This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022AE1131
Opinion of the European Economic and Social Committee on the Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EU) 2019/833 laying down conservation and enforcement measures applicable in the Regulatory Area of the Northwest Atlantic Fisheries Organization (COM(2022) 51 final — 2022/0035 (COD))
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral” (COM(2022) 51 final — 2022/0035(COD))
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral” (COM(2022) 51 final — 2022/0035(COD))
EESC 2022/01131
ĠU C 290, 29.7.2022, p. 149–150
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/149 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral”
(COM(2022) 51 final — 2022/0035(COD))
(2022/C 290/24)
Relatur Ġenerali: |
Francisco Javier GARAT PÉREZ |
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 17.2.2022 Kunsill, 28.2.2022 |
Bażi legali |
Artikoli 43(2) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
Adottata fil-plenarja |
24.3.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
568 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
219/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE jtenni mill-ġdid il-fehma tiegħu dwar il-Proposta għal Regolament li qed tiġi kkunsidrata, kif iddikjarat fl-Opinjonijiet 2018/05155 (1) u 2020/02842 (2) tiegħu, u li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom kienu dawn li ġejjin. |
1.2. |
Il-Kumitat iqis li hemm bżonn li l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) jiġu trasposti fid-dritt tal-Unjoni bil-għan li jiġu applikati b’mod uniformi u effettiv fi ħdan l-UE. |
1.3. |
Madankollu, il-KESE jqis li l-Proposta mressqa ma tistabbilixxix mekkaniżmu effiċjenti għat-traspożizzjoni tar-regoli adottati min-NAFO u ma tindirizzax il-ħtieġa li dawn jiġu aġġornati kull sena. |
1.4. |
Il-Kumitat huwa favur mekkaniżmu aktar effiċjenti u sempliċi, u għaldaqstant jipproponi Regolament b’artikolu wieħed biss li jistabbilixxi li, fir-rigward tal-flotta tagħha, l-Unjoni Ewropea għandha assolutament tapplika r-regoli adottati min-NAFO. |
1.5. |
Il-KESE jenfasizza r-riskju li ġġib magħha l-introduzzjoni tas-sistema ta’ atti delegati li permezz tagħha l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tilleġiżla mingħajr ma tkun soġġetta għal proċeduri ordinarji. |
2. Sinteżi tal-proposta leġiżlattiva
2.1. |
L-għan ewlieni tal-Proposta ppreżentata huwa l-integrazzjoni fid-dritt tal-Unjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) fil-laqgħa annwali tagħha f’Settembru 2021. |
2.2. |
Hija tinkludi emendi dwar il-kalkolu tal-kwota “Oħrajn”, u dwar il-miżuri ta’ akkumpanjament għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M u għall-ħalibatt ta’ Greenland fir-rigward tal-ispezzjoni tal-ħatt l-art. |
2.3. |
L-emendi jinkludu wkoll dispożizzjonijiet ġodda dwar proċeduri addizzjonali, ksur serju fir-rigward tal-użu ta’ ċerti daqsijiet tal-malji, tal-għeriebel jew tal-gradilji, u l-miżuri msaħħa relatati mas-segwitu għall-ksur, kif ukoll it-trażmissjoni ta’ dokumenti lin-NAFO u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. |
2.4. |
Il-Proposta tiddelega s-setgħat lill-Kummissjoni biex temenda r-Regolament (UE) 2019/833 fir-rigward tal-ħatt l-art u l-ispezzjoni tal-ħalibatt ta’ Greenland u l-miżuri ta’ infurzar għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M, f’każ li n-NAFO temenda l-miżuri tagħha fil-futur. |
2.5. |
Jeħtieġ li titħaffef l-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet sabiex il-bastimenti tal-Unjoni jkunu jistgħu jistadu bl-istess kundizzjonijiet bħall-bastimenti l-oħra tal-Partijiet Kontraenti tan-NAFO. |
3. Kummenti ġenerali
3.1. |
Il-KESE jqis li huwa neċessarju li jiġu trasposti fid-dritt tal-Unjoni l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar adottati fl-aħħar laqgħa annwali tan-NAFO sabiex jiġi żgurat li jiġu applikati b’mod uniformi fl-UE. |
3.2. |
Madankollu, il-Kumitat huwa tal-fehma li din il-proċedura ta’ traspożizzjoni għadha mhux ibbażata fuq mekkaniżmu flessibbli, peress li dawn il-miżuri jinbidlu kull sena u l-proċeduri burokratiċi tal-UE jimxu bil-mod ħafna, u dan iwassal għal distakk kontinwu bejn ir-regoli adottati min-NAFO u l-leġiżlazzjoni tal-UE. |
3.3. |
Il-KESE jtenni l-ħtieġa li tiġi adottata proċedura aktar flessibbli, bħal dik proposta minnu stess fl-2019 u l-2020, li kienet appoġġjata wkoll mill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u s-setturi kkonċernati. Din il-proċedura tikkonsisti f’regolament sempliċi b’artikolu wieħed, li jinkludi l-impenn tal-Unjoni Ewropea li, fir-rigward tal-flotta tagħha, tapplika b’mod assolut ir-regoli adottati min-NAFO kull sena. |
3.4. |
Il-Kumitat jerġa’ jwissi li jekk inkomplu għaddejjin b’dan ir-Regolament, jistgħu jinħolqu regoli konfliġġenti, jew tal-inqas perjodi ta’ inċertezza legali għall-amministrazzjonijiet u n-negozji stess, li ma jkunux jafu jekk għandhomx jikkonformaw mar-regoli preċedenti, li huma fis-seħħ fl-UE, jew mar-regoli l-ġodda. Dan joħloq ukoll distorsjonijiet fl-applikazzjoni tal-miżuri fir-rigward ta’ flotot mhux tal-UE. |
3.5. |
Il-KESE jemmen li l-unika ħaġa li ser tiffaċilita l-introduzzjoni tas-sistema ta’ atti delegati hija li l-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi regoli mingħajr il-ħtieġa li tkun soġġetta għal proċeduri ordinarji. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Opinjoni tal-KESE dwar Miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU C 159, 10.5.2019, p. 60).
(2) Opinjoni tal-KESE dwar Miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar – NAFO (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 279).