Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022DC0438

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali 2022 Naqilbu l-paġna permezz tal-konformità ambjentali

    COM/2022/438 final

    Brussell, 8.9.2022

    COM(2022) 438 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali 2022









    Naqilbu l-paġna permezz tal-konformità ambjentali

    {SWD(2022) 252 final} - {SWD(2022) 253 final} - {SWD(2022) 254 final} - {SWD(2022) 255 final} - {SWD(2022) 256 final} - {SWD(2022) 257 final} - {SWD(2022) 258 final} - {SWD(2022) 259 final} - {SWD(2022) 260 final} - {SWD(2022) 261 final} - {SWD(2022) 262 final} - {SWD(2022) 263 final} - {SWD(2022) 264 final} - {SWD(2022) 265 final} - {SWD(2022) 266 final} - {SWD(2022) 267 final} - {SWD(2022) 268 final} - {SWD(2022) 269 final} - {SWD(2022) 270 final} - {SWD(2022) 271 final} - {SWD(2022) 272 final} - {SWD(2022) 273 final} - {SWD(2022) 274 final} - {SWD(2022) 275 final} - {SWD(2022) 276 final} - {SWD(2022) 277 final} - {SWD(2022) 278 final}


    1.Il-politika ambjentali hija dejjem aktar kritika fil-kuntest attwali

    Matul dawn l-aħħar 3 snin, l-Unjoni Ewropea ffaċċjat sfidi tas-saħħa, ekonomiċi u ġeopolitiċi li huma mingħajr preċedent fl-istorja riċenti. It-titjib tas-sigurtà kollettiva tagħna sar prijorità importanti. Hekk kif żvolġiet il-gwerra fl-Ukrajna, il-prezzijiet tal-enerġija żdiedu b’mod drammatiku u jidher ċar li l-gwerra se jkollha impatt fuq id-disponibbiltà u fuq il-prezz ta’ prodotti tal-ikel bażiċi. Dan qajjem tħassib li l-objettiv tal-UE li tagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali għall-klima jista’ jiġi mxekkel. Madankollu, is-sitwazzjoni attwali enfasizzat b’mod aktar konvinċenti minn qatt qabel kemm huwa importanti li tiżdied l-indipendenza futura tar-riżorsi tal-UE, abbażi tal-enerġija rinnovabbli domestika u aktar effiċjenza. L-ambjent, bħala wieħed mill-pilastri li fuqu huwa mibni l-mudell soċjoekonomiku tagħna, ma jistax ma jintlaqatx minn dawn l-isfidi, iżda jista’ jgħin biex tittejjeb ir-reżiljenza tagħna.

    Iż-żieda fit-tensjonijiet ġeopolitiċi ma għandhiex iġġiegħelna ninsew il-kriżi ambjentali attwali. Fil-pjan REPowerEU tagħha 1 , il-Kummissjoni fakkret li l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn enerġija nadifa u implimentazzjoni aktar mgħaġġla tal-proposti “lesti għall-mira ta’ 55 %” huma fil-qalba tal-istrateġija Ewropea tagħna biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-enerġija attwali u tinkiseb sistema tal-enerġija aktar reżiljenti. Il-gwerra fl-Ukrajna ma tbiddilx il-fatt li t-tibdil fil-klima, it-tniġġis u t-telfien tal-bijodiversità huma tlieta mill-aktar sfidi diffiċli li qed naffaċċjaw illum. Kull sena, eventi estremi tat-temp u tal-klima rriżultaw f’fatalitajiet u f’telf ekonomiku sinifikanti 2 . L-effetti tat-tibdil fil-klima diġà jistgħu jidhru fin-nirien li sofrejna sajf wara sajf fin-Nofsinhar tal-Ewropa, bin-nixfiet li qed jaffettwaw dejjem aktar l-Ewropa ċentrali u tat-Tramuntana u fl-okkorrenza ta’ aktar u aktar għargħar kbir. Il-pressjoni fuq il-produzzjoni tal-ilma u tal-ikel se tkompli tikber u partijiet mill-UE huma diġà soġġetti għal livelli medji sa għoljin ta’ stress idriku, li mistennija jiżdiedu maż-żmien. Mewta waħda minn kull tmienja fl-Ewropa tista’ tkun marbuta mat-tniġġis 3 . It-tniġġis jaffettwa l-ewwel u qabel kollox l-aktar gruppi tal-popolazzjoni żvantaġġati u vulnerabbli, u b’hekk jaggrava d-diskriminazzjoni u r-riskji ta’ kunflitti. It-tniġġis huwa wkoll wieħed mill-ħames xprunaturi ewlenin li jwasslu għat-telfien tal-bijodiversità, u li issa qed jhedded is-sopravvivenza ta’ aktar minn miljun mit-8 miljun speċi ta’ pjanti u ta’ annimali stmati tal-pjaneta.

    Il-Patt Ekoloġiku Ewropew 4 wera li huwa korrett fl-objettivi tiegħu u li huwa flessibbli biżżejjed biex jadatta għas-sitwazzjoni li qed tevolvi. L-applikazzjoni u, fejn meħtieġ, it-tiswir ulterjuri tal-politiki u r-regoli tal-UE b’rispons għall-isfidi emerġenti se jkunu mmirati lejn is-sostenibbiltà fit-tul. Il-Patt Ekoloġiku diġà jappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji aktar nodfa ġodda bħall-elettromobbiltà, l-idroġenu ekoloġiku, il-bijokimiċi u l-materjali dekarbonizzati. L-UE qed tivvaluta mill-ġdid ukoll il-politika tagħha dwar l-enerġija biex timxi lejn sistema tal-enerġija li tkun ibbażata l-aktar fuq l-enerġija rinnovabbli u aktar effiċjenza fl-enerġija li tappoġġa l-objettivi klimatiċi u ambjentali tagħha, ikkomplementata minn strateġija kummerċjali ffokata fuq awtonomija strateġika miftuħa, li tkun ibbażata fuq iż-żieda tar-reżiljenza u tas-sostenibbiltà tal-ekonomija tal-UE 5 . Bl-istess mod, il-Patt Ekoloġiku u l-leġiżlazzjoni tal-UE li tirrigwardja l-ekoloġizzazzjoni tal-politika agrikola u l-protezzjoni tal-bijodiversità, kif ukoll l-inkoraġġiment tal-biedja organika, huma wħud mir-risponsi sostenibbli għall-kwistjoni tas-sigurtà alimentari globali u s-sigurtà tal-provvista.

    Barra minn hekk, ambjent b’saħħtu huwa intrinsikament marbut mal-valuri demokratiċi tagħna. Il-ġenerazzjonijiet futuri għandhom id-dritt li jirtu ambjent nadif u aħna għandna d-dmir li nsawru mudell soċjoekonomiku li jkun jirrispetta l-konfini planetarji. F’dak is-sens, il-ħidma tagħna tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tajba tal-istat tad-dritt ambjentali, għal governanza ambjentali aktar b’saħħitha u għal konformità aħjar fl-Istati Membri.

    Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ta lir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali mandat speċifiku b’rikonoxximent tal-analiżi u l-konklużjonijiet wesgħin u preċiżi tiegħu, filwaqt li indika li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-politiki u l-leġiżlazzjoni jiġu infurzati, u enfasizza li “r-rieżami tal-implimentazzjoni ambjentali se jkollu rwol kruċjali fid-determinazzjoni tas-sitwazzjoni f’kull Stat Membru”. Dan issaħħaħ permezz tal-pjan ta’ investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 6 , li jissottolinja li r-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) – fuq l-istess livell ma’ strumenti oħrajn bħas-Semestru Ewropew jew il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima taħt l-Unjoni tal-Enerġija – se jservi wkoll biex jidentifika l-ħtiġijiet ta’ investiment ta’ kull Stat Membru fis-setturi ewlenin tal-politika ambjentali 7 .

    2.L-objettivi ta’ politika u l-obbligi legali jibqgħu biss pariri tajbin sakemm ma jiġux implimentati – ir-rwol tar-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali

    Minbarra li jintlaħaq qbil dwar għanijiet ambizzjużi fil-livell tal-UE, huwa ta’ importanza kritika li jiġi żgurat li jiġu applikati l-politiki u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE. In-nuqqas ta’ implimentazzjoni jew l-implimentazzjoni dgħajfa tar-regoli ambjentali jista’ jkollhom effetti dannużi multipli għall-pjaneta, għall-popolazzjoni u għall-ekonomija. Dan jista’ jwassal għal sfiduċja u għal frustrazzjoni politika, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, li ftit li xejn jimpurtahom minn kliem fieragħ u li se jiġġudikaw skont ir-riżultati. 

    Il-politika ambjentali hija tipikament implimentata fuq perjodi twal ta’ żmien, u ż-żamma tal-impetu hija sfida. Madankollu, hija l-implimentazzjoni li tikseb ir-riżultati għan-nies. Għalhekk, il-kontinwità u l-persistenza bħala l-ingredjenti essenzjali ta’ implimentazzjoni effettiva huma meħtieġa biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet ambjentali tal-Unjoni. Fl-2016 8 , il-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrapporta regolarment dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE. Dan it-tielet EIR 9 iqis il-prestazzjoni tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-obbligi ambjentali tal-UE, 5 snin wara l-ewwel EIR.  

    Kif issemma’ fl-edizzjonijiet preċedenti, l-EIR jikkomplementa aktar milli jissostitwixxi għodod oħrajn li jappoġġaw, jimmonitorjaw u jiżguraw il-konformità permezz tal-infurzar fil-livell tal-UE. L-EIR ma jaffettwax is-setgħa tal-Kummissjoni li tniedi proċedimenti ta’ ksur 10 għal ksur tad-dritt tal-Unjoni. L-EIR għandu l-għan li jappoġġa lill-Istati Membri, billi jippermettilhom japplikaw aħjar il-politiki u r-regoli ambjentali billi jipprovdilhom l-informazzjoni u l-feedback li jeħtieġu, u billi jipprovdi stampa ġenerali tant meħtieġa tas-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni ambjentali xierqa f’kull pajjiż tal-UE u fil-livell tal-UE 11 . Huwa jipprovdi wkoll ċarezza fir-rigward tal-problemi li jiffaċċjaw l-Istati Membri biex jgħinu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet matul l-implimentazzjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ kif għandhom jiġu prijoritizzati r-riżorsi.

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni identifikat l-aktar objettivi u miri importanti, kif definiti fil-politiki u r-regoli miftiehma eżistenti, li jipprovdu l-parametri referenzjarji għall-kejl tal-progress fl-implimentazzjoni. Dawn huma simili għal dawk użati f’ċikli preċedenti tal-EIR, iżda fejn rilevanti ġew riveduti u mtejba. Dan jagħmilha possibbli li jiġi segwit il-progress u li jsiru paraguni ġusti fir-rigward tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-korp tad-dritt tal-UE dwar l-ambjent (l-acquis ambjentali).

    L-EIR juri li l-objettivi politiċi komuni għal kulħadd jistgħu jintlaħqu biss jekk jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi speċifiċi għal kull Stat Membru. L-azzjonijiet ta’ prijorità, li jagħmlu rakkomandazzjonijiet lil kull Stat Membru, ġew imfassla abbażi tal-valutazzjonijiet fir-rapporti tal-pajjiżi sabiex jiġi identifikat kif jista’ jiġi eliminat in-nuqqas fil-konformità. Imbagħad, dawn ġew armonizzati biex ikunu adattati għall-pajjiżi f’pożizzjoni simili. L-anness għal din il-Komunikazzjoni jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet ta’ prijorità.

    Abbażi tar-rapporti tal-pajjiżi, din il-Komunikazzjoni tfittex li tfassal konklużjonijiet trażversali fil-livell tal-UE għal kull wieħed mill-oqsma tematiċi vvalutati fir-rapporti tal-pajjiżi, u dwar il-qafas u l-mekkaniżmi ta’ governanza li għandhom jippermettu l-implimentazzjoni ambjentali. Hija tikkonkludi bit-Triq ’il quddiem.

    3.L-istat tal-implimentazzjoni: sejbiet

    3.1. L-ekonomija ċirkolari u l-immaniġġjar tal-iskart 

    Bil-pjan ta’ azzjoni l-ġdid dwar l-ekonomija ċirkolari ta’ Marzu 2020, 12 il-Kummissjoni Ewropea ħabbret inizjattivi għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti, mid-disinn u l-manifattura sal-konsum, it-tiswija, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, u l-introduzzjoni tar-riżorsi lura fl-ekonomija. L-għan huwa li titnaqqas l-impronta tal-konsum tal-UE u li tiġi rduppjata r-rata tal-użu tal-materjal ċirkolari tal-UE sal-2030. Sussegwentement, bl-Inizjattiva għal Prodotti Sostenibbli u l-ewwel strateġija tal-UE għal tessuti sostenibbli, 13 il-Kummissjoni twettaq l-impenji ewlenin taħt il-pjan ta’ azzjoni l-ġdid dwar l-ekonomija ċirkolari. Il-qafas rivedut ta’ monitoraġġ tal-ekonomija ċirkolari 14 jsegwi x-xejriet u l-mudelli ewlenin sabiex jifhem kif qed jiżviluppaw id-diversi elementi tal-ekonomija ċirkolari u jekk itteħditx biżżejjed azzjoni. Madankollu, huma meħtieġa riformi u investimenti effettivi fil-livell nazzjonali.

    Sabiex tivvaluta ċ-ċirkolarità madwar l-UE fil-kuntest tal-EIR, il-Kummissjoni eżaminat diversi aspetti, bħall-użu sekondarju tal-materjali, il-produttività 15 tar-riżorsi u l-eżistenza ta’ strateġiji u programmi dwar l-ekonomija ċirkolari fil-livell nazzjonali. Ir-rapporti tal-pajjiżi tal-EIR eżaminaw ukoll il-ħolqien tal-iskart per capita u kif jiġi ttrattat l-iskart, b’enfasi fuq l-evoluzzjoni tar-rata ta’ riċiklaġġ matul is-snin. Ir-rapporti ta’ “Twissija bikrija” dwar l-immaniġġjar tal-iskart, li jivvalutaw u jqajmu kuxjenza dwar il-progress lejn il-kisba tal-miri tal-UE dwar l-iskart, se jkunu disponibbli sa tmiem l-2022. L-EIR ivvaluta wkoll is-sitwazzjoni attwali tat-traspożizzjoni tal-pakkett leġiżlattiv dwar l-iskart tal-2018, inkluża d-Direttiva dwar l-iskart 16 , id-Direttiva dwar ir-rimi ta’ skart f’landfills 17 , id-Direttiva dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ 18 u d-Direttiva li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li ma għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku 19 , kif ukoll is-sitwazzjoni attwali dwar l-adozzjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u tal-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart, li huma strumenti ewlenin għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart.  

     Illustrazzjoni 1: Ir-rata ta’ riċiklaġġ tal-iskart muniċipali fl-2020 (%) 20

    Illustrazzjoni 2:  Ir-rata tal-użu ta’ materjal ċirkolari fl-2020 (%) 21

    Sejbiet 

    1.Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri issa għandhom fis-seħħ strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-ekonomija ċirkolari jew ħabbru u/jew għamlu progress fl-istabbiliment ta’ strateġiji komprensivi li jkopru ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti 22 .

    2.Hemm differenzi kbar fir-rati taċ-ċirkolarità bejn l-Istati Membri, bl-użu sekondarju tal-materjali jvarja mill-medja tal-UE ta’ 12,8 %, minn 1,3 % fir-Rumanija għal 30,9 % fin-Netherlands. L-istess jgħodd għall-produttività tar-riżorsi, fejn il-medja tal-UE hija ta’ EUR 2,09/kg, li tvarja minn EUR 0,3/kg fil-Bulgarija għal EUR 5,89/kg fin-Netherlands.

    3.Is-setturi bħal dawk tal-plastik, tal-materjali tal-kostruzzjoni u tat-tessuti għandhom jingħataw attenzjoni speċjali minħabba l-impatt tagħhom fuq l-ambjent, iżda anke minħabba l-użu tagħhom bħala materjali sekondarji.

    4.Il-prevenzjoni tal-iskart għadha sfida importanti fl-Istati Membri kollha, inklużi dawk b’rati għoljin ta’ riċiklaġġ. Ix-xejra qed timxi fid-direzzjoni l-ħażina, peress li l-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali fl-UE żdiedet mill-2014 minn medja ta’ 478 kg għal 505 kg per capita: ħames Stati Membri biss naqqsu l-ġenerazzjoni per capita tagħhom mill-2014 23 .

