Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023AP0364

    P9_TA(2023)0364 — L-istabbiliment tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) — Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Ottubru 2023 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (COM(2023)0335 – C9-0209/2023 – 2023/0199(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    ĠU C, C/2024/2663, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2663/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2663/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/2663

    29.4.2024

    P9_TA(2023)0364

    L-istabbiliment tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa ("STEP")

    Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Ottubru 2023 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”) u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (COM(2023)0335 – C9-0209/2023 – 2023/0199(COD)) (1)

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (C/2024/2663)

    Emenda 1

    Proposta għal regolament

    Titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”) u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) 1303/2013, (UE) 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241

    dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”) u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) 2021/1755, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241

    Emenda 2

    Proposta għal regolament

    Premessa 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (2)

    L-industrija tal-UE tat prova tar-reżiljenza inerenti tagħha iżda qed tiġi sfidata. L-inflazzjoni għolja, l-iskarsezzi f’termini ta’ ħaddiema, it-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista ta’ wara l-COVID, iż-żieda fir-rati tal-imgħax, u ż-żidiet fil-kostijiet tal-enerġija u fil-prezzijiet tal-input qed iħallu impatt fuq il-kompetittività tal-industrija tal-UE. Dan huwa akkumpanjat minn kompetizzjoni qawwija, iżda mhux dejjem ġusta, f’suq globali frammentat. L-UE diġà pproponiet diversi inizjattivi biex tappoġġa l-industrija tagħha, bħall-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku,  (40) l-Att dwar il-Materja Prima Kritika (41), l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (42), il-Qafas il-ġdid Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat (43), u r-REPowerEU  (44). Filwaqt li dawn is-soluzzjonijiet jipprovdu appoġġ rapidu u mmirat, l-UE teħtieġ tweġiba aktar strutturali għall-ħtiġijiet ta’ investiment tal-industriji tagħha, sabiex tħares il-koeżjoni u l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq Uniku u tnaqqas id-dipendenzi strateġiċi tal-UE.

    (2)

    L-industrija tal-UE wriet ir-reżiljenza intrinsika tagħha iżda l-kompetittività tagħha trid tiġi żgurata wkoll fil-futur. L-inflazzjoni għolja, l-iskarsezzi f’termini ta’ ħaddiema, it-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista ta’ wara l-COVID, il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, iż-żieda fir-rati tal-imgħax, u ż-żidiet fil-kostijiet tal-enerġija u fil-prezzijiet tal-input qed iħallu impatt fuq il-kompetittività tal-industrija tal-UE u enfasizzaw l-importanza li l-Unjoni tassigura l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha u tnaqqas id-dipendenza tagħha mill-pajjiżi terzi f’diversi setturi. Dan huwa akkumpanjat minn kompetizzjoni qawwija, iżda mhux dejjem ġusta, f’suq globali frammentat. L-UE diġà pproponiet diversi inizjattivi biex tappoġġa l-industrija tagħha, bħall-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku  (40) , l-Att dwar il-Materja Prima Kritika (41), l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (42), il-Qafas il-ġdid Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat (43) u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza  (43a), kif emendata mir-REPowerEU  (44). Filwaqt li dawn is-soluzzjonijiet jipprovdu appoġġ rapidu u mmirat, l-UE teħtieġ tweġiba aktar strutturali għall-ħtiġijiet ta’ investiment tal-industriji tagħha, sabiex tħares il-koeżjoni, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, u l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq Uniku filwaqt li tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u tnaqqas id-dipendenzi strateġiċi tal-UE. L-adattament ta’ oqfsa ġodda u differenti ta’ għajnuna mill-Istat iffaċilita l-allokazzjoni potenzjali ta’ volumi sostanzjali ta’ għajnuna mill-Istat. F’ċirkostanzi aktar avversi, din is-sitwazzjoni għandha l-kapaċità li ddgħajjef l-effikaċja tas-suq intern.

    Emenda 3

    Proposta għal regolament

    Premessa 2a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2a)

    Is-Suq Uniku ġab miegħu vantaġġi ekonomiċi, soċjali u politiċi sinifikanti lill-Unjoni kollha, inklużi liċ-ċittadini u n-negozji tagħha. Filwaqt li dawn il-vantaġġi huma rikonoxxuti b’mod wiesa’, huwa fundamentali li soluzzjonijiet ikomplu jinstabu biex jiġi sfruttat aktar il-potenzjal soċjetali mhux użat. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 intitolata “It-30 sena mis-Suq Uniku” tħejji d-direzzjoni strateġika fit-tul tas-Suq Uniku. Is-Suq Uniku tal-futur irid jibqa’ adattabbli quddiem id-dinamika ġeopolitika li qed tevolvi, il-progress teknoloġiku u t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, filwaqt li jrawwem ir-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa fid-dawl ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ u jikkontribwixxi biex jissaħħu l-kompetittività u l-produttività fit-tul tal-Unjoni.

    Emenda 4

    Proposta għal regolament

    Premessa 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (3)

    L-adozzjoni u t-tkabbir fl-iskala fl-Unjoni ta’ teknoloġiji profondi u diġitali, teknoloġiji nodfa, u bijoteknoloġiji se tkun essenzjali biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet u jintlaħqu l-objettivi tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u b’hekk tiġi promossa l-kompetittività tal-industrija Ewropea u s-sostenibbiltà tagħha. Għalhekk, hija meħtieġa azzjoni immedjata biex tappoġġa l-iżvilupp jew il-manifattura fl-Unjoni ta’ tali teknoloġiji, is-salvagwardja u t-tisħiħ tal-ktajjen tal-valur tagħhom biex b’hekk jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-Unjoni, u l-indirizzar tan-nuqqas eżistenti ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet f’dawk is-setturi permezz ta’ taħriġ u apprendistati u l-ħolqien ta’ impjiegi attraenti u ta’ kwalità aċċessibbli għal kulħadd.

    (3)

    L-adozzjoni u t-tkabbir fl-iskala ta’ teknoloġiji diġitali, bijoteknoloġiji u teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u xjenzi tal-ħajja se jkunu essenzjali biex jonqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-UE, jiġu sfruttati l-opportunitajiet u jintlaħqu l-objettivi tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u b’hekk jitħarsu s-sovranità u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u tiġi promossa l-kompetittività tal-industrija Ewropea u s-sostenibbiltà tagħha. Għalhekk, hija meħtieġa azzjoni immedjata biex tappoġġa l-iżvilupp jew il-manifattura fl-Unjoni ta’ tali teknoloġiji, is-salvagwardja u t-tisħiħ tal-ktajjen ta’ provvista tagħhom, biex b’hekk jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-Unjoni, u l-indirizzar tan-nuqqas eżistenti ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fis-setturi rilevanti permezz ta’ tagħlim tul il-ħajja, taħriġ, u apprendistati u l-ħolqien ta’ impjiegi attraenti u ta’ kwalità aċċessibbli għal kulħadd.

    Emenda 5

    Proposta għal regolament

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4)

    Hemm bżonn li jiġu appoġġati t-teknoloġiji kritiċi fl-oqsma li ġejjin: teknoloġiji profondi u diġitali, teknoloġiji nodfa, u bijoteknoloġiji (inklużi l-ktajjen tal-valur rispettivi tal-materja prima kritika), b’mod partikolari proġetti, kumpaniji u setturi bi rwol kritiku għall-kompetittività u r-reżiljenza tal-UE u l-ktajjen tal-valur tagħha. Bħala eżempju, it-teknoloġiji profondi u t-teknoloġiji diġitali jenħtieġ li jinkludu l-mikroelettronika, il-computing ta’ prestazzjoni għolja, it-teknoloġiji kwantistiċi (jiġifieri, il-computing, it-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u tar-rilevament), il-cloud computing, l-edge computing, u l-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġiji taċ-ċibersigurtà, ir-robotika, il-5G u l-konnettività avvanzata u r-realtajiet virtwali, inklużi azzjonijiet relatati ma’ teknoloġiji profondi u diġitali għall-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tad-difiża u tal-ajruspazju. It-teknoloġiji nodfa jenħtieġ li jinkludu, fost l-oħrajn, l-enerġija rinnovabbli; il-ħżin tal-elettriku u tas-sħana; il-pompi tas-sħana; il-grilja tal-elettriku; il-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika; il-fjuwils alternattivi sostenibbli; l-elettrolizzaturi u ċ-ċelloli tal-fjuwil; il-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju; l-effiċjenza enerġetika; l-idroġenu u l-infrastruttura relatata miegħu; is-soluzzjonijiet intelliġenti tal-enerġija; it-teknoloġiji essenzjali għas-sostenibbiltà bħall-purifikazzjoni u d-desalinizzazzjoni tal-ilma; il-materjali avvanzati bħan-nanomaterjali, il-komposti u l-materjali tal-kostruzzjoni nodfa futuri, u t-teknoloġiji għall-estrazzjoni u l-ipproċessar sostenibbli ta’ materja prima kritika. Il-bijoteknoloġija jenħtieġ li titqies li tinkludi teknoloġiji bħall-bijomolekuli u l-applikazzjonijiet tagħhom, il-farmaċewtiċi u t-teknoloġiji mediċi vitali għas-sigurtà tas-saħħa, il-bijoteknoloġija tal-għelejjel, u l-bijoteknoloġija industrijali, bħal għar-rimi tal-iskart, u l-bijomanifattura. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ gwida biex tispeċifika aktar il-kamp ta’ applikazzjoni tat-teknoloġiji f’dawn it-tliet oqsma meqjusa bħala kritiċi f’konformità ma’ dan ir-Regolament, sabiex tippromwovi interpretazzjoni komuni tal-proġetti, il-kumpaniji u s-setturi li għandhom jiġu appoġġati taħt il-programmi rispettivi fid-dawl tal-objettiv strateġiku komuni. Barra minn hekk, it-teknoloġiji fi kwalunkwe wieħed minn dawn it-tliet oqsma li huma s-suġġetti ta’ Proġett Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE jenħtieġ li jitqiesu bħala kritiċi, u proġetti individwali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali IPCEI jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-finanzjament, f’konformità mar-regoli rispettivi tal-programm, sal-punt li d-diskrepanza identifikata fil-finanzjament u l-kostijiet eliġibbli jkunu għadhom ma ġewx koperti kompletament.

    (4)

    Hemm bżonn li jiġu appoġġati t-teknoloġiji kritiċi fl-oqsma li ġejjin: it-teknoloġiji diġitali, it-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, u l-bijoteknoloġiji u x-xjenza tal-ħajja, inklużi l-prodotti mediċinali fil-Lista tal-Unjoni ta’ Prodotti Mediċinali Kritiċi stabbilita skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (44a) u l-komponenti tagħhom, u l-ktajjen tal-provvista rispettivi ta’ dawk it-teknoloġiji, b’mod partikolari fi proġetti, kumpaniji u setturi bi rwol kritiku għall-kompetittività u r-reżiljenza tal-UE. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u koerenza legali, id-definizzjoni ta’ teknoloġiji diġitali jenħtieġ li tiġi allinjata mad-definizzjoni li tinsab fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (44b) u d-definizzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti tiġi allinjata mad-definizzjoni fir-Regolament (UE).../... [l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti]. Fin-nuqqas ta’ definizzjoni tal-bijoteknoloġiji fid-dritt tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jieħu f’idejh id-definizzjoni tal-OECD. Ix-xjenzi tal-ħajja jenħtieġ li jinkludu l-applikazzjoni tal-għarfien xjentifiku għal oqsma bħall-bijoloġija, iż-żooloġija, il-botanika, l-ekoloġija, il-fiżjoloġija, il-bijokimika, il-mikrobijoloġija, il-farmakoloġija, l-agronomija, il-mediċina.Il-prodotti mediċinali kritiċi, inklużi l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi, kif elenkati fil-Lista tal-Unjoni ta’ Prodotti Mediċinali Kritiċi, jenħtieġ li jkunu koperti wkoll. L-awtonomija strateġika miftuħa u l-kompetittività tal-Unjoni ma jistgħux jissaħħu mingħajr ma jissaħħu l-ktajjen tal-provvista fis-setturi tat-teknoloġija koperti minn dan ir-Regolament. Għalhekk, l-appoġġ finanzjarju għal proġetti tul il-katina tal-provvista għall-manifattura ta’ teknoloġiji kritiċi jikkontribwixxi wkoll għall-objettivi ta’ STEP. It-teknoloġiji jenħtieġ li jitqiesu kritiċi meta jressqu element innovattiv u mill-aktar avvanzat b’potenzjal ekonomiku sinifikanti għas-Suq Uniku jew jikkontribwixxu għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tad-dipendenzi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta att delegat, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, biex tispeċifika aktar il-kamp ta’ applikazzjoni tat-teknoloġiji f’dawn it-tliet setturi meqjusa bħala kritiċi f’konformità ma’ dan ir-Regolament, sabiex tippromwovi interpretazzjoni komuni tal-proġetti, il-kumpaniji u s-setturi li għandhom jiġu appoġġati taħt il-programmi rispettivi fid-dawl tal-objettiv strateġiku komuni biex jitnaqqsu d-dipendenzi kritiċi. Meta tiddefinixxi d-dipendenzi strateġiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibni fuq il-valutazzjonijiet imwettqa f’dawn l-aħħar snin. (44c) Il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina mill-ġdid l-att delegat fid-dawl tas-sejbiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni interim tagħha mfassal f’konformità ma’ dan ir-Regolament u tadattah għall-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq ta’ dak iż-żmien. Peress li l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti joħloq fehim komprensiv ta’ dawk l-industriji Ewropej li huma meqjusa neċessarji biex jintlaħqu l-miri klimatiċi fl-2050, il-Proġetti Strateġiċi kif identifikati skont ir-Regolament (UE).../... [L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti] li jikkonformaw mal-kriterji ta’ reżiljenza jew ta’ kompetittività tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti, fl-ispirtu tal-aspetti kritiċi tal-proġetti teknoloġiċi kollha skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqies bħala li jissodisfa l-objettivi ta’ STEP. L-istess jenħtieġ li japplika għal Proġetti Strateġiċi identifikati skont ir-Regolament (UE)... [L-Att dwar il-Materja Prima Kritika].

     

    Emenda 6

    Proposta għal regolament

    Premessa 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (5)

    It-tisħiħ tal-kapaċità tal-manifattura ta’ teknoloġiji ewlenin fl-Unjoni mhux se jkun possibbli mingħajr forza tax-xogħol imdaqqsa bil-ħiliet meħtieġa. Madankollu, l-iskarsezzi f’termini ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet żdiedu fis-setturi kollha inklużi dawk meqjusa bħala kruċjali għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u jipperikolaw iż-żieda fit-teknoloġiji essenzjali, anki fil-kuntest tat-tibdil demografiku. Għalhekk, huwa meħtieġ li tingħata spinta li jiżdiedu aktar persuni fis-suq tax-xogħol rilevanti għas-setturi strateġiċi, b’mod partikolari permezz tal-ħolqien ta’ impjiegi u apprendistati għaż-żgħażagħ, għall-persuni żvantaġġati, b’mod partikolari, għaż-żgħażagħ barra mil-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ. Tali appoġġ se jikkomplementa għadd ta’ azzjonijiet oħra mmirati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ħiliet li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, deskritti fl-Aġenda għall-ħiliet tal-UE. (45)

    (5)

    It-tisħiħ tal-kapaċità tal-manifattura ta’ teknoloġiji fis-setturi rilevanti identifikati skont dan ir-Regolament fl-Unjoni mhux se jkun possibbli mingħajr forza tax-xogħol imdaqqsa bil-ħiliet meħtieġa. Madankollu, l-iskarsezzi f’termini ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet, li żdiedu fis-setturi kollha inklużi dawk meqjusa bħala kruċjali għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, huma mistennija jiżdiedu aktar fid-dawl tat-tibdil demografiku u jipperikolaw iż-żieda fit-teknoloġiji fis-setturi rilevanti identifikati skont dan ir-Regolament. Għalhekk, huwa meħtieġ li tingħata spinta għaż-żieda ta’ aktar persuni fis-suq tax-xogħol rilevanti għas-setturi rilevanti, b’mod partikolari permezz ta’ investimenti fit-tagħlim u t-tagħlim tul il-ħajja, it-tisħiħ tal-ħiliet rilevanti, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u apprendistati għal żgħażagħ żvantaġġati barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ. Tali appoġġ se jikkomplementa għadd ta’ azzjonijiet oħra mmirati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ħiliet li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, deskritti fl-Aġenda għall-ħiliet tal-UE. (45) Dawk l-azzjonijiet għandhom rwol importanti x’jaqdu biex jippromwovu mentalità ta’ taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet, jagħtu spinta lill-kompetittività tal-impriżi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-SMEs, u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità bil-ħsieb li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali b’mod soċjalment ekwu, inklużiv u ġust.

    Emenda 7

    Proposta għal regolament

    Premessa 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (6)

    L-iskala tal-investimenti meħtieġa għat-tranżizzjoni teħtieġ mobilizzazzjoni sħiħa tal-finanzjament disponibbli taħt il-programmi u l-fondi eżistenti tal-UE, inklużi dawk li jagħtu garanzija baġitarja għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u l-operazzjonijiet ta’ taħlit. Tali finanzjament jenħtieġ li jintuża b’mod aktar flessibbli, biex jipprovdi appoġġ f’waqtu u mmirat għat-teknoloġiji kritiċi f’setturi strateġiċi. Għalhekk, Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”) jenħtieġ li tagħti tweġiba strutturali għall-ħtiġijiet ta’ investiment tal-Unjoni billi tgħin biex il-fondi eżistenti tal-UE jiġu mmirati aħjar lejn investimenti kritiċi mmirati biex jappoġġaw l-iżvilupp jew il-manifattura ta’ teknoloġiji kritiċi, filwaqt li jiġu ppreservati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-Suq Uniku, u b’hekk tiġi ppreservata l-koeżjoni u jkun hemm fil-mira distribuzzjoni ġeografikament ibbilanċjata ta’ proġetti ffinanzjati taħt STEP f’konformità mal-mandati rispettivi tal-programmi.

    (6)

    Fis-snin li ġejjin se jkunu meħtieġa investimenti sinifikanti biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni b’mod komprensiv, biex tiġi ppreservata l-kompetittività tagħha fis-suq globali u biex jinkisbu t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Il-programmi u l-fondi eżistenti tal-UE, inklużi dawk li jagħtu garanzija baġitarja għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u l-operazzjonijiet ta’ taħlit, jenħtieġ li jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati dawk l-għanijiet. Minbarra l-mobilizzazzjoni sħiħa tiegħu, il-finanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li jintuża b’mod aktar flessibbli, biex jipprovdi appoġġ f’waqtu u mmirat għat-teknoloġiji kritiċi f’setturi rilevanti, filwaqt li jissaħħaħ il-finanzjament għal proġetti madwar l-Unjoni kollha u proġetti transfruntiera. Għalhekk, Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”) jenħtieġ li tgħin biex il-fondi eżistenti tal-Unjoni jiġu mmirati aħjar lejn investimenti kritiċi mmirati biex jappoġġaw l-iżvilupp jew il-manifattura ta’ teknoloġiji fis-setturi rilevanti, filwaqt li jiġu ppreservati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-Suq Uniku, u b’hekk tiġi ppreservata l-koeżjoni u jkun hemm fil-mira distribuzzjoni ġeografikament ibbilanċjata ta’ proġetti ffinanzjati fl-ambitu ta’ STEP f’konformità mal-mandati rispettivi tal-programmi. Filwaqt li tkun miftuħa għal kull Stat Membru, STEP jenħtieġ li tagħmel enfasi speċifiku fuq il-widien tal-industrija b’emissjonijiet żero netti kif definit skont ir-Regolament (UE).../... [L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti], fuq proġetti f’territorji inklużi fil-pjanijiet Territorjali għal tranżizzjoni ġusta kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1056, f’reġjuni anqas żviluppati u f’reġjuni fi tranżizzjoni, kif ukoll f’reġjuni aktar żviluppati fl-Istati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom huwa taħt il-medja tal-UE tal-EU-27 skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) u kkalkolata abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2015-2017.

