IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.12.2021
COM(2021) 760 final
2021/0395(COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, id-Deċiżjonijiet Qafas tal-Kunsill 2002/465/ĠAI, 2002/584/ĠAI, 2003/577/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI, 2009/829/ĠAI u 2009/948/ĠAI, u d-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja
{SWD(2021) 392}
{SWD(2021) 393}
{SEC(2021) 580}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•
Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Il-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera effiċjenti teħtieġ komunikazzjoni sigura, affidabbli u effiċjenti fiż-żmien bejn il-qrati u l-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, din il-kooperazzjoni għandha titwettaq b’mod li ma joħloqx piż amministrattiv sproporzjonat u li jkun reżiljenti għaċ-ċirkostanzi ta’ forza maġġuri.
Fil-livell tal-Unjoni, jeżisti sett komprensiv ta’ strumenti mfassla sabiex itejbu l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’kawżi ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera. Ħafna minn dawn jirregolaw il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet, inkluż f’ċerti każijiet mal-aġenziji u l-korpi tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE (ĠAI). Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-istrumenti ma jipprevedux l-involviment f’tali komunikazzjoni permezz ta’ mezzi diġitali. Anke fejn jagħmlu dan, għadhom jeżistu lakuni oħra, bħan-nuqqas ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni diġitali siguri u affidabbli jew in-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ dokumenti, firem u siġilli elettroniċi. Dan iċaħħad lill-kooperazzjoni ġudizzjarja mill-użu tal-kanali ta’ komunikazzjoni l-aktar effiċjenti, siguri u affidabbli disponibbli.
Barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-avvenimenti ta’ forza maġġuri jistgħu jaffettwaw serjament il-funzjonament normali tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri. Matul il-kriżi, f’ħafna każijiet il-qrati nazzjonali ma setgħux ikomplu bl-operazzjonijiet normali minħabba t-tixrid tal-virus. L-Istati Membri kienu mġiegħla jieħdu għadd ta’ miżuri li jvarjaw minn lockdowns sħaħ għat-trattament ta’ ċerti każijiet ta’ prijorità biss. Fl-istess ħin, dawk l-attivitajiet li setgħu jitwettqu b’mod diġitali (eż. permezz tal-posta elettronika, vidjokonferenza, eċċ.) setgħu jkomplu mingħajr interruzzjoni. Madankollu, ħafna mis-soluzzjonijiet tekniċi użati ġew żviluppati b’mod ad hoc, u mhux neċessarjament jissodisfaw bis-sħiħ l-istandards tas-sigurtà u tad-drittijiet fundamentali. Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’każijiet transfruntiera tal-UE ġiet affettwata b’mod simili, u l-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat il-ħtieġa li tiġi żgurata r-reżiljenza tal-komunikazzjoni.
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni pproponiet l-adozzjoni ta’ sett armonizzat ta’ regoli dwar id-diġitalizzazzjoni, li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess għall-ġustizzja u l-effiċjenza u r-reżiljenza tal-flussi ta’ komunikazzjoni inerenti għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħra f’każijiet transfruntiera tal-UE [Referenza għar-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]. Ir-Regolament propost jipprevedi li l-komunikazzjoni bil-miktub bejn l-awtoritajiet kompetenti li jieħdu sehem fil-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali għandha ssir permezz ta’ kanal ta’ komunikazzjoni diġitali, soġġett għal eċċezzjonijiet ġustifikati. Sabiex jiġi żgurat li l-komunikazzjoni titwettaq b’mod uniformi taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrumenti legali kollha tal-Unjoni fil-qasam tal-materji ċivili, kummerċjali u kriminali, ċerti dispożizzjonijiet li diġà jirregolaw il-komunikazzjoni jeħtieġ li jiġu allinjati mal-għan li jiġu żgurati skambji ta’ informazzjoni “diġitali b’mod awtomatiku”. L-għan tal-emendi huwa li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali f’sitwazzjonijiet bħal dawn fejn id-dispożizzjonijiet eżistenti jistgħu jirregolaw il-komunikazzjoni b’mod differenti mir-Regolament propost. Meta wieħed iqis li ċertu numru ta’ atti legali kkonċernati huma Deċiżjonijiet Qafas u Direttivi, huwa xieraq li dawn jiġu emendati permezz ta’ Direttiva, li tistabbilixxi wkoll aspetti ta’ traspożizzjoni.