    5.L-ilħuq tal-mira tal-2020 ta’ tħejjija ta’ 50 % għall-użu mill-ġdid/ir-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għadha kwistjoni ta’ tħassib partikolari, kif enfasizzat fir-rapporti ta’ twissija bikrija tal-2018 24 .

    6.Minkejja li sar xi progress, għad trid tinkiseb il-konformità mal-obbligi bażiċi tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart 25 u tad-Direttiva dwar ir-Rimi ta’ Skart f’Terraferma (landfills) 26 (l-għeluq ta’ landfills illegali, ir-riabilitazzjoni, u t-trattament tal-iskart qabel ir-rimi f’landfills). Bħalissa, il-Kummissjoni qed issegwi proċedimenti ta’ ksur kontra 12-il Stat Membru fuq in-nuqqas ta’ konformità mad-Direttiva dwar ir-Rimi ta’ Skart f’Landfills 27 . 

    7.Sfortunatament, xi Stati Membri qed jiffaċċjaw iż-żewġ kwistjonijiet: dawn għadhom ’il bogħod milli jilħqu l-miri tar-riċiklaġġ u għadhom joperaw landfills mhux konformi. B’riżultat ta’ dan, dawn il-pajjiżi għandhom diskrepanza usa’ fl-implimentazzjoni meta mqabbla mal-bqija tal-UE 28 . Huma jeħtieġu sforzi serji mhux biss biex jilħqu l-miri tal-UE dwar l-iskart diġà fis-seħħ, iżda wkoll biex jibnu infrastruttura bażika u jbiddlu l-prattiki tal-immaniġġjar tal-iskart mhux produttivi u spiss illegali.

    Prattiki li rnexxew

    Spanja stabbiliet strateġija nazzjonali komprensiva dwar l-ekonomija ċirkolari msejħa “España Circular 2030”, li tippreżenta viżjoni fit-tul kif ukoll pjanijiet ta’ azzjoni fuq 3 snin ibbażati fuq objettivi kwantitattivi.

    L-Irlanda 29 toffri eżempju utli bir-riforma kbira tagħha tas-settur tal-iskart, bl-għeluq ta’ landfills illegali u bil-finanzjament ta’ xogħlijiet estensivi ta’ tindif u ta’ rimedju. Ir-riformi twettqu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, u rriżultaw f’sistema li tiżgura livell għoli ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart.

    3.2. Il-bijodiversità u l-kapital naturali

     

    Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku, il-Kummissjoni impenjat ruħha li ġġedded l-isforzi ta’ infurzar tagħha biex tindirizza l-ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata man-natura. L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 30 għandha l-għan li tpoġġi l-bijodiversità tal-Ewropa fit-triq lejn l-irkupru u tistabbilixxi modi ġodda biex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni eżistenti b’mod aktar effettiv, b’miri u b’mekkaniżmi ta’ governanza ġodda sabiex jinkisbu ekosistemi b’saħħithom u reżiljenti. Hija għandha l-għan li tirrestawra u li tipproteġi n-natura u tirrikonoxxi li t-titjib tal-implimentazzjoni u tal-infurzar jeħtieġ appoġġ politiku u żieda fir-riżorsi finanzjarji u umani, fil-livell kemm tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali. Bħala element ewlieni tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità, il-Kummissjoni pproponiet Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura 31 , li tikkombina objettiv ġenerali ta’ restawr għall-irkupru fit-tul tan-natura fiż-żoni tal-art u tal-baħar tal-UE b’miri vinkolanti ta’ restawr għal ħabitats u speċijiet speċifiċi. Dawn il-miżuri għandhom ikopru mill-inqas 20 % taż-żoni tal-art u tal-baħar tal-UE sal-2030 u, fl-aħħar mill-aħħar, l-ekosistemi kollha li jeħtieġu restawr sal-2050. L-Istati Membri għandhom l-istess responsabbiltà għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi naturali billi jiżguraw implimentazzjoni u infurzar xierqa tal-acquis ambjentali rilevanti tal-UE. B’mod partikolari, il-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura tistabbilixxi sistema ta’ sottomissjoni mill-Istati Membri ta’ pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, li turi kif huma se jilħqu l-miri, kif ukoll sistemi ta’ monitoraġġ u rapportar b’rabta mal-progress miksub.

    L-istrateġija għall-bijodiversità taħdem flimkien mal-istrateġija l-ġdida mill-għalqa sal-platt 32 , mal-istrateġija tal-UE għall-foresti 33 u mal-politika agrikola komuni l-ġdida biex tappoġġa u tikseb it-tranżizzjoni lejn prattiki agrikoli u tal-ġestjoni tal-foresti kompletament sostenibbli. Hija tistabbilixxi wkoll miri fir-rigward ta’ speċijiet aljeni invażivi (IAS) u tirrikonoxxi l-ħtieġa li tiżdied l-implimentazzjoni tar-Regolament IAS 34 . Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija għall-bijodiversità għall-kooperazzjoni internazzjonali, il-leġiżlazzjoni tal-UE hija mfassla biex tiżgura li aħna nwettqu l-ftehimiet internazzjonali tagħna u nindirizzaw il-konsum tal-UE ta’ prodotti maħsuda illegalment jew ta’ speċijiet fil-periklu. Fir-rigward tal-foresti, li jipprovdu benefiċċji ambjentali u soċjoekonomiċi sinifikanti, f’Lulju 2021 , ġiet adottata l-istrateġija tal-UE għall-foresti għall-2030 bħala parti mill-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. L-objettiv ewlieni tagħha huwa li tiżgura foresti tal-UE b’saħħithom, diversi u reżiljenti. Barra minn hekk, f’Novembru 2021, il-Kummissjoni adottat proposta għal regolament dwar prodotti ħielsa mid-deforestazzjoni 35 . Dan ir-Regolament jiżgura li l-komoditajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni (bhejjem tal-ifrat, kawkaw, kafè, palm taż-żejt, sojja u injam) u l-prodotti li fihom dawk il-komoditajiet ma jkunux jistgħu jitqiegħdu jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni, jew jiġu esportati mill-Unjoni, sakemm ma jkunux ħielsa mid-deforestazzjoni. Il-foresti huma bjar tal-karbonju importanti u l-isforzi għall-konservazzjoni tagħhom huma vitali għall-viżjoni tal-UE li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050. Għalhekk, il-Kummissjoni aġixxiet sabiex timminimizza l-kontribut tal-UE għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti madwar id-dinja, u b’hekk naqqset ukoll il-kontribut tal-UE għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-telf tal-bijodiversità globali.

    L-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-ħamrija 36 tindirizza d-degradazzjoni tal-ħamrija u l-impatt tagħha fuq il-bijodiversità. Hija tisħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u tar-restawr ta’ ħamrija degradata għall-kisba tan-newtralità tad-degradazzjoni tal-art sal-2030. Il-ħamrija hija riżorsa finita u estremament fraġli u qiegħda tiġi dejjem aktar degradata fl-UE.

    Fil-qasam tan-natura, l-EIR jiffoka fuq il-valutazzjoni tal-konformità mad-Direttivi dwar il-Ħabitats 37 u l-Għasafar 38 u mar-Regolament dwarl-Ispeċijiet Aljeni Invażivi. B’mod partikolari, l-EIR jivvaluta s-siti ta’ Natura 2000 (inklużi l-foresti u s-siti tal-baħar) fl-Istati Membri u kif dawn jiżguraw status ta’ konservazzjoni favorevoli għall-ħabitats u għall-ispeċijiet. Barra minn hekk, l-EIR ivvaluta kif l-Istati Membri jżommu l-ispeċijiet aljeni invażivi ’l bogħod. Il-kisba tal-konformità sħiħa mill-Istati Membri kollha hija essenzjali biex jintlaħqu l-miri fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 u huma l-pedament tal-leġiżlazzjoni Ewropea mmirata lejn il-konservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi tal-UE. F’dan ir-rigward, Natura 2000 39 , l-akbar network ikkoordinat ta’ żoni protetti fid-dinja, ibbażat fuq dawk id-direttivi, għandu rwol ċentrali. Dan huwa strument ewlieni biex jiġu żgurati l-protezzjoni u l-konservazzjoni fit-tul tal-ispeċijiet u tal-ħabitats l-aktar ta’ valur u l-aktar mhedda tal-Ewropa u tal-ekosistemi li jsostnu. Minħabba t-tnaqqis kbir fil-bijodiversità, huwa ta’ urġenza kbira li n-network jitlesta u jiġi ġestit b’mod effettiv.

    Illustrazzjoni 3: L-istat ta’ konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet protetti skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats fil-livell tal-Istati Membri għall-perjodu ta’ rapportar 2013-2018 40

    Sejbiet

    1.Minkejja sforzi sinifikanti mill-Istati Membri u xi titjib, il-bijodiversità fl-UE għadha qed tonqos u qed turi xejriet ta’ deterjorament. Xi wħud mill-ħabitats fl-ifqar kundizzjonijiet madwar l-UE huma bwar seminaturali, torbieri mistagħdra, fangazzi u moxi mistagħdra. Minkejja tnaqqis matul dan l-aħħar deċennju, it-teħid nett tal-art fl-EU-27 xorta waħda kien jammonta għal 83,8 m2/km2 bejn l-2012 u l-2018.

    2.Il-foresti jinsabu taħt pressjoni kbira. Mis-27 % taż-żona tal-foresti tal-UE protetta skont id-direttivi tal-UE dwar in-natura, inqas minn 15 % għandhom status ta’ konservazzjoni favorevoli u l-għadd ta’ ħabitats tal-foresti bi status ta’ konservazzjoni ħażin żdied.

    3.Għalkemm id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar il-Ħabitats u dwar l-Għasafar ilhom stabbiliti u huma magħrufa sew, diversi Stati Membri għadhom jonqsu milli jiddeżinjaw żoni speċjali ta’ konservazzjoni 41 u milli jistabbilixxu objettivi u miżuri ta’ konservazzjoni 42 . Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jeħtieġ li jħaffu l-isforzi biex ilestu n-networks tagħhom ta’ Natura 2000, speċjalment fl-ambjent tal-baħar.

    4.Il-bijodiversità u l-ekosistemi jibbenefikaw ħafna mit-titjib sinifikanti fil-politika agrikola komuni (PAK) ġenerali u fil-pjanijiet strateġiċi l-ġodda tal-PAK għas-snin 2023-2027, l-appoġġ għall-ġestjoni ta’ bwar seminaturali, il-protezzjoni tas-servizzi tal-ekosistema u minn sforzi biex jerġgħu jiġu introdotti karatteristiċi tal-pajsaġġ f’żoni fejn dawn ikunu ntilfu.

    5.L-azzjoni ta’ infurzar fil-livell tal-UE llimitat l-impatti dannużi tal-proġetti infrastrutturali u tal-attivitajiet ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam filwaqt li kkontribwiet għall-protezzjoni tal-ispeċijiet, espandiet in-network ta’ Natura 2000 u żiedet l-għadd ta’ siti bi pjan ta’ ġestjoni fis-seħħ.

    6.Għalkemm l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament dwar l-ispeċijiet aljeni invażivi (ir-Regolament IAS) bdiet fl-2019, hija diġà twettaq l-objettivi tagħha, bħal qafas koerenti għall-indirizzar tal-IAS fil-livell tal-UE u aktar sensibilizzazzjoni dwar il-problema ta’ speċijiet aljeni invażivi. Madankollu, għad hemm sfidi, peress li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għadhom ma implimentawx il-pjanijiet ta’ azzjoni biex jindirizzaw il-mogħdijiet ta’ prijorità meħtieġa mill-Artikolu 13 tar-Regolament IAS.

    7.Sar progress madwar l-UE kollha fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom u l-pressjonijiet fuqhom, bl-użu tal-metodoloġija komuni tal-UE (MAES), u fir-rigward tal-kontabbiltà tal-ekosistema. Madankollu, huwa meħtieġ aktar appoġġ biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-monitoraġġ tal-bijodiversità u biex jiġi żgurat rapportar konsistenti, u biex tiġi involuta massa kritika ta’ atturi kummerċjali sabiex jintwerew il-benefiċċji li niksbu mill-kapital naturali tal-UE u l-impatti fuqu.

    Prattiki li rnexxew:

    L-Estonja hija waħda mill-pijunieri fir-restawr tal-artijiet mistagħdra. L-għarfien espert tal-Estonja fil-promozzjoni tar-restawr se jkun ta’ valur kbir skont il-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura, filwaqt li juri li l-artijiet mistagħdra restawrati jistgħu jġibu magħhom benefiċċji multipli u jeżistu flimkien ma’ prattiki agrikoli li jirnexxu.

    L-Italja għandha prattiki ta’ kontabbiltà ambjentali, kapital naturali u indikaturi tal-benessri avvanzati, li issa huma msaħħa permezz ta’ appoġġ mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku tal-Kummissjoni u mill-għodda bejn il-pari tal-EIR.

    3.3. Lejn tniġġis żero

    Il-kwalità tal-arja – L-emissjonijiet industrijali u s-sikurezza (Seveso) – L-istorbju

    Il-Pjan ta’ Azzjoni lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija 43  jistabbilixxi viżjoni tal-2050 biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija għal livelli li ma jibqgħux jitqiesu bħala ta’ ħsara għas-saħħa u għall-ekosistemi naturali, li jirrispettaw il-konfini li fihom il-pjaneta tagħna tista’ tlaħħaq, biex b’hekk jinħoloq ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi. Dan jissarraf f’miri ewlenin tal-2030 biex jitħaffef it-tnaqqis tat-tniġġis fis-sors.

    L-EIR jeżamina l-konformità mal-obbligi ewlenin tal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja nadifa 44   fis-seħħ 45 , li tistabbilixxi standards ibbażati fuq is-saħħa għall-konċentrazzjonijiet tal-emissjonijiet u l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal għadd ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja. It-tniġġis tal-arja għandu impatt serju fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Il-post fejn tgħix għandu impatt fuq ir-riskji li għalihom int espost. It-tniġġis tal-arja jaffettwa b’mod negattiv ukoll lill-ekosistemi, l-aktar permezz tal-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ħsara lill-ożonu, li jwasslu għat-telfien tal-bijodiversità u għal rendimenti agrikoli mnaqqsa. F’termini tax-xejriet fi snin ta’ ħajja 46 mitlufa għal kull 100 000 abitant għall-PM2,5, dan tnaqqas minn 820 (2015) għal 762 (2019) u għall-NO2 minn 157 (2015) għal 99 (2019) fl-EU-27. Madankollu, f’ħafna Stati Membri l-valuri ta’ limitu għal dawn is-sustanzi niġġiesa jinqabżu b’mod persistenti, u jiġu mmonitorjati mill-qrib mill-Kummissjoni.

    Bħal fl-2019, l-EIR jagħti ħarsa lejn id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED) 47 , li tkopri madwar 52 000 installazzjoni agroindustrijali madwar l-UE. Huwa jippreżenta data ġdida għall-2018, u għall-ewwel darba l-emissjonijiet fl-ilma kif ukoll fl-arja: L-installazzjonijiet tal-IED jarmu 20 % tas-sustanzi niġġiesa totali fl-arja u sehem simili fl-ilma 48 . Il-ħsara lis-saħħa u lill-ambjent ikkawżata mit-tniġġis tal-arja mill-impjanti industrijali tal-Ewropa hija stmata li tiswa bejn EUR 277 biljun u EUR 433 biljun fl-2017, b’madwar 200 faċilità responsabbli għal nofs il-ħsara 49 .

    Fl-EIR tal-2022, id-data ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva Seveso-III 50 hija ppreżentata għall-ewwel darba. Id-Direttiva għandha l-għan li tikkontrolla perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, speċjalment sustanzi kimiċi, u tikkontribwixxi għall-isforz teknoloġiku għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri. Meta wieħed iqis ir-rata għolja ħafna ta’ industrijalizzazzjoni fl-UE, id-Direttiva Seveso, li tapplika għal madwar 12 000 impjant industrijali, għenet biex titnaqqas il-frekwenza ta’ aċċidenti kbar. Din id-Direttiva hija meqjusa b’mod ġenerali bħala parametru referenzjarju għall-politika tal-inċidenti industrijali u kienet mudell għal-leġiżlazzjoni f’bosta pajjiżi madwar id-dinja.

