Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022PC0738

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +)

COM/2022/738 final

Brussell, 12.12.2022

COM(2022) 738 final

2022/0371(COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +)


2022/0371 (COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea


dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +)

1.Kuntest

Id-data ta’ meta l-proposta ntbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill 
(dokument COM(2022) 597 final – 2022/0371 COD):

9.11.2022.

Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, fl-ewwel qari:

24.11.2022.

Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill:

10.12.2022.

2.L-objettiv tal-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni kellha l-għan li tipprevedi approċċ strutturali u effiċjenti għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni lill-Ukrajna fl-2023.

Sabiex tiżgura bażi finanzjarja soda, il-Kummissjoni pproponiet li s-self lill-Ukrajna għandu jkun appoġġat minn garanzija mill-hekk imsejjaħ “marġni ta’ manuvra”, jiġifieri l-ispazju baġitarju ‘l fuq mil-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) sal-limiti msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea. Dan kien akkumpanjat mill-proposta parallela dwar emenda għar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 1 (emenda għar-Regolament QFP) biex tippermetti li l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn assistenza finanzjarja li saret disponibbli għall-Ukrajna fl-2023, bi żborżi possibbli sal-31 ta’ Marzu 2024, jiġu ttrattati bl-istess mod bħal assistenza finanzjarja għall-Istati Membri, jiġifieri biex tkun tista’ tiġi mobilizzata l-garanzija għal assistenza finanzjarja lill-Ukrajna lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP.

3.Kummenti dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill

Il-proposta parallela għal emenda għar-Regolament QFP li tippermetti l-garanzija tas-self lill-Ukrajna permezz tal-użu tal-marġni ta’ manuvra għadha ma ġietx adottata. Il-Kunsill għalhekk jipproponi kopertura baġitarja alternattiva tas-self permezz ta’ garanziji volontarji mill-Istati Membri. Fl-istess ħin, il-kopertura baġitarja permezz tal-marġni ta’ manuvra ssir possibbli mid-data tal-applikazzjoni tal-emenda għar-Regolament QFP, jew is-suċċessur tiegħu, ladarba tiġi adottata.

Il-Kummissjoni tappoġġa l-introduzzjoni ta’ dawn ir-regoli bħala bażi baġitarja vijabbli li tippermetti żborż gradwali sa EUR 18 000 000 000 f’self tal-AMF + lill-Ukrajna b’rabta mad-dħul fis-seħħ tal-ftehimiet ta’ garanzija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

4.Konklużjoni

Il-Kummissjoni taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. 

(1)    Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027, COM/2022/595 final
Top