    Emenda 8

    Proposta għal regolament

    Premessa 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (7)

    STEP jenħtieġ li tidentifika r-riżorsi li jenħtieġ li jiġu implimentati fi ħdan il-programmi u l-fondi eżistenti tal-Unjoni, InvestEU, Orizzont Ewropa, il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Fond għall-Innovazzjoni. Dan jenħtieġ li jkun akkumpanjat mill-għoti ta’ finanzjament addizzjonali ta’ EUR 10 biljun. Minn dan, EUR 5 biljun jenħtieġ li jintużaw biex tiżdied id-dotazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni (46) u EUR 3 biljun biex jiżdied l-ammont totali tal-garanzija tal-UE disponibbli għall-kompartiment tal-UE skont ir-Regolament dwar InvestEU għal EUR 7,5 biljun,  (47) filwaqt li titqies ir-rata ta’ proviżjonament rilevanti. EUR 0,5 biljunjenħtieġ li jkunu disponibbli biex jiżdied il-pakkett finanzjarju skont ir-Regolament dwar Orizzont Ewropa, (48) li jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq; u EUR 1,5 biljungħall-Fond Ewropew għad-Difiża. (49)

    (7)

    STEP jenħtieġ li tidentifika r-riżorsi disponibbli fi ħdan il-programmi u l-fondi eżistenti tal-Unjoni, jiġifieri InvestEU, Orizzont Ewropa, l-UE għas-Saħħa, Ewropa Diġitali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Fond għall-Innovazzjoni, għal proġetti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP. Dan jenħtieġ li jkun akkumpanjat mill-għoti ta’ finanzjament addizzjonali tal-Unjoni ta’ EUR 13-il biljun. Minn dan, EUR 5 biljun jenħtieġ li jintużaw biex tiżdied id-dotazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni (46) u EUR 4,2 biljun biex jiżdied l-ammont totali tal-garanzija tal-UE disponibbli għall-kompartiment tal-UE skont ir-Regolament dwar InvestEU  (47) għal EUR 10,5 biljun, filwaqt li titqies ir-rata ta’ proviżjonament rilevanti. EUR 1,3 biljun jenħtieġ li jkunu disponibbli biex jiżdied il-pakkett finanzjarju skont ir-Regolament dwar Orizzont Ewropa, (48) li jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq; u EUR 2,5 biljun għall-Fond Ewropew għad-Difiża. (49)

    Emenda 9

    Proposta għal regolament

    Premessa 8

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (8)

    Jenħtieġ li jingħata Siġill tas-Sovranità lil proġetti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP, dment li l-proġett ikun ġie vvalutat u jikkonforma mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità, b’mod partikolari l-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni u tal-għoti, ipprovduti minn sejħa għal proposti taħt Orizzont Ewropa, il-programm Ewropa Diġitali (50), il-programm l-UE għas-Saħħa (51), il-Fond Ewropew għad-Difiża jew il-Fond għall-Innovazzjoni, u irrispettivament minn jekk il-proġett ikunx irċieva fondi taħt dawk l-istrumenti. Dawn ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità se jiġu stabbiliti bil-għan li jiġu identifikati proġetti ta’ kwalità għolja. Dan is-Siġill jenħtieġ li jintuża bħala tikketta ta’ kwalità, biex jgħin lill-proġetti jattiraw investimenti pubbliċi u privati billi jiċċertifika l-kontribut tal-proġett għall-objettivi ta’ STEP. Barra minn hekk, is-Siġill se jippromwovi aċċess aħjar għall-fondi tal-UE, b’mod partikolari billi jiffaċilita l-finanzjament kumulattiv jew ikkombinat minn diversi strumenti tal-Unjoni.

    (8)

    Jenħtieġ li jingħata Siġill tas-Sovranità lil proġetti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP, b’kunsiderazzjoni għall-kontribuzzjoni tal-proġetti li jsaħħu u jistrutturaw networks industrijali lokali u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-impjiegi, dment li l-proġett ikun ġie vvalutat u jikkonforma mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità, b’mod partikolari l-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni u tal-għoti, ipprovduti minn sejħa għal proposti taħt Orizzont Ewropa, il-programm Ewropa Diġitali (50), il-programm l-UE għas-Saħħa (51), il-Fond Ewropew għad-Difiża, j il-Fond għall-Innovazzjoni, jew il-fondi għall-politika ta’ koeżjoni, u irrispettivament minn jekk il-proġett ikunx irċieva fondi taħt dawk l-istrumenti. Dawn ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità se jiġu stabbiliti bil-għan li jiġu identifikati proġetti ta’ kwalità għolja. Proġetti strateġiċi kif identifikati skont ir-Regolament (UE) .../...[l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti] li jikkonformaw mal-kriterji ta’ reżiljenza jew ta’ kompetittività tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti huma meqjusa li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jew bit-tnaqqis jew il-prevenzjoni ta’ dipendenzi strateġiċi jew inkella bil-kisba ta’ element innovattiv u mill-aktar avvanzat għas-Suq Uniku. Għalhekk, dawn il-Proġetti Strateġiċi skont ir-Regolament (UE).../... [l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti] jenħtieġ li jingħataw Siġill ta’ Sovranità. L-istess kif il-Proġetti Strateġiċi kollha identifikati skont ir-Regolament (UE)... [l-Att dwar il-Materja Prima Kritika] għandhom l-għan li jissodisfaw l-objettivi ta’ din il-Pjattaforma, u jenħtieġ li jingħataw Siġill ta’ Sovranità wkoll. Sabiex jiġu promossi proġetti li eventwalment se jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-dipendenza strateġika Ewropea minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li s-Siġill jingħata biss lil proġetti ġestiti minn entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż terz assoċjat mal-programm rilevanti. Fl-istess spirtu, jekk il-proġett ikun ġestit minn diversi entitajiet legali, jenħtieġ li s-Siġill jingħata biss lill-proġett, jekk mill-inqas entità legali indipendenti waħda tkun stabbilita fi Stat Membru u mill-inqas żewġ entitajiet legali indipendenti oħra jkunu stabbiliti fi Stati Membri jew pajjiżi assoċjati differenti. Dan is-Siġill jenħtieġ li jintuża bħala tikketta ta’ kwalità, biex jgħin lill-proġetti jattiraw investimenti pubbliċi u privati billi jiċċertifika l-kontribut tal-proġett għall-objettivi ta’ STEP. Barra minn hekk, is-Siġill se jippromwovi aċċess aħjar għall-fondi tal-UE, b’mod partikolari billi jiffaċilita l-finanzjament kumulattiv jew ikkombinat minn diversi strumenti tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa wkoll iqisu s-Siġill tas-Sovranità meta jagħtu appoġġ finanzjarju permezz tal-programmi tagħhom stess.

    Emenda 10

    Proposta għal regolament

    Premessa 9

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (9)

    Għal dak il-għan, jenħtieġ li jkun possibbli li jittieħdu bħala bażi l-valutazzjonijiet magħmula għall-finijiet ta’ programmi oħra tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 126 u 127 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, (52) sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u jiġi mħeġġeġ l-investiment f’teknoloġiji ta’ prijorità. Sakemm jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-RRF, (53) l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-inklużjoni ta’ azzjonijiet mogħtija s-Siġill tas-Sovranità meta jkunu qed iħejju l-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza u meta jiddeċiedu dwar proġetti ta’ investiment li għandhom jiġu ffinanzjati mis-sehem tagħhom tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. Is-Siġill tas-Sovranità jenħtieġ li jitqies ukoll mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI u tal-verifika tal-politika stabbilita fl-Artikolu 23 tar-Regolament dwar InvestEU. Barra minn hekk, is-sħab ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jkunu meħtieġa jeżaminaw proġetti li jkunu ngħataw is-Siġill tas-Sovranità f’każ li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u tal-attività tagħhom f’konformità mal-Artikolu 26(5) ta’ dak ir-Regolament. L-awtoritajiet inkarigati mill-programmi li jaqgħu taħt STEP jenħtieġ li jiġu mħeġġa wkoll jikkunsidraw l-appoġġ għal proġetti strateġiċi identifikati f’konformità mal-Atti dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti u dwar il-Materja Prima Kritika li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament u li għalihom jistgħu japplikaw regoli dwar il-finanzjament kumulattiv.

    (9)

    Għal dak il-għan, jenħtieġ li jkun possibbli li jittieħdu bħala bażi l-valutazzjonijiet magħmula għall-finijiet ta’ programmi oħra tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 126 u 127 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, (52) sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u jiġi mħeġġeġ l-investiment f’teknoloġiji ta’ prijorità. Sakemm jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-RRF, (53) l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-inklużjoni ta’ proġetti mogħtija s-Siġill tas-Sovranità meta jkunu qed jirrevedu l-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza u meta jiddeċiedu dwar proġetti ta’ investiment li għandhom jiġu ffinanzjati mis-sehem tagħhom tal-Fond għall-Modernizzazzjoni. Is-Siġill tas-Sovranità jenħtieġ li jitqies ukoll mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI u tal-verifika tal-politika stabbilita fl-Artikolu 23 tar-Regolament dwar InvestEU. Barra minn hekk, is-sħab ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jkunu meħtieġa jeżaminaw proġetti li jkunu ngħataw is-Siġill tas-Sovranità f’każ li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u tal-attività tagħhom f’konformità mal-Artikolu 26(5) ta’ dak ir-Regolament. L-awtoritajiet inkarigati mill-programmi li jaqgħu taħt STEP jenħtieġ li jikkunsidraw l-appoġġ għal proġetti strateġiċi identifikati f’konformità mar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti] u r-Regolament .../...[l-Att dwar il-Materja Prima Kritika] li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li għalihom jistgħu japplikaw regoli dwar il-finanzjament kumulattiv.

    Emenda 11

    Proposta għal regolament

    Premessa 9a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (9a)

    Sabiex tiġi żgurata awtonomija strateġika miftuħa u tissaħħaħ il-valorizzazzjoni tas-suq tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni f’teknoloġiji kritiċi, l-Unjoni jeħtiġilha taġixxi bħala entità li tistabbilixxi l-istandards kif deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2022 intitolata “Strateġija tal-UE dwar l-Istandardizzazzjoni: L-istabbiliment ta’ standards globali b’appoġġ għal suq uniku tal-UE reżiljenti, ekoloġiku u diġitali”, Għaldaqstant, il-proġetti li fil-proposta tagħhom jinkludu sforzi ta’ standardizzazzjoni jenħtieġ li jingħataw preferenza fil-programmi kollha tal-Unjoni li jipprovdu finanzjament fl-ambitu ta’ STEP. Barra minn hekk, huwa fundamentali li l-proġetti taħt STEP jikkunsidraw l-istandardizzazzjoni fl-implimentazzjoni tagħhom, sabiex jaċċelleraw u jespandu l-użu ta’ teknoloġija partikolari fis-Suq Uniku kollu. Barra minn hekk, l-allinjament tal-istandards internazzjonali mal-interessi Ewropej jista’ jiżgura tmexxija teknoloġika u kundizzjonijiet ekwi globalment. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu sforzi speċifiċi biex jappoġġaw il-proġetti fl-ambitu ta’ STEP u jinvolvu ruħhom attivament fl-iżvilupp ta’ standards u fi ħdan standardizzazzjoni nazzjonali, Ewropea u, meta jkun il-każ, internazzjonali.

    Emenda 12

    Proposta għal regolament

    Premessa 9b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (9b)

    Peress li l-fiduċja hija element kruċjali għall-investimenti, jenħtieġ li tiġi stabbilita struttura ta’ governanza li tiżgura li STEP tiġi implimentata b’mod effettiv, effiċjenti, ġust u trasparenti. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi Kumitat STEP magħmul minn esperti dwar diversi teknoloġiji koperti minn dan ir-Regolament kif ukoll dwar il-programmi u l-fondi tal-Unjoni li jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-Pjattaforma. Il-Kumitat STEP jenħtieġ li jkun inkarigat mill-għoti u l-promozzjoni tas-Siġill ta’ Sovranità u l-ġestjoni tal-Portal tas-Sovranità u jassumi rwol ta’ koordinazzjoni bejn id-diversi networks u partijiet ikkonċernati li huma rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjattaforma. Minħabba li t-teknoloġiji koperti minn dan ir-Regolament qed jevolvu b’mod kostanti, jenħtieġ li jitwaqqaf Grupp Konsultattiv Industrijali dwar it-Teknoloġiji Strateġiċi li jassisti lill-Kummissjoni billi joffri pariri dwar l-aħħar żviluppi teknoloġiċi u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom is-setturi kkonċernati. Dan il-Grupp jenħtieġ li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-industrija tal-Unjoni tas-setturi koperti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jitqies il-bilanċ ġeografiku fi ħdan il-Grupp Konsultattiv Industrijali.

    Emenda 13

    Proposta għal regolament

    Premessa 10

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (10)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi sit web ġdid disponibbli għall-pubbliku (il-“Portal tas-Sovranità”) biex jipprovdi informazzjoni dwar l-appoġġ disponibbli lill-kumpaniji u lill-promoturi tal-proġetti li jfittxu fondi għal investimenti ta’ STEP. Għal dak il-għan, jenħtieġ li dan juri b’mod aċċessibbli u faċli għall-utent l-opportunitajiet ta’ finanzjament għal investimenti ta’ STEP disponibbli taħt il-baġit tal-UE. Dan jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar programmi ġestiti direttament, bħal Orizzont Ewropa, il-programm Ewropa Diġitali, il-programm l-UE għas-Saħħa, u l-Fond għall-Innovazzjoni, kif ukoll programmi oħra bħal InvestEU, l-RRF, u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni. Barra minn hekk, il-Portal tas-Sovranità jenħtieġ li jgħin biex tiżdied il-viżibbiltà għal investimenti ta’ STEP fir-rigward tal-investituri, billi jelenka l-proġetti li ngħataw Siġill tas-Sovranità. Jenħtieġ li l-Portal jelenka wkoll l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli biex jaġixxu bħala punti ta’ kuntatt għall-implimentazzjoni ta’ STEP fil-livell nazzjonali.

    (10)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi sit web ġdid disponibbli għall-pubbliku (il-“Portal tas-Sovranità”) biex jipprovdi informazzjoni dwar l-appoġġ disponibbli għall-proġetti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-kumpaniji u tal-promoturi tal-proġetti li jfittxu fondi għal proġetti ta’ STEP fl-ambitu tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni, il-Portal tas-Sovranità jenħtieġ li juri b’mod aċċessibbli u faċli għall-utent l-opportunitajiet ta’ finanzjament għal investimenti ta’ STEP disponibbli taħt il-baġit tal-UE. Dan jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-programmi tal-Unjoni ġestiti direttament Orizzont Ewropa, Ewropa Diġitali, il-programm l-UE għas-Saħħa, il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Fond għall-Innovazzjoni, u sorsi oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni, jiġifieri InvestEU, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni. Sabiex tiżdied l-utilità tal-Portal ta’ Sovranità għall-promoturi tal-proġetti, il-Portal jenħtieġ li jinkludi simulatur rapidu biex jagħti gwida dwar liema programm jew fond tal-Unjoni jista’ jkun eliġibbli għal proġett individwali, mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u mingħajr ma jkun legalment vinkolanti. Barra minn hekk, il-Portal tas-Sovranità jenħtieġ li jgħin biex tiżdied il-viżibbiltà għal investimenti ta’ STEP fir-rigward tal-investituri, billi jelenka l-proġetti li ngħataw Siġill tas-Sovranità. Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ proġetti relatati mas-sigurtà u d-difiża jenħtieġ li tiġi vvalutata fuq bażi ta’ każ b’każ u tkun limitata għal proġetti fejn il-pubblikazzjoni titqies meħtieġa mill-promotur tal-proġett jew mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-ħtieġa li tiġi protetta l-kunfidenzjalità tas-sigurtà tal-informazzjoni fi kwistjonijiet ta’ difiża. Jenħtieġ li l-Portal jelenka wkoll l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli biex jaġixxu bħala punti ta’ kuntatt għall-implimentazzjoni ta’ STEP fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-komplementarjetà tal-Portal ma’ pjattaformi simili oħra, fosthom il-Pjattaforma NZIA, u jenħtieġ li tevita l-burokrazija żejda kif ukoll il-piżijiet amministrattivi.

    Emenda 14

    Proposta għal regolament

    Premessa 10a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (10a)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Pjattaforma biex issegwi l-progress lejn l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-monitoraġġ jitwettaq b’mod li jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqa fl-ambitu tal-Pjattaforma biex jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piż amministrattiv, b’mod partikolari għall-benefiċjarji tal-finanzjament. Sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Pjattaforma taħt kull wieħed mill-programmi u l-fondi, dwar in-nefqa globali ta’ STEP iffinanzjata fl-ambitu tal-programmi u l-fondi rispettivi, u dwar il-prestazzjoni ta’ STEP abbażi tal-indikaturi tal-prestazzjoni previsti minn dawk il-programmi. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kontribut kwalitattiv u kwantitattiv tal-Pjattaforma għal proġetti transfruntiera u għal proġetti għal kull Stat Membru.

    Emenda 15

    Proposta għal regolament

    Premessa 11

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (11)

    Filwaqt li STEP tibbaża fuq ir-riprogrammazzjoni u t-tisħiħ tal-programmi eżistenti għall-appoġġ għal investimenti strateġiċi, hija wkoll element importanti għall-ittestjar tal-fattibbiltà u t-tħejjija ta’ interventi ġodda bħala pass lejn Fond Ewropew għas-Sovranità. L-evalwazzjoni fl-2025 se tivvaluta r-rilevanza tal-azzjonijiet meħuda u sservi bħala bażi għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal żieda fl-appoġġ għal setturi strateġiċi.

    (11)

    Filwaqt li STEP tibbaża fuq ir-riprogrammazzjoni u t-tisħiħ tal-programmi eżistenti għall-appoġġ għal investimenti strateġiċi u t-tnaqqis ta’ dipendenzi tal-Unjoni, hija wkoll element importanti għall-ittestjar tal-fattibbiltà u t-tħejjija ta’ interventi ġodda li jipprovdu l-azzjoni strutturali neċessarja għall-bżonnijiet ta’ investiment tal-Unjoni. B’mod partikolari, jista’ jitqies bħala pass lejn l-istabbiliment ta’ Fond Ewropew għas-Sovranità li jista’ jikkontribwixxi għat-tfassil u t-tisħiħ ta’ politika industrijali Ewropea billi jipprovdi aktar finanzjament lill-industrija Ewropea fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta’ wara l-2027. L-evalwazzjoni interim fl-2025 se tivvaluta r-rilevanza tal-azzjonijiet meħuda u toffri aġġornament tal-istat tad-dipendenzi tal-Unjoni u tas-setturi l-aktar strateġiċi bil-għan li tissaħħaħ l-awtonomija tagħha b’mod komprensiv. Fl-evalwazzjoni interim, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll il-fattibbiltà tal-espansjoni tal-Portal għas-Sovranità biex tikkombina s-siti web eżistenti kollha disponibbli għall-pubbliku u tipprovdi informazzjoni dwar il-programmi u l-fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni diretta, kondiviża u indiretta f’Portal uniku wieħed. L-evalwazzjoni interim jenħtieġ li sservi bħala bażi għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal żieda fl-appoġġ għal setturi strateġiċi fil-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027, bil-ħsieb li jiġu indirizzati aħjar l-isfidi identifikati u jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni f’dan il-qasam.

