-riżultati wkoll tifforma parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll. Ir-riżultati miksuba u r-rata ta’ implimentazzjoni se jiġu mmonitorjati f’konformità mal-linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali, u fuq il-bażi tar-rapporti jew tal-prova dokumentarja prevista mill-pajjiż sieħeb u mill-valutazzjonijiet u mill-kontrolli mwettqin mill-attaché tas-sajd.

Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll fihom klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tagħhom, skont ċerti kundizzjonijiet u ċirkostanzi.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskju identifikat huwa li s-sidien tal-bastimenti tal-UE ma jużawx l-opportunitajiet kollha tas-sajd u li Kiribati ma jużawx il-fondi kollha maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd jew idumu biex jużawhom.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-pagamenti marbutin mal-kostijiet tal-aċċess li jsiru fil-kuntest tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) huma soġġetti għal kontrolli biex ikun żgurat li dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali. Il-kontrolli marbutin mal-appoġġ settorjali għandhom l-għan li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ. Il-monitoraġġ isir mill-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-Delegazzjonijiet tal-UE kif ukoll waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Il-progress jiġi evalwat permezz ta’ matriċi tal-ipprogrammar pluriennali. F’każ li dan ma jkunx biżżejjed, il-pagament parzjali li jkun imiss jiġi sospiż jew possibbilment jitnaqqas. Il-kost kumplessiv tal-kontrolli għall-SFPAs huwa stmat li huwa ta’ madwar 1,8 % (tal-kontribuzzjonijiet tal-2018). Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proċeduri ta’ kontroll tal-SFPAs jissejsu fuq ir-rekwiżiti regolatorji essenzjali. Jekk ma jinstab l-ebda nuqqas li jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-legalità u fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-kontrolli jitqiesu li jkunu effettivi. Huwa stmat li r-rata medja tal-iżbalji hija ta’ 0,0 %.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-Kummissjoni timpenja ruħha biex issaħħaħ id-djalogu politiku u l-koordinazzjoni regolari ma’ Kiribati bl-għan li ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u li ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kull pagament li l-Kummissjoni tagħmel fil-kuntest ta’ SFPA huwa soġġett għar-regoli standard tal-Kummissjoni u għall-proċeduri baġitarji u finanzjarji tagħha. B’mod partikolari, il-kontijiet tal-bank tal-pajjiżi terzi li fihom titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja huma identifikati bis-sħiħ. L-Artikolu 6, il-paragrafi (8) u (9), tal-Protokoll jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess u dik maħsuba għall-iżvilupp tas-settur għandhom jitħallsu f’kontijiet tal-bank nominati tal-Gvern fi Kiribati.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 18 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 19

mill-pajjiżi kandidati 20

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

08.05.01

Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (SFAs)

Diff

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

x    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

Numru

DĠ: MARE

Sena  
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja 08.05.01

Impenji

(1a)

0,760

0,760

0,760

0,760

0,760

3,800

Pagamenti

(2a)

0,760

0,760

0,760

0,760

0,760

3,800

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 21  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DG MARE

Impenji

=1a+1b +3

0,760

0,760

0,760

0,760

0,760

3,800

Pagamenti

=2a+2b

+3

0,760

0,760

0,760

0,760

0,760

3,800

 



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURA <….> 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,760

0,760

0,760

0,760

0,760

3,800

Pagamenti

=5+ 6

0,760

0,760

0,760

0,760

0,760

3,800

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,760

0,760

0,760

0,760

0,760

3,800

Pagamenti

0,760

0,760

0,760

0,760

0,760

3,800

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

OUTPUTS

Tip 22

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 23

- Aċċess għall-flotta

0,360

0,360

0,360

0,360

0,360

0,360

1,800

- Settorjali

0,400

0,400

0,400

0,400

0,400

0,400

2,000

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

0,760

0,760

0,760

0,760

0,760

3,800

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTAL

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 24

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 25   
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 26

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   27

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

L-implimentazzjoni tal-Protokoll (il-pagamenti, l-aċċess tal-bastimenti tal-UE għall-ilmijiet ta’ Kiribati, l-ipproċessar tal-liċenzji tas-sajd), it-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Kumitati Konġunti, it-tħejjija tat-tiġdid tal-Protokoll, l-evalwazzjoni esterna, il-proċeduri leġiżlattivi u n-negozjati.

Persunal estern

Implimentazzjoni tal-Protokoll: il-kuntatt mal-awtoritajiet ta’ Kiribati b’rabta mal-aċċess tal-bastimenti tal-UE għall-ilmijiet ta’ Kiribati, l-ipproċessar tal-liċenzji tas-sajd, it-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Kumitati Konġunti, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

L-użu tal-linja ta’ riżerva (il-Kapitolu 40)

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

x    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 28

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

x    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 29

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Il-Ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 3).
(2)     https://www.consilium.europa.eu/mt/documents-publications/treaties-agreements/agreement/?id=2007060&DocLanguage=en  
(3)    L-Artikolu 11 tal-FPA.
(4)    Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati għall-perjodu bejn is-16 ta’ Settembru 2006 u l-15 ta’ Settembru 2012 (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 8).
(5)    Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (ĠU L 300, 30.10.2012, p. 3.).
(6)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati f’isem l-Unjoni Ewropea għat-tiġdid tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra, 26.01.2015, 5059/15
(7)    Ir-ritmu tan-negozjati naqas bejn l-2016 u l-2021, fost l-oħrajn bl-effett tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2016/C 144/05) tal-21 ta’ April 2016 dwar notifika lil pajjiż terz dwar il-possibbiltà li dan jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU C 144, 23.4.2016, p. 4). Il-proċess ta’ negozjar seta’ jkompli wara l-“Avviż ta’ informazzjoni (2020/C 424/04) dwar it-terminazzjoni tad-démarches ma’ pajjiż terz innotifikat fil-21 ta’ April 2016 dwar il-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat” (ĠU C 424, 8.12.2020, p. 29).
(8)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(9)    Maritime Affairs and Fisheries: Ex-post evaluation of the current Protocol to the Fisheries Partnership Agreement between the European Union and Republic of Kiribati, and ex-ante evaluation including an analysis of the impact of the future Protocol on sustainability. https://webgate.ec.testa.eu/publications/studiesdb/Consultation.action?studyProjectId=5911  
(10)    Il-Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 – Protokolli – Att Finali – Dikjarazzjonijiet (ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3)
(11)    F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni f’materji ta’ baġit (2013/C 373/01).
(12)    [Daħħal ir-referenza]
(13)    [Daħħal ir-referenza]
(14)    [Daħħal ir-referenza]
(15)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE ( ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39 ).
(16)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(17)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(18)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(19)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(20)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(21)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(22)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(23)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(24)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(25)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(26)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = persunal tal-aġenzija; JPD = Professjonisti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(27)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(28)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(29)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 16.5.2023

COM(2023) 251 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kiribati, min-naħa l-oħra (2023-2028)


ANNESS I

PROTOKOLL

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (2023-2028)

L-UNJONI EWROPEA, li qabel kienet il-Komunità Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Unjoni”,

kif ukoll

IR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Kiribati”,

minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien bħala “l-Partijiet”,

Filwaqt li JIKKUNSIDRAW il-kooperazzjoni msaħħa bejn il-Partijiet, b’mod partikolari fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn il-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“il-pajjiżi AKP”) u l-Unjoni, kif ukoll ix-xewqa komuni tagħhom li jsaħħu dik ir-relazzjoni,

Billi HUMA partijiet għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”,

Filwaqt li JFAKKRU d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim,

Filwaqt li JFAKKRU wkoll il-prinċipju li l-Istati kollha jeħtiġilhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi marini u jikkooperaw flimkien għal dak il-għan,

Filwaqt li JAFFERMAW MILL-ĠDID ukoll l-objettiv li jiġi żgurat l-isfruttament u l-ġestjoni konġunti sostenibbli tal-istokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna,

Filwaqt li JIKKUNSIDRAW LI huwa importanti li tiġi promossa l-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka xjentifika,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.

Barra min hekk,

(a) “żoni tas-sajd” tfisser iż-żoni fl-ilmijiet ta’ Kiribati kif definiti fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 2 tal-Anness;

(b)“qabdiet” tfisser speċijiet akkwatiċi tal-baħar maqbuda minn irkaptu tas-sajd kalat minn bastiment tas-sajd;

(c)“ħatt l-art” tfisser l-iżbark fl-art ta’ kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn abbord bastiment tas-sajd;

(d)“Delegazzjoni” tfisser id-delegazzjoni tal-Unjoni għall-Paċifiku f’Suva, Fiġi;

(e)“tilwim serju” tfisser nuqqas ta’ qbil li jirriżulta mill-interpretazzjoni tal-Protokoll jew li jxekkel l-implimentazzjoni tiegħu;

(f)“liċenzja tas-sajd” tfisser intitolament jew liċenzja valida sabiex jitwettqu attivitajiet tas-sajd għal speċijiet speċifiċi bl-użu ta’ rkaptu speċifiku u fiż-żoni tas-sajd speċifikati u fil-perjodu speċifiku f’konformità mat-termini mogħtija fl-Anness;

(g)“sajd sostenibbli” tfisser sajd f’konformità mal-objettivi u mal-prinċipji minquxa fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fil-Konferenza tal-FAO fl-1995;

(h)“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(i)“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe stadju tal-ktajjen ta’ produzzjoni, proċessar, kummerċjalizzazzjoni, distribuzzjoni jew bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(j)“Protokoll” tfisser dan il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim, kif ukoll l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu;

(k)“jum tas-sajd” tfisser kwalunkwe jum kalendarju, jew parti minn jum kalendarju, li matulu bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża tal-Unjoni jkun f’żoni tas-sajd, iżda ma jinkludix jum kalendarju, jew parti minn jum kalendarju definit bħala jum fejn ma jsirx sajd fir-Regolamenti dwar is-Sajd ta’ Kiribati tal-2014 (Skema tal-Jiem tal-Bastimenti tas-Sajd bit-Tartarun tal-Borża);

(l)“ċirkostanzi mhux normali” tfisser ċirkostanzi għajr il-fenomeni naturali li ma humiex fil-kontroll raġonevoli ta’ waħda mill-Partijiet, b’tali mod li jtellfu l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati.

Artikolu 2

Objettiv u perjodu tal-applikazzjoni

1.L-objettiv ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta l-Ftehim billi, b’mod partikolari, jispeċifika l-kundizzjonijiet ta’ aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żoni tas-sajd jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tas-sħubija għas-sajd sostenibbli.

2.Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ 5 snin li jibda mid-data tal-firma tiegħu f’konformità mal-Artikolu 22, sakemm ma jingħatax avviż ta’ terminazzjoni f’konformità mal-Artikolu 19 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 3

Relazzjoni bejn il-Protokoll u l-Ftehim

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu interpretati u applikati fil-kuntest tal-Ftehim u b’mod konsistenti miegħu.

Artikolu 4

Relazzjoni bejn il-Protokoll u ftehimiet u strumenti legali oħra

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu interpretati u applikati f’konformità u b’mod kompatibbli ma’:

(a)ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC) u tal-Kummissjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali (IATTC) u ta’ kwalunkwe organizzazzjoni subreġjonali jew internazzjonali oħra kkonċernata li fiha jkunu membri;

(b)il-Ftehim għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni ta’ Ħażniet ta’ Ħut li Jpassi f’Żona Limitata (Straddling) u Ħażniet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna (Highly Migratory) tal-1995;

(c)il-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) fl-1995;

(d)il-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux iddikjarat ikun prevenut, skoraġġut u eliminat;

(e)l-elementi essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim ta’ Cotonou”), jew inklużi fl-artikolu ekwivalenti tal-ftehim suċċessur bejn l-Unjoni u l-pajjiżi tal-AKP.