    L-istorbju ambjentali huwa t-tieni kawża ewlenija ta’ mwiet prematuri wara t-tniġġis tal-arja, tant li jwassal għal 48 000 każ ġdid ta’ mard tal-qalb fis-sena fl-EU-27 51 . Id-Direttiva dwar l-Istorbju 52 tfittex li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem billi tirrikjedi li l-Istati Membri jivvalutaw il-livelli tal-istorbju sabiex l-awtoritajiet u l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jagħżlu l-aħjar soluzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet ta’ azzjoni obbligatorji.

    Illustrazzjoni 4: Valutazzjoni tar-riskju għall-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-perjodu 2020-2029 53

    Sejbiet

    1.Minkejja t-titjib, it-tniġġis tal-arja għadu fattur ta’ tħassib ewlieni dwar is-saħħa għall-Ewropej. Fejn il-limiti jkunu nqabżu b’mod persistenti, il-Kummissjoni kienet konsistenti fil-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ ksur għal sustanzi niġġiesa ewlenin, bħall-materja partikolata u d-diossidu tan-nitroġenu 54 . F’xi wħud minn dawn il-każijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (QĠUE) diġà tat sentenzi li jagħmlu l-azzjoni ta’ rimedju saħansitra aktar urġenti 55 .

    2.L-Istati Membri jeħtieġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja b’mod sistematiku u konsistenti sabiex jinfurmaw aħjar il-politiki dwar l-arja nadifa u l-bijodiversità fil-livell nazzjonali u tal-UE. Il-każijiet ta’ ksur kontra żewġ Stati Membri jiffokaw fuq in-nuqqasijiet fil-monitoraġġ ta’ networks 56 .

    3.L-issodisfar tal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ammonijaka (NH3) mill-agrikoltura, waħda mill-ħames sustanzi niġġiesa koperti mid-Direttiva dwar l-Impenji Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet, jeħtieġ aktar sforzi. Ir-rieżami tal-projezzjonijiet tal-emissjonijiet tal-2022 57 jindika li aktar minn 70 % tal-Istati Membri jinsabu f’riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ammonijaka tal-2020-2029 58 u tal-2030 ’il quddiem. 59 Il-kisba tal-konformità teħtieġ miżuri bħall-introduzzjoni ta’ tekniki agrikoli b’emissjonijiet baxxi, inkluż għall-ġestjoni tal-bhejjem, tad-demel u tal-fertilizzanti.

    4.Madwar nofs l-Istati Membri 60 jitqiesu wkoll li huma f’riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità mal-impenji tal-2030 ’il quddiem għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu (NOX), għall-materja partikolata ta’ daqs ta’ 2,5 µm (PM2,5) u għall-komposti volatili organiċi mhux metaniċi (NMVOCs).

    5.Stat Membru wieħed għadu ma ppreżentax il-programm nazzjonali tiegħu għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja 61 .

    6.It-traspożizzjoni tar-rekwiżiti applikabbli għall-installazzjonijiet industrijali hija tardiva. Il-Kummissjoni nediet proċedimenti ta’ ksur kontra diversi Stati Membri minħabba li naqsu milli jittrasponu b’mod korrett id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali 62 u d-Direttiva Seveso-III 63 .

    7.Kien hemm titjib fl-adozzjoni ta’ mapep u pjanijiet ta’ azzjoni skont id-Direttiva dwar l-Istorbju, iżda dawn għadhom neqsin f’diversi Stati Membri 64 li huma soġġetti għal proċedimenti ta’ ksur, u li wħud minnhom ġew riferuti lill-QĠUE 65 .

    Prattiki li rnexxew

    Il-proġett integrat ta’ LIFE PREPAIR (Po Regions Engaged to Policies of AIR) 66 fl-Italja jkopri l-Wied tal-Po bir-reġjuni u l-bliet li għandhom l-akbar impatt fuq il-kwalità tal-arja fil-baċir, li jestendi fis-Slovenja. Dan il-proġett idum 7 snin (2017-2024) u jinkludi miżuri għall-ħruq tal-bijomassa, l-effiċjenza enerġetika, it-trasport u l-agrikoltura – f’konformità mal-Ftehim tal-Baċir tal-Po tal-2017 u l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja. Għan speċifiku partikolari huwa li jinħoloq network ta’ stazzjonijiet tar-roti fl-ibliet ewlenin tal-Baċir tal-Po u li tiġi żviluppata l-infrastruttura korrispondenti.

    Il-proġett integrat ta’ LIFE bl-isem ta’ LIFE-IP-HUNGAIRY 67 għandu l-objettiv li jiddekarbonizza l-impjant tal-enerġija ta’ Mátra fl-Ungerija sal-2030, li juża l-linjite, billi jikseb appoġġ mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta permezz tal-politika ta’ koeżjoni, flimkien mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Fond għall-Modernizzazzjoni. Id-dekarbonizzazzjoni tal-impjant tal-enerġija ta’ Mátra hija wkoll azzjoni taħt il-Pjan ta’ Azzjoni Ungeriż għall-Protezzjoni tal-Klima u l-Ambjent tal-2020.

    Iċ-Ċekja implimentat skema għas-sostituzzjoni ta’ sorsi ta’ tisħin lokali li ma għadhomx jintużaw u li ma humiex adegwati fl-unitajiet domestiċi (Kotlíkova dotace), li hija appoġġata mill-fondi tal-UE. L-iskema appoġġat is-sostituzzjoni ta’ 100 000 bojler sal-2020, u dan irriżulta fl-iffrankar ta’ 2,7 kT tal-emissjonijiet ta’ PM2,5 u f’iffrankar fil-konsum tal-enerġija. Dawn jistgħu jiġu kkombinati ma’ għotjiet nazzjonali addizzjonali biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika fil-bini (Nová zelená úsporám).

     

    Il-kwalità u l-ġestjoni tal-ilma

    Il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-ekosistemi dipendenti, kif ukoll id-disponibbiltà ta’ provvista ta’ ilma nadif, huma fundamentali għall-eżistenza tal-bniedem, għall-ekonomija (l-ilma jikkontribwixxi għas-setturi ekonomiċi kollha) u għall-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll għall-ambjent tagħna. L-implimentazzjoni xierqa tar-regoli fis-seħħ hija essenzjali għall-kwalità tal-ħajja u l-benesseri tan-nies. Għandha wkoll potenzjal kbir f’termini ta’ tkabbir ekonomiku u ta’ ħolqien tal-impjiegi.

    Għal dawk ir-raġunijiet, il-politika tal-UE dwar l-ilma hija waħda mill-prijoritajiet stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew 68 . Għal dak il-għan, il-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tgħin biex jintlaħqu l-objettivi tal-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tar-riżorsi tal-ilma tagħna.

    L-istrumenti ewlenin huma d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma 69 u d-direttivi assoċjati tagħha, id-Direttiva dwar l-Għargħar 70 , id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb 71 , id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm 72 , id-Direttiva dwar in-Nitrati 73 , id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi 74 u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD) 75 . Il-kontrolli differenti tal-idoneità mwettqa sa issa juru li d-Direttivi dwar l-Ilma huma ġeneralment adattati għall-iskop tagħhom iżda jeħtieġu implimentazzjoni ġenerali aħjar.

    Illustrazzjoni 5: Il-proporzjon ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ (xmajjar, lagi, ilmijiet ta’ tranżizzjoni u kostali) bi status ekoloġiku inqas minn tajjeb għal kull Distrett tal-Baċir tax-Xmara 76

    Sejbiet

    1.L-implimentazzjoni tal-objettivi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tkompli iżda, għalkemm il-valutazzjoni tat-tielet pjanijiet ta’ mmaniġġar tal-baċin tax-xmara (RBMPs) għadha trid issir, jista’ jingħad li l-progress lejn il-kisba ta’ status tajjeb għall-korpi tal-ilma ġeneralment isir bil-mod, minkejja l-fatt li l-iskadenza tal-2027 qed toqrob. Dan huwa dovut għal taħlita ta’ fatturi: in-nuqqas li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ referenza għall-karatterizzazzjoni tal-korpi tal-ilma u l-valutazzjoni mhux kompluta tal-pressjonijiet, l-insuffiċjenzi fil-monitoraġġ tal-ilma, li jfisser li l-istatus tal-korpi tal-ilma ma huwiex magħruf, il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-attivitajiet fuq il-korpi tal-ilma jitwettqu b’mod skorrett, u l-eżenzjonijiet invokati ma humiex iġġustifikati biżżejjed.

    2.Ir-rapporti tal-pajjiżi jippreżentaw l-aktar informazzjoni reċenti dwar il-perċentwal ta’ korpi tal-ilma li ma jiksbux status ekoloġiku u kimiku tajjeb, l-astrazzjoni tal-ilma għal kull settur, kif ukoll l-indiċi tal-isfruttament tal-ilma 77 . Żieda fl-investimenti hija essenzjali jekk iridu jiġu ssodisfati dawk l-objettivi, u l-finanzjament tal-UE jkompli jappoġġa dawk l-isforzi ta’ implimentazzjoni, prinċipalment permezz tal-politika ta’ koeżjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u Orizzont Ewropa.

    3.Il-Kummissjoni kkondividiet is-sejbiet tagħha 78 dwar it-tieni RBMPs mal-Istati Membri inkwistjoni, u tistenna li tara li n-nuqqasijiet ġew indirizzati meta jiġu ppreżentati t-tielet RBMPs. Il-Kummissjoni qed tivverifika wkoll kif is-sistemi nazzjonali (eż. permessi u spezzjonijiet) jiżguraw li d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tiġi applikata b’mod korrett fil-prattika minn kull Stat Membru fir-rigward tal-astrazzjoni tal-ilma, is-sors puntiformi u t-tniġġis imxerred. L-Istati Membri kellhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-RBMPs u l-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar (FRMPs) tagħhom sat-22 ta’ Marzu 2022. Il-Kummissjoni hija mħassba li ħafna Stati Membri għadhom ma ssodisfawx l-obbligi ta’ rapportar legali tagħhom 79 u hija lesta li taġixxi fuq is-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità kif xieraq.

    4.Id-Direttiva tal-1998 dwar l-Ilma tax-Xorb hija implimentata sew b’mod ġenerali fl-UE. Madankollu, hija kawża ta’ tħassib fi ftit pajjiżi 80 . Sat-12 ta’ Jannar 2023, l-Istati Membri kollha jridu jittrasponu d-Direttiva riformulata sabiex jikkonformaw mal-istandards ta’ kwalità riveduti, u l-Kummissjoni qed tipprovdi appoġġ sabiex tiżgura t-traspożizzjoni f’waqtha u korretta tar-regoli l-ġodda.

    5.B’mod ġenerali, id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm turi rati għoljin ta’ prestazzjoni eċċellenti jew tajba fl-UE. Madankollu, hemm xi differenzi bejn l-Istati Membri 81 .

    6.F’ħafna każijiet, minkejja obbligi li xi kultant ikunu definiti sew u speċifiċi bħal dawk fid-Direttiva dwar in-Nitrati u fid-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, l-implimentazzjoni fil-prattika kienet kajmana ħafna, minħabba nuqqasijiet fl-ippjanar u fl-organizzazzjoni u nuqqas ta’ finanzjament u prijoritizzazzjoni, minkejja l-approċċ ta’ sostenn tal-Kummissjoni (bħall-iżgurar ta’ finanzjament sostanzjali tal-UE). Dawn il-kwistjonijiet idumu biex isiru prijoritajiet fil-livell nazzjonali, xi kultant wara t-tieni sentenza tal-QĠUE.

    7.Ħafna Stati Membri għandhom problemi fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati u għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex ikomplu jnaqqsu t-tniġġis min-nitrati mill-agrikoltura fl-ilma ta’ taħt l-art u l-ewtrofikazzjoni billi jiddeżinjaw iż-żoni kollha vulnerabbli għan-nitrati u billi jinkludu miżuri xierqa fil-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom 82 .

    8.Minkejja ċertu grad ta’ progress, l-ilma urban mormi għadu ma huwiex qed jinġabar u jiġi ttrattat kif għandu jsir f’ħafna Stati Membri, u huwa għalhekk li l-biċċa l-kbira tagħhom għadhom qed jaffaċċjaw proċedimenti ta’ ksur 83 , u ftit minnhom ġew soġġetti għal penali finanzjarji 84 . Il-progress jiddependi fuq il-prijoritizzazzjoni mill-Istati Membri tal-investimenti għas-sistemi tal-ġbir u l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, inkluż permezz tal-użu effiċjenti tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni fejn disponibbli, u s-self mill-Bank Ewropew tal-Investiment.

    9.Il-progress fir-rigward tal-MSFD jidher fir-rapporti tal-pajjiżi fil-kapitolu dwar il-bijodiversità minħabba l-importanza tiegħu għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar. Il-Kummissjoni eżaminat il-progress li sar fir-rigward tal-valutazzjoni tal-istatus tal-ilmijiet tal-baħar tal-UE u l-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri li jikkondividu l-istess subreġjun tal-baħar biex jiġu indirizzati pressjonijiet predominanti.

    Prattiki li rnexxew

    L-approċċ tan-Netherlands għall-ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar (fejn possibbli r-restawr tal-qigħan tax-xmajjar u tal-pjanuri tal-għargħar tar-Renu u tal-Meuse) wera li kien effettiv matul l-għargħar li laqat ukoll lill-Belġju u lill-Ġermanja f’Lulju 2021.

     

    Dan l-aħħar, il-Portugall approva politika għall-produzzjoni tal-ilma reklamat li għandu jintuża għal diversi skopijiet li ma jkunux tax-xorb.

    Biex ittejjeb l-ambjent akkwatiku, l-Iżvezja qed tagħti għotjiet għal investimenti li jimminimizzaw il-mikroplastiċi u sustanzi niġġiesa emerġenti oħra (farmaċewtiċi) permezz tal-ilma tal-maltemp.

    Is-sustanzi kimiċi

    Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi 85 tfittex li tiżgura li s-sustanzi kimiċi jiġu prodotti u użati b’mod li jimminimizza kwalunkwe effett negattiv sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Tiżgura wkoll l-istabbiltà u l-prevedibbiltà għan-negozji li joperaw fi ħdan is-suq intern. Barra minn hekk, bħala parti mill-objettiv ta’ tniġġis żero tal-UE skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew, fl-14 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà / Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità 86 , li għandha l-għan li żżid il-protezzjoni għaċ-ċittadini u għall-ambjent u li tagħti spinta lill-innovazzjoni għal sustanzi kimiċi sikuri u sostenibbli.

    It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju tipprovdi opportunitajiet eċċellenti biex tingħata spinta lill-kimika sikura u ambjentalment sostenibbli. L-enfasi tal-innovazzjoni għandha tkun fuq prodotti “sikuri sa mid-disinn” kompatibbli ma’ ċikli ta’ materjali nodfa, bl-użu ta’ inqas sustanzi kimiċi u sustanzi kimiċi inqas ta’ ħsara. Fl-ekonomija ċirkolari, il-materjali jistgħu jispiċċaw jintużaw għal skopijiet differenti ħafna mill-iskop oriġinarjament maħsub u li għalih saritilhom valutazzjoni tar-riskju. Dan jenfasizza l-ħtieġa li ssir enfasi fuq il-kwalità ta’ materjali nodfa bħala prerekwiżit biex jintlaħqu miri ta’ riċiklaġġ ambizzjużi u kwantitattivi 87 .

    Madankollu, proġetti ta’ infurzar ikkoordinat 88 imwettqa fil-kuntest tal-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar urew li jista’ jsir aktar biex l-infurzar isir aktar effettiv, speċjalment fir-rigward tal-obbligi ta’ reġistrazzjoni u l-iskedi tad-data dwar is-sikurezza, li juru livell pjuttost għoli ta’ nuqqas ta’ konformità. L-ECHA fittxet li tirrimedja dan permezz tal-iskrinjar sistematiku tar-reġistrazzjonijiet, u sadanittant REACH ġie aġġornat biex jiċċara meta r-reġistranti jridu jaġġornaw l-ECHA rigward kwalunkwe bidla rilevanti. L-aktar proġett reċenti dwar il-bejgħ online 89 żvela grad sinifikanti ta’ nuqqas ta’ konformità fi prodotti mibjugħa online. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ hawn taħt, il-Kummissjoni qed tesplora wkoll il-fattibbiltà li tistabbilixxi Kapaċità Ewropea tal-Awditjar biex tiżgura aktar omoġeneità fl-infurzar bejn l-Istati Membri.