    Emenda 16

    Proposta għal regolament

    Premessa 12

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (12)

    Id-Direttiva 2003/87/KE (54) jenħtieġ li tiġi emendata biex tippermetti finanzjament addizzjonali b’pakkett finanzjarju għall-perjodu 2024-2027 ta’ EUR 5 biljun. Il-Fond għall-Innovazzjoni jappoġġa l-investimenti f’teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, li huwa kamp ta’ applikazzjoni li għandu jiġi kopert minn STEP. Għalhekk, iż-żieda fil-volum tal-Fond għall-Innovazzjoni jenħtieġ li tippermetti li jiġi pprovdut finanzjament li jwieġeb għall-objettiv li jiġu appoġġati l-iżvilupp jew il-manifattura fl-Unjoni ta’ teknoloġiji nodfa kritiċi. F’konformità mal-objettivi li tiġi żgurata l-koeżjoni u li jiġi promoss is-Suq Uniku, u sabiex jiġu appoġġati t-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji nodfa madwar l-Unjoni, il-pakkett finanzjarju addizzjonali jenħtieġ li jsir disponibbli permezz ta’ sejħiet għal proposti miftuħa għal entitajiet minn Stati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom huwa taħt il-medja tal-UE tal-EU-27 skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) u kkalkulata abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2015-2017.

    (12)

    Id-Direttiva 2003/87/KE (54) jenħtieġ li tiġi emendata biex tippermetti finanzjament addizzjonali b’pakkett finanzjarju għall-perjodu 2024-2027 ta’ EUR 5 biljun li għandhom jiġu provduti mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-Fond għall-Innovazzjoni jappoġġa l-investimenti f’teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, li huwa kamp ta’ applikazzjoni li għandu jiġi kopert minn STEP. Għalhekk, iż-żieda fil-volum tal-Fond għall-Innovazzjoni jenħtieġ li tippermetti li jiġi pprovdut finanzjament li jwieġeb għall-objettiv li jiġu appoġġati l-iżvilupp jew il-manifattura fl-Unjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti. F’konformità mal-objettivi li jiġu żgurati l-koeżjoni ekonomika, soċjali, u territorjali u li jiġi promoss is-Suq Uniku, u sabiex jiġu appoġġati t-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti madwar l-Unjoni, il-pakkett finanzjarju addizzjonali jenħtieġ li jsir disponibbli permezz ta’ sejħiet għal proposti għal Proġetti Strateġiċi kif definit fir-Regolament UE (.../...) [l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti], sakemm jikkonformaw mal-kriterji ta’ reżiljenza jew ta’ kompetittività fil-proċess ta’ għażla ta’ proġetti strateġiċi. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-pakkett finanzjarju jenħtieġ li jkun disponibbli f’partijiet ekwi għal entitajiet minn Istati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom huwa taħt il-medja tal-UE tal-EU-27 skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) u kkalkulat abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2015-2017 u għall-entitajiet mill-Istati Membri kollha. L-assistenza teknika lill-Istati Membri b’livell baxx ta’ parteċipazzjoni, kif previst fl-aktar reviżjoni reċenti tad-Direttiva ETS jenħtieġ li tinżamm f’dawn is-sejħiet għal proposti kollha.

    Emenda 17

    Proposta għal regolament

    Premessa 13

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (13)

    Sabiex jiġu estiżi l-possibbiltajiet ta’ appoġġ għall-investimenti mmirati lejn it-tisħiħ tal-iżvilupp industrijali u t-tisħiħ tal-ktajjen tal-valur f’setturi strateġiċi, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ mill-FEŻR jenħtieġ li jiġi estiż billi jiġu previsti objettivi speċifiċi ġodda taħt il-FEŻR, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa u tal-infiq fuq il-klima kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060 (55) u fir-Regolament (UE) 2021/1058 (56). F’setturi strateġiċi, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jiġu appoġġati investimenti produttivi f’intrapriżi oħra għajr l-SMEs, li jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-iżvilupp ta’ reġjuni anqas żviluppati u ta’ reġjuni fi tranżizzjoni, kif ukoll f’reġjuni aktar żviluppati tal-Istati Membri bi PDG per capita taħt il-medja tal-UE. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma mħeġġa jippromwovu l-kollaborazzjoni bejn l-intrapriżi kbar u l-SMEs lokali, il-ktajjen tal-provvista, l-innovazzjoni u l-ekosistemi tat-teknoloġija. Dan jippermetti t-tisħiħ tal-kapaċità globali tal-Ewropa li ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha f’dawk is-setturi billi tipprovdi aċċess għall-Istati Membri kollha għal investimenti bħal dawn, u b’hekk jiġi miġġieled ir-riskju li jiżdiedu d-disparitajiet.

    (13)

    Sabiex jiġu estiżi l-possibbiltajiet ta’ appoġġ għall-investimenti mmirati lejn it-tisħiħ tal-iżvilupp industrijali u t-tisħiħ tal-ktajjen tal-valur f’setturi strateġiċi, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ mill-FEŻR jenħtieġ li jiġi estiż billi jiġu previsti objettivi speċifiċi ġodda taħt il-FEŻR, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa u tal-infiq fuq il-klima kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060 (55) u fir-Regolament (UE) 2021/1058 (56). F’setturi strateġiċi, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jiġu appoġġati investimenti produttivi f’intrapriżi b’iffukar fuq l-SMEs, u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja li jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-iżvilupp ta’ reġjuni anqas żviluppati u ta’ reġjuni fi tranżizzjoni, kif ukoll f’reġjuni aktar żviluppati tal-Istati Membri bi PDG per capita taħt il-medja tal-UE. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma mħeġġa jippromwovu l-kollaborazzjoni bejn l-intrapriżi kbar u l-SMEs lokali, il-ktajjen tal-provvista, l-innovazzjoni u l-ekosistemi tat-teknoloġija. Dan jippermetti t-tisħiħ tal-kapaċità globali tal-Ewropa li ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha f’dawk is-setturi billi tipprovdi aċċess għall-Istati Membri kollha għal investimenti bħal dawn, u b’hekk jiġi miġġieled ir-riskju li jiżdiedu d-disparitajiet. Ir-riżorsi pprogrammati għal dawn l-objettivi speċifiċi l-ġodda jenħtieġ li jkunu limitati għal massimu ta’ 20 % tal-allokazzjoni inizjali tal-FEŻR f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1058.

    Emenda 18

    Proposta għal regolament

    Premessa 14

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (14)

    Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-JTF, stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1056 (57) , jenħtieġ li jiġi estiż ukoll biex ikopri l-investimenti f’teknoloġiji nodfa li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP minn intrapriżi kbar, dment li jkunu kompatibbli mal-kontribut mistenni għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika kif stabbilit fil-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta. Jenħtieġ li l-appoġġ ipprovdut għal tali investimenti ma jirrikjedix reviżjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta fejn dik ir-reviżjoni tkun marbuta esklużivament mal-analiżi tal-lakuni li tiġġustifika l-investiment mill-perspettiva tal-ħolqien tal-impjiegi.

    (14)

    Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-JTF, stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1056 (57) jenħtieġ li jiġi estiż ukoll biex ikopri investimenti f’teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u jindirizza l-iskarsezzi f’termini ta’ ħaddiema u l-ħiliet bħala appoġġ għal dawn l-investimenti, li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP minn intrapriżi b’enfasi fuq l-SMEs u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, dment li jkunu kompatibbli mal-kontribut mistenni għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika kif stabbilit fil-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta. Fil-kuntest ta’ appoġġ għal intrapriżi li mhumiex SMEs, għandha tingħata kunsiderazzjoni wkoll lill-investimenti li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ apprendistati u impjiegi jew li jipprovdu edukazzjoni jew taħriġ għal ħiliet ġodda. Jenħtieġ li l-appoġġ ipprovdut għal tali investimenti ma jirrikjedix reviżjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta.

    Emenda 19

    Proposta għal regolament

    Premessa 14a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (14a)

    L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jittrasferixxu, totalment jew parzjalment, l-allokazzjoni proviżorja tagħhom mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit lejn il-FEŻR jew FSE+, dment li dawn ikunu intiżi li jappoġġaw l-investimenti produttivi, fatt li jista’ jagħti kontribut sinifikanti lill-iżvilupp tar-reġjuni anqas żviluppati u tar-reġjuni fi tranżizzjoni, kif ukoll f’reġjuni aktar żviluppati tal-Istati Membri li għandhom PDG per capita anqas mill-medja tal-UE, anke f’dawk ir-reġjuni u f’dawk il-komunitajiet lokali li l-aktar intlaqtu b’mod negattiv mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. L-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi li STEP tiġi ffinanzjata fl-ambitu tal-FEŻR u l-FSE+ u tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit jistgħu jaqdu skopijiet simili u għandhom kontenut simili billi t-tnejn li huma, fl-aħħar mill-aħħar, jippermettu t-tisħiħ tal-kapaċità kumplessiva tal-Ewropa li tqawwi l-pożizzjoni tagħha f’ċerti setturi permezz tal-għoti lill-Istati Membri ta’ aċċess għal tali investimenti, b’hekk jiġi kontrobilanċjat ir-riskju li jiżdiedu d-disparitajiet u li jittaffu l-impatti negattivi fuq il-koeżjoni soċjali u territorjali.

    Emenda 20

    Proposta għal regolament

    Premessa 14b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (14b)

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom ukoll il-possibbiltà li jittrasferixxu l-allokazzjoni proviżorja kollha tagħhom jew parti minnha mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit lill-JTF, dment li dawn ir-riżorsi jappoġġaw azzjonijiet li huma konformi mal-Pjanijiet Territorjali għal Tranżizzjoni Ġusta approvati, inkluż fir-reġjuni ta’ tranżizzjoni ġusta li huma, direttament jew indirettament, l-aktar milquta mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Kemm il-JTF kif ukoll ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit jistgħu jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP peress li t-tnejn għandhom l-għan li essenzjalment jippermettu d-diversifikazzjoni ekonomika reġjonali u jsaħħu l-kapaċità kumplessiva tal-Ewropa li tqawwi l-pożizzjoni tagħha f’ċerti setturi permezz tal-għoti lill-Istati Membri ta’ aċċess għal tali investimenti, u b’hekk jiġi kontrobilanċjat ir-riskju li jiżdiedu d-disparitajiet u li jittaffu l-impatti negattivi fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

    Emenda 21

    Proposta għal regolament

    Premessa 16

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (16)

    Sabiex jgħin biex jiġu aċċellerati l-investimenti u tiġi pprovduta likwidità immedjata għall-investimenti li jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP taħt il-FEŻR, il-FSE+ (59) u l-JTF, jenħtieġ li jiġi pprovdut ammont addizzjonali ta’ prefinanzjament eċċezzjonali fil-forma ta’ pagament ta’ darba fir-rigward tal-prijoritajiet iddedikati għal investimenti li jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP. Il-prefinanzjament addizzjonali jenħtieġ li japplika għall-allokazzjoni kollha tal-JTF minħabba l-ħtieġa li titħaffef l-implimentazzjoni tiegħu u r-rabtiet b’saħħithom tal-JTF biex l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-ilħuq tal-objettivi ta’ STEP. Ir-regoli li japplikaw għal dawk l-ammonti ta’ prefinanzjament eċċezzjonali jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-regoli applikabbli għall-prefinanzjament stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060. Barra minn hekk, biex tiġi inċentivata aktar l-adozzjoni ta’ investimenti bħal dawn u tiġi żgurata l-implimentazzjoni aktar rapida tagħhom, jenħtieġ li tkun disponibbli l-possibbiltà ta’ rata ta’ finanzjament miżjuda tal-UE ta’ 100 % għall-prijoritajiet ta’ STEP. Fl-implimentazzjoni tal-objettivi l-ġodda ta’ STEP, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma mħeġġa japplikaw ċerti kriterji soċjali jew jippromwovu eżiti pożittivi soċjali, bħall-ħolqien ta’ apprendistati u impjiegi għaż-żgħażagħ żvantaġġati, b’mod partikolari ż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ, l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti soċjali fid-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku meta proġett jiġi implimentat minn korp soġġett għall-akkwist pubbliku, u l-ħlas tal-pagi applikabbli kif miftiehem permezz ta’ negozjar kollettiv.

    (16)

    Sabiex jgħin biex jiġu aċċellerati l-investimenti u tiġi pprovduta likwidità immedjata għall-investimenti li jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP taħt il-FEŻR, il-FSE+ (59) u l-JTF, jenħtieġ li jiġi pprovdut ammont addizzjonali ta’ prefinanzjament eċċezzjonali fil-forma ta’ pagament ta’ darba fir-rigward tal-prijoritajiet iddedikati għal investimenti li jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP. Il-prefinanzjament addizzjonali jenħtieġ li japplika għall-allokazzjoni kollha tal-JTF minħabba l-ħtieġa li titħaffef l-implimentazzjoni tiegħu u r-rabtiet b’saħħithom tal-JTF biex l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-ilħuq tal-objettivi ta’ STEP. Ir-regoli li japplikaw għal dawk l-ammonti ta’ prefinanzjament eċċezzjonali jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-regoli applikabbli għall-prefinanzjament stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060. Barra minn hekk, biex tiġi inċentivata aktar l-adozzjoni ta’ investimenti bħal dawn u tiġi żgurata l-implimentazzjoni aktar rapida tagħhom, jenħtieġ li tkun disponibbli l-possibbiltà ta’ rata ta’ finanzjament miżjuda tal-UE sa 100 % għall-prijoritajiet ta’ STEP. Fl-implimentazzjoni tal-objettivi l-ġodda ta’ STEP, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma mħeġġa japplikaw ċerti kriterji soċjali u jippromwovu eżiti pożittivi soċjali, bħall-ħolqien ta’ apprendistati u impjiegi ta’ kwalità għaż-żgħażagħ żvantaġġati, b’mod partikolari ż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ, l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti soċjali fid-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku meta proġett jiġi implimentat minn korp soġġett għall-akkwist pubbliku, u l-ħlas tal-pagi applikabbli kif miftiehem permezz ta’ negozjar kollettiv.

    Emenda 22

    Proposta għal regolament

    Premessa 18

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (18)

    Il-qafas regolatorju għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020 ġie adattat fl-aħħar snin biex jipprovdi lill-Istati Membri u lir-reġjuni bi flessibbiltà addizzjonali f’termini tar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u b’aktar likwidità biex jiġu indirizzati l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra jew l-aggressjoni kontra l-Ukrajna. Dawn il-miżuri, introdotti fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni, jeħtieġu biżżejjed żmien u riżorsi amministrattivi biex jiġu sfruttati u implimentati bis-sħiħ; dan fi żmien ukoll fejn l-Istati Membri se jiffokaw ir-riżorsi fuq ir-reviżjoni tal-programmi operazzjonali tal-2021-2027 marbuta mal-objettivi ta’ STEP. Bil-għan li jittaffa l-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet tal-programm u li jiġi evitat it-telf possibbli ta’ fondi fl-għeluq għal raġunijiet purament amministrattivi, l-iskadenzi għall-għeluq amministrattiv tal-programmi skont il-perjodu 2014-2020 jenħtieġ li jiġu estiżi fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (61) u fir-Regolament (UE) Nru 223/2014 (62). B’mod aktar speċifiku, l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ dik l-applikazzjoni għal pagament finali jenħtieġ li tiġi estiża bi 12-il xahar. Barra minn hekk, l-iskadenza għas-sottomissjoni tad-dokumenti tal-għeluq jenħtieġ li tiġi estiża wkoll bi 12-il xahar. Fil-kuntest ta’ din l-emenda, huwa xieraq li jiġi ċċarat li d-distribuzzjoni tal-ikel u tal-materjal mixtrija sa tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà (tmiem l-2023) tista’ tkompli wara dik id-data. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni tajba tal-baġit tal-UE u r-rispett għal-limiti massimi tal-pagamenti, il-pagamenti li għandhom isiru fl-2025 jenħtieġ li jiġu limitati għal massimu ta’ 1 % tal-approprjazzjonijiet finanzjarji minn riżorsi taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal kull programm. L-ammonti dovuti li jaqbżu l-limitu massimu ta’ 1 % tal-approprjazzjonijiet tal-programm għal kull fond għall-2025 mhux se jitħallsu fl-2025 u lanqas fis-snin sussegwenti iżda jintużaw biss għall-approvazzjoni tal-prefinanzjament. L-ammonti mhux użati għandhom jiġu diżimpenjati f’konformità mar-regoli ġenerali għad-diżimpenn fl-għeluq.

    (18)

    Il-qafas regolatorju għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020 ġie adattat fl-aħħar snin biex jipprovdi lill-Istati Membri u lir-reġjuni bi flessibbiltà addizzjonali f’termini tar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u b’aktar likwidità biex jiġu indirizzati l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra jew l-aggressjoni kontra l-Ukrajna. Dawn il-miżuri jeħtieġu biżżejjed żmien u riżorsi amministrattivi biex jiġu sfruttati u implimentati bis-sħiħ; dan fi żmien ukoll fejn l-Istati Membri se jiffokaw ir-riżorsi fuq ir-reviżjoni tal-programmi operazzjonali tal-2021-2027 marbuta mal-objettivi ta’ STEP. Bil-għan li jittaffa l-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet tal-programm u li jiġi evitat it-telf possibbli ta’ fondi fl-għeluq għal raġunijiet purament amministrattivi, l-iskadenzi għall-għeluq amministrattiv tal-programmi skont il-perjodu 2014-2020 jenħtieġ li jiġu estiżi fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (61) u fir-Regolament (UE) Nru 223/2014 (62). B’mod aktar speċifiku, l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ dik l-applikazzjoni għal pagament finali jenħtieġ li tiġi estiża bi 12-il xahar. Barra minn hekk, l-iskadenza għas-sottomissjoni tad-dokumenti tal-għeluq jenħtieġ li tiġi estiża wkoll bi 12-il xahar. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jissottomettu l-applikazzjoni tal-pagament finali sat-30 ta’ Ġunju 2025 u d-dokumenti finali msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 sal-15 ta’ Frar 2026, sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jiffinalizzaw il-proċessi marbuta mal-għeluq tal-proġetti. Fil-kuntest ta’ din l-emenda, huwa xieraq li jiġi ċċarat li d-distribuzzjoni tal-ikel u tal-materjal mixtrija sa tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà (tmiem l-2023) tista’ tkompli wara dik id-data. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni tajba tal-baġit tal-UE u r-rispett għal-limiti massimi tal-pagamenti, il-pagamenti li għandhom isiru fl-2025 jenħtieġ li jiġu limitati għal massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet finanzjarji minn riżorsi taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal kull programm. L-ammonti dovuti li jaqbżu l-limitu massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet tal-programm għal kull fond għall-2025 mhux se jitħallsu fl-2025 u lanqas fis-snin sussegwenti iżda jintużaw biss għall-approvazzjoni tal-prefinanzjament. L-ammonti mhux użati għandhom jiġu diżimpenjati f’konformità mar-regoli ġenerali għad-diżimpenn fl-għeluq. Filwaqt li jitqiesu l-isfidi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi kif definiti fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jenħtieġ li tiġi pprovduta deroga speċifika fir-rigward tal-iskadenza għall-applikazzjoni finali għal pagament interim għas-sena kontabilistika finali u jenħtieġ li l-pagamenti interim fl-2025 jiġu limitati għal 15 %.