Artikolu 5

Opportunitajiet tas-sajd

1.Kiribati għandhom jagħtu liċenzji tas-sajd lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għat-tonn skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim fil-limiti stabbiliti mill-Pjan ta’ Ġestjoni tat-Tonn ta’ Kiribati, mill-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tad-WCPFC u b’kont meħud tar-riżoluzzjonijiet tal-IATTC.

2.L-opportunitajiet tas-sajd għas-sajd ta’ speċijiet migratorji ħafna kif elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar għandhom ikunu għal erba’ bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll.

3.Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw soġġetti għall-Artikoli 6 u 8 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 6

Kontribuzzjoni finanzjarja — Metodi ta’ pagament

1.Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 2, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tkun ta’ EUR tliet miljuni u tmien mitt elf (3 800 000) għad-durata kollha ta’ dan il-Protokoll.

2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tinkludi dawn l-elementi:

(a)ammont annwali għall-aċċess għaż-żoni tas-sajd ta’ EUR tliet mija u sittin elf (360 000) fis-sena u

(b)ammont annwali speċifiku ta’ EUR erba’ mitt elf (400 000) għall-appoġġ u għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u tal-politika marittima ta’ Kiribati.

3.Fil-każ tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), Kiribati għandhom jagħmlu disponibbli tal-anqas 160 jum tas-sajd fiż-żoni tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni. Jistgħu jsiru disponibbli jiem addizzjonali għall-bastimenti tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet spjegati fl-Anness.

4.Barra minn hekk, l-operaturi tas-sajd għandhom iħallsu tariffa ta’ aċċess annwali lil Kiribati fuq il-bażi tal-għadd ta’ jiem tas-sajd mogħtija kif definit fil-Kapitolu II, it-Taqsima 6, tal-Anness.

5.Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika soġġett għall-Artikoli 5, 7 u 9 ta’ dan il-Protokoll u għall-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim.

6.L-Unjoni għandha tħallas l-ammonti stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (a), sa mhux aktar tard minn 90 jum wara li tibda l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-ewwel sena, u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja għas-snin ta’ wara.

7.L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa fir-rigward tal-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata fil-paragrafu 2, il-punt (a).

8.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont il-paragrafu 2, il-punt (a), kif ukoll it-tariffa annwali tal-aċċess tal-operaturi skont il-paragrafu 4 għandhom jitħallsu fil-kont tal-Gvern ta’ Kiribati Nru 1 mal-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Bairiki, Tarawa.

9.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni indikata fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandha titħallas fil-Kont tal-Gvern ta’ Kiribati Nru 4 mal-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Bairiki, Tarawa (“Appoġġ Settorjali tas-Sajd”).

10.Kull sena, l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jikkonfermaw in-numri tal-kontijiet lill-Unjoni.

Artikolu 7

Appoġġ Settorjali

1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja kif indikata fl-Artikolu 6(2)(b), għandha tiġi ġestita mill-awtoritajiet ta’ Kiribati b’appoġġ tal-ġestjoni u tal-iżvilupp tas-sajd, inklużi l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd għall-ġlieda kontra s-sajd IUU, f’konformità mal-Viżjoni ta’ Kiribati għal 20 Sena, mal-politika nazzjonali tas-sajd u ma’ politiki relatati oħrajn li għandhom impatt fuq is-sajd responsabbli u sostenibbli.

2.Mhux aktar tard minn 120 jum wara d-data tal-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt għandu jaqbel dwar:

(a)programmi settorjali annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6(2), il-punt (b);

(b)l-objettivi, kemm annwali kif ukoll pluriennali, li għandhom jintlaħqu bl-għan li jiġu promossi, maż-żmien, is-sajd responsabbli u s-sajd sostenibbli.;

(c)ir-regoli u l-proċeduri ta’ implimentazzjoni dettaljati, inklużi, meta jkunu xierqa, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksubin kull sena.

3.L-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali skont l-Artikolu 6(2), il-punt (b), għandu jitħallas kull sena skont il-progress miksub. Għall-ewwel sena tal-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha ssir fuq il-bażi tal-ħtiġijiet identifikati bħala parti mill-programmazzjoni maqbula. Għas-snin ta’ applikazzjoni sussegwenti, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jitħallsu fuq il-bażi tar-riżultati miksubin fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri ta’ implimentazzjoni dettaljati msemmijin fil-paragrafu 2, il-punt (c). Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jsir mhux aktar tard minn 45 jum wara d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt dwar ir-riżultati miksubin.

4.Kull sena, Kiribati għandhom jippreżentaw rapport lill-Kumitat Konġunt dwar l-azzjonijiet implimentati u r-riżultati miksubin bl-appoġġ settorjali. Kiribati għandhom jipproduċu wkoll rapport finali qabel jiskadi dan il-Protokoll.

5.L-Unjoni tista’ tirrieżamina, tissospendi parti mill-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 6(2)(b) ta’ dan il-Protokoll, jew kollu kemm hu:

(a)meta r-riżultati miksubin ma jkunux konformi mal-programmazzjoni wara li l-Kumitat Konġunt ikun wettaq evalwazzjoni;

(b)fil-każ li din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tiġix implimentata kif ikun iddetermina l-Kumitat Konġunt.

6.Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli għas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ settorjali pluriennali. Jekk ikun meħtieġ, wara li jiskadi dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu dan is-segwitu permezz tal-Kumitat Konġunt sakemm il-kontroparti finanzjarja speċifika marbuta mal-appoġġ settorjali prevista fl-Artikolu 6(2)(b), tkun intużat kollha. Madankollu, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 6(2)(b), ma jistax jitħallas wara perjodu ta’ 8 xhur wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.

7.Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ settorjali.

Artikolu 8

Aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd

L-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 5 jistgħu jiġu aġġustati permezz ta’ ftehim reċiproku fi ħdan il-Kumitat Konġunt sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet tad-WCPFC jew tal-IATTC, tal-organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali, jikkorroboraw li aġġustament bħal dan se jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ta’ Kiribati. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6(2)(a), ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi aġġustata bi ftehim reċiproku b’mod proporzjonat u pro rata temporis.

Artikolu 9

Kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd

1.Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jistadu fiż-żoni biss jekk ikollhom liċenzja valida maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Kiribati skont dan il-Protokoll.

2.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jimmonitorjaw b’mod konġunt l-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni permezz ta’ kontrolli xierqa, inklużi spezzjonijiet fuq il-baħar u waqt il-ħatt l-art, monitoraġġ elettroniku mill-bogħod, u għodod xierqa oħrajn u sistema elettronika ta’ rapportar.

3.Barra minn hekk, fil-laqgħa annwali tal-Kumitat Konġunt imsemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-isforz tas-sajd globali mwettaq fl-ilmijiet ta’ Kiribati fis-sena preċedenti, fid-dawl tar-regoli miftehmin fi ħdan organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali rilevanti. Jekk ikun xieraq, il-Partijiet jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jaġġustaw il-possibbiltajiet tas-sajd mogħtijin mill-Protokoll għas-sena ta’ wara.

Artikolu 10

Kooperazzjoni xjentifika għal sajd sostenibbli

1.Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar, kif ukoll ta’ sajd responsabbli fl-ilmijiet ta’ Kiribati.

2.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-kooperazzjoni xjentifika fil-livell subreġjonali dwar is-sajd responsabbli u, b’mod partikolari, fid-WCPFC u fl-IATTC u fi kwalunkwe organizzazzjoni subreġjonali jew internazzjonali oħra kkonċernata li fiha huma membri.

3.F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Ftehim, mal-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll u fid-dawl tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jadottaw, meta xieraq, miżuri fir-rigward tal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni liċenzjati sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd b’dan il-Protokoll sabiex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati.

Artikolu 11

Sospensjoni u Rieżami tal-Pagament tal-Kontribuzzjoni Finanzjarja

1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6(2)(a), ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi rrieżaminata jew sospiża f’każ li ċirkostanzi mhux tas-soltu jipprevjenu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd, wara konsultazzjoni u qbil taż-żewġ Partijiet fi żmien xahrejn wara t-talba ta’ waħda mill-Partijiet, u dment li l-Unjoni tkun ħallset kompletament kwalunkwe ammont dovut fiż-żmien tas-sospensjoni.

2.Meta jkun beħsiebha tissospendi pagament, l-Unjoni għandha tibgħat notifika bil-miktub dwar dan tal-anqas xahrejn qabel id-data meta tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni.

3.Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jerġa’ jibda ladarba s-sitwazzjoni tkun ġiet irrimedjata wara azzjonijiet sabiex jittaffew iċ-ċirkostanzi msemmijin hawn fuq u wara konsultazzjoni u ftehim taż-żewġ Partijiet li jikkonfermaw li s-sitwazzjoni x’aktarx tippermetti ritorn għal attivitajiet normali tas-sajd.

Artikolu 12

Sospensjoni u għoti lura tal-liċenzji tas-sajd

1.Kiribati jirriżervaw il-jedd li jissospendu u jirrevokaw liċenzja tas-sajd għal bastiment speċifiku previst fl-Artikolu 5, meta:

(a)il-bastiment jinstab li jkun qiegħed jikser serjament il-liġijiet u r-regolamenti ta’ Kiribati; jew

(b)sid il-bastiment ma jkunx ħares inġunzjoni maħruġa b’rabta ma’ ksur min-naħa tal-bastiment.

2.Il-liċenzja tas-sajd li tkun ġiet sospiża tibqa’ sospiża sakemm ma tkunx tħarset inġunzjoni skont il-paragrafu 1, il-punt (b), u dment li l-awtoritajiet ta’ Kiribati jaqblu li jagħtu lura l-liċenzja tas-sajd għall-perjodu li jifdal ta’ dik il-liċenzja tas-sajd.

Artikolu 13

Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll

1.L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), il-punti (a) u (b), tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet fil-każ li:

(a)l-Unjoni tonqos milli tagħmel il-pagamenti previsti fl-Artikolu 6(2) ta’ dan il-Protokoll għal raġunijiet mhux koperti fl-Artikolu 7(5) u fl-Artikolu 11(1).

(b)tinqala’ tilwima serja bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew li tipprevjeni l-implimentazzjoni tiegħu;

(c)l-ebda wieħed mill-bastimenti tal-Unjoni ma japplika għat-tiġdid ta’ liċenzji tas-sajd;

(d)    waħda mill-Partijiet ma tħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll;

(e)waħda mill-Partijiet taċċerta ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif stabbiliti mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou, jew inklużi fl-artikolu ekwivalenti tal-ftehim suċċessur bejn l-Unjoni u l-pajjiżi AKP.

2.Il-Parti interessata li tkun trid tissospendi l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra b’dan, u s-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ 3 xhur wara li tasal din in-notifika. Meta tasal in-notifika ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex isibu ftehim bonarju għat-tilwima tagħhom fi żmien 3 xhur. Meta jintlaħaq ftehim bħal dan jew hekk kif terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni eżistenti qabel l-avvenimenti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tkompli u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont id-durata tas-sospensjoni.

Artikolu 14

Liġijiet u regolamenti nazzjonali

1.L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni meta joperaw fiż-żoni tas-sajd skont dan il-Protokoll għandhom ikunu rregolati bil-liġijiet u bir-regolamenti applikabbli f’Kiribati, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim, f’dan il-Protokoll u fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu.

2.L-Unjoni tintrabat li tieħu l-passi meħtieġa kollha sabiex tiżgura l-konformità tal-bastimenti tal-Unjoni mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali ta’ Kiribati, kif ukoll l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ sorveljanza tas-sajd previsti f’dan il-Protokoll.