    Għall-ewwel darba, ir-rapporti tal-EIR jeżaminaw l-istat tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) 90  u tar-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP) 91 . Dan huwa bbażat fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni 92 tar-rapporti prodotti mill-awtoritajiet nazzjonali skont l-Artikolu 117(1) ta’ REACH u l-Artikolu 46(2) tas-CLP. F’Awwissu 2021, il-Kummissjoni ppubblikat valutazzjoni li tista’ titkejjel tal-infurzar 93 taż-żewġ Regolamenti ewlenin tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi bl-użu ta’ sett ta’ indikaturi dwar aspetti differenti tal-infurzar.

    Sejbiet

    1.L-infurzar tar-Regolament REACH u tar-Regolament CLP tjieb meta mqabbel mal-2010-2012. Il-livelli ta’ konformità rreġistrati jidhru li huma pjuttost stabbli maż-żmien, filwaqt li l-awtoritajiet tal-infurzar jidhru li huma aktar effettivi fl-identifikazzjoni ta’ prodotti/kumpaniji mhux konformi u prodotti mhux konformi mqiegħda fis-suq tal-UE. B’mod partikolari, l-għadd ta’ appelli u deċiżjonijiet mibdula dwar is-CLP naqas, il-proporzjon bejn il-penali u l-kost tal-konformità żdied, aktar spetturi ġew imħarrġa fl-UE u l-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar żied il-produzzjoni tiegħu.

    2.Madwar 70 % tal-kontrolli tar-REACH iwasslu għal miżuri ta’ infurzar. L-aktar miżura ta’ infurzar użata ta’ spiss hija l-parir bil-miktub (11 %), segwita minn miżuri amministrattivi (4 %) u parir verbali (2 %). Disa’ pajjiżi wettqu azzjonijiet ta’ segwitu fir-rigward tal-evalwazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar 94 .

    3.L-aktar tip importanti ta’ sanzjonijiet użati huma l-multi, u sa ċertu punt ir-riferiment lill-uffiċċju tal-prosekutur għall-ksur kemm ta’ REACH kif ukoll tas-CLP. Is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji tan-negozju rari ntużaw bħala sanzjoni. Is-sitwazzjoni tvarja ħafna bejn il-pajjiżi. Pereżempju, kważi tliet kwarti tar-riferimenti lill-uffiċċju tal-prosekutur tal-Istat għal ksur ta’ REACH matul il-perjodu ta’ rapportar ġew irrapportati minn żewġ Stati Membri biss (il-Ġermanja u l-Iżvezja).

    4.Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi fasslu u tal-anqas implimentaw parzjalment strateġija ta’ infurzar kemm tar-Regolament REACH kif ukoll tar-Regolament CLP. Erba’ pajjiżi biss - il-Kroazja, il-Latvja, il-Polonja u l-Belġju - għadhom ma fasslux strateġija ta’ infurzar tar-Regolament REACH. Il-Kroazja, il-Latvja, il-Polonja u Malta ma implimentawx strateġija ta’ infurzar tar-Regolament CLP.

    Prattiki li rnexxew

    Il-Grupp ta’ Ħidma Nordiku għas-Sustanzi Kimiċi, l-Ambjent u s-Saħħa jiltaqa’ kull sena biex jiddiskuti l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, għandu programm ta’ skambju tal-ispetturi u jwettaq proġetti konġunti ta’ infurzar bejn il-pajjiżi Nordiċi (id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja, kif ukoll il-Gżejjer Faeroe, Greenland u l-Gżejjer Åland).

    Kooperazzjoni dwar il-kummerċ online bejn l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Iżvizzera u d-Djalogu Internazzjonali tan-Nano Awtoritajiet - pjattaforma li tlaqqa’ flimkien l-awtoritajiet ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza mill-Awstrija, il-Ġermanja, il-Liechtenstein, il-Lussemburgu u l-Iżvizzera u diversi partijiet ikkonċernati (NGOs, assoċjazzjonijiet, kumpaniji) għal skambju informali ta’ għarfien u esperjenza dwar l-użu sikur u sostenibbli tan-nanoteknoloġija.

    Il-proġett LIFE “Infurzar u Spezzjonijiet tar-Regolamenti dwar is-Sustanzi Kimiċi - CHEREE” bejn il-Greċja u Ċipru, li għandu l-għan li jżid l-effiċjenza tal-infurzar ta’ REACH permezz ta’ protokoll ta’ spezzjoni komuni; żjarat u proġetti pilota komuni; il-ħolqien ta’ “Ċentru elettroniku tal-Ispetturi” u ta’ “Għodda ta’ tagħlim elettroniku REACH” biex jiġu skambjati l-għarfien u l-esperjenza fost l-ispetturi u l-awtoritajiet rilevanti.

    3.4. L-azzjoni klimatika

    F’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi 95 u bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tal-2021 96 tistabbilixxi l-mira tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050 u li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra netti tagħha b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990. Il-Liġi tillimita wkoll il-kontribut li l-assorbimenti tal-karbonju jistgħu jagħmlu lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-2030 sabiex jiġi żgurat li jkun hemm sforz ta’ mitigazzjoni suffiċjenti.

    Mill-EIR tal-2019, ġiet adottata leġiżlazzjoni dwar il-klima biex jiġi inċentivat it-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport, mis-settur marittimu u mill-gassijiet fluworurati (il-gassijiet F) użati fil-prodotti. Fit-trasport bit-triq, il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE tirrikjedi li l-intensità tal-gassijiet serra tal-fjuwils tal-vetturi titnaqqas b’6 % sal-2020 meta mqabbla mal-2010 u tistabbilixxi l-istandards tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li għandhom jiġu rrispettati għal kategoriji differenti ta’ vetturi. Bis-saħħa tar-Regolament attwali dwar il-gassijiet F 97 , l-emissjonijiet tal-gassijiet F tal-UE se jitnaqqsu b’żewġ terzi sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2014. Mill-2021, l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) ġew inklużi fl-isforzi tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

    Il-politika ta’ adattament tal-UE hija parti integrali mill-Patt Ekoloġiku Ewropew. Mill-2021, l-Istati Membri kienu meħtieġa jirrapportaw dwar il-politiki nazzjonali ta’ adattament tagħhom. Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tirrikonoxxi l-adattament bħala komponent ewlieni tar-rispons globali fit-tul għat-tibdil fil-klima. Dan jirrikjedi li l-Istati Membri u l-UE jtejbu l-azzjoni ta’ adattament tagħhom billi jintroduċu rekwiżit għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali u valutazzjonijiet regolari tal-progress bħala parti mill-governanza ġenerali tal-UE dwar l-azzjoni dwar il-klima u l-enerġija. Fi Frar 2021, l-istrateġija aġġornata tal-UE dwar l-adattament 98 stabbiliet kif l-UE tista’ tadatta għall-impatti inevitabbli tat-tibdil fil-klima u ssir reżiljenti għall-klima sal-2050.

    Dan l-EIR jirrieżamina l-politiki u l-istrateġiji nazzjonali dwar il-klima, b’mod partikolari l-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima u l-istrateġiji dwar l-adattament. Imbagħad jeżamina l-emissjonijiet barra mill-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), fejn l-Istati Membri għandhom miri nazzjonali vinkolanti skont il-leġiżlazzjoni dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi 99 . Dan huwa segwit minn eżami tal-iżviluppi settorjali ewlenin, b’mod partikolari għat-trasport bit-triq, għall-bini u għall-użu tal-art, għall-bidla fl-użu tal-art u għall-forestrija. L-użu tad-dħul mill-irkantar tal-ETS skont l-Istat Membru huwa ppreżentat. L-azzjonijiet ta’ prijorità skont il-pajjiż huma ppreżentati għall-ewwel darba.

    Sejbiet 

    1.B’mod ġenerali, hemm livell tajjeb ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klima fl-UE kollha.

    2.Fl-2020, l-emissjonijiet domestiċi ta’ gassijiet serra tal-EU-27, inkluż fl-avjazzjoni internazzjonali, naqsu b’31 % mil-livelli tal-1990 u laħqu l-livell l-aktar baxx tagħhom fi 30 sena. Jekk jiġu inklużi l-emissjonijiet u l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF, dan jirriżulta fi tnaqqis tal-emissjonijiet nett ta’ 34 %. Għalhekk, l-UE qabżet sostanzjalment il-mira tagħha skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCC) li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’20 % sal-2020 meta mqabbla mal-1990.

    3.Minn mindu tnediet is-sistema għall-kondiviżjoni tal-isforzi għas-setturi mhux inklużi fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (bħat-trasport, l-industrija mhux tal-ETS, il-bini, l-agrikoltura u l-iskart) fl-2013, l-emissjonijiet madwar l-UE kollha kienu taħt il-limitu ġenerali kull sena.

    4.Id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESD) 100 tistabbilixxi miri nazzjonali tal-emissjonijiet għall-2020, espressi bħala bidliet perċentwali mil-livelli tal-2005. Tistabbilixxi wkoll allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet (AEAs) li l-Istati Membri jeħtiġilhom jirrispettaw. Bl-istess mod, ir-Regolament suċċessur dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) 101 jistabbilixxi miri nazzjonali tal-emissjonijiet għall-2030 u l-AEAs għall-perjodu 2021-2030.

    5.L-emissjonijiet tal-EU-27 koperti mill-ESD kienu kważi 11 % inqas fl-2019 meta mqabbla mal-2005. Għalhekk, il-mira għall-2020 (-8 %) kienet diġà nqabżet qabel il-kriżi tal-COVID-19. L-Istati Membri kollha ssodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-ESD fis-snin 2013-2018. Xi Stati Membri kellhom bżonn jimmobilizzaw il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà fil-leġiżlazzjoni sabiex jissodisfaw l-obbligi attwali tagħhom. L-Istati Membri qed jippjanaw, jadottaw u jimplimentaw politiki u miżuri biex jilħqu l-miri tagħhom għall-kondiviżjoni tal-isforzi skont l-ESR attwali. Hemm ħtieġa qawwija u imminenti għall-Istati Membri biex jippjanaw u jimplimentaw azzjoni klimatika addizzjonali fis-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi sabiex jirriflettu ż-żieda fl-ambizzjoni skont l-ESR rieżaminat propost.

    6.L-EU ETS għandha rata ta’ konformità għolja ħafna, peress li kull sena l-installazzjonijiet ikopru madwar 99 % tal-emissjonijiet tagħhom bl-għadd meħtieġ ta’ kwoti. Is-sistema bħalissa tkopri madwar 36 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE minn kważi 9 500 impjant tal-enerġija u impjant tal-manifattura (jiġifieri installazzjonijiet stazzjonarji), u minn titjiriet fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. B’kollox, sal-2020, l-emissjonijiet tal-EU ETS minn installazzjonijiet stazzjonarji kienu diġà naqsu bi 43 % mill-2005.

    7.Sal-2020, l-Istati Membri kollha kienu daħħlu fis-seħħ strateġija jew pjan nazzjonali dwar l-adattament. L-isforzi ta’ adattament f’kull Stat Membru u fil-livell tal-UE jeħtieġ li jiġu intensifikati, peress li l-impatti klimatiċi jidhru li huma fl-agħar tarf tal-ispettru li kien ġie pproġettat, u se jintwerew dejjem aktar f’riskji kaskata u komposti wkoll. Sadanittant, l-implimentazzjoni tal-adattament għadha lura. Azzjoni xierqa għall-prevenzjoni u/jew il-minimizzazzjoni tad-dannu li jista’ jiġi kkawżat mit-tibdil fil-klima ġġib benefiċċji ekonomiċi u soċjali sinifikanti 102 .

     

    Prattiki li rnexxew

    Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza (RRP) tad-Danimarka jippromwovi r-riforma tat-taxxa ambjentali. L-RRP huwa mistenni li jagħti kontribut sinifikanti għall-implimentazzjoni tar-riforma billi jiffinanzja “tieqa ta’ investiment” issussidjata mit-taxxa biex joħloq inċentiv għall-kumpaniji biex jaċċelleraw l-investimenti ekoloġiċi tagħhom, pereżempju fis-software biex il-ktajjen tal-loġistika jsiru aktar effiċjenti fir-riżorsi.

    L-ambizzjoni klimatika tal-Estonja żdiedet b’mod kostanti matul is-snin, u mxiet lil hinn minn dipendenza qawwija fuq ix-shale bituminuż. Il-gvern Estonjan impenja ruħu li jelimina b’mod gradwali l-produzzjoni tal-elettriku bbażata fuq ix-shale bituminuż sal-2035 u li jelimina kompletament ix-shale bituminuż fis-settur tal-enerġija sal-2040.

    3.5. Il-finanzjament tal-implimentazzjoni ambjentali

    Sabiex tirnexxi, huwa essenzjali li l-implimentazzjoni ambjentali sħiħa tkun iffinanzjata kif xieraq. Il-maġġoranza jeħtieġ li tiġi appoġġata permezz tan-nefqa pubblika tal-Istati Membri u l-fondi privati tal-operaturi ekonomiċi, iżda l-fondi tal-UE jagħtu kontribut importanti f’termini ta’ tmexxija tal-implimentazzjoni u jgħinu biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ investiment ambjentali tal-UE, li għadhom sinifikanti. Il-pjan ta’ investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew tal-2020 jgħaqqad flimkien il-finanzjament u l-investimenti ambjentali u jimmobilizza EUR 1 triljun f’investimenti ekoloġiċi (pubbliċi u privati) matul id-deċennju, appoġġati mill-baġit tal-UE għall-2021-2027 103 . Mill-2021, minbarra l-finanzjament sostanzjali disponibbli permezz tal-politika ta’ koeżjoni taħt il-qafas finanzjarju pluriennali, l-implimentazzjoni ambjentali ġiet appoġġata wkoll mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), skont liema r-riformi u l-investimenti jridu jirrispettaw il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. It-Tassonomija tal-UE ta’ attivitajiet sostenibbli 104 u inizjattivi oħrajn ta’ finanzjament sostenibbli se jgħinu biex tiżdied it-trasparenza, jiġu integrati l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u jiġu diretti mill-ġdid il-flussi finanzjarji lejn is-sitt objettivi ambjentali fil-każ ta’ investimenti privati.

    Għall-ewwel darba, l-EIR jeżamina l-ħtiġijiet ta’ investiment tal-implimentazzjoni ambjentali u jqabbilhom mar-riżorsi magħmula disponibbli sa issa, filwaqt li jirrispondi għall-mandat mogħti fil-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew tal-2020. 

    Sejbiet

    1.Il-livell ġenerali ta’ finanzjament għall-investimenti ambjentali 105 (minn sorsi nazzjonali u tal-UE kkombinati flimkien) fil-perjodu 2014-2020 kien stmat li kien bejn 0,6 u 0,7 % tal-PDG (għall-perjodu 2014-2020) fl-EU-27, li 14 % minnu jiġi mill-finanzjament tal-UE. F’xi pajjiżi (eż. il-Kroazja, il-Greċja, is-Slovakkja, ir-Rumanija), kważi 50 % jew aktar jiġi mill-finanzjament tal-UE. Bħala medja tal-UE, nofs il-finanzjament totali (53 %) ġie minn sorsi pubbliċi (fondi tal-UE u sorsi pubbliċi nazzjonali kkombinati flimkien), u aktar minn żewġ terzi fil-każ ta’ madwar 10 pajjiżi, biex b’hekk intweriet l-importanza tas-sorsi ta’ finanzjament pubbliku.

    2.Bħala paragun, il-ħtiġijiet ta’ investiment ambjentali annwali fil-livell tal-UE għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 bħalissa huma stmati li huma fil-medda ta’ 0,9-1,5 % tal-PDG ipproġettat għall-perjodu 2021-2027 106 , li jindika diskrepanza konsiderevoli fl-investiment (0,6-0,8 % tal-PDG, li tammonta għal EUR 76-110 biljun fis-sena, għalkemm tvarja ħafna bejn l-Istati Membri) 107 li jeħtieġ li tiġi indirizzata sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-prijoritajiet ambjentali u sabiex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-UE.

    3.Kważi żewġ terzi tad-diskrepanza fl-investiment ambjentali jirrigwardjaw l-indirizzar tat-tniġġis ġenerali u l-protezzjoni u l-ġestjoni tal-korpi tal-ilma tagħna. Id-diskrepanza fl-investiment għall-ekonomija ċirkolari u għall-iskart hija stmata għal bejn EUR 13-il biljun u EUR 28 biljun fis-sena, skont il-livelli ta’ ambizzjoni taċ-ċirkolarità li għandhom jinkisbu. Id-diskrepanza annwali fil-finanzjament għall-bijodiversità hija stmata għal madwar EUR 20 biljun.

