This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022XC0128(03)
Notice to undertakings intending to place hydrofluorocarbons in bulk on the market in the European Union in 2023 2022/C 44/13
Avviż lill-impriżi li fl-2023 beħsiebhom jintroduċu fis-suq l-idrofluworokarburi bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea 2022/C 44/13
Avviż lill-impriżi li fl-2023 beħsiebhom jintroduċu fis-suq l-idrofluworokarburi bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea 2022/C 44/13
PUB/2022/24
ĠU C 44, 28.1.2022, pp. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
28.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/30 |
Avviż lill-impriżi li fl-2023 beħsiebhom jintroduċu fis-suq l-idrofluworokarburi bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea
(2022/C 44/13)
1.
Dan l-Avviż huwa indirizzat lil kull impriża li fl-2023 tixtieq tagħmel dikjarazzjoni sabiex tintroduċi fis-suq l-idrofluworokarburi bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-Artikoli 16(2) u 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament”). F’dan l-Avviż kull referenza għall-Unjoni tinftiehem li tinkludi l-Irlanda ta’ Fuq (2).
2.
L-idrofluworokarburi (HFCs) huma s-sustanzi elenkati fit-taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament, jew taħlitiet li fihom xi waħda minn dawn is-sustanzi:|
|
HFC-23, HFC-32, HFC-41, HFC-125, HFC-134, HFC-134a, HFC-143, HFC-143a, HFC-152, HFC-152a, HFC-161, HFC-227ea, HFC-236cb, HFC-236ea, HFC-236fa, HFC-245ca, HFC-245fa, HFC-365mfc, HFC-43-10mee. |
3.
Kull introduzzjoni fis-suq ta’ dawn is-sustanzi, ħlief għall-użi elenkati fil-punti minn (a) sa (f) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament jew għal kwantità totali annwali ta’ dawn is-sustanzi inqas mill-ekwivalenti ta’ 100 tunnellata ta’ CO2 kull sena, hija soġġetta għal-limiti kwantitattivi tas-sistema tal-kwoti stabbilita fl-Artikoli 15 u 16 kif ukoll fl-Annessi V u VI tar-Regolament.
4.
Fil-ħin tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-HFCs, l-importaturi għandu jkollhom reġistrazzjoni valida bħala importaturi ta’ HFCs fil-Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC (3) f’konformità mar-“Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tar-reġistru elettroniku għal kwoti għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi” (4). Din ir-reġistrazzjoni hija meqjusa bħala liċenzja obbligatorja għall-importazzjoni. Liċenzja simili hija meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ HFCs (5).
5.
Mill-1 ta’ Jannar 2022 it-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej (TARIC) teħtieġ li l-importaturi jispeċifikaw l-ammonti ta’ HFCs f’ekwivalenti ta’ CO2 fil-ħin tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fid-Dokument Amministrattiv Uniku (DAU); jenħtieġ li l-importaturi jiġu speċifikati bħala “Destinatarju” (il-kaxxa 8 tad-DAU).
6.
Skont l-Anness VI tar-Regolament, is-somma tal-kwoti allokati abbażi tal-valuri ta’ referenza titnaqqas mill-kwantità massima disponibbli għall-2023 sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità li għandha tiġi allokata minn din ir-riżerva.
7.
Id-data kollha ppreżentata mill-kumpaniji, kif ukoll il-kwoti u l-valuri ta’ referenza huma maħżuna fir-reġistru elettroniku tal-“Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC”. Id-data kollha fil-“Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC”, inkluż il-kwoti, il-valuri ta’ referenza u d-data kummerċjali u personali, tiġi trattata bħala kunfidenzjali mill-Kummissjoni Ewropea.
8.
L-impriżi li jixtiequ jiksbu kwoti minn din ir-riżerva jeħtieġ li jsegwu l-proċedura deskritta fil-punti 9 sa 12 ta’ dan l-Avviż.
9.
Skont l-Artikoli 16(2) u 17(1) tar-Regolament, l-impriża jeħtieġ li jkollha profil tar-reġistrazzjoni validu, approvat mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/661, bħala produttur u/jew importatur tal-idrofluworokarburi fil-Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC online. Sabiex jiġi żgurat it-trattament xieraq tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, inkluża l-ħtieġa possibbli għal informazzjoni addizzjonali, l-applikazzjoni trid issir mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel il-bidu tal-perjodu ta’ dikjarazzjoni, jiġifieri qabel it-28 ta’ Frar 2022. Għal kull applikazzjoni li tasal wara din l-iskadenza, ma jistax jiġi żgurat li tkun tista’ tittieħed deċiżjoni finali rigward l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ dikjarazzjoni. Il-kumpaniji li għadhom mhumiex irreġistrati jistgħu jsibu gwida dwar kif għandhom jirreġistraw fuq is-sit web tad-DĠ CLIMA (6).
10.
L-impriża trid tagħmel dikjarazzjoni dwar il-kwantitajiet previsti għall-2023 fil-Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC fil-perjodu ta’ dikjarazzjoni mill-14 ta’ Marzu 2022 sat-13 ta’ April 2022, 13:00h CET. Gwida dwar kif għandha tiġi sosttomessa dikjarazzjoni tal-kwoti tinsab fuq is-sit web tad-DĠ CLIMA.
11.
Huma biss dawk id-dikjarazzjonijiet li jkunu mimlija tajjeb, li jkunu mingħajr żbalji u li jaslu qabel il-13 ta’ April 2022, 13:00h CET li se jitqiesu bħala validi mill-Kummissjoni.
12.
Abbażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni talloka kwoti lil dawn l-impriżi f’konformità mal-Artikolu 16(2), 16(4) u 16(5) kif ukoll mal-Annessi V u VI tar-Regolament.
13.
L-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 jistipula li għall-fini tal-allokazzjoni tal-kwoti għall-introduzzjoni fis-suq ta’ HFCs skont l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, l-impriżi kollha bl-istess sid benefiċjarju/sidien benefiċjarji għandhom jitqiesu bħala dikjarant wieħed f’konformità mal-Artikolu 16(2) u (4) tar-Regolament.
14.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-impriżi dwar it-total tal-kwoti allokati għall-2023 permezz tal-Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC.
15.
Ir-reġistrazzjoni fil-Portal F-Gas u s-Sistema ta’ Liċenzjar tal-HFC u/jew id-dikjarazzjoni dwar il-ħsieb tal-introduzzjoni fis-suq tal-HFCs fl-2023 fiha nnifisha ma tagħti l-ebda dritt għall-introduzzjoni fis-suq tal-HFCs fl-2023.
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).
(2) Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A12020W/TXT
(3) Ir-reġistru ġie stabbilit f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 517/2014: https://webgate.ec.europa.eu/fgas/resources/domain
(4) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 tal-25 ta’ April 2019 li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tar-reġistru elettroniku għal kwoti għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi (ĠU L 112, 26.4.2019, p. 11).
(5) Ara l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1375 (ĠU L 194, 26.7.2017, p. 4).
(6) https://ec.europa.eu/clima/system/files/2021-11/policy_f-gas_guidance_document_en.pdf