3.L-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta’ Kiribati responsabbli għall-monitoraġġ, għall-kontroll u għas-sorveljanza.

4.Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bi kwalunkwe emenda fil-politika jew fil-leġiżlazzjoni tas-sajd rispettiva tagħhom li tista’ tħalli impatt potenzjali fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Protokoll.

5.Kwalunkwe bidla sostanzjali jew leġiżlazzjoni ġdida li jkollha impatt sinifikanti fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni għandha tapplika għalihom mhux qabel is-60 jum wara l-jum meta n-notifika tal-bidla tasal għand l-Unjoni minn Kiribati.

Artikolu 15

Nondiskriminazzjoni u trasparenza

1.Skont l-Artikolu 3(1) tal-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mill-istess kundizzjonijiet tekniċi favorevoli tas-sajd bħal dawk applikati għal flotot barranin oħrajn li għandhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċi.

2.Il-Partijiet jintrabtu li jiskambjaw informazzjoni fil-Kumitat Konġunt dwar kwalunkwe ftehim li jippermetti lill-bastimenti barranin jidħlu fiż-żoni tas-sajd b’mod partikolari b’referenza għall-kundizzjonijiet tekniċi applikabbli għall-bastimenti barranin li joperaw fl-ilmijiet ta’ Kiribati.

3.L-Unjoni tintrabat li tagħmel disponibbli għal Kiribati, fuq bażi trimestrali, data aggregata dwar il-kwantitajiet u l-postijiet tal-ħatt l-art tal-qabdiet magħmulin fiż-żoni tas-sajd.

Artikolu 16

Protezzjoni tad-data 

1.Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li kull data kummerċjalment sensittiva u personali relatata mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Protokoll tiġi pproċessata f’konformità mal-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data aggregata relatata mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd biss tiġi ppubblikata, fir-rigward tal-liġijiet nazzjonali applikabbli u tal-protokolli relatati tal-RFMO dwar il-kondiviżjoni u l-protezzjoni tad-data.

2.Id-data għandha tiġi pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti esklużivament għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Ftehim, u b’mod partikolari għall-finijiet tal-ġestjoni, tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tas-sajd. Il-Kummissjoni Ewropea jew l-Istat tal-bandiera, għall-Unjoni, u l-Awtorità Kompetenti Rilevanti, għal Kiribati, huma l-awtoritajiet responsabbli għall-ipproċessar tad-data.

3.Id-data personali trid tiġi pproċessata b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data.

4.Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, speċjalment fir-rigward tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd, tal-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, id-data li ġejja tista’ tiġi skambjata u pproċessata ulterjorment:

(a)id-data ta’ identifikazzjoni u ta’ kuntatt tal-bastiment;

(b)l-attivitajiet ta’ bastiment jew relatati ma’ bastiment, mal-pożizzjoni u mal-movimenti tiegħu, mal-attività tas-sajd tiegħu jew mal-attività relatata mas-sajd, miġbura permezz ta’ monitoraġġ, spezzjonijiet jew minn osservaturi, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli u mal-protokolli tal-RFMO relatati mal-kondiviżjoni u mal-protezzjoni tad-data;

(c)id-data relatata mas-sid(ien) tal-bastiment jew mar-rappreżentant tiegħu/tagħhom, bħall-isem, in-nazzjonalità, id-dettalji ta’ kuntatt professjonali u l-kont bankarju professjonali,

(d)id-data relatata mal-aġent lokali, bħall-isem, in-nazzjonalità u d-dettalji ta’ kuntatt professjonali;

(e)id-data relatata mal-kaptani tal-bastimenti u mal-membri tal-ekwipaġġ, bħall-ismijiet, in-nazzjonalità, il-funzjoni u fil-każ tal-kaptan id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu,

(f)id-data relatata mal-baħħara mtellgħin abbord, bħall-isem, id-dettalji ta’ kuntatt, it-taħriġ, iċ-ċertifikat tas-saħħa.

5.Id-data personali mitluba u ttrasferita skont dan il-Protokoll għandha tkun akkurata, adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

6.Il-Partijiet jiskambjaw data personali skont dan il-Ftehim biss għall-finijiet speċifiċi kif stabbilit fil-Ftehim.

7.Id-data riċevuta ma tiġix ipproċessata aktar b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawn il-finijiet.

8.Id-data personali ma għandhiex tinżamm lil hinn miż-żmien meħtieġ għall-fini li għalih tkun ġiet skambjata, sa massimu ta’ 10 snin ħlief jekk id-data personali tkun meħtieġa għas-segwitu ta’ ksur, għal spezzjoni jew għal proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. F’każijiet bħal dawn, id-data personali tista’ tinżamm għal 20 sena. Jekk id-data personali tinħażen għal perjodu itwal, din għandha tiġi anonimizzata.

9.Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod li jiżgura sigurtà xierqa tad-data personali, filwaqt li jitqiesu r-riskji speċifiċi tal-ipproċessar, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali.

10.Kull Parti għandha tiżgura li s-suġġetti tad-data jiġu informati dwar kif se tiġi pproċessata d-data personali tagħhom u dwar id-drittijiet u r-rimedji legali tagħhom permezz ta’ notifika ġenerali, eż. il-pubblikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jew notifika individwali, eż. dikjarazzjonijiet ta’ privatezza li għandhom jiġu pprovduti matul il-proċess ta’ applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd.

11.Drittijiet effettivi u eżegwibbli huma disponibbli għas-suġġetti tad-data fir-rigward tad-drittijiet tagħhom skont ir-rekwiżiti legali applikabbli fil-ġuriżdizzjoni ta’ kull awtorità. L-awtoritajiet jipprovdu salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali permezz ta’ taħlita ta’ liġijiet, ta’ regolamenti u tal-politiki u tal-proċeduri interni tagħhom. B’mod partikolari, kwalunkwe lment kontra l-awtoritajiet tal-Partijiet fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skont dan il-Protokoll għandu jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, fil-każ tal-awtoritajiet tal-Unjoni, jew lil kwalunkwe Awtorità Kompetenti rilevanti fil-każ ta’ Kiribati.

12.L-awtoritajiet tal-Parti ma humiex se jittrasferixxu data kondiviża skont dan il-Protokoll lil parti terza f’pajjiż ieħor għajr l-Istati Membri tal-bandiera.

13.Jistgħu jiġu stabbiliti salvagwardji u rimedji legali ulterjuri xierqa mill-Kumitat Konġunt.

Artikolu 17

Esklużività

1.Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Protokoll.

2.L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom joħorġu liċenzji tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni esklużivament skont dan il-Protokoll. Għandu jkun ipprojbit li tinħareġ kwalunkwe liċenzja tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fl-għamla ta’ liċenzji diretti.

Artikolu 18

Klawżola ta’ rieżami

Il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jirrieżaminaw id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, tal-Anness u tal-Appendiċi u, meta jkunu meħtieġa, jagħmlu emendi dwar:

(a)l-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd u għaldaqstant il-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti msemmija fl-Artikolu 6(2)(a) f’konformità mal-Artikolu 8;

(b)l-arranġamenti għall-appoġġ settorjali u, għaldaqstant, għall-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti msemmija fl-Artikolu 6(2)(b);

(c)il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi li skonthom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

Artikolu 19

Terminazzjoni

1.Dan il-Protokoll jista’ jiġi tterminat minn xi waħda mill-partijiet fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux normali bħad-degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, l-iskoperta ta’ livell imnaqqas tal-użu tal-opportunitajiet ta’ sajd allokati għall-bastimenti tal-Unjoni, jew in-nuqqas ta’ konformità mal-impenji tal-Partijiet fil-kwistjoni tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (“IUU”).

2.Fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll tal-anqas 6 xhur qabel id-data li fiha sseħħ it-terminazzjoni. L-għoti tan-notifika msemmija fis-sentenza ta’ qabel għandu jagħti bidu għall-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

3.Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 għas-sena meta tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis.

Artikolu 20

Skambji elettroniċi tad-data

1.Kiribati u l-Unjoni jħeġġu l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u tad-dokumenti kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

2.Il-forma elettronika ta’ dokument fi kwalunkwe ħin għandha titqies ekwivalenti għall-verżjoni stampata.

3.Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin bi kwalunkwe ħsara fis-sistema tal-kompjuter li twaqqaf dawn l-iskambji. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu sostitwiti b’mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom kif iddefinit fl-Anness.

Artikolu 21

Obbligi meta jiskadi jew jintemm dan il-Protokoll

1.Wara li dan il-Protokoll jiskadi jew jiġi tterminat f’konformità mal-Artikolu 19 jew mal-Artikolu 12 tal-Ftehim, is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom ikomplu jkunu responsabbli għal kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jew ta’ dan il-Protokoll jew ta’ kwalunkwe liġi ta’ Kiribati li jkun seħħ qabel ma dan il-Protokoll ikun skada jew ġie tterminat, jew għal kwalunkwe tariffa tal-liċenzja jew għal kwalunkwe pagament dovut li ma jkunx tħallas fil-mument ta’ din l-iskadenza jew terminazzjoni.

2.Jekk ikun meħtieġ, il-partijiet għandhom ikomplu jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali ipprovdut skont l-Artikolu 6(2)(b), f’konformità mal-Artikolu 7 u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.

Artikolu 22

Applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal din il-fini.



ANNESS

KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TWETTIQ TA’ ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAL-UNJONI SKONT IL-PROTOKOLL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI, MIN-NAĦA L-OĦRA

KAPITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Taqsima 1

Deżinjazzjoni tal-Awtoritajiet Kompetenti

1.Għall-fini ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza li ssir għall-Unjoni jew għal Kiribati bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

(a)għall-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”): Il-Kummissjoni Ewropea;

(b)għal Kiribati: il-Ministeru għall-Iżvilupp tas-Sajd u tar-Riżorsi tal-Baħar.

2.Qabel ma dan il-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju, il-partijiet għandhom jiskambjaw id-dettalji ta’ kuntatt kollha rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u għandhom jikkomunikawhom lil xulxin kif xieraq.

Taqsima 2

Żoni tas-sajd

1.Il-bastimenti tal-Unjoni fil-pussess ta’ liċenzja tas-sajd maħruġa minn Kiribati skont il-Protokoll għandhom ikunu awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd ta’ Kiribati, jiġifieri fl-ilmijiet ta’ Kiribati f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ Kiribati għajr fil-baħar territorjali, f’żoni protetti u pprojbiti.

2.Il-koordinati tal-ilmijiet u taż-żoni protetti u pprojbiti ta’ Kiribati għandhom jiġu kkomunikati minn Kiribati lill-Unjoni qabel ma tibda l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

3.Kiribati għandhom jikkomunikaw lill-Unjoni kull tibdil fiż-żoni msemmijin f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(4) tal-Protokoll.

Taqsima 3

Żoni ta’ ġestjoni tas-sajd

1.Skont l-approċċ tagħha ta’ Ġestjoni Bbażata fuq iż-Żoni u f’konformità mar-Regolamenti tal-2014 dwar is-Sajd (Skema tal-Jiem tal-Bastimenti tas-Sajd bit-Tartarun tal-Borża), Kiribati kkategorizzaw iż-żoni tas-sajd tagħhom fi tliet żoni ta’ ġestjoni tas-sajd, jiġifieri ż-Żona ta’ Gilbert, iż-Żona ta’ Phoenix u ż-Żona ta’ Line.

2.Il-koordinati taż-żoni ta’ ġestjoni tas-sajd għandhom jiġu kkomunikati minn Kiribati lill-Unjoni qabel il-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

3.Kiribati għandhom jikkomunikaw lill-Unjoni kull tibdil fiż-żoni ta’ ġestjoni tas-sajd fi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(4) tal-Protokoll.