    4.Il-ħtiġijiet ta’ investiment addizzjonali ogħla mil-linji bażi għall-klima, għall-enerġija u għat-trasport ġew stmati għal EUR 390 biljun fis-sena (EU-27), b’EUR 130 biljun oħra fis-sena biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali ewlenin tal-UE. Il-kostijiet tal-adattament għat-tibdil fil-klima jistgħu jkunu sinifikanti wkoll, u jvarjaw minn EUR 35-62 biljun (ambitu ristrett) għal EUR 158-518-il biljun (ambitu usa’) fis-sena. Dawk il-ħtiġijiet ta’ investiment jirriflettu l-objettivi ta’ implimentazzjoni għall-2020 u għall-2030 (filwaqt li l-kostijiet tal-adattament għat-tibdil fil-klima huma mistennija li jdumu għal perjodu ta’ żmien itwal). 

    5.L-akbar sehem ta’ investimenti ekoloġiċi (71 %) fl-RRPs ġew allokati għall-mobilità sostenibbli, għar-rinnovazzjoni tal-bini u għall-effiċjenza enerġetika, kif ukoll għall-enerġija rinnovabbli u għan-networks tal-enerġija. B’kuntrast, il-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-ilma u tat-tniġġis kienu jammontaw għal 13 % biss tal-kontribuzzjoni ekoloġika totali 108 . L-investimenti ekoloġiċi allokati għall-klima, għall-enerġija u għat-trasport jappoġġaw b’mod sinifikanti l-objettivi ambjentali, pereżempju biex l-arja tal-Ewropa ssir aktar nadifa. Madankollu, dawn mhux se jissodisfaw, pereżempju, il-ħtiġijiet sinifikanti fl-infrastruttura u l-ġestjoni tal-ilma u tal-iskart. Barra minn hekk, diversi Stati Membri għażlu li ma jagħtux prijorità lill-miżuri li huma ta’ benefiċċju dirett għall-bijodiversità 109 .

    6.Il-fondi ġenerali tal-UE, li jkopru l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP 2021-2027) u NextGenerationEU (NGEU), se jimmobilizzaw EUR 2,018 triljun fil-prezzijiet kurrenti biex jappoġġaw l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 u l-prijoritajiet fit-tul tal-UE, inkluż il-ħarsien tal-ambjent. 30 % tal-QFP se jiġi ddedikat għall-azzjoni klimatika u 7,5 % għall-bijodiversità (fl-2024), li mbagħad jiżdied għal 10 % fl-2026 u fl-2027. Skont l-NGEU, l-RRF se tiddedika mill-inqas 37 % għall-azzjoni klimatika. 

    Tabella 1: Tqassim stmat tal-ħtiġijiet ta’ investiment ambjentali addizzjonali tal-UE

    Illustrazzjoni 6: Finanzjament ambjentali totali (2014-2020) u estimi tal-ħtiġijiet (2021-2027) fl-EU27 (% tal-PDG) 110  

    Objettiv ambjentali

    Diskrepanza stmata fl-investiment (EU27, fis-sena)

    EUR biljun

    %

    Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

    42,8

    38,9 %

    Il-protezzjoni, il-ġestjoni u l-industriji tal-ilma

    26,6

    24,2 %

    L-ekonomija ċirkolari u l-iskart

    13,0

    11,8 %

    Il-bijodiversità u l-ekosistemi

    21,5

    19,6 %

    Ir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni u oħrajn

    6,2

    5,7 %

    Total 

    110,1

    100 %

    Prattiki li rnexxew

    Skont il-pjan tagħha għall-irkupru u r-reżiljenza, il-Greċja qed tagħmel investimenti importanti fir-riforestazzjoni, fil-bijodiversità, fil-ġestjoni tan-nirien fil-foresti, fil-mitigazzjoni tal-għargħar u fit-titjib tan-network tal-irrigazzjoni, ikkomplementati minn riformi li jippromwovu r-rimi f’landfills u r-riċiklaġġ sostenibbli. Il-Kroazja għandha l-għan li ttejjeb il-protezzjoni tal-għargħar bl-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, bħall-għoti ta’ ħajja mill-ġdid lill-passaġġi tal-ilma, il-konnessjoni ta’ koperturi abbandunati, il-ħolqien ta’ ħabitats sekondarji tal-artijiet mistagħdra, u t-tneħħija ta’ speċijiet invażivi.

    Malta, flimkien mal-Estonja, mal-Greċja, mal-Latvja, mar-Rumanija u mas-Slovakkja, inkorporat taxxa ħallas skont kemm tarmi li tapplika għall-piż jew għall-volum ta’ skart iġġenerat mill-unitajiet domestiċi u min-negozji u li jinġabar mill-awtoritajiet tal-ġbir tal-iskart. Dak l-istrument jappoġġa l-prinċipju tal-prevenzjoni tal-iskart.

    Il-Ġermanja, Franza u l-Iżvezja spikkaw b’livell għoli ta’ ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi fl-2020.

    L-Italja għamlet progress fl-insegwiment u r-rapportar tal-impatti ambjentali tal-baġit nazzjonali tagħha (ibbaġitjar ekoloġiku). Mill-2000, l-Italja żviluppat rapportar dwar in-nefqa ppjanata fuq il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni tar-riżorsi. Ir-rapportar inkorpora wkoll 12-il indikatur dwar il-benesseri ġust u sostenibbli f’konformità mal-SDGs u l-miri tal-Aġenda 2030.

    3.6. Governanza ambjentali

    Il-governanza ambjentali hija kunċett wiesa’ li jinkludi l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali fit-teħid tad-deċiżjonijiet, fil-parteċipazzjoni pubblika, fl-aċċess għall-ġustizzja, fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tar-rapportar, fl-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali u fl-indirizzar tal-obbligazzjonijiet ambjentali. Hija tkopri wkoll kif l-awtoritajiet pubbliċi jivverifikaw u jiżguraw il-konformità fil-prattika permezz tal-infurzar. Skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-azzjonijiet u l-politiki kollha tal-UE se jkollhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tiegħu. Huwa jiddikjara b’mod espliċitu li l-Kummissjoni se tieħu azzjoni biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini u għall-NGOs quddiem il-qrati nazzjonali. F’dak ir-rigward, l-istrumenti ta’ governanza ambjentali ġew żviluppati bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew dwar in-newtralità klimatika, il-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi u l-bijodiversità, it-tniġġis żero u l-ekonomija ċirkolari 111 . Għall-istess għan, fl-14 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva ġdida dwar ir-reati ambjentali 112 li għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent b’mod aktar effiċjenti permezz ta’ miżuri tal-liġi kriminali fil-livell nazzjonali. Id-Direttiva l-ġdida se tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE u tistabbilixxi reati kriminali ambjentali ġodda tal-UE, tiċċara dawk eżistenti, tipproponi sanzjonijiet addizzjonali għar-reati ambjentali, u għandha l-għan li tiżgura investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali effettivi, kif ukoll li tgħin fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni transfruntiera.

    L-obbligi u s-suġġetti ewlenin koperti f’dan it-tielet EIR huma bbażati fuq ir-rekwiżiti tad-Direttiva INSPIRE 113 , il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali 114 , l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fil-qrati domestiċi, is-sanzjonijiet u l-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, u d-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali 115 .

    Minbarra l-azzjoni ta’ infurzar tagħha, il-Kummissjoni ħeġġet is-simplifikazzjoni tal-valutazzjonijiet ambjentali sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni u sabiex jiġi evitat it-trikkib meta jiġu awtorizzati l-proġetti. Is-simplifikazzjoni tgħin biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u biex jitħaffef it-teħid tad-deċiżjonijiet, sakemm ma tikkompromettix il-kwalità tal-valutazzjoni ambjentali. Huwa essenzjali wkoll li filwaqt li l-proċeduri jsiru aktar effiċjenti, l-istandards tad-drittijiet parteċipattivi, inkluż dwar il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, jiġu rrispettati f’konformità mal-liġi sekondarja tal-UE 116 u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE 117 .

    Il-Kummissjoni appoġġat ukoll il-bini tal-kapaċitajiet sabiex ittejjeb il-kapaċitajiet ta’ implimentazzjoni kemm tal-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll tal-NGOs 118 . Ir-rapporti tal-pajjiżi jippreżentaw xi wħud minn dawn l-isforzi li jintużaw permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku u l-programm bejn il-pari tal-EIR TAIEX, kif jidher fl-illustrazzjoni ta’ hawn taħt.

    Sejbiet

    1.Minkejja titjib fl-implimentazzjoni tad-Direttiva INSPIRE, b’mod partikolari fl-Estonja, fil-Ġermanja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, f’Malta, fis-Slovenja u fi Spanja, għadha diffiċli għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li jiżguraw kondiviżjoni aħjar tad-data, li tipprovdi lill-pubbliku b’livell ogħla ta’ trasparenza u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-politiki ambjentali.

    2.L-iżgurar ta’ aċċess effettiv għall-ġustizzja fil-livell nazzjonali huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali. Il-Kummissjoni ħadet azzjoni biex tiżgura li l-NGOs ambjentali u l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jfittxu rieżami tal-miżuri biex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-arja 119 , jew tal-estensjonijiet tal-permessi tal-estrazzjoni 120 jew tad-derogi tal-kaċċa 121 . L-azzjoni ta’ infurzar fittxet ukoll li tiżgura l-aċċess għall-ġustizzja fl-applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għad hemm lok għal titjib f’termini ta’ titjib tal-aċċess tal-pubbliku għall-qrati sabiex jiġu kkontestati deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ippjanar relatati mal-ilma, in-natura u/jew il-kwalità tal-arja 122 .

    3.Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jeħtieġ ukoll li jżommu lill-pubbliku infurmat aħjar dwar l-aċċess tiegħu għad-drittijiet tal-ġustizzja 123 . Aċċess pubbliku aħjar għall-informazzjoni ambjentali u t-tixrid ta’ dik l-informazzjoni jgħinu biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali u biex tiġi żgurata parteċipazzjoni aktar effettiva mill-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali u, eventwalment, jirriżulta f’ambjent aħjar.

    4.Barra minn hekk, f’diversi pajjiżi huma meħtieġa aktar azzjonijiet u/jew sforzi ta’ monitoraġġ biex jiġi żgurat li l-kostijiet ma jfixklux l-aċċess effettiv għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali 124 .

    5.Il-frammentazzjoni reġjonali u lokali tibqa' sfida għall-governanza ambjentali fl-Ungerija, fl-Italja, fil-Lussemburgu u fi Spanja. Dan jeħtieġ li jiġi indirizzat, b’mod partikolari billi jiġu żviluppati mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni ambjentali aħjar.

    6.Id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali ġiet riveduta fl-2014 biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u tittejjeb il-protezzjoni ambjentali, filwaqt li d-deċiżjonijiet dwar l-investiment pubbliku u privat isiru aktar sodi, prevedibbli u sostenibbli. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri 125 ħatfu din l-opportunità biex jissimplifikaw il-qafas regolatorju tagħhom għall-valutazzjonijiet ambjentali. Madankollu, kienet meħtieġa azzjoni ta’ infurzar sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva ġiet trasposta b’mod korrett fl-Istati Membri kollha 126 .

    Prattiki li rnexxew 

    Fil-Latvja, il-Ministeru għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Iżvilupp Reġjonali jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali fuq is-sit web tiegħu. L-Uffiċċju għall-Monitoraġġ Ambjentali jipprovdi informazzjoni fil-livell tal-proġett dwar min ikun ippreżenta proposta, links fejn jistgħu jiġu aċċessati d-dokumenti, u informazzjoni dwar, meta u fejn se jsiru seduti ta’ konsultazzjoni pubblika. Tiġi ppubblikata wkoll informazzjoni komprensiva dwar il-VIA kompluti, u s-sit web jinkludi infografika li tiddeskrivi l-proċedura kollha għat-twettiq ta’ VIA, flimkien ma’ spjegazzjoni qasira tal-iskop tagħha.

    Diversi Stati Membri stabbilew korpi jew qrati speċjalizzati għar-rieżami ambjentali. Eżempji eżistenti jinkludu l-Qorti Żvediża tal-Art u l-Ambjent, il-Qorti Amministrattiva Finlandiża, il-Bord tal-Appell Daniż għall-Protezzjoni tan-Natura u l-Ambjent, it-Tribunal Malti għar-Rieżami tal-Ambjent u l-Ippjanar, il-Bord tal-Ippjanar Irlandiż u l-Kunsill Belġjan għat-Tilwim dwar il-Permessi (“Raad voor Vergunningsbetwistingen”). Aktar reċenti, ġiet stabbilita taqsima ambjentali (“chambre de l’environnement”) fil-Qorti tal-Appell ta’ Mons fil-Belġju kemm għal kawżi ċivili kif ukoll għal dawk kriminali.

    Illustrazzjoni 7: Eżempji ta’ assistenza pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea lill-Istati Membri matul il-perjodu ta’ rapportar 

    4.It-triq ’il quddiem fir-rigward tal-istat tad-dritt ambjentali

    L-Ewropej iqisu t-tibdil fil-klima bħala waħda mill-akbar sfidi tal-UE 127 . L-istudji disponibbli 128 jippuntaw fl-istess direzzjoni: jekk nibqgħu niddegradaw l-ekosistemi li fuqhom niddependu b’mod fundamentali, il-ġenerazzjonijiet futuri se jħallsu prezz terribbli. Għandna emerġenza akbar minn qatt qabel. Bl-estinzjoni kontinwa tal-ispeċijiet u l-qerda tal-foresti, in-nixfiet, id-degradazzjoni tal-art, it-tniġġis tal-arja, il-provvisti tal-ilma degradati, it-telfien tal-bijodiversità u d-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, ħaġa waħda hija ċara: dan kollu jeħtieġ azzjoni kollettiva determinata biex dawn ix-xejriet jitreġġgħu lura u s-sistemi ekoloġiċi tagħna jiġu restawrati u protetti.

    It-titjib tat-trasparenza se jippermetti l-implimentazzjoni effettiva tan-normi u tal-leġiżlazzjoni. L-EIR mhux biss għandu fil-mira tiegħu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ambjentali, iżda wkoll lil kull persuna madwar l-UE. Dan ma huwiex sempliċement rapport ieħor fost ħafna oħrajn. Huwa jżid is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, jibni l-każ għar-responsabbiltà u jippermetti lin-nies madwar l-UE jkunu parti minn sforz konġunt billi jagħtihom fehim aħjar ta’ x’jista’ jsir u/jew x’għad irid isir, fil-livell individwali, lokali, nazzjonali jew tal-UE. L-EIR ifittex li jagħti s-setgħa lil dawn il-partijiet ikkonċernati kollha biex jaġixxu b’mod koerenti, iżda minn angoli differenti, sabiex jintlaħaq l-istess objettiv ta’ sens komuni: li napplikaw ir-regoli li għandna.

    F’għajnejn il-pubbliku, in-nuqqas ta’ lħuq tal-objettivi ambjentali tal-UE jaffettwa l-kredibbiltà tal-awtoritajiet kemm nazzjonali kif ukoll tal-UE. L-għadd sinifikanti ta’ kawżi tal-qorti, każijiet ta’ ksur, petizzjonijiet u lmenti relatati mal-ambjent, ittrattati kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE, jirrifletti l-livell insuffiċjenti tal-implimentazzjoni tal-acquis ambjentali.

    L-awtoritajiet ambjentali nazzjonali u l-qrati nazzjonali, li huma primarjament responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, għamlu sforzi biex jimplimentaw u jinfurzaw ir-regoli ambjentali, iżda dan ma kienx biżżejjed biex jiġu eliminati d-diskrepanzi. Għalkemm xi Stati Membri u reġjuni għandhom rekord eċċellenti fl-implimentazzjoni tal-acquis ambjentali, oħrajn għadhom lura, xi kultant b’mod sinifikanti. Anki f’każijiet fejn il-Kummissjoni tkun ħadet azzjoni ta’ infurzar, li xi drabi twassal sabiex l-Istati Membri jħallsu penali finanzjarji sostanzjali wara t-tieni sentenza tal-QĠUE li tistabbilixxi li huma kisru d-dritt tal-Unjoni, l-implimentazzjoni hija dgħajfa.