Peress li d-Deċiżjoni Qafas 2003/577/ĠAI u d-Deċiżjoni Qafas 2006/783/ĠAI għadhom japplikaw mhux biss bejn l-Istati Membri li ma humiex marbuta bir-Regolament (UE) 2018/1805 iżda wkoll bejn kwalunkwe Stat Membru li ma huwiex marbut bir-Regolament (UE) 2018/1805 (b’mod partikolari l-Irlanda) u kwalunkwe Stat Membru li huwa marbut bir-Regolament (UE) 2018/1805, qegħdin jiġu proposti wkoll emendi għal dawn id-Deċiżjonijiet Qafas permezz tal-proposta attwali, f’każ li l-Irlanda tagħżel li tipparteċipa fir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni
*.
•
Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Il-proposta tal-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali (aktar ’il quddiem “il-proposta għal regolament”) tistabbilixxi sett komprensiv ta’ regoli orizzontali dwar l-użu tal-kanal ta’ komunikazzjoni diġitali bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji, il-possibbiltà li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi jikkomunikaw mal-awtoritajiet ġudizzjarji permezz ta’ mezzi elettroniċi u l-użu ta’ vidjokonferenzi.
Fid-dawl tal-fatt li l-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġi żgurat l-allinjament tad-Deċiżjonijiet Qafas u tad-Direttivi fil-qasam ta’ materji ċivili u kriminali mad-dispożizzjonijiet tal-proposta għal regolament u li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet legali konfliġġenti, id-Direttiva proposta tagħmel referenzi konsistenti għall-proposta għal regolament għar-regoli orizzontali kollha dwar il-komunikazzjoni.
•
Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Bl-istess mod, il-proposta għal regolament tikkonforma b’mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet statutorji eżistenti fil-qasam tas-servizzi fiduċjarji u tal-protezzjoni tad-data.
Minħabba n-natura ferm sensittiva tal-informazzjoni skambjata, huwa essenzjali li l-implimentazzjoni tal-approċċ tas-sett ta’ għodod dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja, anki permezz ta’ din il-proposta, isseħħ b’mod li jiggarantixxi standards taċ-ċibersigurtà b’saħħithom. Dan huwa konsistenti mal-approċċ deskritt fl-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà u l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar miżuri għal livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni (NIS2), bl-għan li jittejbu aktar il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet pubbliċi u privati, l-awtoritajiet kompetenti u l-Unjoni kollha kemm hi fil-qasam taċ-ċibersigurtà u tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika. Waqt li l-ġudikatura fl-Istati Membri mhix fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta NIS2, huwa essenzjali li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ miżuri nazzjonali li jiżguraw livell kumparabbli ta’ ċibersigurtà.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•
Bażi ġuridika
L-użu ta’ kanali diġitali għall-komunikazzjoni fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera jiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali. Għaldaqstant, il-bażi ġuridika għal din l-inizjattiva hija l-Artikoli 81(2) u 82(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
L-użu ta’ kanali diġitali għall-komunikazzjoni jiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess effettiv għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ċivili f’konformità mal-Artikolu 81(2) tat-TFUE. L-Artikolu 82(1) tat-TFUE huwa l-bażi ġuridika għall-Unjoni sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri fi proċedimenti kriminali u fl-infurzar tad-deċiżjonijiet.