4.Minbarra l-pagament bil-quddiem li għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti definit fil-Kapitolu II, it-Taqsima 6, ir-rati premium li ġejjin għal kull jum tas-sajd għandhom jitħallsu f’konformità mal-proċedura deskritta fil-Kapitolu II, it-Taqsima 7:

(a)Meta jkun seħħ jum tas-sajd fiż-Żona ta’ Line, ma għandu jkun involut l-ebda premium.

(b)    Meta jkun seħħ jum tas-sajd fiż-Żona ta’ Phoenix, dan jinvolvi premium ta’ elf dollaru Amerikan (USD 1 000).

(c)    Meta jkun seħħ jum tas-sajd fiż-Żona ta’ Gilbert, dan jinvolvi premium ta’ elf dollaru Amerikan (USD 1 000).

Taqsima 4

Aġent tal-bastiment

Il-bastimenti kollha tal-Unjoni li japplikaw għal-liċenzja tas-sajd jistgħu jkunu rrappreżentati minn aġent (li jista’ jkun kumpanija jew individwu) residenti f’Kiribati, u li l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati tkun ġiet mgħarrfa bih kif xieraq.

Taqsima 5

Bastimenti eliġibbli tal-Unjoni

Sabiex bastiment tal-Unjoni jkun eliġibbli sabiex jikseb liċenzja tas-sajd, la s-sid, la l-kaptan u lanqas il-bastiment innifsu ma jridu jkunu pprojbiti milli jistadu fl-ilmijiet ta’ Kiribati. Jeħtiġilhom ikunu f’sitwazzjoni ta’ regolarità fil-konfront tal-liġijiet ta’ Kiribati u jeħtiġilhom ikunu wettqu l-obbligi preċedenti kollha marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’Kiribati fil-kuntest ta’ kull ftehim tas-sajd konkluż mal-Unjoni. Barra minn hekk, għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-liċenzji tas-sajd, ikunu mniżżlin fir-Reġistru tal-bastimenti tas-sajd tad-WCPFC, ikunu fir-reġistru tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Nauru (PNA), ikunu fir-reġistru tal-bastimenti tajbin għat-tbaħħir tal-Aġenzija tal-FFA u ma jkunux fil-lista ta’ bastimenti tas-sajd IUU ta’ RFMO.

KAPITOLU II - ĠESTJONI TAL-LIĊENZJI TAS-SAJD

Taqsima 1

Reġistrazzjoni

1.Sajd minn bastimenti tal-Unjoni ġewwa ż-żoni tas-sajd għandu jkun soġġett għall-ħruġ ta’ numru ta’ reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati.

2.L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom isiru fil-formola prevista għal dik il-fini mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati, f’konformità mal-Appendiċi 1.

3.Ir-reġistrazzjoni għandha tkun kontinġenti fuq il-pagament ta’ USD 3 000 għal kull bastiment fis-sena bħala tariffa għar-reġistrazzjoni li għandha titħallas fil-kont Nru 3 tal-Gvern ta’ Kiribati, ikklerjat minn kwalunkwe tnaqqis.

Taqsima 2

Perjodu ta’ validità tal-liċenzja tas-sajd

1.Liċenzja tas-sajd hija valida għal “perjodu annwali tas-sajd”.

2.Dan il-perjodu annwali tas-sajd għandu jikkorrispondi:

(a)    għas-sena li matulha l-Protokoll jibda jiġi applikat b’mod provviżorju, sal-perjodu mid-data ta’ meta dan jibda japplika b’mod provviżorju u l-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;

(b)    imbagħad, għal kull sena kalendarja sħiħa;

(c)    għas-sena li matulha jiskadi l-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar sa meta jiskadi l-Protokoll.

3.Il-liċenzji għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu, soġġetti għall-validità tal-Protokoll.

4.Għall-ewwel u għall-aħħar perjodu annwali tas-sajd, il-pagament dovut mis-sidien tal-bastimenti skont it-Taqsima 6, il-paragrafu 2, għandu jiġi kkalkolat fuq bażi pro rata temporis.

Taqsima 3

Applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd

1.Il-bastimenti tal-Unjoni eliġibbli biss, kif definiti fil-Kapitolu I, it-Taqsima 5 ta’ dan l-Anness, jistgħu jiksbu liċenzja tas-sajd.

2.L-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandha tissottometti elettronikament lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati, b’kopja lid-Delegazzjoni, applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd f’konformità mal-Appendiċi 1 għal kull bastiment li jixtieq jistad skont il-Protokoll tal-anqas 20 jum xogħol qabel il-bidu tal-perjodu annwali ta’ validità tal-liċenzja tas-sajd kif speċifikat fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu.

3.Meta applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd ma tkunx ġiet sottomessa qabel ma jibda l-perjodu annwali ta’ validità, sid il-bastiment xorta waħda jista’ jissottomettiha sa mhux aktar tard minn 20 jum xogħol qabel id-data meta jkun qed jintalab li jibdew l-attivitajiet tas-sajd. F’każijiet bħal dawn, il-liċenzja tas-sajd tkun valida biss sa tmiem il-perjodu annwali li matulu tkun intalbet. Sidien il-bastimenti għandhom iħallsu t-tariffi tal-aċċess dovuti għall-perjodu kollu ta’ validità tal-liċenzja tas-sajd.

4.Għal kull applikazzjoni tal-bidu għal-liċenzja tas-sajd, jew wara bidla teknika kbira fil-bastiment ikkonċernat, l-Unjoni għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati bil-posta elettronika billi tuża l-formola mogħtija fl-Appendiċi 1, u magħha għandha tibgħat id-dokumenti li ġejjin:

(a)prova tal-pagament tat-tariffi tal-aċċess għall-perjodu ta’ validità tal-liċenzja tas-sajd;

(b)ritratti reċenti diġitali bil-kulur, tal-bastiment (li jkunu ttieħdu sa 12-il xahar qabel), li jkollhom id-data fuqhom u li jkollhom riżoluzzjoni ta’ 72 dpi u jkunu tal-inqas ta’ 1 400 pic. b’1 050 pic., u li jkunu juru l-ġenb tal-bastiment, inkluż l-isem tiegħu miktub bl-alfabett bażiku Latin tal-ISO;

(c)kopja taċ-ċertifikat tat-tagħmir ta’ sikurezza tal-bastiment;

(d)kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment;

(e)kopja taċ-ċertifikat ta’ kontroll tal-kundizzjonijiet sanitarji tal-bastiment;

(f)kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-bastimenti tajbin għat-tbaħħir tal-FFA;

(g)il-pjan tal-istivar;

(h)kopja taċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni bl-Ingliż validu għad-durata tal-liċenzja tas-sajd;

(i)tariffa tal-osservatur ta’ USD 3 000 għal kull bastiment fis-sena.

5.Għat-tiġdid tal-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment li ma jkunux inbidlulu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu, mal-applikazzjoni għat-tiġdid għandhom jintbagħtu biss il-prova tal-pagament tat-tariffi tal-aċċess, iċ-ċertifikat kurrenti ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tal-bastimenti tajbin għat-tbaħħir tal-FFA u l-kopji taċ-ċertifikati mġeddin kif elenkati fil-punti c, d, e u h.

6.It-tariffa għandha titħallas fil-kont bankarju Nru 3 tal-Gvern ta’ Kiribati. Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-kostijiet inerenti marbutin mat-trasferimenti bankarji.

7.Kull sena, l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jikkonfermaw id-dettalji tal-kontijiet bankarji lill-Unjoni.

8.Il-pagamenti għandhom jinkludu l-imposti nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-imposti tas-servizzi.

9.Jekk applikazzjoni ma tkunx kompluta jew inkella ma tkunx tissodisfa l-kundizzjonijiet mogħtijin fil-punti 4, 5, 6 u 7 ta’ hawn fuq, fi żmien 7 ijiem xogħol minn meta jirċievu l-applikazzjoni f’forma elettronika, l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni bir-raġunijiet għalfejn l-applikazzjoni titqies bħala mhux kompluta jew li inkella ma tissodisfax il-kundizzjonijiet mogħtijin fil-punti 4, 5, 6 u 7, u għandhom jibagħtu kopja ta’ dan lid-Delegazzjoni.

Taqsima 4

Ħruġ tal-liċenzja tas-sajd

1.Il-liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ minn Kiribati fi żmien 15-il jum xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta bil-posta elettronika u wara konferma tal-wasla tal-pagament minn Kiribati.

2.Il-liċenzja tas-sajd għandha tiġi trażmessa minnufih b’mezzi elettroniċi mill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati lil sid il-bastiment jew lill-aġent tal-bastiment u lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni b’kopja lid-Delegazzjoni. Fl-istess ħin, kopja stampata tal-liċenzja tas-sajd għandha tintbagħat lil sid il-bastiment.

3.Malli toħroġ il-liċenzja tas-sajd, l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati għandha tinkludi l-bastiment f’lista ta’ bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żoni tas-sajd. Din il-lista għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-entitajiet kollha tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza ta’ Kiribati u għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni, b’kopja lid-Delegazzjoni.

4.Il-forma stampata tal-liċenzja tas-sajd għandha tieħu post dik elettronika malli dan ikun possibbli.

5.Il-liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u ma għandhiex tkun trasferibbli ħlief f’każijiet ta’ ċirkustanzi mhux tas-soltu, kif spjegati fit-Taqsima 5 ta’ hawn taħt.

6.Il-liċenzja tas-sajd (f’forma elettronika jew stampata meta din tkun disponibbli) trid tinżamm abbord il-bastiment il-ħin kollu.

Taqsima 5

Ċirkostanzi mhux tas-soltu

1.Meta tingħata prova ta’ ċirkostanzi mhux tas-soltu u fuq talba tal-Unjoni, il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment tista’ tiġi tterminata, għall-perjodu tal-validità tagħha li jifdal. Sid il-bastiment, jew l-aġent tal-bastiment, għandu jirritorna l-liċenzja tas-sajd tiegħu lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati u jgħarrfu lill-awtorità tal-Unjoni u lid-Delegazzjoni.

2.Liċenzja tas-sajd ġdida għandha tinħareġ lil bastiment b’karatteristiċi simili skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 u tkun soġġetta għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni kif stabbiliti fit-Taqsima 3 mingħajr ir-rekwiżit ta’ pagament ġdid bil-quddiem.

3.Il-liċenzja tas-sajd il-ġdida għandha ssir effettiva dakinhar li l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati tirċievi l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment li jkun intlaqat minn ċirkostanzi mhux tas-soltu. Il-liċenzja li tkun intbagħtet lura għandha titqies ikkanċellata. L-awtorità tal-Unjoni u d-Delegazzjoni għandhom jiġu informati mill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati dwar il-ħruġ tal-liċenzja tas-sajd il-ġdida.

Taqsima 6

Kundizzjonijiet tal-liċenzja tas-sajd — tariffi u pagamenti bil-quddiem

1.Kiribati għandha tagħti aċċess lill-bastimenti tal-Unjoni għat-tliet żoni tas-sajd f’konformità mat-Taqsima 3.

2.Liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ ladarba titħallas tariffa ta’ pagament bil-quddiem ta’ seba’ mija u għoxrin elf dollaru Amerikan (USD 720 000) għal kull bastiment tal-Unjoni fil-kont Nru 3 tal-Gvern ta’ Kiribati, li għandu jagħti d-dritt lill-bastiment tas-sajd li jistad għal erbgħin (40) jum fiż-żoni tas-sajd. Għall-ewwel u għall-aħħar perjodu annwali ta’ sajd skont dan il-Protokoll, kif definit fit-Taqsima 2, il-paragrafu 2 a) u c), din it-tariffa ta’ pagament bil-quddiem għandha titħallas pro rata temporis. 