    Emenda 23

    Proposta għal regolament

    Premessa 19

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (19)

    InvestEU huwa l-programm emblematiku tal-UE biex tingħata spinta lill-investiment, speċjalment it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, billi jiġi pprovdut finanzjament xprunat mid-domanda, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi ta’ taħlit, u assistenza teknika. Approċċ bħal dan jikkontribwixxi biex jinġabar kapital pubbliku u privat addizzjonali. Minħabba d-domanda għolja tas-suq tal-garanzija tal-InvestEU, il-kompartiment tal-UE tal-InvestEU jenħtieġ li jissaħħaħ biex jikkorrispondi mal-objettivi ta’ STEP. Dan, fost affarijiet oħra, se jsaħħaħ il-possibbiltà eżistenti ta’ InvestEU li tinvesti fi proġetti li jiffurmaw parti minn IPCEI, fi ħdan is-setturi tat-teknoloġija kritika identifikati. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkontribwixxu għall-kompartiment tal-Istat Membru tal-InvestEU biex jappoġġaw prodotti finanzjarji f’konformità mal-objettivi ta’ STEP, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jinkludu bħala miżura fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza kontribuzzjoni fi flus għall-fini tal-kompartiment tal-Istati Membri ta’ InvestEU biex jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP. Dik il-kontribuzzjoni addizzjonali biex jiġu appoġġati l-objettivi ta’ STEP tista’ tilħaq sa 6 % tal-allokazzjoni finanzjarja totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom għall-kompartiment tal-Istati Membri ta’ InvestEU. Jenħtieġ li jiġu introdotti wkoll flessibbiltà u kjarifiki addizzjonali biex jiġu segwiti aħjar l-objettivi ta’ STEP.

    (19)

    InvestEU huwa l-programm emblematiku tal-UE biex tingħata spinta lill-investiment, speċjalment it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, billi jiġi pprovdut finanzjament xprunat mid-domanda, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi ta’ taħlit, u assistenza teknika. Approċċ bħal dan jikkontribwixxi biex jinġabar kapital pubbliku u privat addizzjonali. Minħabba d-domanda għolja tas-suq tal-garanzija tal-InvestEU, il-kompartiment tal-UE tal-InvestEU jenħtieġ li jissaħħaħ biex jikkorrispondi mal-objettivi ta’ STEP. Dan, fost affarijiet oħra, se jsaħħaħ il-possibbiltà eżistenti ta’ InvestEU li jinvesti fi proġetti li jiffurmaw parti minn IPCEI, fi ħdan is-setturi tat-teknoloġija rilevanti identifikati. Sabiex jiġi żgurat assorbiment sħiħ tal-fondi disponibbli u dment li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ma jkollhomx biżżejjed kapaċità biex jassorbu 25 % tal-garanzija tal-UE li hija allokata għalihom, il-Kummissjoni tista’ b’mod eċċezzjonali tagħti aktar minn 75 % tal-garanzija tal-UE lill-Grupp tal-BEI. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkoraġġixxi u tassisti lis-sħab ta’ implimentazzjoni differenti mill-Grupp tal-BEI biex jassorbu b’mod sħiħ il-finanzjament li hu disponibbli għalihom. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkontribwixxu għall-kompartiment tal-Istat Membru tal-InvestEU biex jappoġġaw prodotti finanzjarji f’konformità mal-objettivi ta’ STEP, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jinkludu bħala miżura fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza kontribuzzjoni fi flus għall-fini tal-kompartiment tal-Istati Membri ta’ InvestEU biex jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP. Dik il-kontribuzzjoni addizzjonali biex jiġu appoġġati l-objettivi ta’ STEP tista’ tilħaq sa 6 % tal-allokazzjoni finanzjarja totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom għall-kompartiment tal-Istati Membri ta’ InvestEU. Jenħtieġ li jiġu introdotti wkoll flessibbiltà u kjarifiki addizzjonali biex jiġu segwiti aħjar l-objettivi ta’ STEP. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kollha inkarigati mill-programmi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni jaqgħu ta’ STEP jenħtieġ li jiġu mħeġġa jiżguraw konsistenza, koerenza, komplementarjetà u sinerġija fost is-sorsi ta’ finanzjament mal-objettivi ta’ STEP.

    Emenda 24

    Proposta għal regolament

    Premessa 20

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (20)

    Orizzont Ewropa huwa l-programm ta’ finanzjament prinċipali tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, u l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) tiegħu jipprevedi appoġġ għall-innovazzjonijiet ta’ natura potenzjalment rivoluzzjonarja u ta’ tfixkil b’potenzjal ta’ espansjoni li jistgħu jkunu riskjużi wisq għall-investituri privati. Jenħtieġ li tiġi prevista flessibbiltà addizzjonali taħt Orizzont Ewropa, sabiex l-Aċċeleratur tal-EIC ikun jista’ jipprovdi appoġġ ta’ ekwità biss lil SMEs mhux bankabbli, inklużi negozji ġodda, u SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja mhux bankabbli, li jwettqu innovazzjoni fit-teknoloġiji appoġġati minn STEP u irrispettivament minn jekk qabel kinux irċevew tipi oħra ta’ appoġġ mill-Aċċeleratur tal-EIC. L-implimentazzjoni tal-Fond tal-EIC bħalissa hija limitata għal ammont massimu ta’ investiment ta’ EUR 15-il miljun ħlief f’każijiet eċċezzjonali u ma tistax takkomoda ċikli ta’ finanzjament ta’ segwitu jew ammonti akbar ta’ investiment. Il-permess għal appoġġ ta’ ekwità biss għal SMEs u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja mhux bankabbli jindirizza d-distakk eżistenti fis-suq mal-ħtiġijiet ta’ investiment fil-medda ta’ EUR 15 sa 50 miljun. Barra minn hekk, l-esperjenza wriet li l-ammonti impenjati għall-proġett pilota tal-EIC taħt Orizzont 2020 ma jintużawx bis-sħiħ. Dawn il-fondi mhux użati jenħtieġ li jsiru disponibbli għall-finijiet tal-Aċċeleratur tal-EIC taħt Orizzont Ewropa. Ir-Regolament dwar Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex jirrifletti ż-żieda fil-pakkett għall-Fond Ewropew għad-Difiża.

    (20)

    Orizzont Ewropa huwa l-programm ta’ finanzjament prinċipali tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, u l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) tiegħu jipprevedi appoġġ, b’mod partikolari, għall-innovazzjonijiet ta’ natura potenzjalment rivoluzzjonarja u ta’ tfixkil b’potenzjal ta’ espansjoni li jistgħu jkunu riskjużi wisq għall-investituri privati. Jenħtieġ li tiġi prevista flessibbiltà addizzjonali taħt Orizzont Ewropa, sabiex l-Aċċeleratur tal-EIC ikun jista’ jipprovdi appoġġ ta’ ekwità biss lil SMEs mhux bankabbli, inklużi negozji ġodda, u SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja mhux bankabbli, li jwettqu innovazzjoni, b’mod partikolari għal dawk li jaħdmu fuq it-teknoloġiji appoġġati minn STEP u irrispettivament minn jekk qabel kinux irċevew tipi oħra ta’ appoġġ mill-Aċċeleratur tal-EIC. Fl-implimentazzjoni tal-Fond tal-EIC, il-Kummissjoni tillimita l-investimenti tal-Fond għal ammont massimu ta’ investiment ta’ EUR 15-il miljun ħlief f’każijiet eċċezzjonali u dan jillimita l-Fond milli jakkomoda b’mod effettiv ċikli ta’ finanzjament ta’ segwitu jew ammonti akbar ta’ investiment. Il-permess għal appoġġ ta’ ekwità biss għal SMEs u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja mhux bankabbli jindirizza d-distakk eżistenti fis-suq, b’mod partikolari għal ħtiġijiet ta’ investiment fil-medda ta’ EUR 15 sa 50 miljun. Barra minn hekk, l-esperjenza wriet li l-ammonti impenjati għall-proġett pilota tal-EIC taħt Orizzont 2020 ma jintużawx bis-sħiħ. B’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2018/1046, dawk il-fondi mhux użati jenħtieġ li jsiru disponibbli għall-finijiet tal-Aċċeleratur tal-EIC taħt Orizzont Ewropa. Ir-Regolament dwar Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex jirrifletti ż-żieda fil-pakkett għall-Fond Ewropew għad-Difiża.

    Emenda 25

    Proposta għal regolament

    Premessa 20a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (20a)

    L-EIC jiżvolġi rwol fundamentali biex joffri finanzjamenti inizjali lin-negozji l-ġodda u lill-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja li qed jikbru. Bl-għarfien speċjalizzat tiegħu, l-EIC jinsab fil-pożizzjoni ideali biex iqawwi l-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-kumpaniji li jfittxu kapital biex jespandu lil hinn mill-fażi ta’ innovazzjoni inizjali. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-Aċċelleratur tal-EIC s’issa wriet li n-natura ambizzjuża u trasformattiva tal-EIC bħala l-investitur ta’ referenza għall-innovazzjoni rivoluzzjonarja fl-Ewropa permezz tal-Fond tal-EIC, ħolqot sfidi ta’ implimentazzjoni u inċertezza legali għall-entitajiet ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-rwol tal-EIC u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-SMEs. Meta jitqies ir-rwol ċentrali tal-Fond tal-EIC fis-suċċess ta’ STEP, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rilevanti dwar il-funzjonament tal-EIC jenħtieġ li jiġu ċċarati. Fil-proċess ta’ titjib ulterjuri tal-funzjonament tal-EIC, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat l-istabbiliment ta’ korp indipendenti tal-Unjoni skont l-Artikolu 187 tat-TFUE bħala l-entità ewlenija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-EIC.

    Emenda 26

    Proposta għal regolament

    Premessa 21

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (21)

    Il-Fond Ewropew għad-Difiża huwa l-programm ewlieni għat-titjib tal-kompetittività, l-innovazzjoni, l-effiċjenza u l-awtonomija teknoloġika tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża huwa kruċjali, għax jirfed il-kapaċità u l-awtonomija tal-industrija Ewropea biex tiżviluppa prodotti tad-difiża u l-indipendenza tal-Istati Membri bħala utenti finali ta’ tali prodotti. Għalhekk, jenħtieġ li l-pakkett addizzjonali jkun disponibbli biex jappoġġa azzjonijiet fil-qasam tat-teknoloġiji profondi u diġitali li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-applikazzjonijiet għad-difiża.

    (21)

    Il-Fond Ewropew għad-Difiża huwa l-programm ewlieni għat-titjib tal-kompetittività, l-innovazzjoni, l-effiċjenza u l-awtonomija teknoloġika tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża huwa kruċjali, għax jirfed il-kapaċità u l-awtonomija tal-industrija Ewropea biex tiżviluppa prodotti tad-difiża u l-indipendenza tal-Istati Membri bħala utenti finali ta’ tali prodotti. Għalhekk, jenħtieġ li l-pakkett addizzjonali jkun disponibbli biex jappoġġa proġetti fil-qasam tat-teknoloġiji profondi u diġitali li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-applikazzjonijiet għad-difiża.

    Emenda 27

    Proposta għal regolament

    Premessa 21a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (21a)

    Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-appoġġ fil-forma ta’ self disponibbli skont ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [RRF] fl-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu finanzjament addizzjonali fil-forma ta’ self, meħud mill-appoġġ għal self li jibqa’ disponibbli skont dak ir-Regolament wara l-1 ta’ Settembru 2023, bil-ħsieb li jikkontribwixxu r-rikavati ta’ dak is-self fil-forma ta’ flus kontanti għall-kompartiment tal-Istat Membru tal-InvestEU biex jiġu appoġġati l-objettivi ta’ STEP. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu tali appoġġ fil-forma ta’ self sal-15 ta’ Diċembru 2023.

    Emenda 28

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP” jew il-“Pjattaforma”) biex jiġu appoġġati teknoloġiji strateġiċi kritiċi u emerġenti.

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP” jew il-“Pjattaforma”) biex jiġu appoġġati teknoloġiji strateġiċi u l-ktajjen ta’ provvista rispettivi tagħhom fis-setturi rilevanti, u b’hekk tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali stabbilit bid-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) , ir-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti] u r-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar il-Materja Prima Kritika]

     

    Emenda 29

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Biex jissaħħu s-sovranità u s-sigurtà tal-Ewropa, jiġu aċċellerati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tal-Unjoni u tissaħħaħ il-kompetittività tagħha, jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tagħha, jiġu promossi kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-Suq Uniku għall-investimenti madwar l-Unjoni, u jiġi promoss l-aċċess inklużiv għal impjiegi attraenti u ta’ kwalità, il-Pjattaforma għandha ssegwi l-objettivi li ġejjin:

    1.   Biex jissaħħu s-sovranità u s-sigurtà industrijali tal-Ewropa, jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-Unjoni, jiġu aċċellerati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tal-Unjoni u tissaħħaħ il-kompetittività tagħha, jiġu promossi kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-Suq Uniku għall-investimenti madwar l-Unjoni, titrawwem il-parteċipazzjoni transfruntiera, inkluż tal-SMEs, jissaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u s-solidarjetà fost l-Istati Membri u r-reġjuni, jiġi promoss l-aċċess inklużiv għal impjiegi attraenti u ta’ kwalità, u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament għall-promoturi tal-proġetti, jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jitnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom, il-Pjattaforma għandha ssegwi l-objettivi li ġejjin:

    Emenda 30

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    tappoġġa l-iżvilupp jew il-manifattura madwar l-Unjoni ta’ teknoloġiji kritiċi, jew tħares u ssaħħaħ il-ktajjen tal-valur rispettivi, fl-oqsma li ġejjin:

    (a)

    tappoġġa l-iżvilupp jew il-manifattura madwar l-Unjoni ta’ teknoloġiji, jew tħares u ssaħħaħ il-ktajjen ta’ provvista rispettivi kif imsemmi fil-paragrafu 4 fis-setturi li ġejjin:

    Emenda 31

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – punt i

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (i)

    teknoloġiji profondi u diġitali

    (i)

    teknoloġiji diġitali, inklużi proġetti multinazzjonali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jikkontribwixxu għall-miri u għall-objettivi tal-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali stabbilit b’dik id-Deċiżjoni;

    Emenda 32

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (ii)

    teknoloġiji nodfa

    (ii)

    teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (...) tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti];

    Emenda 33

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt iii

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (iii)

    bijoteknoloġiji

    (iii)

    bijoteknoloġiji, kif definiti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u xjenza tal-ħajja, inklużi prodotti mediċinali mniżżla fil-Lista tal-Unjoni ta’ Prodotti Mediċinali Kritiċi u l-komponenti tagħhom;

    Emenda 34

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    l-indirizzar tal-iskarsezzi f’termini ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet kritiċi għat-tipi kollha ta’ impjiegi ta’ kwalità b’appoġġ għall-objettiv taħt il-punt (a).

    (b)

    l-indirizzar tal-iskarsezzi f’termini ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet kritiċi għat-tipi kollha ta’ impjiegi ta’ kwalità b’appoġġ għall-objettiv indikat fil-punt (a), b’mod partikolari permezz tat-tagħlim tul il-ħajja u f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u l-inizjattivi tal-edukazzjoni u t-taħriġ diġà fis-seħħ, inklużi l-Akkademji Ewropej b’Emissjonijiet Żero Netti stabbiliti skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti];

    Emenda 35

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba)

    it-trawwim tal-innovazzjoni tat-teknoloġija profonda, b’appoġġ għall-objettiv stabbilit fil-punt (a), li għandha l-potenzjal li twassal soluzzjonijiet trasformattivi, imsejsa fuq ix-xjenza, it-teknoloġija u l-inġinerija mill-aktar avvanzati, inkluża l-innovazzjoni li tikkombina l-avvanzi fl-isferi fiżiċi, bijoloġiċi u diġitali.

    Emenda 36

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   It-teknoloġiji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu għandhom jitqiesu bħala kritiċi meta jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    2.   It-teknoloġiji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu, inklużi l-ktajjen tal-provvista tagħhom, għandhom jitqiesu bħala kritiċi meta jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    Emenda 37

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Sa ... [xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi kif it-teknoloġiji, inklużi l-ktajjen tal-provvista tagħhom, imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. L-att delegat għandu jiġi rieżaminat fid-dawl tar-rapport ta’ evalwazzjoni interim imsemmi fl-Artikolu 8.

    Emenda 38

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.     Meta Proġett Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE jkun relatat ma’ kwalunkwe wieħed mill-oqsma tat-teknoloġija msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, it-teknoloġiji rilevanti għandhom jitqiesu bħala kritiċi.

    imħassar

    Emenda 39

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   Il-katina tal-valur għall-manifattura ta’ teknoloġiji kritiċi msemmija fl-ewwel paragrafu hija relatata mal-prodotti finali, kif ukoll mal-komponenti ewlenin, mal-makkinarju speċifiku u mal-materja prima kritika użata primarjament għall-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti.

    4.   Il-katina ta’ provvista għall-manifattura ta’ teknoloġiji msemmija fil-paragrafu 1 hija relatata mal-prodotti finali, kif ukoll mal-komponenti, mal-makkinarju u mal-materja prima kritika kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar il-Materja Prima Kritika] li huma indispensabbli għall-produzzjoni u l-funzjonament ta’ dawk il-prodotti.

    Emenda 40

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 4a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4a.     Proġetti strateġiċi kif identifikati skont ir-Regolamenti (UE) .../... [L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti], li jikkonformaw jew mal-kriterji ta’ reżiljenza kif definiti fl-Artikolu 10(1)(a) ta’ dak ir-Regolament jew mal-kriterji tal-kompetittività kif definiti fl-Artikolu 10(1)(b) ta’ dak ir-Regolament fil-proċess tal-għażla ta’ proġetti strateġiċi b’emissjonijiet żero netti, u (UE).... [l-Att dwar il-Materja Prima Kritika] għandhom jiġi kkunsidrati li jissodisfaw l-objettivi tal-Pjattaforma STEP kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    Emenda 41

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 4b (ġdid).

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4b.     Meta jimplimentaw programmi u attivitajiet biex jintlaħqu l-objettivi skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu enfażi speċifika fuq l-appoġġ għall-Widien tal-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti kif definit fir-Regolament (UE).../... [L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti] proġetti f’territorji inklużi fil-pjanijiet ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1056, u f’reġjuni anqas żviluppati u f’reġjuni fi tranżizzjoni, kif ukoll f’reġjuni aktar żviluppati fl-Istati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom huwa taħt il-medja tal-UE tal-EU-27 skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) u kkalkolata abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2015-2017.