•
Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Skont l-Artikolu 4(2)(j) tat-TFUE, il-kompetenza li jiġu adottati miżuri fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja hija kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jaġixxu waħedhom sabiex jirregolaw l-użu tal-kanali ta’ komunikazzjoni diġitali fil-kuntest tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja sal-punt li l-Unjoni ma tkunx eżerċitat il-kompetenza tagħha. Madankollu, mingħajr azzjoni tal-UE, il-progress huwa mistenni li jkun bil-mod ħafna u, anke fejn l-Istati Membri jieħdu azzjoni huwa diffiċli ħafna li tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-kanali ta’ komunikazzjoni mingħajr koordinazzjoni u intervent fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ diġitalizzazzjoni previsti huma strettament marbuta mal-istrumenti legali eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera u ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. Għalhekk, l-objettivi ta’ din il-proposta ma jistgħux jintlaħqu bis-sħiħ mill-Istati Membri jaġixxu waħidhom, iżda biss fil-livell tal-UE.
Diġà hemm ċerti regoli tal-UE li jirregolaw it-twettiq tal-komunikazzjoni, li wħud minnhom saħansitra jipprevedu l-użu tat-teknoloġija moderna. Madankollu, ir-regoli eżistenti ma jiżgurawx infrastruttura adegwata u olistika għall-komunikazzjoni elettronika bejn l-individwi, l-entitajiet legali jew l-awtoritajiet kompetenti mal-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor.
Hija meħtieġa azzjoni tal-UE sabiex jiġu kkoordinati l-isforzi tal-Istati Membri u jiġi stabbilit qafas koerenti għar-regoli eżistenti tal-UE. Dan se jtejjeb l-effiċjenza, ir-reżiljenza, is-sigurtà u l-ħeffa tal-proċeduri ġudizzjarji li jkollhom implikazzjonijiet transfruntiera u se jissimplifika u jħaffef il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Għalhekk, l-amministrazzjoni ta’ każijiet relatati mal-ġustizzja b’implikazzjonijiet transfruntiera se titjieb.
Aktar benefiċċji jirriżultaw mit-tmexxija ’l quddiem tad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE u l-inklużjoni tal-Istati Membri kollha, peress li dan se jtejjeb is-sitwazzjoni attwali, fejn ċerti gruppi ta’ Stati Membri biss ħadu azzjoni, li jirriżulta f’rispons limitat u frammentat għall-problemi identifikati.
•
Proporzjonalità
L-azzjonijiet proposti mhux se jkunu ta’ piż fuq l-Istati Membri lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-komunikazzjoni diġitali fil-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-komunikazzjoni jeħtieġ li jiġu emendati sabiex jinkludu l-kanal ta’ komunikazzjoni diġitali. Peress li dawn id-dispożizzjonijiet huma stabbiliti fl-atti legali tal-Unjoni, l-uniku mezz xieraq sabiex jiġu emendati huwa permezz ta’ att ieħor tal-Unjoni.
Id-Direttiva emendatorja proposta ma tistabbilixxix regoli sostantivi ġodda, hija limitata għall-espansjoni tar-regoli dwar il-komunikazzjoni sabiex jiġi inkluż il-kanal ta’ komunikazzjoni diġitali, f’konformità mal-proposta għal regolament.
•
Għażla tal-istrument
Peress li l-atti legali emendati minn din il-proposta huma Deċiżjonijiet Qafas u Direttivi, huwa xieraq li dawn jiġu emendati permezz ta’ Direttiva, li tistabbilixxi wkoll aspetti ta’ traspożizzjoni.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•
Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Għal aktar minn deċennju, il-Kummissjoni ilha taħdem fuq il-politika tal-Ġustizzja elettronika f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ diversi partijiet ikkonċernati. Dawn il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-objettivi tal-proposta u dwar l-għażliet ta’ politika identifikati. Wara l-istrateġija ta’ konsultazzjoni għal din il-proposta, ġew ikkonsultati firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati. Saru konsultazzjonijiet fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar il-Ġustizzja elettronika (EJUSTICE), il-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar Materji tad-Dritt Ċivili (JUSTCIV), il-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali (COPEN), in-Network Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali, u n-Network Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Kriminali.
Fil-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu u t-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni kkuntattjat firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-assoċjazzjonijiet professjonali, l-organizzazzjonijiet tan-negozju u l-individwi.
