This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021XG0413(02)
Notice for the attention of the data subjects to whom the restrictive measures provided for in Council Decision 2011/235/CFSP and Council Regulation (EU) No 359/2011 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Iran apply 2021/C 129/08
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran 2021/C 129/08
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran 2021/C 129/08
ĠU C 129, 13.4.2021, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/13 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
(2021/C 129/08)
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/595 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/587 (5).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku:sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Uffiċjali għall-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/595, u r-Regolament (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/587.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK u r-Regolament (UE) Nru 359/2011.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt ta' aċċess, kif ukoll id-drittijiet ta' rettifika jew ta' oġġezzjoni ser jiitwieġeb skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.
Data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.
(3) ĠU L 125, 13.4.2021, p. 58.