    Għaliex qed jiġri dan? L-EIRs preċedenti identifikaw ftit mir-raġunijiet, li għadhom validi llum. Huma relatati mal-integrazzjoni insuffiċjenti tal-objettivi ambjentali fit-tfassil u fl-eżekuzzjoni ta’ politiki pubbliċi b’impronta ambjentali sinifikanti, l-ineffettività tal-governanza ambjentali, inkluż minn dawk responsabbli biex jiżguraw il-konformità fil-prattika, u n-nuqqas ta’ trasparenza dwar l-informazzjoni ambjentali, li tippermetti lil dawk ikkonċernati, kemm awtoritajiet kif ukoll membri ordinarji tal-pubbliku, li jimmobilizzaw u jaġixxu. Ir-rapporti tal-pajjiżi jindikaw ukoll in-nuqqasijiet li fadal fl-implimentazzjoni tat-tliet pilastri tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus 129 : l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja, li jaffettwaw l-implimentazzjoni u l-infurzar fil-livell nazzjonali 130 .

    Allura, x’jista’ jsir? Filwaqt li lkoll għandna rwol x’naqdu, ir-rieda politika hija l-ingredjent kruċjali għall-gvernijiet u għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex imexxu l-implimentazzjoni f’waqtha, korretta u effiċjenti tal-politiki u r-regolamenti ambjentali tal-UE, jilħqu l-objettivi tagħhom u jgawdu l-benefiċċji tagħhom. Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “It-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fl-UE u fl-Istati Membri tagħha”, 131 il-Kummissjoni talbet ukoll li tiżdied l-implimentazzjoni permezz ta’ aċċess aktar effettiv għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fil-qrati nazzjonali. B’mod speċifiku, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill intalbu jadottaw dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi proposti leġiżlattivi ġodda jew riveduti tal-UE 132 . Ir-rispons għall-kriżi tal-COVID-19 jew il-kunflitt fl-Ukrajna wera x’kapaċi jagħmlu l-gvernijiet meta jindunaw b’emerġenza. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom il-mezzi biex jużaw il-flus pubbliċi sabiex jagħmlu l-investimenti u r-riformi meħtieġa għar-restawr u l-protezzjoni tas-sistemi ekoloġiċi, tal-art, tal-ilma u tal-arja.

    Ladarba tiġi żgurata r-rieda politika meħtieġa, is-soluzzjonijiet għall-kawżi fundamentali ta’ implimentazzjoni insuffiċjenti huma li:

    1.Jsiru pjanijiet minn qabel u li jiġu identifikati l-korrelazzjonijiet u l-implikazzjonijiet: qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet b’impatt ambjentali, l-aspetti ambjentali rilevanti kollha għandhom jiġu vvalutati b’mod sistematiku u minn qabel, bil-għan li jiġu identifikati aktar soluzzjonijiet integrati għas-setturi involuti. Il-leġiżlazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali tipprovdi l-qafas meħtieġ u l-prattika turi li l-proċeduri ambjentali (il-valutazzjonijiet tal-impatt, il-konsultazzjonijiet pubbliċi, l-awtorizzazzjonijiet ambjentali) jistgħu jiġu integrati u, b’ippjanar u organizzazzjoni adegwati, ma hemmx bżonn li jkunu onerużi. Aħna nistgħu nitgħallmu minn prattika tajba.

    2.Ir-riżorsi xierqa jiġu allokati fil-ħin, minħabba li aktar tard jiswew aktar: ma nistgħux nistennew implimentazzjoni rapida tar-regoli ambjentali jekk dawk li huma meħtieġa jagħmlu dan ma jkunux biżżejjed fin-numri jew ma jkollhomx biżżejjed riżorsi, organizzazzjoni jew taħriġ. Il-bini tal-kapaċitajiet huwa investiment li jagħti l-frott, iżda l-analiżi f’dan l-EIR tindika li għal ħafna Stati Membri għad hemm diskrepanza sinifikanti bejn il-ħtiġijiet u l-finanzjament.

    3.Isiru monitoraġġ u kejl kostanti, minħabba li d-data hija s-sors għall-bidliet matul it-teħid tad-deċiżjonijiet attwali u fil-futur: l-indirizzar tad-diskrepanzi fl-implimentazzjoni jeħtieġ evidenza soda sabiex jiġu identifikati d-“distanza għall-mira”, l-ostakli u l-għażliet disponibbli, u sabiex tiġi mmonitorjata l-effettività tas-soluzzjonijiet stabbiliti. Huwa meħtieġ sforz serju biex din l-informazzjoni ssir disponibbli b’mod faċli għall-utent. Dan jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu, iżda jippermetti wkoll lill-atturi privati jikkontribwixxu u jiżguraw li tittieħed azzjoni, u li eventwalment jibnu għarfien, kunfidenza u fiduċja sodi.

    F’dan ir-rigward, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u n-NextGenerationEU wasslu għal tibdil sinifikanti. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew poġġa l-azzjoni klimatika u l-objettivi ambjentali fil-qalba tal-aġenda tal-UE. Dan tal-aħħar introduċa l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u applikah kemm permezz tal-infiq regolari kif ukoll permezz tal-fondi straordinarji tal-UE maħsuba biex jerġgħu jniedu l-ekonomija tal-UE mġarrba mill-pandemija tal-COVID-19, billi alloka proporzjon ta’ dawk il-flus għal proġetti ekoloġiċi. Dan għandu potenzjal kbir f’termini tal-iżgurar tad-dixxiplina fl-integrazzjoni ambjentali u t-tisħiħ tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji nodfa u l-enerġija rinnovabbli, il-mobilità sostenibbli, eċċ. L-allokazzjoni u l-ittaggjar ekoloġiċi għamlu possibbli l-proġetti ekoloġiċi, kif ukoll ir-riformi li l-Istati Membri ppreżentaw fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, li għandhom, fost affarijiet oħrajn, jibdew isaħħu l-governanza ambjentali. Dawn huma biss il-bidu f’termini ta’ bdil tar-rotta fir-rigward tal-konformità ambjentali, u b’hekk fil-ħarsien tal-ambjent tagħna.

    Madankollu, hemm ħaġa waħda li lkoll nistgħu nagħmlu: li nagħmlu talbiet leġittimi lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li fl-istess ħin nieħdu passi konkreti biex niżguraw li jiġu rrispettati r-regoli ambjentali tal-UE. Hija r-responsabbiltà ta’ kulħadd fl-UE, u huwa fil-kapaċità privata jew pubblika tagħhom, li dan iseħħ. 

    (1)

      COM/2022/230 final .

    (2)

    Telf ekonomiku u fatalitajiet minn eventi relatati mat-temp u mal-klima fl-Ewropa — l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (europa.eu)

    (3)

      Rapport tal-EEA Nru 21/2019 .

    (4)

      COM(2019) 640 final .

    (5)

      COM(2021) 66 final .

    (6)

      COM/2020/21 final .

    (7)

     Il-miżuri ta’ appoġġ pubbliku msemmija fl-EIR jeħtieġ li jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-UE.

    (8)

      COM(2016) 316 final .

    (9)

    L-ewwel pakkett tal-EIR ġie adottat fit-3 ta’ Frar 2017. Fl-4 ta’ April 2019, il-Kummissjoni Ewropea adottat it-tieni pakkett tal-EIR.

    (10)

    Abbażi tal-Artikoli 258 u 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

    (11)

    Din l-edizzjoni tal-EIR hija bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni sa Mejju 2022.

    (12)

      COM/2020/98 final .

    (13)

      COM(2022) 141 final .

    (14)

    COM u SWD(2022) - il-pjanijiet attwali għall-adozzjoni sal-aħħar tal-2022.

    (15)

    Li tesprimi kemm l-ekonomija tuża r-riżorsi materjali b’mod effiċjenti biex tipproduċi l-ġid.

    (16)

    Id-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart , ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109–140.

    (17)

    Id-Direttiva (UE) 2018/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’landfills , ĠU L 150, 14.6.2018, p. 100–108.

    (18)

    Id-Direttiva (UE) 2018/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ , ĠU L 150, 14.6.2018, p. 141–154.

    (19)

    Id-Direttiva (UE) 2018/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li ma għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, ĠU L 150, 14.6.2018, p. 93–99.

    (20)

     Eurostat,  Recycling rate of municipal waste , Ottubru 2021. Id-data hija għall-2020 għall-Istati Membri kollha ħlief il-BG (2018), AT, EL u l-IT (2019).

    (21)

    Eurostat,  Circular material use rate .

    (22)

    Bl-eċċezzjoni ta’ HR, HU, MT u SK.

    (23)

     BE, BG (ċifri tal-2018), IE, HU, SE.

    (24)

    PL, ES, SK, RO, PT, MT, LV, HU, EL, FI, EE, CY, HR, BG tqiesu bħala f’riskju li ma jilħqux il-miri tar-riċiklaġġ tal-2020. Fi tmiem l-2022 se jiġi ppreżentat rapport ta’ twissija bikrija ġdid li janalizza l-progress li sar fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet mir-rapporti ta’ twissija bikrija tal-2018, kif ukoll analiżi tal-progress lejn l-ilħuq tal-miri għar-riċiklaġġ tal-iskart tal-2025.

    (25)

    Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3-30.

    (26)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

    (27)

    BG, CY, EL, ES, IT, HR, PL, RO, SI, SK, CZ, PT. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tinvestiga jekk Malta u Spanja jikkonformawx mal-obbligu tagħhom fir-rigward tat-trattament xieraq qabel ir-rimi f’landfill.

    (28)

     B’mod partikolari l-EL, ir-RO, MT u CY.

    (29)

    Madankollu, jeħtieġ li l-Irlanda żżid l-ekonomija ċirkolari tagħha u li ttejjeb ir-riċiklaġġ.

    (30)

      COM(2020) 380 final

    (31)

      COM(2022) 304 final

    (32)

      COM(2020) 381 final

    (33)

      COM(2021) 572 final

    (34)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi, ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35-55.

    (35)

      COM(2021) 706 final .

    (36)

      COM(2021) 699 final

    (37)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7-50.

    (38)

    Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7–25.

    (39)

     Natura 2000 tinkludi siti ta’ importanza Komunitarja (SIK) iddeżinjati skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats, kif ukoll żoni ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) ikklassifikati skont id-Direttiva dwar l-Għasafar.

    (40)

    Ir- Rapport tal-EEA Nru 10/2020 “State of nature in the EU. Results from reporting under the nature directives 2013-2018”, p. 44, illustrazzjoni 3.8 u p. 50, illustrazzjoni 3.13.

    (41)

    Id-deżinjazzjoni ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni ma hijiex kompluta għal BG, CY, IE, PT.

    (42)

    Fil-każ ta’ ES, BE, CZ, EL, DE, IT, PL, LT, LV, MT, SK, EE l-objettivi ta’ konservazzjoni ma humiex stabbiliti b’mod korrett. Għal AT, DK, FR, HU, FI, LV, NL, SI – hemm bżonn ta’ miżuri addizzjonali għall-protezzjoni tas-siti.

    (43)

      COM(2021) 400 final .

    (44)

     Il-Kummissjoni Ewropea, 2016. Standards tal-Kwalità tal-Arja .

    (45)

    Il-Kummissjoni Ewropea, it-Tnaqqis tal-Emissjonijiet Nazzjonali .  

    (46)

    L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent 2022; Il-Kwalità tal-Arja fl-Ewropa – Rapport tal-2021 .

    (47)

    Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17–119. L-IED qiegħda tiġi riveduta sabiex issir aktar effettiva.

    (48)

    Il-Kummissjoni Ewropea, Evalwazzjoni tal-2020 tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali , p. 5

    (49)

    L-Aġenzija Ewropea  għall-Ambjent, 2021, il-kostijiet tat-tniġġis tal-arja mill-faċilitajiet industrijali Ewropej 2008–2017 , it-Tabella 1 f’p. 15, p 16.

    (50)

    Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1–37.

    (51)

      L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent , 2020.

    (52)

    Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali - Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni dwar id-Direttiva li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali, ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12–25.

    (53)

    Ricardo Energy & Environment, 2022, Review of National Air Pollutant projects and Assessment of National Air Pollution Control Programmes , 2022, p. 80, illustrazzjoni 4-1.

    (54)

     Pendenti għall-materja partikolata 10 (PM10) - BG, CZ, EL, ES, FR, HR, HU, IT, PL, RO, SI, SK, SE. Għall-materja partikolata 2,5 (PM2.5) – HR u IT. Pendenti għad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) - AT, BE, CZ, DE, EL, ES, FR, HU, IT, LU, PL, PT, RO.

    (55)

    BG, PL, HU, RO, IT, FR għall-materja partikolata, u FR u DE għall-NO2.

    (56)

    RO, SK.

    (57)

    Ricardo Energy & Environment, 2022, Review of National Air Pollutant Projections and Assessment of National Air Pollution Control Programmes , pp. 85-6; N.B. 26 Stat Membru biss huma koperti f’dan ir-rieżami peress li r-Rumanija għad trid tippreżenta l-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.

    (58)

    AT, BG, CZ, DE, DK, EE, EL, FI, FR, HU, IE, IT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, SE.

    (59)

    AT, BG, CZ, DK, EE, EL, FR, HU, IE, IT, LT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, SE, SI.

    (60)

     Erbatax-il (14) Stat Membru għall-komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOCs); 13-il Stat Membru għall-materja partikolata 2,5 (PM2.5); 12-il Stat Membru għall-ossidi tan-nitroġenu (NOx).

    (61)

    RO.

    (62)

    AT, BG, CZ, DE, EL, IE, HR, SI, SK.

    (63)

    AT, BG, CZ, DE, EE, FI, FR, HR, HU, IE, LT, LV, MT, PL, SI, SK.

    (64)

    CY, CZ, DE, EL, ES, FR, IT, PT, PL, SK.

    (65)

    b’żewġ sentenzi maħruġa sal-lum għal SK u PT.

    (66)

    LIFE PREPAIR .

    (67)

    LIFE HUNGAIRY .

    (68)

     F’Settembru 2021, il-Kummissjoni nediet il-missjoni tal-UE dwar ir-restawr tal-oċean u tal-ibħra tagħna sal-2030, bħala mod kif jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fir-rigward tal-baħar u tal-ilma ħelu, bħall-protezzjoni ta’ 30 % taż-żona tal-baħar tal-UE u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar u ta’ 25 000 km ta’ xmajjar b’ilma ġieri.

    (69)

    Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1–73.

    (70)

    Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar, ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27–34.

    (71)

     Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1–62.

    (72)

    Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE, ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37–51.

    (73)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1-8.

    (74)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40–52. Il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex tkompli timmodernizza din id-direttiva tal-1991 biex ittejjeb il-prevenzjoni tat-tniġġis, l-effiċjenza fir-riżorsi u n-newtralità enerġetika għas-settur kollu.

    (75)

    Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina), ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19–40.

    (76)

     L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, 2021 .

    (77)

    Il-medja tal-UE hija ta’ 8,39, taħt il-livell limitu ta’ skarsezza ta’ 20 %, iżda s-sitwazzjoni hija aktar ta’ tħassib fi ftit Stati Membri bħal CY, EL, ES, CZ, MT.

    (78)

    Proġetti pilota tal-UE dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma 2000/60/KE li jikkonċernaw in-nuqqasijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni tat-tieni pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċir tax-xmara: AT, BG, CY, CZ, DK, EE, EL, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LU, LV, MT, PL, PT, RO, SE, SI, SK.

    (79)

      https://ec.europa.eu/environment/water/participation/map_mc/map.htm ;  https://ec.europa.eu/environment/water/flood_risk/implem.htm .

    (80)

    FR, HU, IR u IT.

    (81)

    Attwalment għaddejja evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva, u l-Kummissjoni qed tippjana li tippreżenta valutazzjoni ġenerali dwar il-funzjonament tagħha fl-2023.

    (82)

    Hemm ksur pendenti kontra: BE, DE, ES, IT.

    (83)

    Bħalissa għaddejjin proċeduri ta’ ksur għall-applikazzjoni ħażina tal-UWWTD għal 19-il Stat Membru: BG, BE, CY, FR, GR, HU, IR, IT, LV, LT, MT, PL, PT, RO, SK, CZ, SI, SE u ES.

    (84)

    GR, IT u ES bħalissa qed iħallsu multi rigward il-UWWTD.

    (85)

    REACH: ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. - CLP: ĠU L 252, 31.12.2006, p. 1.