3.Iċ-ċifri bil-quddiem fil-paragrafu 2 jinkludu l-fatturi ta’ aġġustament tat-tul tal-VDS li japplikaw għall-bastimenti kollha li jistadu fiż-żoni tas-sajd, f’konformità mar-Regolament tal-2014 dwar is-Sajd (Skema tal-Jiem tal-Bastimenti tas-Sajd bit-Tartarun tal-Borża).

4.L-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jikkondividu bejniethom il-jiem tas-sajd mixtrijin skont id-diskrezzjoni tagħhom. F’każijiet bħal dawn, l-operaturi għandhom jgħarrfu minnufih lil Kiribati u lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar l-għadd ta’ jiem tas-sajd li għandhom jinqasmu bejn il-bastimenti kkonċernati.

5.Jekk disponibbli, l-operaturi jistgħu jixtru jiem tas-sajd addizzjonali għal dawk mixtrijin skont il-paragrafu 2 fuq talba mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni għall-awtoritajiet ta’ Kiribati. L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni dwar l-għadd miftiehem u l-prezz ta’ dawn il-jiem addizzjonali tas-sajd.

Taqsima 7

Dikjarazzjoni finali tat-tariffi

1.Kull sena, fl-1 ta’ Novembru, l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati għandha tfassal dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd tal-Bastiment tal-Unjoni mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Ottubru tas-sena kalendarja, fuq il-bażi taż-żoni ta’ ġestjoni tas-sajd li fihom joperaw il-bastimenti tal-Unjoni, li huma definiti fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 3.

2.Kull sena fl-1 ta’ Marzu, l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati għandha tfassal dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja preċedenti, fuq il-bażi taż-żoni ta’ ġestjoni tas-sajd li fihom joperaw il-bastimenti tal-Unjoni, li huma definiti fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 3.

3.L-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandha tibgħat iż-żewġ dikjarazzjonijiet finali tat-tariffi fl-istess waqt lis-sidien tal-bastimenti u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati tal-bandiera kkonċernati.

4.Is-sidien tal-bastimenti jistgħu joġġezzjonaw mal-awtoritajiet tal-Istati Membri tagħhom dwar id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi fi żmien 15-il jum kalendarju minn meta jirċivuha. Jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni, id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi titqies li ġiet aċċettata mis-sidien tal-bastimenti.

5.Bi qbil mad-dikjarazzjoni finali tat-tariffi miż-żewġ Partijiet, l-Awtorità Kompetenti ta’ Kiribati għandha toħroġ fattura tat-tariffi pendenti. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu lill-Gvern ta’ Kiribati fi żmien 30 jum kalendarju (il-kont Nru 3 tal-Gvern ta’ Kiribati).

6.Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex isolvu kwalunkwe nuqqas ta’ qbil fi żmien 30 jum kalendarju minn meta jirċievu d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi.

7.Jekk in-nuqqas ta’ qbil bejn is-sidien tal-bastimenti u l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati jippersisti, jew l-awtorità kompetenti ta’ Kiribati jew inkella l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tista’ titlob laqgħa speċjali tal-Kumitat Konġunt, kif previst fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu, bi ftehim reċiproku, jieħu deċiżjoni finali dwar id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi. Kwalunkwe pagament addizzjonali dovut għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati mhux aktar tard minn xahar wara d-data tal-Laqgħa tal-Kumitat Konġunt f’konformità mal-Artikolu 6(8) tal-Protokoll, ikklerjat minn kwalunkwe tnaqqis.

KAPITOLU III - MIŻURI TEKNIĊI

Taqsima 1

Miżuri relatati mal-FAD

Is-sajd bi rkaptu biex jinġema’ l-ħut (“FAD”) u ż-żamma tal-qabdiet tat-tonn għandhom jitwettqu f’konformità mal-Miżuri ta’ Konservazzjoni u ta’ Ġestjoni rilevanti tad-WCPFC u mal-Arranġamenti ta’ Implimentazzjoni rilevanti tal-Ftehim ta’ Nauru.

Taqsima 2

Speċijiet ipprojbiti

Is-sajd jew iż-żamma abbord, il-bejgħ, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta’ kwalunkwe waħda mill-ispeċijiet li ġejjin huwa pprojbit fi kwalunkwe ħin jew post matul il-perjodu ta’ validità ta’ dan il-Protokoll:

(a)Elażmobranki (klieb il-baħar u raj) ta’ kwalunkwe speċi

(b)Mammiferi tal-baħar ta’ kwalunkwe speċi

(c)Rettili ta’ kwalunkwe speċi

(d)Għasafar ta’ kwalunkwe speċi

Taqsima 3

Speċijiet mhux fil-mira

1.L-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jiżguraw li s-sajd isir b’mod li jimminimizza l-impatti fuq speċijiet mhux fil-mira u dawk aċċessorji.

2.L-operaturi ta’ bastimenti tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-ispeċijiet protetti inklużi d-dniefel, il-fkieren, il-klieb il-baħar u l-għasafar tal-baħar jitħarrbu b’mod li jipprovdi l-akbar ċans ta’ sopravivenza fuq il-bażi tal-linji gwida applikabbli tad-WCPFC.

KAPITOLU IV - MONITORAĠĠ

Taqsima 1

Reġistrazzjoni u rapportar tal-qabdiet

1.Sa ma ż-żewġ Partijiet ikunu implimentaw sistema elettronika ta’ rapportar tal-qabdiet, imsejħa l-ERS, il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żoni tas-sajd skont il-Ftehim għandhom jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati kif ġej.

2.Filwaqt li jkunu fl-ilmijiet ta’ Kiribati, l-operaturi għandhom jaġġornaw kuljum, bl-Ingliż, rekord tal-qabda, inkluża l-qabda aċċessorja, u l-attività tas-sajd bl-użu tal-ġurnal tas-sajd elettroniku tal-iFIMS tal-PNA wara kull vjaġġ tas-sajd u jibagħtu din l-informazzjoni b’mod elettroniku permezz tal-FIMS tal-PNA lill-Ministeru għall-Iżvilupp tas-Sajd u tar-Riżorsi tal-Baħar, wara t-tlestija ta’ sett ta’ sajd.

3.Il-bastimenti tal-Unjoni awtorizzati jistadu fiż-żoni tas-sajd għandhom jimlew ġurnal tas-sajd Reġjonali tal-SPC/FFA tat-Tartarun tal-Borża disponibbli fuq is-sit web tal-Komunità tal-Paċifiku (SPC) għal kull jum ta’ preżenza fiż-żoni tas-sajd. Jekk il-bastimenti ma jaqbdu l-ebda ħuta jew jekk ikunu għaddejjin minn hemm biss fi tranżitu lejn xi mkien ieħor, il-formola xorta waħda trid timtela. Din għandha timtela b’mod ċar u l-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiffirmaha.

4.Filwaqt li jkunu fiż-żoni tas-sajd, kull nhar ta’ Erbgħa l-bastimenti tal-Unjoni għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati sommarju tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd skont il-punt 2 bl-użu tal-Mudell Nru 1 tal-Appendiċi 2 bil-posta elettronika, lill-kuntatti pprovduti fih.

5.Fir-rigward is-sottomissjoni tal-ġurnali ta’ abbord dwar is-sajd imsemmijin fil-punt 2, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom:

(a)fil-każ li jidħlu f’Port ta’ dħul ta’ Kiribati, jissottomettu l-formola mimlija lill-awtorità kompetenti rispettiva ta’ Kiribati fi żmien ħamest (5) ijiem minn meta jaslu fil-port, jew fi kwalunkwe każ qabel ma jħallu dak il-port, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel. L-awtorità ta’ Kiribati għandha tagħtihom irċevuta bil-miktub;

(b)meta joħorġu miż-żoni tas-sajd mingħajr ma jgħaddu l-ewwel minn Port ta’ dħul, jibagħtu l-kopji tal-folji tal-ġurnal ta’ abbord, fi żmien ħmistax-il (15) jum xogħol minn meta joħorġu miż-żoni tas-sajd, bil-posta elettronika, fuq l-indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità kompetenti ta’ Kiribati.

6.Il-verżjoni oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tintbagħat fi żmien sebat (7) ijiem xogħol minn meta bastiment jidħol għall-ewwel darba f’port wara li jkun ħareġ miż-żoni tas-sajd.

7.Il-kopji ta’ dawn l-iskedi tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd iridu jintbagħtu fl-istess ħin lill-istituti xjentifiċi bħall-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia) u l-IPIMAR (Instituto de Investigação das Pescas e do Mar).

8.Il-kliem “żoni tas-sajd ta’ Kiribati” għandhom jiddaħħlu fl-iskedi tal-ġurnal ta’ abbord imsemmijin hawn fuq għall-perjodi li matulhom il-bastiment ikun jinsab fiż-żoni tas-sajd.

9.Iż-żewġ Partijiet se jagħmlu ħilithom sabiex jimplimentaw ERS marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd, soġġetti għal ftehim komuni dwar il-linji gwida għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni ta’ ERS.

10.Ladarba tiġi implimentata s-sistema elettronika tad-dikjarazzjoni tal-qabdiet, din se tieħu post għalkollox id-dispożizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni deskritti fil-punti 2 sa 4 ta’ hawn fuq, ħlief jekk ikun hemm xi problemi tekniċi jew ħsarat fis-sistema, f’liema każ id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet għandhom isiru skont il-punti 2 sa 4 ta’ hawn fuq.

11.Il-Partijiet għandhom jiskambjaw id-data dwar il-livell ta’ qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet u ta’ sorsi rilevanti oħrajn bħar-rapporti tal-osservaturi.

Taqsima 2

Ġestjoni u monitoraġġ tal-isforz

1.Iż-żewġ partijiet għandhom jimmonitorjaw mill-qrib u b’mod regolari l-użu tal-jiem tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd. Għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżguraw li n-numru ta’ jiem tas-sajd allokati lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd ma jinqabiżx.

2.Is-sidien tal-bastimenti huma meħtieġa jippreżentaw jiem fejn ma jsirx’ sajd (NFDs) billi jużaw l-iFIMS. L-applikazzjoni għall-NFDs ma hijiex se tiġi pproċessata sakemm l-operaturi tal-bastimenti ma jkunux ippreżentaw id-data tal-iskeda elettronika rilevanti tal-ġurnal ta’ abbord fl-iFIMS. Kiribati għandha tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-NFDs fil-ħin f’konformità mal-proċeduri tal-Iskema tal-Jiem tal-Bastimenti tas-Sajd bit-Tartarun tal-Borża (VDS) tal-PNA.

3.Meta s-sidien tal-bastimenti ma jaqblux mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità kompetenti ta’ Kiribati dwar it-talbiet tagħhom ta’ NFDs, huma għandhom jgħarrfu lill-Awtorità kompetenti tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tikkuntattja minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati. Għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex id-diskrepanzi jissolvew malajr kemm jista’ jkun.

4.Ladarba l-bastimenti tal-Unjoni jkunu użaw 80 % tal-jiem tas-sajd allokati lilhom, Kiribati se jgħarrfu lill-Awtorità kompetenti tal-Unjoni, lill-Istati tal-bandiera u lis-sidien tal-bastimenti kull ġimgħa dwar l-użu tal-jiem tas-sajd tal-Unjoni li jifdal sabiex jiżguraw monitoraġġ mill-qrib.

