IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 31.8.2022
COM(2022) 428 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-CTC stabbilit permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu fir-rigward tal-emendi għal dik il-Konvenzjoni
ANNESS
ANNESS
Proposta għal Deċiżjoni Nru 3/2022 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC stabbilit permezz tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu
tal- ....2022
li temenda dik il-Konvenzjoni
IL-KUMITAT KONĠUNT UE-CTC,
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3), il-punt (a) tagħha,
Billi:
(1) L-Ukrajna wriet ix-xewqa li taderixxi għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (il-“Konvenzjoni”) u ġiet mistiedna tagħmel dan wara d-Deċiżjoni Nru 2/2022 tal-[25 ta’ Awwissu] 2022 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC stabbilit permezz tal-Konvenzjoni.
(2) L-adeżjoni tal-Ukrajna se jkollha bżonn l-adattament rispettiv tad-dokumenti ta’ garanzija u l-inserzjoni ta’ ċerti termini tekniċi bil-lingwa Ukrena.
(3) Sabiex ikunu jistgħu jintużaw il-formoli ta’ garanzija stampati f’konformità mal-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tal-Ukrajna, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw il-formoli stampati b’xi adattamenti.
(4) Id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jkun marbut mad-data tal-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni.
(5) Għaldaqstant jenħtieġ li l-Konvenzjoni tiġi emendata skont dan.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Ukrajna ssir parti kontraenti għall-Konvenzjoni.
2. Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Annessi C1 sa C6 tal-Appendiċi III tal-Konvenzjoni, fil-verżjoni applikabbli fil-jum qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni, jistgħu jkomplu jintużaw soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi neċessarji u l-adattamenti dwar l-indirizz għan-notifika jew l-aġent awtorizzat, sal-1 ta’ April 2024.
Magħmul fi Brussell, ……….
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Matthias PETSCHKE
ANNESS
1. Fl-Anness B1, fil-kaxxa 51 jiżdied l-inċiż li ġej bejn it-Turkija u l-Irlanda ta’ Fuq:
UA
L-Ukrajna
2. Fl-Anness B6, it-Titolu III huwa emendat kif ġej:
2.1. Fl-ewwel parti tat-tabella “Validità limitata – 99200” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
Дія обмежена
2.2. Fit-tieni parti tat-tabella “Eżoneru – 99201” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
Звільнення
2.3. Fit-tielet parti tat-tabella “Prova alternattiva – 99202” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR
- UA
Альтернативне підтвердження
2.4. Fir-raba’ parti tat-tabella “Differenzi: uffiċċju fejn l-oġġetti kienu ppreżentati....(isem u pajjiż) – 99203” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
Розбіжності: митниця, де товари були пред’явлені …… (назва і країна)
2.5. Fil-ħames parti tat-tabella “Ħruġ mill-……………………..soġġett għar-restrizzjonijiet jew għall-imposti skont ir-Regolament/id-Direttiva/id-Deċiżjoni Nru … – 99204” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
Вибуття із …………… з урахуванням обмежень та зі сплатою зборів відповідно до Регламенту/Директиви/Рішення № …
2.6. Fis-seba’ parti tat-tabella “Konsenjatur awtorizzat – 99206”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
Авторизований вантажовідправник
2.7. Fit-tmien parti tat-tabella “Firma mhux meħtieġa – 99207”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
Звільнено від підпису
2.8. Fid-disa’ parti tat-tabella “MHUX PERMESSA GARANZIJA KOMPRENSIVA – 99208” jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
ЗАГАЛЬНА ГАРАНТІЯ ЗАБОРОНЕНА
2.9. Fl-10 parti tat-tabella “UŻU MHUX RISTRETT – 99209”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
ВИКОРИСТАННЯ БЕЗ ОБМЕЖЕНЬ
2.10. Fil-11-il parti tat-tabella “Maħruġ b’mod retrospettiv – 99210”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
Видано згодом
2.11. Fit-12-il parti tat-tabella “Diversi – 99211”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
Різне
2.12 Fit-13-il parti tat-tabella “Bil-kwantità – 99212”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
Навалювальний вантаж
2.13. Fl-14-il parti tat-tabella “Konsenjatur – 99213”, jiżdied l-inċiż li ġej wara TR:
- UA
Вантажовідправник
3. L-Anness C1 huwa sostitwit bit-test li ġej:
ANNESS C1
IMPENN MILL-GARANTI – GARANZIJA INDIVIDWALI
I. Impenn mill-garanti
1. Is-sottoskritt (1)
…………………………………………………………………………………………………..…………………………………………………………………………………………………..