Is-sejbiet tal-konsultazzjonijiet juru appoġġ għall-objettivi tal-proposti. Il-partijiet ikkonċernati kienu favur l-użu obbligatorju tal-kanal diġitali ta’ komunikazzjoni kontra l-użu volontarju fil-kooperazzjoni ġudizzjarja. Huma appoġġaw ukoll il-possibbiltà tal-partijiet fi proċedimenti transfruntiera li jieħdu sehem f’seduti orali permezz ta’ vidjokonferenzi jew teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.
•
Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-Kummissjoni qabbdet lil kuntrattur sabiex iħejji studju biex jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt. Il-kuntrattur wettaq diversi attivitajiet ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati speċifikament imfassla għall-finijiet tal-istudju, bħall-organizzazzjoni ta’ grupp fokus fil-livell tal-UE, konsultazzjoni nazzjonali mal-partijiet ikkonċernati dwar l-impatti tal-għażliet ta’ politika, wettaq stħarriġ nazzjonali, għamel intervisti individwali, eċċ.
Id-data kollha miġbura infurmat it-tħejjija tal-proposta, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat l-ammont konsiderevoli ta’ data eżistenti dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-UE. Pereżempju mit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE, ir-rapport tal-istat tad-dritt, data mill-Kummissjoni Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa għall-effiċjenza tal-ġustizzja (CEPEJ) u l-istudju tal-Ġustizzja Kriminali Diġitali.
•
Valutazzjoni tal-impatt
Peress li din il-proposta tistabbilixxi dispożizzjonijiet ta’ allinjament sabiex tiġi żgurata l-koerenza mas-sett ta’ regoli inklużi fil-proposta għal Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali, l-impatt ġie vvalutat bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt ippreżentata fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament għal dik il-proposta.
Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) iddiskuta l-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt fit-22 ta’ Settembru 2021 u ta l-opinjoni pożittiva tiegħu fis-27 ta’ Settembru 2021. L-RSB għamel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
(1) L-analiżi tal-problema għandha tissaħħaħ sabiex tenfasizza l-problemi ewlenin li din il-proposta għandha l-għan li tindirizza. L-analiżi għandha tkun appoġġata minn evidenza dwar il-parteċipazzjoni volontarja fid-diġitalizzazzjoni, in-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ dokumenti elettroniċi, firem jew siġilli u interoperabbiltà.
(2) Ir-rapport għandu jispjega kif din il-proposta se tiżgura koerenza ma’ strumenti oħra fil-livell tal-UE mfassla sabiex itejbu d-diġitalizzazzjoni li tista’ tintuża fil-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera. Ir-rapport għandu jispjega wkoll għaliex l-Istati Membri ma jisfruttawx bis-sħiħ il-possibbiltajiet eżistenti għad-diġitalizzazzjoni.
(3) L-analiżi tal-impatt għandha tissaħħaħ bi preżentazzjoni ċara tal-impatti, b’mod partikolari l-kostijiet tal-investiment u l-partijiet interessati affettwati. Għandha tirrikonoxxi l-inċertezzi fis-suppożizzjonijiet magħmula u l-implikazzjonijiet li dawn għandhom għall-impatti vvalutati.
(4) Ir-rapport għandu jivvaluta l-effetti ta’ żieda potenzjali ta’ każijiet transfruntiera. Għandu jiddiskuti jekk hemmx riskju li aċċess imtejjeb għall-ġustizzja u kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera aktar effiċjenti jistgħu jwasslu għal dewmien fit-trattament tal-każijiet minħabba ammont ta’ xogħol akbar għall-imħallfin u ż-żmien li jieħdu l-proċedimenti legali.
(5) Ir-rapport għandu jiċċara l-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-data kkonċernati u jirrikonoxxi li ċ-ċaqliq minn format fuq il-karta għal format diġitali jinvolvi riskji oħra. Ir-rapport għandu jindirizza s-sensittivitajiet potenzjali marbuta mal-fatt li jekk ikun hemm aktar data f’format diġitali dan mhux biss jista’ jiffaċilita t-trażmissjoni tagħha, iżda joħloq ukoll kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data u ta’ sigurtà. It-tħassib imqajjem mill-partijiet ikkonċernati dwar il-protezzjoni tad-data għandu jiġi kkunsidrat.
