This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022M10759
Prior notification of a concentration (Case M.10759 – GIP / MERIDIAM / VEOLIA (HAZARDOUS WASTE BUSINESS)) (Text with EEA relevance) 2022/C 391/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10759 – GIP / MERIDIAM / VEOLIA (HAZARDOUS WASTE BUSINESS)) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 391/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10759 – GIP / MERIDIAM / VEOLIA (HAZARDOUS WASTE BUSINESS)) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 391/05
PUB/2022/1287
ĠU C 391, 12.10.2022, pp. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 391/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10759 – GIP / MERIDIAM / VEOLIA (HAZARDOUS WASTE BUSINESS))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 391/05)
1.
Fit-23 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Global Infrastructure Management LLC (“GIP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Meridiam S.A.S., (“Meridiam”, Franza), |
|
— |
Suez S.A. (“Suez”, Franza), impriża bi sħab (joint venture) bejn GIP u Meridiam, |
|
— |
Activité Déchets Dangereux de Veolia (“Hazard Waste Business”, Franza). |
GIP u Meridiam, permezz ta’ Suez, se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Hazard Waste Business kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri tal-ishma li jikkostitwixxu fil-Hazard Waste Business, sett ta’ assi u ishma fis-settur tal-iskart industrijali speċjali li huma soġġetti għal obbligu ta’ separazzjoni vis-à-vis Veolia inklużi fl-impenji ta’ ċessjoni msemmija fid-Deċiżjoni M.9969 - Veolia/Suez tal-14 ta’ Diċembru 2021.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
GIP: maniġer indipendenti tal-fondi tal-infrastruttura li jinvesti fis-setturi tat-trasport, l-enerġija, l-iskart u l-ilma; |
|
— |
Meridiam: attur globali li tispeċjalizza fl-iżvilupp, il-finanzjament u l-ġestjoni fit-tul tal-infrastruttura, b’mod partikolari fis-setturi ta’ (i) il-mobilità, (ii) it-tranżizzjoni tal-enerġija u (iii) l-infrastruttura ambjentali u soċjali; |
|
— |
Suez: attiva fil-ġestjoni tal-ilma u ta’ skart ordinarju rregolati u t-tindif urban, |
|
— |
Hazard Waste Business minn Veolia: attiva fis-swieq għar-radam, l-inċinerazzjoni u t-trattament fiżikokimiku ta’ skart perikoluż. |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10759 – GIP / MERIDIAM / VEOLIA (HAZARDOUS WASTE BUSINESS)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).