    Emenda 42

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-implimentazzjoni tal-Pjattaforma għandha tiġi appoġġata, b’mod partikolari, permezz ta’:

    1.   L-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Pjattaforma għandu jiġi pprovdut mill-programmi u l-fondi eżistenti tal-Unjoni. Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jilħqu l-objettivi ta’ STEP, għandu jiġi pprovdut finanzjament addizzjonali għall-programmi u l-fondi tal-Unjoni li ġejjin:

    Emenda 43

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    garanzija tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2021/523 bl-ammont indikattiv ta’ EUR 7 500 000 000 . Dik il-garanzija għandha tiġi implimentata f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/523;

    (a)

    garanzija tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2021/523 bl-ammont indikattiv ta’ EUR 10 500 000 000 , li għandha tiġi implimentata f’konformità ma’ dak ir-Regolament;

    Emenda 44

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    ammont ta’ EUR 500 000 000 fi prezzijiet attwali tal-pakkett finanzjarju msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 12(2)(c) tar-Regolament (UE) 2021/695. Dak l-ammont għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/695;

    (b)

    ammont ta’ EUR 1 300 000 000 fi prezzijiet attwali tal-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 12(2)(c), il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2021/695, li għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ dak ir-Regolament;

    Emenda 45

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    ammont ta’ EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet attwali tal-pakkett finanzjarju msemmi fis-sitt subparagrafu tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE. Dak l-ammont għandu jiġi implimentat fi ħdan il-Fond għall-Innovazzjoni f’konformità mar-regoli tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni [2019/856].

    (c)

    ammont ta’ EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet attwali tal-pakkett finanzjarju msemmi fis-sitt subparagrafu tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE, li għandu jiġi implimentat fi ħdan il-Fond għall-Innovazzjoni f’konformità mar-regoli tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856.

    Emenda 46

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    ammont ta’ EUR 1 500 000 000 fi prezzijiet attwali tal-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2021/697. Dak l-ammont għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/697.

    (d)

    ammont ta’ EUR 2 500 000 000 fi prezzijiet attwali tal-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2021/697, li għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ dak ir-Regolament;

    Emenda 47

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Is-Siġill tas-Sovranità u l-finanzjament kumulattiv

    Is-Siġill tas-Sovranità, il-finanzjament ikkombinat u kumulattiv

    Emenda 48

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Il-Kummissjoni għandha tagħti Siġill tas-Sovranità lil kwalunkwe azzjoni li tikkontribwixxi għal kwalunkwe objettiv tal-Pjattaforma, sakemm l-azzjoni tkun ġiet ivvalutata u tikkonforma mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità, b’mod partikolari l-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni u tal-għoti, ipprovduti minn sejħa għal proposti skont ir-Regolament (UE) 2021/695, ir-Regolament (UE) 2021/694, Ir-Regolament (UE) 2021/697, ir-Regolament (UE) 2021/522, jew ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856.

    1.   Il-Kummissjoni għandha tagħti Siġill tas-Sovranità lil kwalunkwe proġett li jikkontribwixxi għal kwalunkwe objettiv tal-Pjattaforma, sakemm ikun ġie vvalutat ujikkonforma mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità, b’mod partikolari l-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni u tal-għoti, ipprovduti minn sejħa għal proposti skont ir-Regolament (UE) 2021/695, ir-Regolament (UE) 2021/694, Ir-Regolament (UE) 2021/697, ir-Regolament (UE) 2021/522, ir-Regolament (UE) 2021/1060 jew ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856, jew ikun ġie identifikat bħala proġett strateġiku kif definit fir-Regolament (UE) ../... (“L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti”), jekk dak il-proġett jikkonforma jew mal-kriterji ta’ reżiljenza kif definiti fl-Artikolu 10(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament jew mal-kriterji tal-kompetittività kif definiti fl-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament NZIA fil-proċess tal-għażla ta’ proġetti strateġiċi b’emissjonijiet żero netti, jew kif definit fir-Regolament (UE).../... [“l-Att dwar il-Materja Prima Kritika”]. Dawk is-sejħiet għal proposti għandhom ikunu jibqgħu miftuħin kontinwament.

    Emenda 49

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a.     Meta tivvaluta jekk proġett jikkontribwixxix għal xi wieħed mill-objettivi tal-Pjattaforma f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis il-kontribut tal-proġett għat-tisħiħ u l-istrutturar tan-networks lokali ta’ atturi industrijali u l-kontribut tiegħu għall-ħolqien tal-impjiegi.

    Emenda 50

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1b.     Is-Siġill tas-Sovranità għandu jkun validu għall-perjodu tal-implimentazzjoni tal-proġett, li matulu għandu jkun hemm impenn mill-kumpanija li ma tirrilokax il-proġett barra mill-Unjoni. Jekk proġett li jkun ingħata s-Siġill tas-Sovranità ma jkunx beda wara ħames snin, dan jista’ jiġi rieżaminat għall-fini ta’ kompatibbiltà mal-prijoritajiet strateġiċi ta’ STEP. Meta twettaq ir-rieżami msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proġetti kollha jikkonformaw mal-liġijiet tax-xogħol tal-Unjoni u dawk nazzjonali, mad-drittijiet soċjali u d-drittijiet tal-ħaddiema kif ukoll mal-ftehimiet kollettivi applikabbli.

    Emenda 51

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 1c (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1c.     Is-Siġill tas-Sovranità ma għandux jingħata għal proġetti ġestiti minn entità ġuridika stabbilita f’pajjiż terz li ma tkunx assoċjata mal-programm tal-Unjoni kkonċernat jew, fejn ikun stabbilit fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat li jkollu l-istrutturi maniġerjali eżekuttivi tiegħu f’pajjiż mhux assoċjat.

    Emenda 52

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 1d (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1d.     Proġetti ġestiti minn entitajiet ġuridiċi li jiffurmaw konsorzju għandhom jingħataw Siġill tas-Sovranità biss jekk mill-inqas entità ġuridika indipendenti waħda li tifforma dak il-konsorzju tkun stabbilita fi Stat Membru u mill-inqas żewġ entitajiet ġuridiċi indipendenti oħra li jiffurmaw dak il-konsorzju jkunu stabbiliti fi Stati Membri jew pajjiżi assoċjati differenti.

    Emenda 53

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Is-Siġill tas-Sovranità jista’ jintuża bħala tikketta ta’ kwalità, b’mod partikolari għall-finijiet ta’:

    2.   Is-Siġill tas-Sovranità għandu jintuża bħala tikketta ta’ kwalità, b’mod partikolari għall-finijiet ta’:

    Emenda 54

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    ir-riċeviment ta’ appoġġ għall-azzjoni taħt fond jew programm ieħor tal-Unjoni f’konformità mar-regoli applikabbli għal dak il-fond jew programm, jew

    (a)

    ir-riċeviment ta’ appoġġ għall-proġett taħt fond jew programm ieħor tal-Unjoni f’konformità mar-regoli applikabbli għal dak il-fond jew programm, jew

    Emenda 55

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    il-finanzjament tal-azzjoni permezz ta’ finanzjament kumulattiv jew ikkombinat ma’ strument ieħor tal-Unjoni f’konformità mar-regoli tal-atti bażiċi applikabbli.

    (b)

    il-finanzjament tal-proġett permezz ta’ finanzjament kumulattiv jew ikkombinat ma’ strument ieħor tal-Unjoni f’konformità mar-regoli tal-atti bażiċi applikabbli.

    Emenda 56

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Meta jirrevedu l-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u reżiljenza f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/241, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, iqisu bħala prijorità azzjoni li tkun ingħatat Siġill tas-Sovranità f’konformità mal-paragrafu 1.

    3.   Meta jirrevedu l-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u reżiljenza f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/241, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, iqisu bħala prijorità proġetti li jkunu ingħataw Siġill tas-Sovranità f’konformità mal-paragrafu 1.

    Emenda 57

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   Meta jiddeċiedu dwar x’proġetti ta’ investiment għandhom jiffinanzjaw mill-ishma rispettivi tagħhom tal-Fond għall-Modernizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10d tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw bħala prijorità proġett għal teknoloġiji nodfa kritiċi li jkun ingħata is-Siġill tas-Sovranità f’konformità mal-paragrafu 1. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu appoġġ nazzjonali lil proġetti b’Siġill tas-Sovranità li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-Pjattaforma msemmi fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 2(1).

    4.   Meta jiddeċiedu dwar x’proġetti ta’ investiment għandhom jiffinanzjaw mill-ishma rispettivi tagħhom tal-Fond għall-Modernizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10d tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw dawk il-proġetti għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti bħala prijorità kif definit fir-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti] li jkunu ngħataw is-Siġill tas-Sovranità f’konformità mal-paragrafu 1. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu appoġġ nazzjonali lil proġetti b’Siġill tas-Sovranità li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-Pjattaforma għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti kif definit fir-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti].

    Emenda 58

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5.   Skont ir-Regolament (UE) 2021/523, is-Siġill tas-Sovranità għandu jitqies fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-verifika tal-politiki kif stabbilit fl-Artikolu 23(3) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, is-sħab ta’ implimentazzjoni għandhom jeżaminaw proġetti li jkunu ngħataw is-Siġill tas-Sovranità f’każ li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u tal-attività tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 26(5) ta’ dak ir-Regolament.

    5.   Skont ir-Regolament (UE) 2021/523, is-Siġill tas-Sovranità għandu jitqies fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-verifika tal-politiki kif stabbilit fl-Artikolu 23(3) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, is-sħab ta’ implimentazzjoni għandhom jeżaminaw b’mod f’waqtu proġetti li jkunu ngħataw is-Siġill tas-Sovranità f’każ li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u tal-attività tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 26(5) ta’ dak ir-Regolament.

    Emenda 59

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 4a

     

    Il-Kumitat STEP

     

    1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kumitat STEP magħmul minn esperti tal-Kummissjoni dwar it-teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) u dwar il-programmi u l-fondi tal-Unjoni li minnhom il-Pjattaforma hija appoġġata finanzjarjament.

     

    2.     Il-Kumitat STEP għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

     

    (a)

    jagħti u jippromwovi s-Siġill tas-Sovranità msemmi fl-Artikolu 4(1) u jikkollabora mal-awtoritajiet maniġerjali responsabbli għas-sejħiet għal proposti u s-sejħiet għall-offerti biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ finanzjament fil-programmi kollha għal proġetti li ngħataw is-Siġill tas-Sovranità, mingħajr ma jinterferixxi fil-proċeduri tal-għażla;

     

    (b)

    jagħti s-Siġill tas-Sovranità lil proġetti ffinanzjati mill-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni li jikkontribwixxu g ħall-objettivi tal-Pjattaforma kif stabbilit fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament;

     

    (c)

    jistabbilixxi u jimmaniġġja l-Portal tas-Sovranità f’konformità mal-Artikolu 6;

     

    (d)

    jikkollabora ma’ strutturi eżistenti oħra, speċjalment il-Pjattaforma għal Ewropa b’Emissjonijiet Żero Netti stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti] u l-Bord dwar il-Materja Prima Kritika stabbilit skont ir-Regolament (UE) .../... [L-Att dwar il-Materja Prima Kritika], l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dan ir-Regolament, is-sħab ta’ implimentazzjoni u l-Grupp Konsultattiv Industrijali msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, bil-ħsieb li jikkoordinaw u jiskambjaw informazzjoni dwar il-ħtiġijiet finanzjarji tal-konġestjonijiet eżistenti u l-aħjar prattiki għall-proġetti madwar l-Unjoni;

     

    (e)

    irawwem kuntatti bejn is-setturi msemmija fl-Artikolu 2, filwaqt li jagħmel użu partikolari minn alleanzi, networks u strutturi industrijali eżistenti, bħall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Impriżi Konġunti;

     

    3.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp Konsultattiv Ewropew dwar it-Teknoloġiji Strateġiċi magħmul minn rappreżentanti tal-industrija tal-Unjoni biex jagħtiha pariri u jgħinha fl-implimentazzjoni tal-Pjattaforma fis-setturi rilevanti.

    Emenda 60

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Artikolu 5

    imħassar

    Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

     

    1.     Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjattafroma u tkejjel l-ilħiq tal-objettivi tal-Pjattaforma stabbiliti fl-Artikolu 2. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqin fl-ambitu tal-Pjattaforma.

     

    2.     Is-sistema ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet imwettqa fl-ambitu tal-Pjattaforma u r-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv u rapidu.

     

    3.     Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar in-nefqa ffinanzjata mill-Pjattaforma. Hija għandha, kif xieraq, tirrapporta dwar il-kisbiet relatati ma’ kull wieħed mill-objettivi speċifiċi tal-Pjattaforma.

     

    Emenda 61

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sit web iddedikat disponibbli għall-pubbliku (il-“Portal tas-Sovranità”), li jipprovdi lill-investituri b’informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament għal proġetti marbuta mal-objettivi tal-Pjattaforma u jagħti viżibbiltà lil dawk il-proġetti, b’mod partikolari billi juri l-informazzjoni li ġejja:

    1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sit web iddedikat disponibbli għall-pubbliku (il-“Portal tas-Sovranità”), li jipprovdi informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament għal proġetti marbuta mal-objettivi tal-Pjattaforma u jagħti viżibbiltà lil dawk il-proġetti, b’mod partikolari billi juri l-informazzjoni li ġejja:

    Emenda 62

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti attwali u futuri marbuta mal-objettivi tal-Pjattaforma fl-ambitu tal-programmi u l-fondi rispettivi;

    (a)

    informazzjoni dwar programmi u fondi tal-Unjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti attwali u futuri marbuta mal-objettivi tal-Pjattaforma fl-ambitu tal-programmi u l-fondi rispettivi;

    Emenda 63

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    kuntatti mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura f’konformità mal-paragrafu 4;

    (d)

    dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura f’konformità mal-paragrafu 4;

    Emenda 64

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3a.     Il-Portal tas-Sovranità għandu jinkludi simulatur rapidu biex jipprovdi lill-promoturi tal-proġetti, speċjalment lill-SMEs, gwida dwar il-programm jew il-fond tal-Unjoni li għalih il-proġett partikolari tagħhom jista’ jkun eliġibbli. Is-simulatur ma għandux jirrikjedi li l-promoturi tal-proġett jipprovdu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u r-riżultati tagħha ma għandhomx ikunu legalment vinkolanti fuq l-awtoritajiet responsabbli għall-għoti tal-finanzjament.

    Emenda 65

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4a.     Għal proġetti relatati mas-sigurtà u d-difiża, il-wiri tal-informazzjoni għandu jsir biss abbażi ta’ każ b’każ, jekk jitqies meħtieġ mill-promotur tal-proġett jew mill-Kummissjoni, filwaqt li titqies il-kunfidenzjalità tas-sigurtà tal-informazzjoni fi kwistjonijiet ta’ difiża.

    Emenda 66

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Rapport annwali

    Monitoraġġ u rapportar annwali

    Emenda 67

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Pjattaforma.

    1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjattaforma u tkejjel l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqa fl-ambitu tal-Pjattaforma.

    Emenda 68

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a.     Il-Kummissjoni għandha tfassal is-sistema tal-monitoraġġ b’tali mod li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet imwettqa fl-ambitu tal-Pjattaforma u r-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv u rapidu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq il-benefiċjarji tal-finanzjament.

    Emenda 69

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1b.     Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Pjattaforma. Ir-rapport annwali għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

    Emenda 70

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni konsolidata dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Pjattaforma taħt kull wieħed mill-programmi u l-fondi.

    2.   Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni konsolidata dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Pjattaforma taħt kull wieħed mill-programmi u l-fondi kif ukoll informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kontribuzzjoni tal-Pjattaforma għal proġetti transfruntiera u għal proġetti għal kull Stat Membru.

    Emenda 71

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    in-nefqa globali ta’ STEP iffinanzjata taħt il-programmi rispettivi;

    (a)

    in-nefqa globali ta’ STEP iffinanzjata taħt il-programmi u l-fondi rispettivi;

    Emenda 72

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba)

    valutazzjoni tal-impatt li tiddetermina kif il-programmi akkumulati taħt STEP jikkontribwixxu għall-objettivi strateġiċi tal-Unjoni dwar l-iżgurar tal-kompetittività fit-tul;

    Emenda 73

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 - paragrafu 3 - punt bb (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (bb)

    analiżi tad-distribuzzjoni ġeografika u teknoloġika tal-proġetti li ngħataw is-Siġill tas-Sovranità.

    Emenda 74

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjattaforma.

    1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni tal-Pjattaforma, dwar l-istat tad-dipendenzi tal-Unjoni, u dwar is-setturi ta’ importanza strateġika għas-sovranità tagħha, bl-għan li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jiġi infurmat fil-ħin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għal wara l-2027.

    Emenda 75

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu, b’mod partikolari, jivvaluta sa fejn intlaħqu l-objettivi, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha, fid-dawl tal-espansjoni potenzjali tagħhom.

    2.   Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim għandu, b’mod partikolari, jivvaluta sa fejn STEP ikkontribwiet għall-ilħuq tal-objettivi, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Pjattaforma. Hija għandha tipprovdi wkoll ħarsa ġenerali lejn ir-reġjuni li għalihom ġew emendati l-programmi, inkluża informazzjoni dwar aspetti rilevanti tal-prinċipju tas-sħubija, tqis ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-proġetti kollha, fid-dawl tal-espansjoni potenzjali tagħhom, u tivvaluta l-fattibbiltà li jiġu kkombinati s-siti web disponibbli pubblikament eżistenti kollha ġestiti mill-Kummissjoni u li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-programmi u l-fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni diretta, kondiviża u indiretta f’portal uniku, biex l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-Unjoni jitqarrbu lejn il-benefiċjarji potenzjali u tissaħħaħ it-trasparenza lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni.

    Emenda 76

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Jekk ikun xieraq, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposta għall-emendi ta’ dan ir-Regolament.

    3.   Jekk ikun xieraq, rapport ta’ evalwazzjoni interim għandu jkun akkumpanjat minn proposta għall-emendi ta’ dan ir-Regolament jew permezz ta’ proposta leġiżlattiva għal Fond Ewropew ta’ Sovranità, bl-għan li jgħin fit-tfassil u t-tisħiħ ta’ politika industrijali Ewropea u biex jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-Unjoni, u li jiżgura l-funzjonament korrett tas-suq uniku, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq u jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi. Fejn il-Kummissjoni tagħżel li ma tippreżentax proposta leġiżlattiva għal Fond Ewropew ta’ Sovranità, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha fir-rapport ta’ evalwazzjoni interim tagħha.

    Emenda 77

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3a.     Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-programmi u l-fondi tal-Unjoni li minnhom il-Pjattaforma hija appoġġata finanzjarjament, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2031, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar l-implimentazzjoni tal-Pjattaforma. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn valutazzjoni bir-reqqa tal-impatti territorjali differenzjati u l-effetti fuq il-koeżjoni li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Pjattaforma.

    Emenda 78

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 1

    Direttiva 2003/87/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Minbarra l-kwoti msemmija fl-ewwel sal-ħames subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-Fond għall-Innovazzjoni għandu jimplimenta wkoll pakkett finanzjarju għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027 ta’ EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet attwali bħala appoġġ għal investimenti li jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ STEP imsemmi fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 2 tar-Regolament .../…  (63) [ir-Regolament dwar STEP]. Dan il-pakkett finanzjarju għandu jkun disponibbli biex jappoġġa investimenti biss fl-Istati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom huwa taħt il-medja tal-UE tal-EU-27 skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) u kkalkolata abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2015-2017.