    (86)

      COM(2020) 667 final .

    (87)

    Rapport tal-Kumitat Xjentifiku tal-EEA ‘ Chemicals for a sustainable future , paġna 14.

    (88)

    ECHA, abbażi tal-proġetti REF-1, REF-2, REF-3 u REF 4.

    (89)

    Il-paġna prinċipali tal-ECHA taħt il-FORUM REF 8 (2021) .

    (90)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/878 tat-18 ta’ Ġunju 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), ĠU L 203, 26.6.2020, p. 28–58.

    (91)

     Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1–1355.

    (92)

    Il-Kummissjoni Ewropea, Final Report, on the operation of REACH and CLP, Final report_REACH-CLPMSreporting_2020.pdf (europa.eu)  

    (93)

      Il-Kummissjoni Ewropea, REACH and CLP enforcement: EU level enforcement indicators .

    (94)

    BE, DE, ES, FI, GR, IR, IT, NL u SE.

    (95)

      It-test bl-Ingliż tal-Ftehim ta’ Pariġi (unfccc.int)

    (96)

    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”), ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1–17.

    (97)

    Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006, ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195–230.

    (98)

      COM/2021/82 final .

    (99)

    Il-leġiżlazzjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi tifforma parti minn sett ta’ politiki u miżuri dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija li se jgħinu biex l-Ewropa timxi lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u żżid is-sigurtà tal-enerġija tagħha ( https://ec.europa.eu/clima/eu-action/effort-sharing-member-states-emission-targets_en ).

    (100)

    Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136–148.

    (101)

    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013, ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26–42.

    (102)

    Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, 2022, Climate Change 2022: Impacts, Adaptation and Vulnerability .

    (103)

    Dan se jikkontribwixxi mill-inqas 30 % għall-objettivi klimatiċi, u 7,5 % fl-2024 u 10 % fl-2026 u fl-2027 għall-bijodiversità.

    (104)

    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088, ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13–43.

    (105)

    Il-finanzjament ekoloġiku jinkludi l-finanzjament għall-klima, iżda wkoll il-finanzjament ta’ objettivi ambjentali speċifiċi, bħall-kontroll tat-tniġġis industrijali, il-ġestjoni tal-ilma u l-protezzjoni tal-bijodiversità. Minħabba l-ambitu tiegħu, l-EIR jeżaminahom separatament.

    (106)

    Jew 1,0-1,6 % tal-PDG fil-livell tal-UE tal-2014-2020.

    (107)

    Sors: id-DĠ Ambjent.

    (108)

    Il-kontribuzzjonijiet għall-objettivi klimatiċi u ambjentali huma bbażati fuq il-metodoloġija deskritta fl-Anness VI tar-Regolament RRF.

    (109)

     CY, CZ, DE, DK, EE, FI, LT, LV, MT, PT, SK.

    (110)

     L-Eurostat,  ESI Funds Open Data , 2021. 

    (111)

    Pereżempju, il-Pjattaforma tal-UE għall-Bijodiversità, iċ-Ċentru tal-Għarfien għall-Bijodiversità, trackers u dashboards ġodda skont l-istrateġija għall-bijodiversità, il-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija ċirkolari u l-inizjattiva għal tniġġis żero. It-tmien programm ta’ azzjoni ambjentali jinkludi wkoll qafas ta’ monitoraġġ integrat.

    (112)

      Il-ħarsien tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (europa.eu) .

    (113)

     Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE), ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1–14.

    (114)

     Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata minn: id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014, ĠU L 124, 25.4.2014; id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent ĠU L 197, 21.7.2001.

    (115)

     Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56-75.

    (116)

    L-Artikolu 6(2) tal-Aċċess għad-Direttiva dwar l-Informazzjoni Ambjentali, 2003/4/KE; l-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali, 2004/35/KE; l-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali, 2010/75/UE; l-Artikolu 11 tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, 2011/92/UE; u l-Artikolu 23 tad-Direttiva Seveso III, 2012/18/UE. Ara wkoll il-premessa 27 tad-Direttiva dwar il-Limiti Nazzjonali tal-Emissjonijiet, (UE) 2016/2284, li tagħmel referenza speċifika għall-ġuriżprudenza tal-QĠUE dwar l-aċċess għall-ġustizzja.

    (117)

    Ara, b’mod partikolari, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (2017/C 275/01, ĠU C 275, 18.8.2017, p. 1–39).

    (118)

    B’mod partikolari permezz tal-programm ta’ Governanza LIFE.

    (119)

    PL u BG.

    (120)

    PL.

    (121)

    LT.

    (122)

    AT, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, FI, HR, HU, IE, IT, MT, NL, PL, RO, SK, SE, SI.

    (123)

    BG, CZ, DE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LV, LU, MT, PL, PT, RO, SK, SE, SI.

    (124)

    BE, HR, IE, IT, PT.

    (125)

     AT, BE, BG, CZ, DE, EE, ES, FI, FR, HR, HU, IT, LV, LU, MT, NL, PT, RO, SE, SK.

    (126)

    Il-proċeduri ta’ ksur kienu jikkonċernaw 17-il Stat Membru.

    (127)

      Il-Futur tal-Ewropa (europa.eu) .

    (128)

      The European environment — state and outlook 2020 .

    (129)

     Il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, kif irratifikata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE: tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1–3.

    (130)

    Għandu jiġi nnotat li r-Regolament (UE) 2021/1767 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, ĠU L 356, 8.10.2021, p. 1–7 - aċċess imsaħħaħ għar-rieżami amministrattiv u ġudizzjarju fil-livell tal-Unjoni għaċ-ċittadini u għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi ambjentali li għandhom tħassib speċifiku dwar il-kompatibbiltà mal-liġi ambjentali tal-atti amministrattivi li għandhom effetti fuq l-ambjent, kif impenjat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew.

    (131)

      COM(2020) 643 final .

    (132)

    Ara l-aktar proposti reċenti biex jiġu riveduti d-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali , il-liġi dwar ir-Restawr tan-Natura u r-Regolament dwar id-Deforestazzjoni , li jinkludu aċċess speċifiku għad-dispożizzjonijiet tal-ġustizzja.

    Top

    Brussell, 8.9.2022

    COM(2022) 438 final

    ANNESS

    tal-

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-UE 2022



    Naqilbu l-paġna permezz tal-konformità ambjentali

















    {SWD(2022) 252 final} - {SWD(2022) 253 final} - {SWD(2022) 254 final} - {SWD(2022) 255 final} - {SWD(2022) 256 final} - {SWD(2022) 257 final} - {SWD(2022) 258 final} - {SWD(2022) 259 final} - {SWD(2022) 260 final} - {SWD(2022) 261 final} - {SWD(2022) 262 final} - {SWD(2022) 263 final} - {SWD(2022) 264 final} - {SWD(2022) 265 final} - {SWD(2022) 266 final} - {SWD(2022) 267 final} - {SWD(2022) 268 final} - {SWD(2022) 269 final} - {SWD(2022) 270 final} - {SWD(2022) 271 final} - {SWD(2022) 272 final} - {SWD(2022) 273 final} - {SWD(2022) 274 final} - {SWD(2022) 275 final} - {SWD(2022) 276 final} - {SWD(2022) 277 final} - {SWD(2022) 278 final}


    AZZJONIJIET TA’ PRIJORITÀ GĦAL IMPLIMENTAZZJONI AMBJENTALI AĦJAR

    Dan l-Anness jiġbor fil-qosor l-azzjonijiet ta’ prijorità fis-27 rapport tal-pajjiż tal-EIR 1

    Azzjonijiet ta’ prijorità

    Stat/i Membru(i)

    Miżuri favur ekonomija ċirkolari

    Isaħħu l-qafas ta’ politika biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari mis-setturi ekonomiċi kollha, inklużi s-setturi prijoritarji bħall-plastik, it-tessuti, u l-kostruzzjoni

    DE, HR, HU, MT, SK

    Jadottaw pjanijiet ta’ azzjoni jew strateġiji tal-ekonomija ċirkolari li jkopru ċ-ċiklu tal-ħajja kollu u b’riżultati ċari u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni.

    AT, BG, CZ, IE, RO, PT

    Jadottaw miżuri biex tiżdied ir-rata ta’ użu ta’ materjal ċirkolari.

    BG, CY, DK, EL, ES, FI, HR, HU, IE, LV, LT, MT, PL, PT, RO, SK, SE

    Il-ġestjoni tal-iskart

    Jiżguraw li l-pjanijiet nazzjonali u/jew reġjonali għall-ġestjoni tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart allinjati mad-Direttiva Qafas riveduta dwar l-Iskart ikunu fis-seħħ.

    AT, BE, BG, CZ, CY, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LT, LU, MT, PL, PT, RO, SI

    Ittejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart fost l-amministrazzjonijiet pubbliċi kompetenti differenti.

    ES

    Jintroduċu strumenti ta’ politika ġodda — inklużi strumenti ekonomiċi — fil-politiki tal-iskart, bħat-taxxi fuq ir-rimi fil-landfills u/jew l-inċinerazzjoni, u skemi ta’ ħlas skont kemm tarmi.

    BG, CY, DK, EE, EL, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LU, MT, NL, PL, SE, SK

    Itejbu l-funzjonament tas-sistemi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur, f’konformità mar-rekwiżiti minimi ġenerali stabbiliti fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart.

    AT, CY, CZ, EL, EE, HR, HU, LT, LV, PL, SK RO

    Jintroduċu politiki ġodda biex ikomplu jimplimentaw il-ġerarkija tal-iskart, jiġifieri jippromwovi l-prevenzjoni tal-iskart u l-użu mill-ġdid tal-prodotti; iżommu l-inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija għall-minimu meħtieġ u jrażżnu b’mod sinifikanti r-rimi tal-iskart fil-landfills.

    FI, LU, MT, PT, SE, SI

    Jiżguraw skemi effettivi ta’ ġbir tal-iskart separat bħala prekursur għar-riċiklaġġ ta’ kwalità billi, pereżempju jinvolvu l-muniċipalitajiet u jużaw strumenti ekonomiċi sinifikanti (eż. skemi ħallas meta tarmi) u jipprovdu għat-trattament tiegħu f’materjali utli.

    BG, CZ, CY, EE, EL, FR, HR, HU, IE, LV, MT, RO, SK

    Jiżviluppaw u jmexxu programmi ta’ appoġġ għall-muniċipalitajiet biex jgħinuhom jimplimentaw politiki ta’ ġbir separat u jtejbu r-rati ta’ riċiklaġġ.

    CY, EE, HR, LT, LV, PL, RO

    Ineħħu l-iskart li jista’ jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid jew riċiklat, lil hinn mill-inċinerazzjoni u r-rimi fil-landfills.

    AT, BE, CZ, DE, DK, EE, HR, IE, LU, NL, PL, SE

    Jagħlqu u jirriabilitaw il-landfills mhux konformi bħala kwistjoni ta’ prijorità.

    BG, CY, EL, ES, HR, PL, PT, RO, SK, SI

    Jevitaw ir-rimi illegali ta’ skart, inkluż ir-rimi taż-żibel, b’mod partikolari permezz ta’ penali effettivi. 

    BG, PL

    Jillimita l-vjeġġi ta’ skart iddestinati għall-inċineraturi biex jiġi evitat li l-iskart residwu ġġenerat lokalment jimtela fil-landfills

    CY

    Jevitaw il-bini ta’ infrastruttura għall-ġestjoni tal-iskart eċċessiv għat-trattament tal-iskart residwu, jiġifieri siti ta’ landfills, impjanti tat-trattament mekkaniku bijoloġiku (MBT) u inċineraturi.

    CZ, EL, ES, PL, PT, SK

    Jirratifikaw il-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.

    BG, CY, LU

    Il-protezzjoni u r-restawr tan-natura

    Ilestu l-proċess ta’ deżinjazzjoni tas-siti ta’ Natura 2000, inkluż l-indirizzar taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK), u d-definizzjoni tal-objettivi ta’ konservazzjoni u l-miżuri meħtieġa biex jinkiseb l-istatus ta’ konservazzjoni favorevoli għall-ħabitats u l-ispeċijiet protetti fil-qafas tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tas-siti jew strumenti ekwivalenti.

    AT, BE, BG, CZ, CY, DE, DK, EL, EE, ES, FI, FR, HU, IE, IT, LV, LT, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK

    Jiżguraw li l-pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000 ikunu qed jiġu implimentati b’mod effettiv, b’kapaċità amministrattiva u b’finanzjament suffiċjenti. Jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Azzjonijiet Prijoritizzati 2021–2027 (PAFs).

    BG, CY, DK, EL, HR, HU, IT, LT, MT, PL, PT, RO, SK

    Itejbu l-kwalità tal-valutazzjonijiet xierqa, jiżviluppaw u jippromwovu approċċi ta’ implimentazzjoni intelliġenti u simplifikati, b’mod partikolari għal proċeduri ta’ valutazzjoni xierqa u proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-ispeċijiet.

    BE, BG, CY, EE, HR, EL

    Issaħħu l-integrazzjoni tat-tħassib dwar il-bijodiversità f’politiki oħra u jippromwovu l-komunikazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati.

    BG, CZ, EL, ES, FI, HR, LU, LV, PT

    Jiżguraw il-qafas regolatorju meħtieġ għall-ispeċijiet protetti, jiġbru data affidabbli dwar l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet protetti u jimplimentaw sistema ta’ monitoraġġ soda.

    EL, FI , HR, RO

    Jiżguraw l-infurzar xieraq ta’ projbizzjonijiet fuq il-kaċċa u/jew l-insib għal speċijiet ta’ għasafar protetti, il-qtugħ illegali tal-foresti u l-qtugħ tat-turf.

    CY, EL, IE, MT, RO

    Tieħu passi prattiċi biex tindirizza t-tnaqqis serju tal-purċinelli, u tiżvilupp aktar il-programm ta’ konservazzjoni għall-curlin, kemm fis-siti tan-Natura 2000 kif ukoll fil-kampanja aktar estensiva.

    IE

    Jiżgura l-kooperazzjoni reġjonali mal-Istati Membri ġirien biex jiġu indirizzati l-pressjonijiet predominanti fuq il-ħabitats u l-ispeċijiet.

    LU

    Itejbu l-konservazzjoni ta’ mergħat ġestiti b’mod estensiv u jżidu s-sehem ta’ mergħat li huma ġestiti għal skopijiet ta’ konservazzjoni.

    AT, EE

    Tirrestawra l-ħabitats tax-xmajjar u tal-pjanuri tal-għargħar u ttejjeb il-konnettività tax-xmajjar

    AT

    Inaqqsu l-użu u r-riskju tal-pestiċidi billi jkomplu jimplimentaw programmi ddedikati u jippromwovu pestiċidi mhux kimiċi u input baxx tal-pestiċidi u ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara.

    NL

    Iżidu l-azzjoni ta’ implimentazzjoni dwar ir-Regolament tal-UE dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi.  Jieħdu aktar miżuri biex jiġġieldu l-ispeċijiet aljeni invażivi.

    BG, CZ, CY, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, LV, LT, LU, MT, PL, PT, RO, SI, SK

    Jiżguraw il-ġbir tad-data dwar l-IAS u jfittxu modi kif itejbu s-sistema ta’ sorveljanza.

    HU, RO

    Jevitaw il-pressjoni fuq il-ħabitats u l-ispeċijiet protetti minħabba prattiki agrikoli dannużi u jużaw il-PAK biex jinċentivaw prattiki tajbin, billi jżidu l-azzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni stabbilita fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK.

    BE, CZ, CY, DE, EE, EL, FI, HU, IE, LT, LV, LU, MT, NL, SI, SK

    Iħeġġu l-biedja organika, il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-afforestazzjoni. Jiżguraw il-konformità mad-Direttiva dwar il-Ħabitats qabel ma jingħataw/jiġġeddu l-permessi għall-qtugħ tal-foresti.

    AT, BE, CZ, EE, FI, LT, LV, NL, PL, RO, SE, SI, SK

    Inaqqsu u jirrimedjaw żoni degradati tal-ħamrija, inaqqsu t-telf tan-nutrijenti u jikkunsidraw formalment li jimpenjaw ruħhom għall-miri tan-Newtralità tad-Degradazzjoni tal-Art skont il-ftehim rilevanti tal-UNCCD. Iżidu l-kontenut tal-karbonju organiku fil-ħamrija, jimmaniġġjaw aħjar in-nutrijenti u jżidu l-effiċjenza fl-użu tan-nutrijenti.