residenti fi(2)
…………………………………………………………………………………………………... ……….…………………………………………………………………………………………...
b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’
…………………………………………………………………………………………………...
sa ammont massimu ta’
…………………………………………………………………………………………………...
favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3) (4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino(5), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija(6):
…………………………………………………………………………………………………..
tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta’ dazju u imposti oħra(7) fir-rigward tal-merkanzija deskritta hawn taħt u li hija koperta mill-operazzjoni doganali li ġejja (8):
…………………………………………………………………………………………………...…………………………………………………………………………………………………...
Deskrizzjoni tal-merkanzija……………………………………………………………………………….
…………………………………………………………………………………………………...
…………………………………………………………………………………………………..
…………………………………………………………………………………………………..
2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tas-somom mitluba b’aktar minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa jew hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix li l-proċedura speċjali għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li s-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun twettqet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali u l-ħażna temporanja, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.
Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat iħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.
3. Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-operat doganali kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.
4. Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(9) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala
|
Il-pajjiż
|
Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kwalunkwe korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.
Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.
Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.
Magħmul fi…………………………nhar…………………………………………………………….
…………………………………………………………………………………………………..
(Firma)(10)
II. Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija
L-uffiċċju tal-garanzija……………………………………………………………………………..
…………………………………………………………………………………………………..
…………………………………………………………………………………………………..
L-impenn tal-garanti approvat nhar………………………………………… sabiex ikopri l-operazzjoni doganali mwettqa skont id-dikjarazzjoni doganali/id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja Nru…………………………..ta’ …………………………………………………………….....(11)
…………………………………………………………………………………………………...
(Timbru u Firma)
(1)
Kunjom u isem jew isem l-impriża.
(2)
Indirizz sħiħ.
(3)
Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies bħala parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.
(4)
Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-Istat(i) li fuq it-territorju tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.
(5)
Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.
(6)
Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija.
(7)
Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista’ tintuża f’iktar minn Stat Membru wieħed.
(8)
Daħħal waħda minn dawn l-operazzjonijiet doganali:
(a) il-ħażna temporanja,
(b) il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura komuni ta’ tranżitu,
(c) il-proċedura ta’ ħażna doganali,
(d) il-proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni,
(e) il-proċedura ta’ proċessar attiv,
(f) il-proċedura tal-użu aħħari,
(g) ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit,
(h) ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit,
(i) ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,
(j) ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,
(k) il-proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni,
(l) f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip.
(9)
Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.
(10)
Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’ …” (l-ammont jinkiteb bil-kliem)
11)
Għandha timtela mill-uffiċċju fejn tqiegħdet il-merkanzija skont il-proċedura jew fejn il-merkanzija kienet f’ħażna temporanja
4. L-Anness C2 huwa sostitwit bit-test li ġej:
ANNESS C2
IMPENN MILL-GARANTI - GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA’ VAWĊERS
I. Impenn mill-garanti
1. Is-sottoskritt (1)
…………………………………………………………………………………………………..
…………………………………………………………………………………………………..
residenti fi (2)
…………………………………………………………………………………………………..
…………………………………………………………………………………………………..
b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’
…………………………………………………………………………………………………...
favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino(4), kwalunkwe ammont tad-detentur tal-proċedura li għalih id-detentur tal-proċedura jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmijin hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta’ dazju u imposti oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tat-tranżitu tal-Unjoni jew il-proċedura komuni tat-tranżitu, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt jieħu l-impenn li joħroġ vawċers ta’ garanzija individwali sa massimu ta’ EUR 10 000 għal kull vawċer.
2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tas-somom mitluba b’aktar minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sa EUR 10 000 għal kull vawċer ta’ garanzija individwali, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma jistabilixxux li l-proċedura twettqet qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.
Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat iħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.
3. Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.
4. Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(5) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala
|
Il-pajjiż
|
Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kwalunkwe korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.
Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.
Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.
Magħmul fi…………………………………………………………………………………………
nhar……………………………………………………………………………………………….
………………………………………………………………………………………………….
(Firma)(6)
II. Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija
L-uffiċċju tal-garanzija
…………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………….