Taqsima 3

Komunikazzjoni dwar id-dħul u l-ħruġ mill-ilmijiet ta’ Kiribati

1.Mingħajr preġudizzju għall-obbligi fit-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu, il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu skont il-Ftehim għandhom javżaw lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati li jkun biħsiebhom jidħlu fl-ilmijiet ta’ Kiribati jew joħorġu minnhom tal-anqas 24 siegħa qabel ma jagħmlu dan. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru fil-format stabbilit fl-Appendiċi 2, il-Mudelli Numru 2 u Numru 3 u għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika lill-kuntatti mniżżlin fihom.

2.Il-bastimenti tal-Unjoni li jinqabdu jistadu mingħajr ma jkunu bagħtu n-notifika tad-dħul minn qabel imsemmija fil-punt 1 ta’ din it-Taqsima għandhom jitqiesu bħala bastimenti mingħajr liċenzja tas-sajd. F’dawn il-każijiet japplikaw is-sanzjonijiet imsemmijin fil-Kapitolu VI.

Taqsima 4

Ħatt l-art

1.Il-portijiet deżinjati għall-attivitajiet ta’ ħatt l-art f’Kiribati huma l-Portijiet ta’ Tarawa u ta’ Kiritimati.

2.Il-bastimenti tal-Unjoni fil-pussess ta’ liċenzja tas-sajd ta’ Kiribati li jixtiequ jħottu l-qabdiet f’portijiet deżinjati ta’ Kiribati għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta’ Kiribati b’din l-intenzjoni permezz ta’ rapport previst fil-Mudell Numru 4 tal-Appendiċi 2 bil-posta elettronika, lill-kuntatti previsti fih tal-anqas 72 siegħa qabel.

3.Il-bastimenti tal-Unjoni jeħtiġilhom jissottomettu d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art tagħhom lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati u lill-Istat Membru tal-Bandiera, sa mhux aktar tard minn 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt l-art, jew fi kwalunkwe każ, qabel ma l-bastiment iħalli l-port, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel, bil-posta elettronika permezz tar-rapport previst fil-Mudell Numru 5 tal-Appendiċi 2.

4.Il-bastimenti tal-Unjoni jeħtiġilhom jissottomettu Rapport ta’ Tlestija fi żmien 24 siegħa wara li jlestu vjaġġ billi jħottu l-qabda f’portijiet tas-sajd oħrajn barra minn Kiribati permezz tal-posta elettronika permezz ta’ rapport previst fil-Mudell Numru 6 tal-Appendiċi 2.

Taqsima 5

Trażbord

1.Il-bastimenti tal-Unjoni fil-pussess ta’ liċenzja tas-sajd ta’ Kiribati li jixtiequ jittrażbordaw qabdiet fiż-żona tas-sajd għandhom jagħmlu dan biss fil-portijiet deżinjati ta’ Kiribati kif iddikjarat fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 3, il-paragrafu 1. Ma jistax isir trażbord fuq il-baħar ’il barra mill-portijiet u kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun soġġetta għall-pieni previsti mid-dritt ta’ Kiribati.

2.Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta’ Kiribati b’din l-intenzjoni permezz ta’ rapport previst fil-Mudell Numru 4 tal-Appendiċi 2 bil-posta elettronika, lill-kuntatti previsti fih tal-anqas 72 siegħa qabel.

3.Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jissottomettu r-rapport tal-attività dwar it-trażbord lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati, sa mhux aktar tard minn 48 siegħa minn meta jitlesta t-trażbord, jew fi kwalunke każ, qabel ma l-bastiment donatur iħalli l-port, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel, bil-posta elettronika permezz tar-rapport previst fil-Mudell Numru 5 tal-Appendiċi 2.

Taqsima 6

Tluq mill-port

Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati bl-intenzjoni tagħhom li jitilqu mill-Port permezz ta’ rapport previst fil-Mudell Numru 7 tal-Appendiċi 2 bil-posta elettronika, lill-kuntatti previsti fih tal-anqas 24 siegħa qabel.

Taqsima 7

Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS)

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istat Membru tal-bandiera u għall-obbligi tal-bastimenti tal-Unjoni fil-konfront tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, kull bastiment tal-Unjoni għandu jkun konformi mas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti tal-FFA (il-VMS tal-FFA) attwalment applikabbli fiż-żoni tas-sajd.

Taqsima 8

Osservaturi

1.Il-bastimenti tal-Unjoni fil-pussess ta’ liċenzja tas-sajd ta’ Kiribati, meta jkunu qegħdin joperaw fiż-żoni tas-sajd għandhom jiżguraw li jkollhom il-kopertura tal-osservaturi f’konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni rilevanti tad-WCPFC u skont il-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ Kiribati.

2.Il-bastimenti tal-Unjoni għandu jkollhom abbord osservatur awtorizzat mill-Programm tal-Osservaturi Reġjonali tad-WCPFC jew osservatur tal-IATTC awtorizzat permezz tal-Memorandum ta’ Qbil maqbul bejn id-WCPFC u l-IATTC dwar l-approvazzjoni reċiproka tal-osservaturi.

3.Il-partijiet jagħmlu ħilithom sabiex jimbarkaw osservatur ta’ I-Kiribati abbord.

KAPITOLU V - KONTROLL

1.Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Kiribati dwar l-attivitajiet tas-sajd, kif ukoll mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni adottati mid-WCPFC.

2.Proċeduri ta’ kontroll:

(a)Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd għandhom jikkooperaw ma’ kwalunkwe uffiċjal awtorizzat ta’ Kiribati li jkun identifikat kif xieraq li jkun qiegħed iwettaq spezzjonijiet u kontrolli tal-attivitajiet tas-sajd.

(b)Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Kiribati, it-tlugħ abbord għandu jsir b’tali mod li l-pjattaforma tal-ispezzjoni u l-ispetturi jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala uffiċjali awtorizzati ta’ Kiribati.

(c)Kiribati għandhom jqiegħdu l-lista tal-pjattaformi kollha ta’ spezzjoni użati għall-ispezzjonijiet fuq il-baħar għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni. Din il-lista għandu jkun fiha tal-anqas dawn li ġejjin:

i.l-ismijiet tal-Bastimenti tal-Għassa tas-Sajd (FPV);

ii.id-dettalji tal-Bastiment tal-FPV;

iii.ir-ritratti tal-FPV.

(d)Kiribati jistgħu, fuq talba tal-Unjoni, iħallu lill-ispetturi tal-Unjoni josservaw l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni, fosthom it-trażbord, matul l-ispezzjonijiet li jsiru fuq l-art.

(e)Ladarba spezzjoni tkun tlestiet u l-ispettur ikun iffirma r-rapport tal-ispezzjoni, dan ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kaptan sabiex dan ikun jista’ jiffirmah u jżid kwalunkwe kumment li jista’ jkollu dwaru. Din il-firma ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-Partijiet fil-kuntest tal-proċeduri ta’ ksur allegat. Qabel ma l-ispettur jinżel mill-bastiment, il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata kopja tar-rapport ta’ spezzjoni u dan għandu jintbagħat lill-Istat tal-Bandiera.

(f)L-ispetturi ma għandhomx iqattgħu iżjed ħin milli meħtieġ abbord il-bastiment sabiex iwettqu dmirijiethom.

3.L-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni involuti fl-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trażbord f’port ta’ Kiribati għandhom iħallu lill-uffiċjali awtorizzati ta’ Kiribati jispezzjonaw dawn l-operazzjonijiet u għandhom jiffaċilitawlhom dawn l-operazzjonijiet.

4.Meta ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, l-awtorità ta’ Kiribati tirriżerva d-dritt li tissospendi l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment li jkun qiegħed iwettaq il-ksur sakemm jitlestew il-formalitajiet u li tapplika l-piena stabbilita fil-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ Kiribati. L-Istat Membru tal-bandiera u l-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandhom jiġu mgħarrfin b’dan minnufih.

KAPITOLU VI - INFURZAR

1.Sanzjonijiet

(a)In-nuqqas ta’ ħarsien ta’ xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-kapitoli ta’ hawn fuq, tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti, jew tad-dritt nazzjonali ta’ Kiribati, għandu jkun soġġett għall-pieni stabbiliti fid-dritt nazzjonali ta’ Kiribati.

(b)L-Istat Membru tal-bandiera u l-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandhom jiġu mgħarrfin minnufih u bis-sħiħ b’kull sanzjoni applikata u bil-fatti rilevanti kollha marbutin mal-każ.

(c)Meta s-sanzjoni tieħu l-għamla ta’ sospensjoni jew ta’ revoka tal-liċenzja tas-sajd, matul il-perjodu li jkun għad fadal li għalih tkun ingħatat il-liċenzja, l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tista’ titlob liċenzja tas-sajd oħra li kieku kienet tkun applikabbli, għal bastiment ta’ sid ieħor.

2.Arrest u detenzjoni tal-bastimenti tas-sajd

(a)Kiribati għandhom jgħarrfu lill-Unjoni u lill-Istat Membru tal-bandiera minnufih bl-arrest u/jew bid-detenzjoni ta’ kwalunkwe bastiment tas-sajd fil-pussess ta’ liċenzja tas-sajd skont il-Ftehim.

(b)Kiribati għandhom jibagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni u lill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien tnax-il (12) siegħa mill-arrest u/jew mid-detenzjoni u jispjegawlhom fid-dettall iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan l-arrest u/jew għal din id-detenzjoni.

3.Proċedura għall-iskambju tal-informazzjoni fil-każ ta’ arrest u/jew ta’ detenzjoni

(a)Filwaqt li jitħarsu l-iskadenzi u l-proċedimenti legali previsti fil-liġijiet nazzjonali ta’ Kiribati b’rabta mal-arrest u/jew mad-detenzjoni, malli tasal l-informazzjoni ta’ hawn fuq għandha ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-Unjoni u dawk ta’ Kiribati, li għaliha jista’ jkun li jattendi wkoll rappreżentant tal-Istat Membru tal-bandiera kkonċernat.

(b)Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw kwalunkwe dokument u/jew informazzjoni rilevanti li tista’ tgħin sabiex jiġu ċċarati l-fatti. Sid il-bastiment, jew l-aġent tiegħu, għandu jiġi mgħarraf bl-eżitu tal-laqgħa u bi kwalunkwe miżura li toħroġ mill-arrest u/jew mid-detenzjoni.

4.Soluzzjoni għall-arrest u/jew għad-detenzjoni

(a)Għandu jsir tentattiv sabiex l-allegat ksur jissolva b’mod amikevoli. Din il-proċedura għandha titlesta mhux aktar tard minn tliet (3) ijiem xogħol minn meta jsir l-arrest u/jew id-detenzjoni, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Kiribati.

(b)F’każ li tinstab soluzzjoni amikevoli, l-ammont li għandu jitħallas għandu jiġi stabbilit b’riferiment għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Kiribati. Jekk ftehim bonarju bħal din ma tkunx possibbli, għandhom jinbdew il-proċedimenti legali.

(c)Malli jkunu ġew issodisfati l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim bonarju jew malli tkun tħallset ir-rikapitalizzazzjoni legali, il-bastiment għandu jiġi rrilaxxat u l-kaptan tiegħu jinħeles.

5.L-awtorità tal-Unjoni u d-Delegazzjoni għandhom jiġu mgħarrfa dwar kwalunkwe proċediment li jkun inbeda u dwar kwalunkwe piena imposta.

KAPITOLU VII - KOPERAZZJONI FIL-ĠLIEDA KONTRA S-SAJD IUU

1.Sabiex jissaħħu l-monitoraġġ tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni se jagħmlu ħilithom li jirrapportaw il-preżenza ta’ kwalunkwe bastiment ieħor tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati.

2.Meta l-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni jinnota bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet suspettati li jikkostitwixxu attivitajiet tas-sajd IUU, huwa jiġbor kemm jista’ jkun informazzjoni dwar dak il-bastiment u dwar l-attività tiegħu x’ħin ikun lemħu. Ir-rapporti ta’ osservazzjoni jintbagħtu minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ Kiribati ma’ kopja liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (FMC) tal-Istat Membru tal-bandiera.