    Minbarra l-kwoti msemmija fl-ewwel sal-ħames subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-Fond għall-Innovazzjoni għandu jimplimenta wkoll pakkett finanzjarju għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027 ta’ EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet attwali bħala appoġġ għal investimenti li jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ STEP għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti kif definit fi [Artikolu 3, punt (a)] tar-Regolament (UE) .../... [L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti] billi dan il-pakkett finanzjarju jkun disponibbli għal Proġetti Strateġiċi kif definit fl-[Artikolu 2, punt (e)] tar-Regolament (UE).../... [L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti], dment li jikkonformaw mal-kriterji ta’ reżiljenza jew tal-kompetittività stabbiliti fl-Artikolu 10 (1), il-punt (a) jew (b), tar-Regolament (UE).../... [L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti]. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-pakkett finanzjarju għandu jkun disponibbli f’partijiet ugwali biex jappoġġa l-investimenti:

     

    (a)

    fl-Istati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom huwa taħt il-medja tal-Unjoni tal-EU-27 skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) u kkalkolata abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2015-2017; kif ukoll

     

    (b)

    fl-Istati Membri kollha.

     

    Mill-1 ta’ Jannar 2026, il-fondi mhux użati tal-pakkett finanzjarju għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġaw dawn l-investimenti fl-Istati Membri kollha.

     

    Emenda 79

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 2

    Regolament (UE) 2021/1058

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt ix

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (ix)

    l-appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ STEP imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (a)(ii) tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP] [ir-Regolament dwar STEP].

    (ix)

    appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP].

    Emenda 80

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 3

    Regolament (UE) 2021/1058

    Artikolu 3 – paragrafu 1a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (3)

    Fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

    (3)

    Fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

    Ir-riżorsi taħt l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a)(vi) u (b)(ix) għandhom jiġu pprogrammati taħt prijoritajiet iddedikati li jikkorrispondu għall-objettiv ta’ politika rispettiv.

    1a.

    Ir-riżorsi taħt l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(1), il-punti (a)(vi) u (b)(ix) għandhom jiġu pprogrammati taħt prijoritajiet iddedikati li jikkorrispondu għall-objettiv ta’ politika rispettiv u għandhom ikunu limitati għal massimu ta’ 20% tal-allokazzjoni inizjali tal-FEŻR.

    Il-Kummissjoni għandha tħallas 30 % tal-allokazzjoni tal-FEŻR lil dik il-prijorità kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba minbarra l-prefinanzjament annwali għall-programm previst fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew fl-Artikolu 51(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/1059. Il-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jitħallas sal-31 ta’ Diċembru 2024, sakemm il-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm sal-31 ta’ Ottubru 2024.

    Il-Kummissjoni għandha tħallas 30 % tal-allokazzjoni tal-FEŻR lill-prijoritajiet msemmija fl-ewwel subparagrafu kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba minbarra l-prefinanzjament annwali għall-programm previst fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew fl-Artikolu 51(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/1059. Il-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jitħallas sal-31 ta’ Diċembru 2024, sakemm il-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm sal-31 ta’ Ottubru 2024.

    F’konformità mal-Artikolu 90(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u mal-Artikolu 51(5) tar-Regolament (UE) 2021/1059, l-ammont imħallas bħala prefinanzjament eċċezzjonali għandu jiġi kklerjat sa mhux aktar tard mis-sena kontabilistika finali.

    F’konformità mal-Artikolu 90(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u mal-Artikolu 51(5) tar-Regolament (UE) 2021/1059, l-ammont imħallas bħala prefinanzjament eċċezzjonali għandu jiġi kklerjat sa mhux aktar tard mis-sena kontabilistika finali.

    F’konformità mal-Artikolu 90(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060, kwalunkwe mgħax iġġenerat mill-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jintuża għall-programm ikkonċernat bl-istess mod bħall-FEŻR u għandu jiġi inkluż fil-kontijiet għas-sena kontabilistika finali.

    F’konformità mal-Artikolu 90(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060, kwalunkwe mgħax iġġenerat mill-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jintuża għall-programm ikkonċernat bl-istess mod bħall-FEŻR u għandu jiġi inkluż fil-kontijiet għas-sena kontabilistika finali.

    F’konformità mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament eċċezzjonali ma għandux jiġi sospiż.

    F’konformità mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament eċċezzjonali ma għandux jiġi sospiż.

    F’konformità mal-Artikolu 105(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament li għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati għandu jinkludi l-prefinanzjament eċċezzjonali mħallas.

    F’konformità mal-Artikolu 105(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament li għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati għandu jinkludi l-prefinanzjament eċċezzjonali mħallas.

    B’deroga mill-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP għandhom jiżdiedu għal 100 %.”

    B’deroga mill-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rati ta’ kofinanzjament għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP] jistgħu jiżdiedu sa 100 %.”

    Emenda 81

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 4

    Regolament (UE) 2021/1058

    Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    “(e)

    meta jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku skont il-PO 1 stabbilit fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(vi) jew għall-objettiv speċifiku skont il-PO 2 stabbilit fil-punt (b)(ix) ta’ dak is-subparagrafu, f’reġjuni anqas żviluppati u f’reġjuni fi tranżizzjoni, kif ukoll reġjuni aktar żviluppati fl-Istati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom huwa taħt il-medja tal-UE tal-EU-27 skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) u kkalkolata abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2015-2017.

    “(e)

    meta jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku skont il-PO 1 stabbilit fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(vi) jew għall-objettiv speċifiku skont il-PO 2 stabbilit fil-punt (b)(ix) ta’ dak is-subparagrafu, f’reġjuni anqas żviluppati u f’reġjuni fi tranżizzjoni, kif ukoll reġjuni aktar żviluppati fl-Istati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom huwa taħt il-medja tal-UE tal-EU-27 skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) u kkalkolata abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2015-2017, filwaqt li tinżamm l-enfażi fuq l-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja.

    Il-punt (e) għandu japplika għall-programmi ta’ Interreg fejn il-kopertura ġeografika tal-programm fl-Unjoni tikkonsisti esklużivament minn kategoriji ta’ reġjuni stabbiliti f’dak il-punt.”

    Il-punt (e) għandu japplika għall-programmi ta’ Interreg fejn il-kopertura ġeografika tal-programm fl-Unjoni tikkonsisti esklużivament minn kategoriji ta’ reġjuni stabbiliti f’dak il-punt.”

    Emenda 82

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 6

    Regolament (UE) 2021/1058

    Anness 1 – Tabella 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    (6)

    Fl-Anness I, Tabella I, tiżdied ir-ringiela li ġejja taħt l-objettiv ta’ politika 1:

     

    (vi) appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP].

    Kwalunkwe RCO elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv)

    RCO125 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji profondi u diġitali

    RCO126 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji nodfa

    RCO127 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fil-bijoteknoloġiji

    [Dawn l-indikaturi għandhom jiġu rrapportati bħala subsettijiet ta’ RC001-RCO04]

    Kwalunkwe RCR elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv)


    Emenda

    (6)

    Fl-Anness I, Tabella I, tiżdied ir-ringiela li ġejja taħt l-objettiv ta’ politika 1:

     

    (vi) appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP].

    Kwalunkwe RCO elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv)

    RCO125 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji diġitali

    RCO126 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji b’emissjonijiet netti żero

    RCO127 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fil-bijoteknoloġiji

    [Dawn l-indikaturi għandhom jiġu rrapportati bħala subsettijiet ta’ RC001-RCO04]

    Kwalunkwe RCR elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv)

    Emenda 83

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 7

    Regolament (UE) 2021/1058

    Anness 1 – Tabella 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    (7)

    Fl-Anness I, Tabella I, tiżdied ir-ringiela li ġejja taħt l-objettiv ta’ politika 2:

     

    (ix) appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP].

    Kwalunkwe RCO elenkat għal-objettivi speċifiċi (i), (iii), (iv) u (vi) taħt l-objettiv ta’ politika 1

    RCO125 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji profondi u diġitali

    RCO126 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji nodfa

    RCO127 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fil-bijoteknoloġiji

    [Dawn l-indikaturi għandhom jiġu rrapportati bħala subsettijiet ta’ RC001-RCO04]

    Kwalunkwe RCR elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv) taħt l-objettiv ta’ politika 1


    Emenda

    (7)

    Fl-Anness I, Tabella I, tiżdied ir-ringiela li ġejja taħt l-objettiv ta’ politika 2:

     

    (ix) appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP].

    Kwalunkwe RCO elenkat għal-objettivi speċifiċi (i), (iii), (iv) u (vi) taħt l-objettiv ta’ politika 1

    RCO125 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji diġitali

    RCO126 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji b’emissjonijiet netti żero

    RCO127 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fil-bijoteknoloġiji

    [Dawn l-indikaturi għandhom jiġu rrapportati bħala subsettijiet ta’ RC001-RCO04]

    Kwalunkwe RCR elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv) taħt l-objettiv ta’ politika 1

    Emenda 84

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 1

    Regolament (UE) 2021/1056

    Artikolu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-JTF għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku li jippermetti lir-reġjuni u lin-nies jindirizzaw l-impatti soċjali, l-impjiegi, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija u l-klima u ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, abbażi tal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-JTF jista’ jappoġġa wkoll investimenti li jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ STEP imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (a)(ii) tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP].

    F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-JTF għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku li jippermetti lir-reġjuni u lin-nies jindirizzaw l-impatti soċjali, l-impjiegi, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija u l-klima u ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, abbażi tal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-JTF jista’ jappoġġa wkoll investimenti li jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ STEP imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP].

    Emenda 85

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 2

    Regolament (UE) 2021/1056

    Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu ġdid

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-JTF jista’ jappoġġa wkoll investimenti produttivi f’intrapriżi oħra għajr l-SMEs li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... (65) [ir-Regolament dwar STEP]. Dak l-appoġġ jista’ jiġi pprovdut irrispettivament minn jekk l-analiżi tad-diskrepanza tkunx twettqet f’konformità mal-Artikolu 11(2)(h) u irrispettivament mill-eżitu tagħha. Tali investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta ma jwasslux għal rilokazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (27) tar-Regolament (UE) 2021/1060. L-għoti ta’ tali appoġġ ma għandux jirrikjedi reviżjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta fejn dik ir-reviżjoni tkun marbuta esklużivament mal-analiżi tal-lakuni.

    Il-JTF jappoġġa wkoll investimenti produttivi f’intrapriżi oħra, b’enfażi fuq l-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... (65) [ir-Regolament dwar STEP]. Dak l-appoġġ jista’ jiġi pprovdut irrispettivament minn jekk l-analiżi tad-diskrepanza tkunx twettqet f’konformità mal-Artikolu 11(2)(h) u irrispettivament mill-eżitu tagħha. Tali investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta ma jwasslux għal rilokazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (27) tar-Regolament (UE) 2021/1060. L-apprendistati u l-impjiegi, l-edukazzjoni jew it-taħriġ għal ħiliet ġodda għandhom jiġu kkunsidrati fid-deċiżjoni tal-għoti. L-għoti ta’ tali appoġġ ma għandux jirrikjedi reviżjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta.

    Emenda 86

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 3

    Regolament (UE) 2021/1056

    Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    B’deroga mill-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP għandhom jiżdiedu għal 100 %.”

    B’deroga mill-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP] jistgħu jiżdiedu sa 100 %.”

    Emenda 87

    Proposta għal regolament

    Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt 1

    Regolament (UE) 2021/1057

    Artikolu 12a – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Minbarra l-prefinanzjament għall-programm previst fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, fejn il-Kummissjoni tapprova emenda ta’ programm li tinkludi prijorità waħda jew aktar iddedikati għall-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE+ li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... (66) [ir-Regolament dwar STEP], għandha tagħmel prefinanzjament eċċezzjonali ta’ 30 % abbażi tal-allokazzjoni għal dawk il-prijoritajiet. Il-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jitħallas sal-31 ta’ Diċembru 2024, sakemm il-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm sal-31 ta’ Ottubru 2024.

    Minbarra l-prefinanzjament għall-programm previst fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, fejn il-Kummissjoni tapprova emenda ta’ programm li tinkludi prijorità waħda jew aktar iddedikati għall-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE+ li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... (66) [ir-Regolament dwar STEP], għandha tagħmel prefinanzjament eċċezzjonali ta’ 30 % abbażi tal-allokazzjoni għal dawk il-prijoritajiet. Dan il-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jkun ta’ benefiċċju wkoll għall-operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-użu tal-programmi ta’ tagħlim tal-Akkademji Ewropej b’Emissjonijiet Żero Netti kif ukoll għat-taħriġ taż-żgħażagħ u għat-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema f’dak li jirrigwarda t-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti. Il-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jitħallas sal-31 ta’ Diċembru 2024, sakemm il-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm sal-31 ta’ Ottubru 2024.

    Emenda 88

    Proposta għal regolament

    Artikolu 12 – paragrafu 1

    Regolament (UE) 2021/1057

    Artikolu 12a – paragrafu 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    B’deroga mill-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP għandhom jiżdiedu għal 100 %.

    B’deroga mill-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rati ta’ kofinanzjament għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP] jistgħu jiżdiedu sa 100 %.

    Emenda 89

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt 4

    Regolament (UE) 2021/1057

    Anness 1 – Tabella 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    (4)

    Fl-Anness I, it-Tabella 1, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

    QASAM TA’ INTERVENT

    Koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

    Koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi ambjentali

    145a

    Appoġġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet jew aċċess għall-impjiegi f’teknoloġiji profondi u diġitali, bijoteknoloġiji.

    0%

    0%

    145b

    Appoġġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet jew aċċess għall-impjiegi f’teknoloġiji nodfa.

    100%

    40%

    188

    Investimenti produttivi f’intrapriżi kbar marbuta primarjament ma’ teknoloġiji nodfa.

    100%

    40%

    189

    Investimenti produttivi fl-SMEs marbuta primarjament ma’ teknoloġiji nodfa.

    100%

    40%

    190

    Investimenti produttivi f’intrapriżi kbar marbuta primarjament mal-bijoteknoloġiji.

    0%

    0%

    191

    Investimenti produttivi fl-SMEs marbuta primarjament mal-bijoteknoloġiji.

    0%

    0%

    192

    Investimenti produttivi f’intrapriżi kbar marbuta primarjament ma’ teknoloġiji profondi u diġitali.

    0%

    0%

    193

    Investimenti produttivi fl-SMEs marbuta primarjament ma’ teknoloġiji profondi u diġitali.

    0%

    0%


    Emenda

    (4)

    Fl-Anness I, it-Tabella 1, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

    QASAM TA’ INTERVENT

    Koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

    Koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi ambjentali

    145a

    Appoġġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet jew aċċess għall-impjiegi f’teknoloġiji diġitali. (li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP]).

    0%

    0%

    145b

    Appoġġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet jew aċċess għall-impjiegi f’teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti. (li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP]).

    100%

    40%

    188

    Investimenti produttivi f’intrapriżi kbar marbuta primarjament ma’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti. (li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP]).

    100%

    40%

    189

    Investimenti produttivi fl-SMEs marbuta primarjament ma’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti. (li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP]).

    100%

    40%

    190

    Investimenti produttivi f’intrapriżi kbar marbuta primarjament mal-bijoteknoloġiji. (li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP]).

    0%

    0%

    191

    Investimenti produttivi fl-SMEs marbuta primarjament mal-bijoteknoloġiji. (li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP]).

    0%

    0%

    192

    Investimenti produttivi f’intrapriżi kbar marbuta primarjament ma’ teknoloġiji diġitali (li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP]).

    0%

    0%

    193

    Investimenti produttivi fl-SMEs marbuta primarjament ma’ teknoloġiji profondi u diġitali.

    0%

    0%

    Emenda 90

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt 5

    Regolament (UE) 2021/1060

    Anness 1 – Tabella 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    (5)

    Fl-Anness I, it-Tabella 6, tidħol ir-ringiela li ġejja:

    11

    Il-kontribut għall-ħiliet u l-impjiegi f’teknoloġiji profondi u diġitali, teknoloġiji nodfa, bijoteknoloġiji

    0%

    0%


    Emenda

    (5)

    Fl-Anness I, it-Tabella 6, tidħol ir-ringiela li ġejja:

    11

    Li jikkontribwixxu għall-ħiliet u l-impjiegi f’teknoloġiji diġitali, teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti (li jikkontribwixxu għall-objettivi STEP fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP]).

    0%

    0%

    Emenda 91

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

    Regolament (UE) Nru 1303/2013

    Artikolu 2 – punt 29

    It-test preżenti

    Emenda

     

    (-1a)

    Fl-Artikolu 2, il-punt 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    (29)

    “sena ta’ kontabilità”, tfisser, għall-finijiet tat-Tielet Parti u r-Raba’ Parti, il-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju, għajr għall-ewwel sena ta’ kontabilità tal-perjodu ta’ programmazzjoni, li fir-rigward tagħha tfisser il-perjodu mid-data tal-bidu għal eliġibbiltà tan-nefqa sat-30 ta’ Ġunju 2015. Is-sena ta’ kontabilità finali għandha tkun bejn l-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024;

    (29)

    “sena ta’ kontabilità”, tfisser, għall-finijiet tat-Tielet Parti u r-Raba’ Parti, il-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju, għajr għall-ewwel sena ta’ kontabilità tal-perjodu ta’ programmazzjoni, li fir-rigward tagħha tfisser il-perjodu mid-data tal-bidu għal eliġibbiltà tan-nefqa sat-30 ta’ Ġunju 2015. Is-sena ta’ kontabilità finali għandha tkun bejn l-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025;”

    Emenda 92

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

    Regolament (UE) Nru 1303/2013

    Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1b)

    Fl-Artikolu 24, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

     

    “1a.     B’deroga mill-Artikolu 60(1) u l-ewwel u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 120(3), tista’ tiġi applikata rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għan-nefqa ddikjarata għas-sena ta’ kontabilità finali għal ass ta’ prijorità wieħed jew aktar fi programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE jew mill-Fond ta’ Koeżjoni. B’deroga mill-Artikolu 30(1) u (2) u l-Artikolu 96(10), l-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % ma għandhiex teħtieġ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova emenda tal-programm. L-Istat Membru għandu jinnotifika t-tabelli finanzjarji riveduti lill-Kummissjoni wara l-approvazzjoni mill-kumitat ta’ monitoraġġ. Ir-rata ta’ kofinanzjament ta’ sa 100 % għandha tapplika biss jekk it-tabelli finanzjarji jkunu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel titressaq l-applikazzjoni finali għal pagament interim għas-sena ta’ kontabilità finali f’konformità mal-Artikolu 135(2).”

    Emenda 93

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

    Regolament (UE) Nru 1303/2013

    Artikolu 65 - paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1c)

    Fl-Artikolu 65, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

     

    “2.     In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi ESI jekk tkun saret minn benefiċjarju u ġiet imħallsa bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Jannar 2014, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta’ Diċembru 2024. Barra minn hekk, in-nefqa għandha tkun eliġibbli biss għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk l-għajnuna rilevanti fil-fatt titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2024.

    Emenda 94

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1)   Fl-Artikolu 135, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej

    (1)   L-Artikolu 135 huwa emendat kif ġej:

     

    (a)

    jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

    Emenda 95

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja

    Regolament (UE) Nru 1303/2013

    Artikolu 135 - paragrafu 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni finali għal pagament interim għas-sena ta’ kontabilità finali għandha tkun il-31 ta’ Lulju 2025. L-aħħar applikazzjoni għal pagament interim sottomessa sal-31 ta’ Lulju 2025 għandha titqies bħala l-applikazzjoni finali għal pagament interim għas-sena ta’ kontabilità finali.