    BE, ES, HU, LU, MT, PL, PT, SI

    L-ekosistemi tal-baħar

    Jiżguraw il-kooperazzjoni reġjonali mal-Istati Membri li jaqsmu l-istess (sotto)reġjun tal-baħar biex jindirizzaw il-pressjonijiet predominanti.

    BE, BG, CY, DK, DE, EL, EE, ES, FI, FR, HR, IE, IT, LV, LT, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI

    Jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward it-tħejjija tal-istrateġiji tal-baħar, li jinkludu: il-valutazzjoni, id-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb u l-istabbiliment ta’ miri ambjentali.

    BE, BG, CY, DK, DE, EL, ES, EE, FI, FR, HR, IE, IT, LV, LT, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI

    Jiżguraw li l-istatus ambjentali tal-ilmijiet tal-baħar jiġi ddeterminat, ivvalutat u mtejjeb fejn meħtieġ.

    BG, EL, HR, RO, SI

    Jiffirmaw u jirratifikaw il-konvenzjonijiet u l-protokolli internazzjonali rilevanti (il-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali u l-Protokoll Offshore għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona, ir-Regolament dwar il-Kaċċa għall-Balieni, iż-Żoni Protetti b’mod Speċjali u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran).

    CY, EL, FR, IT, MT

    Valutazzjoni u kontabbiltà tal-ekosistemi

    Ikomplu jappoġġaw l-immappjar u l-valutazzjoni tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom, u jiżviluppaw il-kontabbiltà tal-ekosistemi, permezz ta’ indikaturi xierqa għall-integrazzjoni tal-firxa, il-kundizzjoni u s-servizzi tal-ekosistema fil-kontijiet nazzjonali. Ikomplu jappoġġaw l-iżvilupp ta’ pjattaformi nazzjonali tan-negozju u tal-bijodiversità, inklużi sistemi ta’ kontabbiltà tal-kapital naturali għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-impatt tan-negozju fuq il-bijodiversità. 

    AT, BE, CY, DK, FR, EE, EL, FI, HR, HU, IE, LT, LV, LU, MT, PL, PT, RO, SE, SI, SK

    Jiżguraw il-bini tal-kapaċità u t-taħriġ amministrattivi meħtieġa, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn in-networks u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inkluż l-iżvilupp ta’ pjattaformi nazzjonali tan-negozju u tal-bijodiversità.

    BG, CZ, DE, ES, FI, LU, MT, NL

    Arja nadifa

    Iżommu x-xejriet ’l isfel tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, u jnaqqsu l-impatti negattivi tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa u l-ekonomija biex jiżguraw konċentrazzjonijiet futuri, jissodisfaw l-istandards kollha tal-kwalità tal-arja, jaġġornaw u jtejbu n-network ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja, u jiżguraw rapportar f’waqtu tad-data dwar il-kwalità tal-arja.

    AT, BE, BG, CY, CZ, DK, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LV, LU, MT, NL, PT, PL, RO, SE, SI, SK

    Fil-kuntest tal-Programm Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (NAPCP), jieħdu azzjonijiet għat-tnaqqis tas-sorsi ta’ emissjonijiet.

    AT, BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SK, ES, SE, SI

    Taddotta Programm Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (NAPCP).

    RO

    Jiffirmaw u jirratifikaw il-konvenzjonijiet internazzjonali (il-Konvenzjoni dwar l-Arja tal-UNECE, il-Protokoll dwar il-Metalli Tqal, il-Protokoll dwar il-POPs u l-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL).

    AT, BE, BG, EL, HU, IE, FR, IT, LV, MT, PL, PT

    Emissjonijiet industrijali

    Ikomplu jindirizzaw l-emissjonijiet mis-setturi rilevanti (is-settur tal-enerġija, is-settur tal-metall, it-trobbija intensiva tal-annimali).

    BG, CZ, DE, EE, ES, EL, HU, IE, FR, IT, PL, PT, LU, RO, SK

    Jirrevedu l-permessi, tisħiħ tal-kontroll u l-infurzar biex tiġi żgurata l-konformità mal-aħjar konklużjonijiet tal-BAT (l-aqwa tekniki disponibbli).

    RO, SK

    Itejbu r-rappurtar lill-PRTR Ewropew (Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti). 

    DE, LT, NL, SK

    Tiffirma u tirratifika l-Protokoll ta’ Kiev dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti.

    MT

    SEVESO

    Isaħħu l-kontroll u l-infurzar biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Seveso-III, speċjalment dwar l-informazzjoni lill-pubbliku u/jew lill-EEP.

    AT, BG, CZ, DE, DK, EE, EL, ES, IE, FR, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI

    jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni TEIA (effetti transkonfinali ta’ inċidenti industrijali).

    IE, MT

    Storbju

    Ilestu l-immappjar tal-istorbju.

    CY, EL, PT, ES

    Ilestu l-pjanijiet ta’ azzjoni għall-ġestjoni tal-istorbju tal-ispazji rilevanti (agglomerazzjonijiet, toroq ewlenin u ferroviji ewlenin).

    CY, DE, FR, EL, ES, PL, PT, SK

    Il-kwalità u l-ġestjoni tal-ilma

    Jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri (eż. ir-restawr tal-idromorfoloġija tax-xmajjar) biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD). Isaħħu l-ħin u l-frekwenza tal-monitoraġġ. Jiżguraw finanzjament suffiċjenti biex jiġu implimentati miżuri mill-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċin tax-xmajjar (RBMPs).

    AT, BE, CZ, DE, DK, EE, EI, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IT, LT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, SK, SE, SI, RO

    Jivvalutaw il-modifiki fiżiċi ġodda tal-korpi tal-ilma f’konformità mal-Artikolu 4(7) tad-WFD. Jikkunsidraw għażliet alternattivi u miżuri ta’ mitigazzjoni adegwati.

    BE, BG, CY, CZ, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LV, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SE, SI

    Tiżgura b’mod urġenti kontroll xieraq tal-astrazzjoni tal-ilma u tal-bidliet idromorfoloġiċi f’konformità mad-WFD.

    IE

    Ilestu l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi għall-agglomerazzjonijiet kollha.

    BE, BG, CY, CZ, EE, FR, EL, ES, FI, HR, HU, IE, IT, LT, LV, MT, PL, PT, RO, SE, SI, SK

    Itejbu l-implimentazzjoni koordinata bejn il-politiki tal-ilma, tal-baħar u tan-natura.

    BE, BG, CY, CZ, EE, FI, FR, EL, EI ES, HR, HU, IE, LT, LU, LV, MT, NL, PL, PT, SE, SI, SK

    Jindirizzaw it-tniġġis tan-nutrijenti, speċjalment in-nitrati mill-agrikoltura, permezz tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati.

    CY, DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HU, IE, IT, LV, LT, LU, MT, NL, PL, PT, SK, SE, SI

    Sustanzi kimiċi

    Jaġġornaw il-kapaċitajiet amministrattivi ta’ implimentazzjoni u infurzar lejn tolleranza żero għan-nuqqas ta’ konformità.

    AT, BE, BG, CY, CZ, DE, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LV, LT, LU, MT, NL, PT, PL, RO, SE, SI, SK

    Ifasslu u jimplimentaw strateġiji għall-infurzar tar-Regolamenti REACH u CLP.

    BE, EE, HR, LV, MT, PL

    Tirratifika l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar il-POPs.

    IT

    L-azzjoni klimatika

    Jippromwovu s-sostenibbiltà u d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport (konnessjonijiet bit-triq, marittimi u ferrovjarji mtejba), inkluż permezz tal-użu ta’ alternattivi għall-fjuwils fossili (bijofjuwils, użu ta’ vetturi elettriċi).

    BE, CY, CZ, DE, EL, ES, IE, IT, FI, FR, HR, HU, IT LV, LT, LU, MT, NL, PT, PL, RO, SE, SK

    Iżidu l-użu ta’ enerġija nadifa u rinnovabbli (solari, eolika, idroġenu) b’infrastruttura ta’ appoġġ.

    AT, BE, BG, CY, CZ, DE DK, EE, EL, ES, IE, IT, FI, FR, HR, HU, LV, LT, MT, NL, PT, PL, RO, SE, SK

    Jikkunsidraw ir-riformi tat-taxxa u l-ipprezzar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex jiġi inċentivat l-użu tal-enerġija rinnovabbli fuq il-fjuwils fossili.

    AT, LU, LT, LV

    Iżidu l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini permezz ta’ rinnovazzjoni profonda/retrofiting.

    BG, CZ, CY, EE, EL, ES, FI, HU, HR, IE, IT, LV, LT, NL, PT, SE, SK

    Jiżguraw l-użu sostenibbli tal-bijomassa. Jesploraw soluzzjonijiet biex jikkonvertu l-bijomassa fi prodotti tal-injam ħajjin fit-tul u jibdlu l-prattiki tal-ġestjoni tal-art biex irawmu l-funzjonament tal-bir tal-LULUCF tagħha.

    AT, BG, CZ, EE, ES, FI, HU, IE, LT, LV, MT, SE, SK

    Jaċċelleraw l-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjonijiet f’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-settur tal-enerġija, impjiegi b’ħiliet speċjalizzati u negozji ġodda.

    CY, DE, LV, PL, SK

    Jaħtfu l-opportunitajiet sinifikanti ta’ mitigazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mhux tas-CO2 mis-settur tal-iskart. Inaqqsu l-emissjonijiet mhux tas-CO2 fl-agrikoltura filwaqt li jippermettu lill-industrija agroalimentari biex taqleb għal modi sostenibbli ta’ produzzjoni.

    IE, MT

    Jiżguraw li s-settur agrikolu jkun fuq perkors b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

    FR, LV

    Jagħtu ħajja ġdida lill-mogħdijiet tal-ilma li jikkontribwixxu għall-protezzjoni kontra l-għargħar, in-nixfa, u possibbilment kontra degradazzjoni kwalitattiva tar-riżorsi tal-ilma disponibbli. Ikomplu jintegraw miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, speċjalment il-prevenzjoni tal-għargħar.

    MT, SK

    Timplimenta riformi f’reġjuni b’settur tal-enerġija b’użu intensiv tal-karbonju (reġjuni tal-faħam).

    BG

    Tinċentiva investimenti fi proċessi tal-produzzjoni li jiffavorixxu l-klima permezz tas-settur tal-industrija.

    DE

    Tirratifika l-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes.

    IT

    Finanzi

    Itejbu l-kapaċità li l-fondi tal-UE jintużaw b’mod effettiv għall-ambjent, b’mod partikolari permezz ta’ assistenza teknika u/jew strateġiji ta’ finanzjament ambjentali, u jżidu l-livell ta’ finanzjament, inkluż il-finanzjament privat fejn rilevanti, biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ investiment fis-setturi ambjentali, b’mod partikolari għall-bijodiversità. Ilaqqgħu flimkien il-livelli amministrattivi rilevanti kollha filwaqt li jiżguraw l-użu komplementari tal-fondi.

    AT, BE, BG, DE, CZ, CY, EL, HR, FI, HU, HR, IE, IT, LV, LT, LU, MT, NL, PL, PT, RO, SE, SI, SK

    Jindirizzaw ir-riformi fiskali/tat-taxxa u l-ibbaġitjar ekoloġiku, inkluż l-eliminazzjoni gradwali ta’ sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent, b’mod li jinċentivaw imġiba aktar konxja mill-aspett ambjentali mill-industrija u s-soċjetà inġenerali f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.

    CZ, EL, ES, FR, HU, LU, SK

    Informazzjoni, parteċipazzjoni pubblika u aċċess għall-ġustizzja

    Jagħmlu d-data spazjali aktar aċċessibbli u jipprijoritizzaw is-settijiet tad-data ambjentali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva INSPIRE, speċjalment dawk identifikati bħala settijiet tad-data spazjali ta’ valur għoli għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali.

    BE, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, FI, FR, HR, IE, IT, LT, LV, PL, PT, NL, RO, SK, SE

    Jiġbru, jimmonitorjaw u jippubblikaw informazzjoni dwar il-proċessi tal-VIA u tal-VAS biex jiffaċilitaw u jtejbu l-parteċipazzjoni pubblika (eż. permezz ta’ għodod dedikati) fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali, inklużi l-eżiti tagħhom u l-punt sa fejn il-kummenti pubbliċi ġew ikkunsidrati fid-deċiżjonijiet finali.

    AT, BE, CZ, CY, DE, DK, EL, EE, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SE, SI

    Ilestu t-traspożizzjoni tad-Direttiva riveduta dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA).

    CZ, SK

    Itejbu l-aċċess għall-ġustizzja mill-pubbliku kkonċernat.

    AT, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, FI, HR, HU,IE, IT, LU, MT, NL, PL, RO, SK, SI, SE

    Jinfurmaw aħjar lill-pubbliku dwar l-aċċess tiegħu għad-drittijiet tal-ġustizzja, b’mod partikolari billi fil-portali ġudizzjarji u amministrattivi nazzjonali ssir referenza għall-iskedi informattivi dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali aċċessibbli fuq il-portal tal-Ġustizzja elettronika tal-Kummissjoni u dwar l-opportunitajiet biex jitressqu lmenti dwar tħassib jew ksur ambjentali u jippubblikaw data dwar is-segwitu ta’ tali lmenti.

    BG, CZ, DE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LV, LU, MT, PL, PT, RO, SK, SE, SI

    Jiżguraw li l-ispejjeż ma jkunux ta’ xkiel għall-aċċess effettiv għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali

    BE, HR, IE, IT, PT

    Tiżgura li l-eżiti tal-kawżi ġudizzjarji dwar kwistjonijiet ambjentali jkunu effettivi fil-prattika.

    ES

    Tirratifika l-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni tal-UNECE dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (il-Protokoll ta’ Kiev)

    FR

    Assigurazzjoni tal-konformità

    Jiġbru u jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi ambjentali, inkluż dwar ksur, prosekuzzjoni ta’ reati ambjentali, każijiet ta’ ħsara ambjentali, każijiet tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali, pjanijiet u rapporti ta’ spezzjonijiet tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali, disponibbiltà ta’ garanziji finanzjarji biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-ħsara ambjentali u dwar arranġamenti formali għall-kooperazzjoni fost il-korpi pubbliċi responsabbli.

    AT, BE, BG, CY, CZ DE, DK, EE, EL, ES, FI, FR, HR, HU, IE, IT, LT, LU, LV, MT, NL, PL PT, RO, SE, SI, SK,

    Jinkoraġġixxu u jimmonitorjaw il-parteċipazzjoni pubblika fl-infurzar, permezz ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-għażliet għar-rappurtar tal-problema ambjentali. Itejbu l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-opportunitajiet biex jitressqu lmenti dwar kwistjonijiet jew ksur ambjentali u dwar is-segwitu għall-ilmenti u għall-ispezzjonijiet ambjentali. 

    BE, BG, CY, DE, DK, EL, ES, FI, FR, HU, IT, LT, LU, MT, PL, RO

    Itejbu jew jistabbilixxu sistema jew strumenti ta’ sigurtà finanzjarja għar-responsabbiltà ambjentali biex ilaħħqu mal-kostijiet tal-ħsara ambjentali.

    CY,HR, HU, LU, NL

    Itejbu d-disponibbiltà ta’ informazzjoni prattika għall-bdiewa u/jew għall-maniġers tal-art dwar kif jikkontribwixxu għal implimentazzjoni aħjar tad-Direttivi dwar in-Natura u/jew id-Direttiva dwar in-Nitrati.

    AT, BE, BG, CY, CZ, DK, EE, EL, ES, HR, IT, PL, PT, RO, SI, SK

    L-effettività tal-amministrazzjonijiet ambjentali

    Ikomplu jtejbu l-governanza ambjentali, b’mod partikolari l-kapaċità amministrattiva u l-koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. 

    ES, FI, HU, IT, LU, MT, PT

    (1) L-azzjonijiet ta’ prijorità ġew inklużi f’kull rapport tal-pajjiż fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni Ewropea, sabiex ikun żgurat it-trattament indaqs tal-Istati Membri kollha. Għall-finijiet ta’ komparabbiltà, l-azzjonijiet ta’ prijorità kollha ġew miġburin flimkien f’dan l-Anness skont il-gruppi ta’ Stati Membri li rċevew rakkomandazzjonijiet simili. Għal din ir-raġuni, il-formulazzjoni fl-Anness tista’ tkun anqas speċifika milli fir-rapporti tal-pajjiżi.
    Top