3.L-awtorità kompetenti ta’ Kiribati se tissottometti lill-Unjoni, malajr kemm jista’ jkun, kwalunkwe rapport ta’ osservazzjoni fil-pussess tagħha dwar bastimenti tas-sajd involuti f’attivitajiet suspettati li jistgħu jikkostitwixxu attività IUU fl-ilmijiet ta’ Kiribati.

KAPITOLU VIII - RESPONSABBILTÀ AMBJENTALI

1.Ir-rimi ta’ rkaptu tas-sajd u/jew ta’ skart mhux bijodegradabbli jew l-abbandun tiegħu (inklużi metalli, plastiks u partijiet ta’ rkaptu tas-sajd) mill-bastiment huma pprojbiti.

2.Sabiex jiġi evitat id-dubju, l-użu ta’ rkaptu tal-mitlaq biex jinġema’ l-ħut (FAD) ma huwiex interpretat bħala abbandun ta’ rkaptu tas-sajd.

3.Ir-rimi, ir-rilaxx, ir-rimi fil-baħar jew ir-rimi ta’ skart jew ta’ sustanzi niġġiesa bi kwalunkwe mod ieħor minn kwalunkwe bastiment kif definit fl-Att dwar l-Ambjent tal-1999 (kif emendat fl-2007) kullimkien fl-ilmijiet ta’ Kiribati, ħlief meta dan isir f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (il-Konvenzjoni MARPOL u l-Protokolli Relatati) huwa pprojbit.

4.Meta jagħmlu bunkering, jew kwalunkwe trasferiment ieħor ta’ kwalunkwe prodott inkluż fil-kodiċi tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Oġġetti Perikolużi Marittimi Internazzjonali (IMDG) fl-ilmijiet ta’ Kiribati, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jirrapportaw din l-attività lill-awtoritajiet ta’ Kiribati permezz tar-rapporti previsti fil-Mudelli Nru 8 u Nru 9 tal-Appendiċi 2 permezz tal-posta elettronika, skont il-kuntatti pprovduti fihom.

5.Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati tal-anqas 12-il siegħa qabel l-intenzjoni tagħhom li jidħlu u immedjatament wara li jitilqu minn żona magħluqa jew protetta. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jitwettqu fil-format stabbilit fil-Mudell Numru 10 tal-Appendiċi 2, bil-posta elettronika, fuq l-indirizzi pprovduti fih.

KAPITOLU IX - IMBARK TAL-BAĦĦARA

1.Kull bastiment tal-Unjoni li jistad skont il-Ftehim għandu jimpjega tal-anqas tliet baħħara minn Kiribati bħala membri tal-ekwipaġġ. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord baħħara addizzjonali minn Kiribati.

2.Is-sid tal-bastiment għandu jħallas USD 600 fix-xahar għal kull baħħar bħala tariffa ta’ rinunzja jekk ma jkunx jista’ jimpjega ekwipaġġ minn Kiribati abbord il-bastimenti liċenzjati tiegħu kif definit fil-paragrafu 1 ta’ hawn fuq. Il-pagament għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti kull sena fil-Kont Nru 4 tal-Gvern ta’ Kiribati.

3.Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu l-baħħara li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom mill-ismijiet f’lista sottomessa mill-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Kiribati.

4.Is-sid tal-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jgħarraf lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Kiribati bl-ismijiet tal-baħħara ta’ Kiribati li jittellgħu abbord il-bastiment ikkonċernat, filwaqt li jsemmi l-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.

5.Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol għandha tapplika bis-sħiħ għall-baħħara li jittellgħu abbord il-bastimenti tal-Unjoni. Dan jikkonċerna b’mod partikolari il-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tal-jedd ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema, u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjieg u tal-okkupazzjoni.

6.Il-kuntratti ta’ impjieg tal-baħħara ta’ Kiribati, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom jitfasslu bejn l-aġent(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħħara u/jew it-trade unions jew ir-rappreżentanti tagħhom f’konsultazzjoni mal-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Kiribati. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħħara l-kopertura tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, inklużi l-assigurazzjoni tal-ħajja u l-assigurazzjoni tal-mard u tal-aċċidenti.

7.Il-pagi tal-baħħara minn Kiribati għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Għandhom jiġu stabbiliti qabel il-ħruġ tal-liċenzji tas-sajd, bi qbil reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew l-aġenti tagħhom u l-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Kiribati. Madankollu, il-kundizzjonijiet tal-paga mogħtijin lil baħħara minn Kiribati ma għandhomx ikunu anqas minn dawk applikati għall-ekwipaġġi ta’ Kiribati u qatt ma jistgħu jkunu anqas mill-istandards tal-ILO.

8.Kull baħħar impjegat abbord bastiment tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-kaptan deżinjat tal-bastiment lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħħar ma jkunx preżenti fid-data u fil-ħin previsti għall-imbark, sid il-bastiment jinħeles awtomatikament mill-obbligu ta’ imbark ta’ dak il-baħħar.

KAPITOLU X - RESPONSABBILTÀ TAL-OPERATUR

1.L-operatur għandu jiżgura li l-bastimenti tiegħu jkunu tajbin għat-tbaħħir u li jkollhom tagħmir adegwat għas-sikurezza tal-ħajja u apparat ta’ sopravvivenza għal kull passiġġier u membru tal-ekwipaġġ.

2.Għall-protezzjoni ta’ Kiribati u taċ-ċittadini u tar-residenti tagħhom, l-operatur għandu jżomm kopertura tal-assigurazzjoni adegwata u sħiħa fuq il-bastiment tiegħu permezz ta’ trasportatur tal-assigurazzjoni rikonoxxut internazzjonalment aċċettabbli għall-awtoritajiet ta’ Kiribati għaż-żoni tas-sajd, inklużi ż-żoni fil-laguni u fl-atollijiet, fil-Baħar Territorjali u fl-iskolli taħt il-livell tal-baħar kif muri miċ-Ċertifikat tal-Assigurazzjoni msemmi fil-Kapitolu II, it-Taqsima 3, il-paragrafu 4, il-punt (h) ta’ dan l-Anness.

3.Fil-każ li bastiment tal-Unjoni jkun involut f’aċċident jew f’inċident marittimu f’Kiribati, li jirriżulta fi tniġġis u fi ħsara ta’ kwalunkwe tip għall-ambjent, għal proprjetà jew għal kwalunkwe persuna, il-bastiment u l-operatur għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet ta’ Kiribati. Jekk il-bastiment tal-Unjoni jkun responsabbli għad-danni msemmijin hawn fuq, il-bastiment u l-operatur ikunu responsabbli li jħallsu għall-kostijiet tad-danni msemmijin hawn fuq.

Appendiċi

Appendiċi 1 - Formola għar-reġistrazzjoni ta’ bastiment tas-sajd u għall-applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd

Appendiċi 2 – Mudelli tar-rapport tal-format ta’ komunikazzjoni



Appendiċi 1

Formola għar-reġistrazzjoni ta’ bastiment tas-sajd u għall-applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd

FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-BASTIMENT TAS-SAJD

Ir-Repubblika ta’ Kiribati

Reġistru tal-Formola ta’ Applikazzjoni għall-Bastiment tas-Sajd - Formola ta’ Applikazzjoni għal-Liċenzja tas-Sajd

Oceanic Fisheries Division

Tel +686 21099

P.O. Box 64 Bairiki, Tarawa

Fax +686 21120

Ir-Repubblika ta’ Kiribati

Posta elettronika: fleu@mfmrd.gov.ki  

Struzzjonijiet

·Immarka l-kunjom b’linja taħtu

·Indirizz ifisser l-indirizz postali sħiħ

·Immarka b’X fejn xieraq, jekk mhux ittajpjat, ikteb ċar b’ittri kbar

·Metrika tal-unitajiet kollha: speċifika l-unità jekk jintużaw sistemi oħrajn

·Ehmeż mal-applikazzjoni ritratt bil-kulur reċenti ta’ 6x8 pulzieri mill-ġenb/mill-ajru u minn wara

Id-Direttur tas-Sajd, jiena b’dan qed napplika għar-reġistrazzjoni ta’ bastiment fir-reġistru nazzjonali tas-sajd/għal-liċenzja tas-sajd (ingassa kif xieraq).

1. INFORMAZZJONI ĠENERALI

Isem il-Bastiment

___________________

Data tal-applikazzjoni

___________________

Pajjiż tar-Reġistrazzjoni

___________________

Nru tal-IMO

___________________

Numru tar-Reġistrazzjoni

___________________

ID tal-Bastiment tal-FFA

___________________

Sinjal tas-Sejħa bir-Radju Internazzjonali

___________________

Nru tal-ALC (IMN)

___________________

Bandiera

___________________

Perjodu ta’ validità tal-liċenzja tas-sajd

___________________

2. TIP TA’ BASTIMENT

Tartarun tal-Borża uniku

___________________

Bastiment tas-sajd bit-tartarun ta’ appoġġ

___________________

Tartarun tal-Borża fi grupp

___________________

Trasportatur tal-bastiment reefer

___________________

Konz

___________________

Bunker/Tanker

___________________

Qasba u Xlief

___________________

Bastimenti tar-riċerka

___________________

Jekk tip ieħor, speċifika

_______________________________________________________________

3. DETTALJI TAS-SJIEDA U TAL-OPERATUR

Isem is-sid

___________________

Isem l-operatur

___________________

Indirizz

___________________

Indirizz

___________________

___________________

___________________

___________________

___________________

4. DIMENSJONI U KAPAĊITÀ

Tul (LOA)

_________________(m)

Fond iffurmat

_________________(m)

Travu

_________________(m)

Tunnellaġġ Gross

_________________(GRT)

5. BENNEJ U KONSENJA

Bennej

___________________

Sena tal-bini

___________________

Post tal-bini

___________________

Sena tal-konsenja

___________________

6. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-MAGNA

Mudell tal-Magna

___________________

Potenza tal-Magna

_________________(HP)

Kapaċità Totali ta’ Ġarr tal-Fjuwil

___________________

(kilolitru/gallun)

7. ĠESTJONI TAL-EKWIPAĠĠ

Isem il-Kaptan

___________________

Nazzjonalità tal-Kaptan

___________________

Komplement tal-Ekwipaġġ

___________________

Lingwa/i abbord

___________________

8. PORT

Port tar-Ritorn

___________________

Port operazzjonali

1. _________________

2. _________________

Żona tas-Sajd Awtorizzata

___________________

9. KAPAĊITÀ TA’ FFRIŻAR

Numru ta’ Freezers

___________________

Metodu

Kapaċità mt/jum

Temperatura (⁰C)

Salmura (NaCl)

BR___________________

___________________

Salmura (CaCl)

CB___________________

___________________

Arja (Blast)

BF___________________

___________________

Arja (Kojl)

RC___________________

___________________

10. KAPAĊITÀ TA’ ĦŻIN

Metodu

Kapaċità (m³)

Temperatura (⁰C)

Silġ

IC___________________

___________________

Ilma baħar imkessaħ

RW__________________

___________________

Salmura (NaCl)

CB___________________

___________________

Arja (Kojl)

RC___________________

___________________

BASTIMENT TAS-SAJD BIT-TARTARUN TAL-BORŻA

Nru tar-Reġ. tal-Inġenju tal-Ajru

_________________

Nru tar-Reġ. tal-Ħelikopter

_________________

Tul tax-Xibka

_________________(m)

Fond tax-Xibka

_________________(m)

Inġenju ta’ appoġġ

Tul tal-iskiff

_______________(m)

Potenza tal-Magna

_______________HP/PS

Tul tal-ispeed boat nru 1

________________ Metru/Pied

Potenza tal-Magna

_______________HP/PS

Tul tal-ispeed boat nru 1

________________ Metru/Pied

Potenza tal-Magna

_______________HP/PS

Tul tal-ispeed boat nru 1

________________ Metru/Pied

Potenza tal-Magna

_______________HP/PS

Poppa

_______________

Kapaċità ta’ ħżin

_______________St/Mt

Pruwa

_______________

Kapaċità ta’ ħżin

_______________St/Mt

Niddikjara li l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija vera u kompluta. Nifhem li jien meħtieġ(a) nirrapporta kwalunkwe bidla fl-informazzjoni ta’ hawn fuq fi żmien 60 jum, u nifhem ukoll li jekk ma nagħmilx dan nista’ naffettwa l-istatus tajjeb tal-bastiment fir-Reġistru Reġjonali.