    L-ammonti minn riżorsi oħra għajr REACT-EU rimborżati mill-Kummissjoni bħala pagamenti interim fl-2025 ma għandhomx jaqbżu l-1 % tal-approprjazzjonijiet finanzjarji totali għall-programm ikkonċernat mill-Fond, ir-riżorsi ta’ REACT-EU esklużi. L-ammonti li jridu jitħallsu mill-Kummissjoni fl-2025 li jaqbżu dan il-perċentwal ma għandhomx jitħallsu u għandhom jintużaw esklużivament għall-ikklerjar tal-prefinanzjament fl-għeluq.”

    6.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni finali għal pagament interim għas-sena ta’ kontabilità finali għandha tkun il-31 ta’ Lulju 2025. L-aħħar applikazzjoni għal pagament interim sottomessa sal-31 ta’ Lulju 2025 għandha titqies bħala l-applikazzjoni finali għal pagament interim għas-sena ta’ kontabilità finali.

    L-ammonti minn riżorsi oħra għajr REACT-EU rimborżati mill-Kummissjoni bħala pagamenti interim fl-2025 ma għandhomx jaqbżu l-10 % tal-approprjazzjonijiet finanzjarji totali għall-programm ikkonċernat mill-Fond, ir-riżorsi ta’ REACT-EU esklużi. L-ammonti li jridu jitħallsu mill-Kummissjoni fl-2025 li jaqbżu dan il-perċentwal ma għandhomx jitħallsu u għandhom jintużaw esklużivament għall-ikklerjar tal-prefinanzjament fl-għeluq.”

    Emenda 96

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b (ġdid)

    Regolament (UE) Nru 1303/2013

    Artikolu 135 - paragrafu 6 a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (b)

    Għandu jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:

     

    ‘6a.     Għar-reġjuni ultraperiferiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 349 tat-TFUE, b’deroga mill-paragrafu 2, l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni finali għal pagament interim għas-sena ta’ kontabilità finali għandha tkun it-30 ta’ Ġunju 2025. L-aħħar applikazzjoni għal pagament interim sottomessa sal-31 ta’ Diċembru 2025 għandha titqies bħala l-applikazzjoni finali għal pagament interim għas-sena ta’ kontabilità finali.

     

    L-ammonti minn riżorsi oħra għajr REACT-EU rimborżati mill-Kummissjoni bħala pagamenti interim fl-2025 ma għandhomx jaqbżu l-15 % tal-approprjazzjonijiet finanzjarji totali għall-programm ikkonċernat mill-Fond, ir-riżorsi ta’ REACT-EU esklużi. L-ammonti li jridu jitħallsu mill-Kummissjoni fl-2025 li jaqbżu dan il-perċentwal ma għandhomx jitħallsu u għandhom jintużaw esklużivament għall-ikklerjar tal-prefinanzjament fl-għeluq.”

    Emenda 97

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt 2

    Regolament (UE) Nru 1303/2013

    Artikolu 138 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    “B’deroga mill-iskadenza stabbilita fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu d-dokumenti msemmija taħt il-punti (a), (b) u (c) għas-sena ta’ kontabilità finali sal-15 ta’ Frar 2026.”

    “B’deroga mill-iskadenza stabbilita fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu r-rapport ta’ implimentazzjoni finali għall-programm operazzjonali skont l-Artikoli 141 u d-dokumenti msemmija taħt il-punti (a), (b) u (c) għas-sena ta’ kontabilità finali sal-15 ta’ Frar 2026.”

    Emenda 98

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid)

    Regolament (UE) Nru 223/2014

    Artikolu 141 – paragrafu 1

    It-test preżenti

    Emenda

     

    (2a)

    Fl-Artikolu 141, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    1.   Minbarra d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 138, għall-aħħar sena ta’ kontabilità mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport ta’ implimentazzjoni finali għall-programm operazzjonali jew l-aħħar rapport ta’ implimentazzjoni annwali għall-programm operazzjonali appoġġat mill-FEMS.

    “1.   Minbarra d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 138, għall-aħħar sena ta’ kontabilità mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport ta’ implimentazzjoni finali għall-programm operazzjonali jew l-aħħar rapport ta’ implimentazzjoni annwali għall-programm operazzjonali appoġġat mill-FEMS.

    Emenda 99

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-garanzija tal-UE għall-finijiet tal-kompartiment tal-UE msemm fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) għandha tkun EUR 33 652 310 073 fi prezzijiet kurrenti. Din għandha tkun bi provviżjonament bir-rata ta’ 40 %. L-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(3) għandu jitqies ukoll għall-kontribut għall-proviżjonament li jirriżulta minn dik ir-rata ta’ proviżjonament.;

    Il-garanzija tal-UE għall-finijiet tal-kompartiment tal-UE msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) għandha tkun EUR 36 652 310 073 fi prezzijiet kurrenti. Din għandha tkun bi provviżjonament bir-rata ta’ 40 %. L-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(3) għandu jitqies ukoll għall-kontribut għall-proviżjonament li jirriżulta minn dik ir-rata ta’ proviżjonament.;

    Emenda 100

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a a (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa)

    Fil-paragrafu 1, jiddaħħal ir-raba’ subparagrafu li ġej:

     

    “Ammont addizzjonali tal-garanzija tal-UE jista’ jingħata wkoll fl-għamla ta’ flus kontanti mill-Istati Membri lill-kompartiment tal-Istat Membru biex jappoġġa l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [Ir-Regolament STEP] bl-użu tar-rikavat ta’ self mogħti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 33a tar-Regolament (UE) 2021/241 [ir-Regolament dwar l-RRF].”

    Emenda 101

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Ammont ta’ EUR 18 827 310 073 fi prezzijiet kurrenti tal-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi allokat għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2).;

    Ammont ta’ EUR 21 827 310 073 fi prezzijiet kurrenti tal-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi allokat għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2).;

    Emenda 102

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 4 a (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b – subparagrafu 2

    It-test preżenti

    Emenda

     

    (4a)

    Fl-Artikolu 9(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    il-kompartiment tal-Istat Membru għandu jindirizza fallimenti tas-suq speċifiċi jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali f'reġjun jew fi Stat Membru wieħed jew aktar sabiex iwettaq l-għanijiet tal-politika tal-fondi kontribwenti b'ġestjoni kondiviża jew tal-ammont addizzjonali pprovdut minn Stat Membru skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1), speċjalment biex isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni billi jindirizza l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni tagħha.

    “(b)

    il-kompartiment tal-Istat Membru għandu jindirizza fallimenti tas-suq speċifiċi jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali f'reġjun jew fi Stat Membru wieħed jew aktar sabiex iwettaq l-għanijiet tal-politika tal-fondi kontribwenti b'ġestjoni kondiviża jew tal-ammont addizzjonali pprovdut minn Stat Membru skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1), speċjalment biex isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni billi jindirizza l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni tagħha. L-ammont addizzjonali pprovdut minn Stat Membru fil-forma ta’ flus kontanti skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 4(1) għandu jiġi allokat għal proġetti li jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament.../... [ir-Regolament dwar STEP].

    Emenda 103

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt h

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4b)

    Fl-Artikolu 10(3), jiddaħħal punt ġdid:

     

    “(h)

    kwalunkwe kontribuzzjoni fil-forma ta’ flus lill-kompartiment tal-Istat Membru magħmula bir-rikavat mis-self mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza skont l-Artikolu 33a tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) ”;

     

    Emenda 104

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 5a

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b – punt ii

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (5a)

    Fl-Artikolu 11(1), il-punt (b), jiddaħħal punt ġdid:

     

    “(viii)

    il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-konsistenza mal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza tal-proġetti STEP iffinanzjati bir-rikavat tas-self mill-RRF.”

    Emenda 105

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 6

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 13 – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (6)

    L-Artikolu 13(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    (6)

    L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

     

    (a)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    4.   Mill-inqas 75 % tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-UE kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), li tammonta għal mill-inqas EUR 25 239 232 554 , għandha tingħata lill-Grupp tal-BEI. Il-Grupp tal-BEI għandu jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja aggregata li tammonta għal mill-inqas EUR 6 309 808 138 . Dik il-kontribuzzjoni għandha tingħata b’mod u għamla li tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Fond InvestEU u l-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(2).”

    ;

    4.   75 % tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-UE kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), li tammonta għal mill-inqas EUR 27 489 232 554 , għandha tingħata lill-Grupp tal-BEI. Il-Grupp tal-BEI għandu jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja aggregata li tammonta għal mill-inqas EUR 6 872 308 138 . Dik il-kontribuzzjoni għandha tingħata b’mod u għamla li tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Fond InvestEU u l-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(2).”

    ;

    Emenda 106

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 13 – paragrafu 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (6b)

    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    5.   Il-25 % li jifdal tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-UE għandu jingħata lil sħab oħra inkarigati mill-implimentazzjoni, li għandhom jipprovdu wkoll kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tiġi determinata fil-ftehimiet ta’ garanzija.

    5.   Il-25 % li jifdal tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-UE għandu jingħata lil sħab oħra inkarigati mill-implimentazzjoni, li għandhom jipprovdu wkoll kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tiġi determinata fil-ftehimiet ta’ garanzija. Meta l-Kummissjoni tiddetermina li l-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali ma jagħmlux użu sħiħ mill-25 % li jifdal tal-garanzija tal-UE taħt il-kompartiment tal-UE, l-ammont żejjed jista’ jingħata b’mod eċċezzjonali lill-Grupp tal-BEI.”;

    Emenda 107

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 6 – punt c (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (c)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

     

    ‘5a.     Meta applikabbli, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 5 biex tagħti lill-Grupp tal-BEI aktar minn 75 % tal-garanzija tal-UE fir-Rapport Annwali lill-Parlament Ewropew imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament.../... [ir-Regolament dwar STEP]. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma wkoll dwar kwalunkwe azzjoni li jkollha l-għan li żżid il-kapaċità ta’ assorbiment tas-sħab l-oħra inkarigati mill-implimentazzjoni’;.

    Emenda 108

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 6 – punt d (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 13 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (d)

    fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej::

     

    “Il-kuntratti bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u r-riċevitur finali jew l-intermedjarju finanzjarju jew entità oħra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(1) skont il-garanzija tal-UE msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) għandhom jiġu ffirmati mhux aktar tard minn sentejn wara l-approvazzjoni tal-operazzjoni rilevanti ta’ finanzjament jew ta’ investiment mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. F’każijiet oħra, kuntratti bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u r-riċevitur finali jew l-intermedjarju finanzjarju jew entità oħra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(1) għandhom jiġu ffirmati sal-31 ta’ Diċembru 2028.”;

    Emenda 109

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 6 – punt e (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 13 – paragrafu 6a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (e)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

     

    ‘6a.     Il-Grupp tal-BEI għandu jimmira li jippreserva bilanċ ġeografiku, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ proġetti transfruntiera.”

    Emenda 110

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 9

    Regolament (UE) 2021/523

    Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt (j)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (j)

    jipprovdi appoġġ konsultattiv lill-maniġers ta’ fondi ta’ ekwità attivi fl-oqsma msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 8(1).”

    “(j)

    jipprovdi appoġġ konsultattiv lill-maniġers ta’ fondi ta’ ekwità u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra attivi fl-oqsma msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 8(1), inkluż, fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ assi intanġibbli.”

    Emenda 111

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 12

    Regolament (UE) 2021/523

    Anness I – punt (e)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e)

    sa EUR 7 500 000 000 għall-objettivi msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 3(2).”

    (e)

    sa EUR 10 500 000 000 għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (e).”

    Emenda 112

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 13

    Regolament (UE) 2021/523

    Anness II – punt 16

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (16)

    iż-żieda, l-użu u l-manifattura fuq skala kbira tat-teknoloġiji kritiċi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP], kif ukoll il-katina tal-valur rispettiva msemmija fl-Artikolu 2(4) ta’ dak ir-Regolament.

    (16)

    l-iżvilupp jew il-manifattura tat-teknoloġiji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP], kif ukoll il-katina ta’ provvista rispettiva msemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament.

    Emenda 113

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 14

    Regolament (UE) 2021/523

    Anness III – punt 9 – punt 7a.1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    7a.1

    Investiment mobilizzat skont il-qasam tat-teknoloġija: i) teknoloġiji profondi u diġitali, ii) teknoloġiji nodfa u iii) bijoteknoloġiji.

    7a.1

    Investiment mobilizzat skont il-qasam tat-teknoloġija: i) teknoloġiji diġitali u ii) teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u iii) bijoteknoloġiji.

    Emenda 114

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt 14

    Regolament (UE) 2021/523

    Anness III – punt 9 – punt 7a.2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    7a.2

    Numru ta’ intrapriżi appoġġati skont il-qasam tat-teknoloġija: i) teknoloġiji profondi u diġitali, ii) teknoloġiji nodfa u iii) bijoteknoloġiji.

    7a.2

    Numru ta’ intrapriżi appoġġati skont il-qasam tat-teknoloġija: i) teknoloġiji diġitali, ii) teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u iii) bijoteknoloġiji.

    Emenda 115

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 1 (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 7 – paragrafu 10

    It-test preżenti

    Emenda

     

    (-1)

    Artikolu 7, il-paragrafu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    10.   Bħala parti mill-objettiv ġenerali tal-Unjoni tal-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi fil-politiki settorjali tal-Unjoni u fil-fondi tal-Unjoni, l-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jikkontribwixxu mill-inqas 35 % tan-nefqa għall-objettivi klimatiċi, fejn ikun adatt. L-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika għandha tkun inkluża b'mod adegwat fil-kontenut tar-R&I.

    10.   Bħala parti mill-objettiv ġenerali tal-Unjoni tal-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi fil-politiki settorjali tal-Unjoni u fil-fondi tal-Unjoni, l-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jikkontribwixxu mill-inqas 35 % tan-nefqa għall-objettivi klimatiċi, fejn ikun adatt. L-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika għandha tkun inkluża b’mod adegwat fil-kontenut tar-R&I. Għall-implimentazzjoni ta’ dan l-objettiv, il-Kummissjoni tista’ tiddependi fuq il-prinċipju “La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti” f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 biex tiżgura li l-infiq fuq il-klima ma jaffettwax ħażin objettivi ambjentali oħra u li l-investimenti f’objettivi ambjentali oħra jkunu konformi mal-objettiv dwar il-klima. L-użu ta’ dan il-prinċipju għandu jkun limitat għal sejħiet għal proposti għal proġetti li għandhom x’jaqsmu direttament mal-objettivi ambjentali, kif definiti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li għandhom l-għan li jiffinanzjaw attivitajiet li huma qrib l-użu fis-suq. L-użu tal-prinċipju għandu jkun akkumpanjat minn gwida dettaljata mill-Kummissjoni dwar kif il-konformità mal-prinċipju għandha tiġi evalwata fil-kuntest tas-sejħa speċifika li fiha jintuża l-prinċipju.

    Emenda 116

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 1 a (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punti b u c

    It-test preżenti

    Emenda

     

    (-1a)

    fl-Artikolu 9(1), il-punti (b) u (c) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

    (b)

    awtonomija;

    (c)

    kapaċità għat-teħid tar-riskju;

    (b)

    awtonomija, b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-appoġġ għall-ekwità sabiex jiġu żgurati skedi ta’ żmien tal-investiment konformi mas-suq kif ukoll it-teħid tar-riskji kif imsemmi fil-punt (c);

    (c)

    kapaċità għat-teħid ta’ aktar riskju mill-istandards tas-suq, b’mod partikolari billi jipprovdi investiment bil-paċenzja għal innovazzjonijiet mhux bankabbli.”

    Emenda 117

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 12 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 86 623 000 000 fi prezzijiet attwali għall-programm speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) u għall-EIT u ta’ 9 453 000 000 fi prezzijiet attwali għall-programm speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2).

    1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 87 423 000 000 fi prezzijiet attwali għall-programm speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) u għall-EIT u ta’ EUR 10 453 000 000 fi prezzijiet attwali għall-programm speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2).

    Emenda 118

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt c

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    fil-paragrafu 2, il-punti (b) u (c) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

    (b)

    fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    ‘(b)

    EUR 46 628 000 000 għall-Pilastru II “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea” għall-perjodu 2021 sa 2027, li minnhom:

    “(c)

    EUR 13 237 000 000 għall-Pilastru III “Ewropa Innovattiva” għall-perjodu 2021 sa 2027, li minnhom:

    (i)

    EUR 6 775 000 000 għar-ragruppament “Saħħa”;

    (i)

    EUR 10 052 000 000 għall-EIC;”

    (ii)

    EUR 1 350 000 000 għar-raggruppament “Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva”;

    (ii)

    EUR 459 000 000 għall-Ekosistemi Ewropej tal-innovazzjoni;

    (iii)

    EUR 1 276 000 000 għar-raggruppament “Sigurtà Ċivili għas-Soċjetà”;

    (iii)

    EUR 2 726 000 000 għall-EIT;”

    (iv)

    EUR 13 229 000 000 għar-raggruppament “Diġitali, Industrija u Spazju”;

     

    (v)

    EUR 13 229 000 000 għar-raggruppament “Klima, Enerġija u Mobbiltà”;

     

    (vi)

    EUR 8 799 000 000 għar-raggruppament “Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent”;

     

    (vii)

    EUR 1 970 000 000 għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari tal-JRC;

     

    (c)

    EUR 13 237 000 000 għall-Pilastru III “Ewropa Innovattiva” għall-perjodu 2021 sa 2027, li minnhom:

     

    (i)

    EUR 10 052 000 000 għall-EIC;”

     

    (ii)

    EUR 459 000 000 għall-Ekosistemi Ewropej tal-innovazzjoni;

     

    (iii)

    EUR 2 726 000 000 għall-EIT;”

     

    Emenda 119

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (3)

    Fl-Artikolu 48, jiżdied il-punt (d) li ġej mal-ewwel subparagrafu:

    (3)

    L-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

    Emenda 120

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 48 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

    It-test preżenti

    Emenda

     

    (a)

    fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    (c)

    appoġġ f’forma biss ta’ ishma lill-SMEs mhux bankabbli, inklużi negozji ġodda, li diġà rċevew appoġġ f’forma biss ta’ għotja.

    (c)

    appoġġ f’forma biss ta’ ishma lill-SMEs mhux bankabbli, inklużi negozji ġodda, li jwettqu innovazzjoni rivoluzzjonarja u fixkiela mhux bankabbli, jista’ wkoll jiġi pprovdut;”

    Emenda 121

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 48 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (b)

    fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jiżdied il-punt (d) li ġej:

    (d)

    appoġġ f’forma ta’ ekwità biss meħtieġ għall-espansjoni għall-SMEs mhux bankabbli, inklużi negozji ġodda, u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja mhux bankabbli, inklużi entitajiet li diġà rċevew appoġġ f’konformità mal-punti (a) sa (c), li jwettqu innovazzjoni rivoluzzjonarja u fixkiela mhux bankabbli fit-teknoloġiji kritiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP], iffinanzjata skont l-Artikolu 3(b) ta’ dak ir-Regolament.”

    (d)

    appoġġ f’forma ta’ ekwità biss meħtieġ għall-espansjoni għall-SMEs mhux bankabbli, inklużi negozji ġodda, u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja mhux bankabbli, inklużi entitajiet li diġà rċevew appoġġ f’konformità mal-punti (a) sa (c), li jwettqu innovazzjoni rivoluzzjonarja u fixkiela mhux bankabbli fit-teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP], iffinanzjata skont l-Artikolu 3(b) ta’ dak ir-Regolament.”