L-RSB bagħat ukoll rakkomandazzjonijiet addizzjonali mal-lista ta’ kontroll tal-kwalità.
Fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet tal-RSB, ġew introdotti l-bidliet li ġejjin fil-valutazzjoni tal-impatt:
(1) Id-definizzjoni tal-problema ġiet ifformulata mill-ġdid sabiex tirrifletti l-problemi attwali analizzati fit-Taqsima 2.
(2) Il-koerenza ma’ inizjattivi oħra, bħal e-CODEX u e-IDAS ġiet spjegata, kif ukoll ir-rabtiet mal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
(3) It-Taqsima 6 dwar l-impatti tal-linja ta’ referenza u l-għażliet ta’ politika ġiet ristrutturata u l-impatti ewlenin (jiġifieri l-impatti ekonomiċi, l-impatti soċjali, l-impatti fuq id-drittijiet fundamentali) ġew deskritti fil-qosor għal kull waħda mill-għażliet. It-taqsima tindirizza wkoll b’liema mod il-partijiet ikkonċernati ewlenin se jiġu affettwati mill-proposta.
(4) It-Taqsima 6 dwar l-impatti kkjarifikat jekk hemmx riskju potenzjali ta’ numru akbar ta’ każijiet transfruntiera u l-kapaċità tal-ġudikatura li tassorbi żvilupp bħal dan.
(5) Żdiedu kjarifiki dwar il-protezzjoni tad-data fit-Taqsima 6.
Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt ġiet issupplimentata bid-data disponibbli mill-istudju ta’ appoġġ u mill-Anness 7 tar-rapport. L-analiżi ekonomika u l-kostijiet għall-Istati Membri ġew miżjuda mar-rapport. Il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati kkonsultati ġew deskritti fit-taqsimiet korrispondenti tar-rapport. Ir-rakkomandazzjonijiet tekniċi, bħall-fużjoni tar-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika mal-Anness 2, in-numerazzjoni tal-paġni tal-Annessi, it-tħassir tal-Anness dwar il-grilja tas-sussidjarjetà, ġew indirizzati.
Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat għażla politika waħda mhux leġiżlattiva u għażla politika waħda leġiżlattiva bi tliet subgħażliet. Kien hemm għażliet addizzjonali li ġew skartati fi stadju bikri. Kampanja promozzjonali dwar l-użu ta’ għodod diġitali u s-sistema e-CODEX għall-komunikazzjoni fi proċeduri ġudizzjarji transfruntiera twarrbet minħabba li kien ikkunsidrat li tali kampanja ma tikkostitwixxix alternattiva reali għall-azzjoni regolatorja u tista’ fi kwalunkwe każ titwettaq bħala parti mix-xenarju ta’ referenza. L-għażla tal-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni u data permezz ta’ sistema ċentralizzata tal-UE ma kinitx ikkunsidrata xierqa, peress li kien diffiċli li tiġi ġġustifikata mill-perspettiva tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà. Barra minn hekk, l-informazzjoni, id-data u d-dokumenti kollha jinħażnu fl-infrastruttura tal-Kummissjoni jew fl-infrastruttura tal-entità li tiġġestixxi s-sistema (eż. l-eu-LISA), filwaqt li dawn ma jkunux parti minn skambji transfruntiera. Sistema ċentralizzata tikkostitwixxi wkoll punt uniku ta’ falliment, peress li d-data kollha tinħażen f’post wieħed meta mqabbla ma’ sistema deċentralizzata fejn id-data tinħażen minn kull Stat Membru individwalment.