Isem l-Applikant

____________________________

Firma ________________________________

(SID, NOLEĠĠATUR JEW AĠENT DEBITAMENT AWTORIZZAT)

Indirizz

______________________________________________________________

______________________________________________________________

Nru tat-Telefown____________

Nru tal-Fax ____________

Posta Elettronika ______________________________________

Appendiċi 2 – Mudelli tal-Format ta’ Komunikazzjoni tar-Rapporti

Ir-rapporti kollha għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti fuq fleu@mfmrd.gov.ki  

1.Rapportar ta’ kull ġimgħa dwar il-pożizzjoni u l-qabdiet matul il-permanenza fl-ilmijiet ta’ Kiribati (kull nhar ta’ Erbgħa)

Kontenut

Trażmissjoni

Kodiċi tar-rapport

WPCR

Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja

Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali

Data tar-Rapportar

JJ.XX.SS

Pożizzjoni tar-Rapportar

LT;LG

Qabda sa mill-aħħar rapport

Plamtu (SJ)

(Mt)

Tonn isfar (YF)

(Mt)

Tonn obeż (BE)

(Mt)

Oħrajn (OT)

(Mt)

Jiem tas-sajd sa mill-aħħar rapport

in-numru attwali ta’ jiem li fihom sar sett fiż-żona

eż. WPCR/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.17/0140N;16710W/SJ-23:YF-9:BE-3:OT-2.0/7

2.Rapportar tad-dħul fl-ilmijiet ta’ Kiribati (tal-anqas erbgħa u għoxrin (24) siegħa minn qabel)

Kontenut

Trażmissjoni

Kodiċi tar-rapport

ZENT

Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja

Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali

Data tad-dħul

JJ.XX.SS

Ħin tad-dħul

ssmm GMT

Pożizzjoni tad-dħul

LT;LG

Qabda abbord skont il-piż skont l-ispeċi

Plamtu (SJ)

(Mt)

Tonn isfar (YF)

(Mt)

Tonn obeż (BE)

(Mt)

Oħrajn (OT)

(Mt)

eż. ZENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.10.17/0635Z/0230N;17610E/SK-510:YF-120:BE-60:OT-10

3.Rappurtar tat-tluq mill-ilmijiet ta’ Kiribati (tal-anqas erbgħa u għoxrin (24) siegħa minn qabel)

Kontenut

Trażmissjoni

Kodiċi tar-rapport

ZDEP

Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja

Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali

Data tat-tluq

JJ.XX.SS

Ħin tat-tluq

ssmm GMT

Pożizzjoni tat-tluq

LT;LG

Qabda abbord skont il-piż skont l-ispeċi

Plamtu (SJ)

(Mt)

Tonn isfar (YF)

(Mt)

Tonn obeż (BE)

(Mt)

Oħrajn (OT)

(Mt)

Qabda totali fiż-żona skont il-piż skont l-ispeċi

qabda simili abbord

Jiem tas-sajd totali

in-numru attwali ta’ jiem li fihom sar sett fiż-żona

eż. ZDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/21.10.17/1045Z/0125S;16730E/SJ-450:YF-190:BE-60:OT-4/SJ-42:YF-70:BE-30:OT-1/14


4.Dħul fil-port, inkluż dħul għat-trażbord, proviżjonament mill-ġdid, żbark tal-ekwipaġġ jew ħatt tal-qabdiet (tal-anqas tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel ma l-bastiment jidħol fil-port)

Kontenut

Trażmissjoni

Kodiċi tar-rapport

PENT

Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja

Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali

Data tar-rapportar

JJ.XX.SS

Pożizzjoni tar-Rapportar

LT;LG

Isem tal-port

Ħin stmat tal-wasla

JJ.XX:ssmm

Qabda abbord skont il-piż skont l-ispeċi

Plamtu (SJ)

(Mt)

Tonn isfar (YF)

(Mt)

Tonn obeż (BE)

(Mt)

Oħrajn (OT)

(Mt)

Isem it-trasportatur tal-bastiment reefer (jekk ikun qed isir trażbord)

Raġuni għaż-żjara fil-port

eż. PENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/24.12.17/0130S;17010E/BETIO /26.12:1600L/SJ-562:YF-150:BE-50:OT-4/JAPANSTAR/ TRANSSHIPPING

5.Rapport tal-attività tat-trażbord/tal-ħatt l-art (mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin (48) siegħa wara t-tlestija tat-trażbord/tal-ħatt l-art, jew fi kwalunkwe każ, qabel ma l-bastiment donatur iħalli l-port, skont liema jseħħ l-ewwel)

Kontenut

Trażmissjoni

Kodiċi tar-rapport

TSHP

Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja

Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali

Data tal-iżbark u l-ħin

JJ.XX.SSSS:ssmm GMT

Port tal-iżbark

Qabda trażbordata skont il-piż skont l-ispeċi

Plamtu (SJ)

(Mt)

Tonn isfar (YF)

(Mt)

Tonn obeż (BE)

(Mt)

Oħrajn (OT)

(Mt)

Isem it-trasportatur tal-bastiment reefer

Destinazzjoni tal-qabda

eż. TSHP/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.17:1200Z /BETIO/SJ-450:YF-150:BE-75:OT-0.0/JAPANSTAR/PAGO PAGO

6.Rapport ta’ tlestija (fi żmien tmienja u erbgħin (48) siegħa wara li jitlesta vjaġġ billi tinħatt il-qabda f’portijiet tas-sajd oħrajn (barra minn Kiribati) inkluż port operazzjonali, jew port tar-ritorn)

Kontenut

Trażmissjoni

Kodiċi tar-rapport

COMP

Isem il-bastiment

Numru tal-liċenzja

Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali

Data tal-iżbark

JJ.XX.SSSS

Qabda skartata skont l-ispeċi

Plamtu (SJ)

(Mt)

Tonn isfar (YF)

(Mt)

Tonn obeż (BE)

(Mt)

Oħrajn (OT)

(Mt)

Isem tal-port

eż. COMP/89TKS-PS001TN/JJAP2/26.12.17/SJ-670:YF-65:BE-30:OT-0.0/BETIO

7.Tluq mill-port (tal-anqas erbgħa u għoxrin (24) siegħa minn qabel)

Kontenut

Trażmissjoni

Kodiċi tar-rapport

PDEP

Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja

Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali

Data tar-rapportar

JJ.XX.SS

Isem tal-port

Data u ħin tat-Tluq

JJ.XX:ssmm

Qabda abbord skont il-piż skont l-ispeċi

Plamtu (SJ)

(Mt)

Tonn isfar (YF)

(Mt)

Tonn obeż (BE)

(Mt)

Oħrajn (OT)

(Mt)

Destinazzjoni li jmiss

eż. PDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.17/BETIO/29.12:1600L/SJ-0.0:YF-0.0:BE-0.0:OT-4/FISHING GROUND

8.Avviż ta’ bunkering (tal-anqas erbgħa u għoxrin (24) siegħa qabel ir-riforniment minn tanker liċenzjat)

Kontenut

Trażmissjoni

Kodiċi tar-rapport

FUEL

Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja

Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali

Data tar-rapportar GMT

JJ.XX.SS

Pożizzjoni tar-rapportar

LT;LG

Ammont ta’ fjuwil abbord

Kilolitri

Data stmata tal-bunkering

JJ.XX.SS

Pożizzjoni stmata tal-bunkering

LT;LG

Isem it-tanker

eż. FUEL/89TKS-PS001TN/JJAP2/06.02.17/0130S;17010E/35/08.02.17/0131S;17030E/CHEMSION

9.Rapport tal-attività tal-bunkering (immedjatament wara r-riforniment minn tanker liċenzjat)

Kontenut

Trażmissjoni

Kodiċi tar-rapport

BUNK

Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja

Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali

Data u ħin tal-bidu tal-bunkering

JJ.XX.SSSS:ssmm GMT

Pożizzjoni tal-bidu tal-bunkering

LT;LG

Ammont ta’ fjuwil riċevut

Kilolitri

Ħin tat-tmiem tal-bunkering (GMT);

JJ.XX.SSSS:ssmm GMT

Pożizzjoni tat-tmiem tal-bunkering

LT;LG

Isem it-tanker

eż. BUNK/89TKS-S001TN/JJAP2/08.02.17:1200Z/0131S;17030E/160/08.02.17:1800Z/0131S;17035E/CRANE PHOENIX

10.Dħul f’żona magħluqa (ipprojbita) jew protetta jew tluq minnha (tal-anqas tnax-il (12) siegħa qabel id-dħul u immedjatament wara t-tluq miż-żona magħluqa (ipprojbita) jew protetta)

Kontenut

Trażmissjoni

Kodiċi tar-rapport

ENCA għad-dħul u DECA għall-ħruġ

Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja

Sinjal tas-sejħa jew ittri tas-sinjali

Data u ħin tal-ENCA jew tad-DECA

JJ.XX.SS:ssmm GMT

Pożizzjoni tal-ENCA jew tad-DECA

LT;LG

Veloċità u rotta

Raġuni għall-ENCA

eż. ENCA/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.17:1645Z/0130S;17010E/7:320/ENTER PORT

ANNESS II

PROĊEDURA BIEX JIĠU APPROVATI L-EMENDI TAL-PROTOKOLL LI L-KUMITAT KONĠUNT GĦANDU JADOTTA

Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi tal-Protokoll f’konformità mal-Artikoli 8 u 18 tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra, il-proċedura li ġejja tapplika:

1.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni tal-emendi proposti li ssir f’isem l-Unjoni:

(a)tkun f’konformità mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd;

(b)tkun kompatibbli mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u tkun tqis il-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali;

(c)tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika, bijoloġika u ta’ tip ieħor rilevanti mibgħuta lill-Kummissjoni.

2.Qabel l-approvazzjoni tal-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tissottomettihom lill-Kunsill fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt.

3.Il-Kunsill għandu jevalwa jekk l-emendi proposti jikkonformawx mal-kriterji ddefiniti fil-punt 1.

4.Sakemm ma jkunx hemm numru ta’ Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li joġġezzjonaw għall-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tapprovahom f’isem l-Unjoni. Jekk ikun hemm din il-minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni.

5.Jekk, matul laqgħat ulterjuri tal-Kumitat Konġunt, ikun impossibbli li jintlaħaq ftehim, inkluż fuq il-post, il-kwistjoni għandha terġa’ tintbagħat lill-Kunsill, f’konformità mal-punti 2, 3 u 4, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tqis elementi ġodda.

6.Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fiż-żmien dovut, il-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt biex temenda l-protokoll, inkluż, fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-sottomissjoni ta’ kull proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħra li ma jikkonċernawx l-emendi tal-Protokoll, f’konformità mal-Artikoli 8 u 18 tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-UE fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita f’konformità mat-Trattati u mal-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.