    Emenda 122

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 48 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (c)

    fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

     

    “Meta jipprovdi appoġġ ta’ ekwità, l-EIC għandu jagħmel ħiltu biex jattira investituri oħra. Madankollu, sabiex tiġi appoġġata b’mod effettiv l-innovazzjoni mhux bankabbli, l-appoġġ għall-ekwità jista’ jiġi pprovdut mingħajr ma jiġu attirati investituri oħra, b’mod partikolari għall-innovazzjoni rivoluzzjonarja u fixkiela mhux bankabbli fit-teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament .../... [ir-Regolament dwar STEP].

    Emenda 123

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3 – punt d (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 48 – paragrafu 3

    It-test preżenti

    Emenda

     

    (d)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    3.   Deċiżjoni unika tal-għotja għandha tkopri u tipprovdi finanzjament għal kull forma ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni prevista taħt finanzjament imħallat tal-EIC.

    3.   Deċiżjoni unika tal-għotja, li għandha tkun ibbażata fuq l-eżitu tal-proċess ta’ evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 u f’konformità mal-paragrafu 8 għandha tkopri u tipprovdi finanzjament għal kull forma ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni prevista taħt finanzjament imħallat tal-EIC. Id-deċiżjoni unika tal-għotja għandha twassal għal kuntratt uniku li jkopri l-forom kollha ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni previsti mid-deċiżjoni.”

    Emenda 124

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3 – punt e (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 48 – paragrafu 8 - subparagrafu 1

    It-test preżenti

    Emenda

     

    (e)

    fil-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Fil-każ ta’ proposta li tkun għaddiet mill-evalwazzjoni, l-esperti esterni indipendenti għandhom jipproponu appoġġ korrispondenti tal-Aċċeleratur, ibbażat fuq ir-riskju affaċċjat u r-riżorsi u l-ħin meħtieġa biex l-innovazzjoni tinġieb u tintuża fis-suq.

    Fil-każ ta’ proposta li tkun għaddiet mill-evalwazzjoni, l-esperti esterni indipendenti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jipproponu appoġġ korrispondenti tal-Aċċeleratur, ibbażat fuq ir-riskju affaċċjat u r-riżorsi u l-ħin meħtieġa biex l-innovazzjoni tinġieb u tintuża fis-suq. Il-Kummissjoni tista’ tiċħad, għal raġunijiet ġustifikati, proposta tal-esperti esterni indipendenti, inkluż minħabba nuqqas ta’ konformità mal-objettivi tal-politiki tal-Unjoni. Il-Kumitat tal-Programm għandu jiġi infurmat bir-raġunijiet għal tali ċaħda.”

    Emenda 125

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 48 – paragrafu 11 – subparagrafu 1

    It-test preżenti

    Emenda

     

    (f)

    fil-paragrafu 11, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Il-kuntratt għall-azzjoni magħżula għandu jistabbilixxi objettivi intermedji speċifiċi li jistgħu jitkejlu kif ukoll il-prefinanzjament u l-pagamenti bin-nifs korrispondenti tal-appoġġ tal-Aċċeleratur.

    Il-kuntratt għall-azzjoni magħżula, li għandu jkun magħmul minn kuntratt uniku f’konformità mal-paragrafu 3, għandu jistabbilixxi objettivi intermedji speċifiċi li jistgħu jitkejlu kif ukoll il-prefinanzjament u l-pagamenti bin-nifs korrispondenti tal-appoġġ tal-Aċċeleratur.

    Emenda 126

    Proposta għal regolament

    Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 4 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2021/695, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 9 453 000 000 bi prezzijiet attwali.”

    1.   F’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2021/695, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 10 453 000 000 fi prezzijiet attwali.”

    Emenda 127

    Proposta għal regolament

    Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    EUR 3 151 000 000 għal azzjonijiet ta’ riċerka;

    (a)

    EUR 3 484 000 000 għal azzjonijiet ta’ riċerka;

    Emenda 128

    Proposta għal regolament

    Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    EUR 6 302 000 000 għal azzjonijiet ta’ żvilupp.”

    (b)

    EUR 6 969 000 000 għal azzjonijiet ta’ żvilupp.”

    Emenda 129

    Proposta għal regolament

    Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

    Regolament (UE) 2021/695

    Artikolu 4 – paragrafu 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    ( c )

    Il-paragrafu 5 huwa miżjud:

    ( b )

    Il-paragrafu 5 huwa miżjud:

    “Ammont ta’ EUR 1 500 000 fi prezzijiet attwali tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi allokat għal sejħiet għal proposti jew għotjiet ta’ finanzjament li jappoġġaw investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament .../. [ir-Regolament dwar STEP].”

    “Ammont ta’ EUR 2 500 000 fi prezzijiet attwali tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi allokat għal sejħiet għal proposti jew għotjiet ta’ finanzjament li jappoġġaw investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament .../. [ir-Regolament dwar STEP].”

    Emenda 130

    Proposta għal regolament

    Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt 1

    Regolament (UE) 2021/241

    Artikolu 1 – paragrafu 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1)

    Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

    3.

    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jipproponu wkoll li jinkludu fil-pjan tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, bħala kostijiet stmati, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus għall-fini tal-kompartiment tal-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar InvestEU esklużivament għall-miżuri li jappoġġaw operazzjonijiet ta’ investiment li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... (71) [ir-Regolament dwar STEP]. Dawk il-kostijiet ma għandhomx jaqbżu s-6 % tal-allokazzjoni finanzjarja totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, u l-miżuri rilevanti, kif stabbilit fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.”

    3.

    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jipproponu wkoll li jinkludu fil-pjan tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, bħala kostijiet stmati, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus għall-fini tal-kompartiment tal-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar InvestEU esklużivament għall-miżuri li jappoġġaw operazzjonijiet ta’ investiment li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... (71) [ir-Regolament dwar STEP]. Dawk il-kostijiet ma għandhomx jaqbżu s-6 % tal-allokazzjoni finanzjarja totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, u l-miżuri rilevanti, kif stabbilit fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Din il-limitazzjoni ma għandhiex tapplika għall-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti magħmula skont l-Artikolu 33a.

    Emenda 131

    Proposta għal regolament

    Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/241

    Artikolu 1 – paragrafu 33a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2a)

    Jiżdied kapitolu ġdid:

     

    “KAPITOLU VIIa

    UŻU EĊĊEZZJONALI TA’ SELF SKONT L-RRF MHUX MITLUB MILL-ISTATI MEMBRI

    Artikolu 33a

    1.     Id-differenza bejn l-ammont massimu disponibbli għall-appoġġ fil-forma ta’ self lill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(1)(b) u l-ammont totali mitlub mill-Istati Membri qabel l-1 ta’ Settembru 2023 għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha għall-implimentazzjoni tal-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament .../... [Ir-Regolament dwar STEP] mill-kompartiment tal-Istat Membru ta’ InvestEU. L-allokazzjoni massima għal kull Stat Membru għandha ssir skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni definit fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.

    2.     Sal-31 ta’ Diċembru 2023, fuq talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tagħti self lill-Istat Membru kkonċernat għall-fini msemmi fil-paragrafu 1.

    3.     Stat Membru jista’ jitlob appoġġ fil-forma ta’ self sal-15 ta’ Diċembru 2023 għall-fini msemmi fil-paragrafu 1.

    4.     L-Istat Membru kkonċernat għandu juża r-rikavat tas-self biex jagħmel kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-kompartiment tal-InvestEU tal-Istat Membru tiegħu biex jappoġġa l-objettivi ta’ STEP, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2021/523 [ir-Regolament InvestEU].

    Emenda 132

    Proposta għal regolament

    Artikolu 19a (ġdid)

    Regolament (UE) 2021/1755

    Artikolu 4a

    It-test preżenti

    Emenda

     

    Artikolu 19a

     

    Emendi fir-Regolament (UE) 2021/1755 [BAR]

     

    Ir-Regolament (UE) 2021/1755 huwa emendat kif ġej:

     

    l-Artikolu 4a huwa emendat kif ġej:

    Artikolu 4a

    Trasferiment għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

    1.   Sal-1 ta’ Marzu 2023, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni talba motivata biex jittrasferixxu lill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-ammonti kollha tal-allokazzjoni proviżorja tagħhom kif jinsabu fl-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 4(5). Jekk it-talba għat-trasferiment tiġi approvata, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta’ implimentazzjoni sabiex jirrifletti l-ammonti aġġustati wara t-trasferimenti.

    Artikolu 4a

    Trasferiment għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

    1.   Sal-1 ta’ Marzu 2023, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni talba motivata biex jittrasferixxu lill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-ammonti kollha tal-allokazzjoni proviżorja tagħhom kif jinsabu fl-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 4(5). Jekk it-talba għat-trasferiment tiġi approvata, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta’ implimentazzjoni sabiex jirrifletti l-ammonti aġġustati wara t-trasferimenti.

     

    1a.     Sat-30 ta’ Settembru 2024, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw talba motivata lill-Kummissjoni biex jittrasferixxu lill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew il-Fond Soċjali Ewropew Plus stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-ammonti kollha tal-allokazzjoni proviżorja tagħhom jew parti minnhom stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 4(5) għall-finijiet ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament.../... [ir-Regolament dwar STEP]. Jekk it-talba għat-trasferiment tiġi approvata, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta’ implimentazzjoni sabiex jirrifletti l-ammonti aġġustati wara t-trasferimenti.

    2.   Meta trasferiment taħt il-paragrafi 1 jew 2 jaffettwa l-pagamenti parzjali diġà mħallsa jew li jkunu ser jitħallsu bħala prefinanzjament, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1) kif xieraq għall-Istat Membru kkonċernat. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tirkupra, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-pagamenti parzjali kollha tal-2021 u l-2022 jew parti minnhom imħallsa lil dak l-Istat Membru bħala prefinanzjament,. F’dak il-każ, l-ammonti rkuprati għandhom jiġu trasferiti lill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-benefiċċju esklużiv tal-Istat Membru kkonċernat.

    2.   Meta trasferiment taħt il-paragrafi 1 jew 2 jaffettwa l-pagamenti parzjali diġà mħallsa jew li jkunu ser jitħallsu bħala prefinanzjament, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1) kif xieraq għall-Istat Membru kkonċernat. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tirkupra, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-pagamenti parzjali kollha tal-2021 u l-2022 jew parti minnhom imħallsa lil dak l-Istat Membru bħala prefinanzjament,. F’dak il-każ, l-ammonti rkuprati għandhom jiġu trasferiti lill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-benefiċċju esklużiv tal-Istat Membru kkonċernat.

    3.   Meta Stat Membru jagħżel li jittrasferixxi l-allokazzjoni proviżorja kollha tiegħu jew parti minnha għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-ammonti li għandhom jintefqu għall-finijiet tal-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, għandhom jitnaqqsu b’mod proporzjonat.

    3.   Meta Stat Membru jagħżel li jittrasferixxi l-allokazzjoni proviżorja kollha tiegħu jew parti minnha għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-ammonti li għandhom jintefqu għall-finijiet tal-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, għandhom jitnaqqsu b’mod proporzjonat.

    4.   Meta Stat Membru jagħżel li jittrasferixxi l-allokazzjoni proviżorja kollha tiegħu għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Artikolu 10(1) ma għandux japplika.

    4.   Meta Stat Membru jagħżel li jittrasferixxi l-allokazzjoni proviżorja kollha tiegħu għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta f’konformità mal-paragrafi 1 jew 2, l-Artikolu 10(1) ma għandux japplika.

    5.   L-Artikolu 10(2) ma għandux japplika għall-ammonti trasferiti għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

    5.   L-Artikolu 10(2) ma għandux japplika għall-ammonti trasferiti għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta f’konformità mal-paragrafi 1 jew 2.

    Emenda 133

    Proposta għal regolament

    Anness

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Anness

     

    Definizzjoni ta’ bijoteknoloġiji

     

    (Artikolu 2(1), il-punt (a)(iii))

     

    Bijoteknoloġiji  (1a) tfisser:

     

    L-applikazzjoni tax-xjenza u t-teknoloġija għal organiżmi ħajjin, kif ukoll partijiet, prodotti u mudelli tagħhom, biex jinbidlu materjali ħajjin jew mhux ħajjin għall-produzzjoni ta’ għarfien, oġġetti u servizzi.

     

    Id-definizzjoni statistika bbażata fuq il-lista tal-OECD ta’ bijoteknoloġija fiha:

    DNA/RNA: il-ġenomika, il-farmakoġenomika, is-sondi tal-ġeni, l-inġinerija ġenetika, is-sekwenzjar/is-sinteżi/l-amplifikazzjoni tad-DNA/tal-RNA, it-tfassil ta’ profili tal-espressjoni ġenika, u l-użu tat-teknoloġija antisense, is-sinteżi tad-DNA fuq skala kbira, l-editjar tal-ġenoma u tal-ġeni, il-gene drive.

    Proteini u molekuli oħrajn: is-sekwenzjar/is-sinteżi/l-inġinerija ta’ proteini u peptidi (inklużi ormoni ta’ molekuli kbar); il-metodi ta’ konsenja mtejba għal drogi ta’ molekuli kbar; il-proteomika, l-iżolament u l-purifikazzjoni tal-proteini, is-sinjalar, l-identifikazzjoni taċ-ċelloli b’riċetturi.

    Koltura u inġinerija taċ-ċelloli u tat-tessuti: il-koltura ta’ ċelloli/tessuti, l-inġinerija tat-tessuti (inklużi scaffolds tat-tessuti u inġinerija bijomedika), il-fużjoni ċellulari, l-stimulanti tal-vaċċini/l-immunostimulanti, il-manipulazzjoni tal-embrijuni, it-teknoloġiji ta’ tnissil assistit minn markaturi, l-inġinerija metabolika.

    Tekniki tal-proċess bijoteknoloġiku: il-fermentazzjoni bl-użu ta’ bijoreatturi, bijoraffinar, bijoproċessar, bijolixxivjazzjoni, bijopulpjar, bijobbliċjar, bijodesulfurizzazzjoni, bijorimedjazzjoni, bijodetezzjoni, bijofiltrazzjoni u fitorimedjazzjoni, l-akkwakultura molekulari.

    Vetturi tal-ġeni u tal-RNA: it-terapija tal-ġeni, il-vetturi virali.

    Bijoinformatika: il-kostruzzjoni ta’ bażijiet tad-data dwar il-ġenomi, is-sekwenzi tal-proteini; l-immudellar ta’ proċessi bijoloġiċi kumplessi, inkluża l-bijoloġija tas-sistemi.

    Nanobijoteknoloġija: l-applikazzjoni tal-għodod u l-proċessi tan-nanofabrikazzjoni/tal-mikrofabbrikazzjoni biex jinbnew apparati għall-istudju ta’ bijosistemi u l-applikazzjonijiet fit-twassil tal-mediċini, id-dijanjostika, eċċ.

     


    (1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu. (A9-0290/2023).

    (40)  Il-Komunikazzjoni dwar Il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għall-Era b’Emissjonijiet Żero Netti, COM(2023) 62 final.

    (41)  COM(2023) 160 finali

    (42)  COM(2023) 161 finali

    (43)  Il-Komunikazzjoni dwar Qafas Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat (ĠU C 101, 17.3.2023, p. 3).

    (43a)   Ir-Regolament (UE) 2021/241 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

    (44)  Ir-Regolament (UE) 2023/435 fir-rigward tal-kapitoli REPowerEU (ĠU L 63, 28.2.2023, p. 1).

    (40)  Il-Komunikazzjoni dwar Il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għall-Era b’Emissjonijiet Żero Netti, COM(2023) 62 final.

    (41)  COM(2023) 160 finali

    (42)  COM(2023) 161 finali

    (43)  Il-Komunikazzjoni dwar Qafas Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat (ĠU C 101, 17.3.2023, p. 3).

    (44)  Ir-Regolament (UE) 2023/435 fir-rigward tal-kapitoli REPowerEU (ĠU L 63, 28.2.2023, p. 1).

    (44a)   Ir-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 1).

    (44b)   Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali (ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4).

    (44c)   Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar id-dipendenzi u l-kapaċitajiet strateġiċi (SWD(2021)352) u Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar id-dipendenzi u l-kapaċitajiet strateġiċi tal-UE: it-tieni stadju tal-analiżijiet fil-fond (SWD(2022)41), Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Rapport Annwali tal-2023 dwar is-Suq Uniku: It-30 sena mis-Suq Uniku (SWD(2023)26).

    (45)  Il-Komunikazzjoni dwar Aġenda Ewropea għall-Ħiliet għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, COM(2020) 274 final.

    (45)  Il-Komunikazzjoni dwar Aġenda Ewropea għall-Ħiliet għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, COM(2020) 274 final.

    (46)  Id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

    (47)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).

    (48)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

    (49)  Ir-Regolament (UE) 2021/697 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).

    (46)  Id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

    (47)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).

    (48)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

    (49)  Ir-Regolament (UE) 2021/697 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).

    (50)  Ir-Regolament (UE) 2021/694 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).

    (51)  Ir-Regolament (UE) 2021/522 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).

    (50)  Ir-Regolament (UE) 2021/694 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).

    (51)  Ir-Regolament (UE) 2021/522 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).

    (52)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

    (53)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

    (52)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

    (53)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

    (54)  Id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

    (54)  Id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

    (55)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

    (56)  Ir-Regolament (UE) 2021/1058 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni ( ĠU L 224, 24.6.2021, p. 31 ).

    (55)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

    (56)  Ir-Regolament (UE) 2021/1058 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni ( ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60 ).

    (57)  Ir-Regolament (UE) 2021/1056 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).

    (57)  Ir-Regolament (UE) 2021/1056 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).

    (59)  Ir-Regolament (UE) 2021/1057 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21).

    (59)  Ir-Regolament (UE) 2021/1057 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21).

    (61)  Ir-Regolament (UE) 1303/2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

    (62)  Ir-Regolament (UE) 223/2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

    (61)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

    (62)  Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

    (1a)   Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tad-Deċennju Diġitali 2030, (ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4).

    (63)   Ir-Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill … [daħħal it-titolu sħiħ u r-referenza tal-ĠU].

    (65)  Ir-Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill … [daħħal it-titolu sħiħ u r-referenza tal-ĠU].

    (65)  Ir-Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill … [daħħal it-titolu sħiħ u r-referenza tal-ĠU].

    (66)  Ir-Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill … [daħħal it-titolu sħiħ u r-referenza tal-ĠU].

    (66)  Ir-Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill … [daħħal it-titolu sħiħ u r-referenza tal-ĠU].

    (1a)   Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

    (71)  Ir-Regolament.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill... [daħħal it-titolu sħiħ u r-referenza tal-ĠU].

    (71)  Ir-Regolament.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill... [daħħal it-titolu sħiħ u r-referenza tal-ĠU].

    (1a)   OECD (2018). “Revised proposal for the revision of the statistical definitions of biotechnology and nanotechnology”, (Proposta riveduta għar-reviżjoni tad-definizzjonijiet statistiċi tal-bijoteknoloġija u n-nanoteknoloġija), p. 8, Kaxxa 1, OECD Science, Technology and Industry Working Papers, Nru. 2018/01, Pariġi. https://doi.org/10.1787/085e0151-en


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2663/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top