L-impenn mill-garanti approvat nhar…………………………………………………………..
…………………………………………………………………………………………………..
(1)
Il-kunjom u l-isem jew isem l-impriża
(2)
Indirizz sħiħ
(3)
Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies bħala parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.
(4)
Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.
(5)
Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.
(6)
Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub dan li ġej: “Validu bħala vawċer ta’ garanzija”.
5. L-Anness C4 huwa sostitwit bit-test li ġej:
ANNESS C4
IMPENN MILL-GARANTI - GARANZIJA KOMPRENSIVA
I.
Impenn mill-garanti
1.
Is-sottoskritt(1)
…………………………………………………………………………………………...
…………………………………………………………………………………………...
residenti fi(2)
…………………………………………………………………………………………...
…………………………………………………………………………………………...
b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’
…………………………………………………………………………………………...
sa ammont massimu ta’…………………………………………………………….
favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3) (4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino(5),
kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija(6)…………………………………….. tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta’ dazju u imposti oħra(7) li jista’ jkun jew seta’ kien imġarrab fir-rigward tal-merkanzija koperta mill-operazzjonijiet doganali indikati fil-punt 1a u/jew fil-punt 1b.
L-ammont massimu tal-garanzija jikkonsisti f’ammont ta’:
……………………………………………………………………………………….
(a)
li jkun 100/50/30 %(8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu, ekwivalenti għas-somma tal-ammonti elenkati fil-punt 1a,
kif ukoll
……………………………………………………………………………………….
(b)
li jkun 100/30 %(8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħrajn li ġġarrbu, ekwivalenti għas-somma tal-ammonti elenkati fil-punt 1b,
1a.
L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn taħt(9):
(a)
il-ħażna temporanja - …,
(b)
il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura komuni ta’ tranżitu - …,
(c)
il-proċedura tal-ħażna doganali - …,
(d)
il-proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni - …,
(e)
il-proċedura ta’ proċessar attiv - …,
(f)
il-proċedura tal-użu aħħari - …,
(g)
f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - ….
1b.
L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li ġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn taħt(9):
(a)
ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit - ...,
(b)
ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit - ...,
(c)
ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - …,
(d)
ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - …,
(e)
il-proċedura ta’ aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni - …,
(f)
il-proċedura tal-użu aħħari - …(10) ,
(g)
f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - ….
2.
Is-sottoskritt, jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tas-somom mitluba b’aktar minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix li l-proċedura speċjali, għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, is-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun intemmet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.
Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat iħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.
Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somma li diġà tkun tħallset skont it-termini ta’ dan l-impenn, sakemm min iffirma hawn taħt ma jintalabx iħallas għal dejn imġarrab matul operazzjoni doganali li beda qabel ma waslet id-domanda preċedenti għall-pagament jew waqt it-30 jum ta’ wara.
3.
Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.
4.
Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(11) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala:
|
Il-pajjiż
|
Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kwalunkwe korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.
Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.
Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.
Magħmul fi …………………………………………………………………………………………
nhar ………………………………..…………………………….………………………………..
…………………………………………………………………………………………………...
(Firma)(12)
II.
Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija
L-uffiċċju tal-garanzija
………………………………………………………………………………………………
L-impenn tal-garanti aċċettat nhar
………………………………………………………………………………………………..
…………………………………………………………………….
(Timbru u Firma)
________________
(1)
Il-kunjom u l-isem jew isem l-impriża.
(2)
Indirizz sħiħ.
(3)
Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies bħala parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.
(4)
Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-pajjiż(i) li fuq it-territorju tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.
(5)
Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.
(6)
Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija.
(7)
Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista’ tintuża f’iktar minn Stat Membru wieħed jew f’iktar minn Parti Kontraenti waħda.
(8)
Ħassar dak li ma japplikax.
(9)
Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni.
(10)
Għal ammonti ddikjarati f’dikjarazzjoni doganali għall-proċedura tal-użu aħħari.
(11)
Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-post tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.
(12)
Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’…” (l-ammont jinkiteb bil-kliem).
6. Fil-kaxxa 7 tal-Anness C5, tiddaħħal il-kelma “UKRAJNA” bejn il-kliem “TURKIJA” u “RENJU UNIT”.
7. Fil-kaxxa 6 tal-Anness C6, tiddaħħal il-kelma “UKRAJNA” bejn il-kliem “TURKIJA” u “RENJU UNIT”.