Ix-xenarju ta’ referenza li kontrih ġew ivvalutati ż-żewġ għażliet ewlenin ma ppreveda l-ebda azzjoni sabiex titmexxa ’il quddiem id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera u l-użu ta’ għodod diġitali sabiex jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja. Għalhekk, l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet jibqa’ volontarju. L-użu ta’ firem/siġilli elettroniċi u responsabbiltajiet tal-protezzjoni tad-data jkompli jkun ifframmentat. Għalhekk, iż-żewġ għażliet ikkunsidrati fid-dawl tal-għanijiet deskritti tal-proposta kienu l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (għażla mhux leġiżlattiva) jew l-adozzjoni ta’ att legali – regolament (għażla leġiżlattiva).
L-għażla leġiżlattiva tkun teħtieġ pakkett ta’ Regolament b’dispożizzjonijiet orizzontali u emendi għar-Regolamenti eżistenti sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u Direttiva b’emendi għad-Direttivi u d-Deċiżjonijiet Qafas eżistenti.
L-għażla mhux leġiżlattiva tkun tinvolvi azzjoni sabiex l-Istati Membri jiġu mħeġġa jużaw is-sistema e‑CODEX għall-komunikazzjoni diġitali transfruntiera u l-aċċess għall-ġustizzja. Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tista’ tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex isegwu approċċ armonizzat għall-użu tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi l-vidjokonferenzi, id-dokumenti elettroniċi, is-siġilli u l-firem elettroniċi. Minħabba n-natura volontarja ta’ dan l-approċċ, l-Istati Membri jkunu liberi li jiżviluppaw l-għodod diġitali tagħhom stess. Tali azzjoni tista’ tkun teknikament u operazzjonalment fattibbli. Il-kosteffettività tkun tiddependi fuq l-approċċ tal-Istati Membri individwali għad-diġitalizzazzjoni u fuq il-ħtiġijiet u r-riżorsi tagħhom. Madankollu, dwar il-punt sa fejn l-għażla tissodisfa l-għanijiet tal-proposta, rakkomandazzjoni ma tiggarantix l-implimentazzjoni reali tal-għodod diġitali għall-komunikazzjoni, l-interoperabbiltà tal-kanal diġitali, l-aċċettazzjoni ta’ dokumenti elettroniċi, jew standards komuni dwar l-użu u r-rikonoxximent ta’ servizzi fiduċjarji.
Skont l-għażla leġiżlattiva, se jiġu adottati miżuri leġiżlattivi (Regolament u Direttiva). Regolament se jinkludi regoli li jistabbilixxu kanal elettroniku sigur ibbażat fuq l-e-CODEX (identifikat bħala l-aktar soluzzjoni teknika xierqa fil-valutazzjoni tal-impatt dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-e-CODEX). Dan il-kanal, li jikkostitwixxi sistema tal-IT deċentralizzata, se jintuża għall-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni, data u dokumenti bejn il-qrati u l-awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti mal-aġenziji tal-ĠAI u l-korpi tal-UE. Se jiġu introdotti regoli b’appoġġ għall-komunikazzjoni bejn individwi u entitajiet legali, u l-qrati u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi regoli dwar l-użu ta’ vidjokonferenzi jew teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Se jiġu deskritti r-responsabbiltajiet tal-kontrolluri tad-data u tal-proċessuri tad-data. Din l-għażla hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li s-sistemi tal-IT għall-iskambji ta’ Ordnijiet ta’ Investigazzjoni Ewropej (OIEs) u n-notifika ta’ dokumenti/ġbir ta’ evidenza, kif żviluppati mill-Kummissjoni, se jiġu estiżi għall-komunikazzjoni ġudizzjarja transfruntiera kollha rregolata fl-istrumenti ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE. L-Istati Membri se jkunu jistgħu jikkonnettjaw is-sistema tal-IT nazzjonali tagħhom ma’ network deċentralizzat jew jużaw is-soluzzjoni tas-software żviluppata mill-Kummissjoni u pprovduta mingħajr ħlas. Dan se jippermetti komunikazzjoni diretta bejn il-qrati u/jew l-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fil-proċedimenti taħt l-istrumenti tal-UE fil-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera f’materji ċivili, kummerċjali jew kriminali. Ġew ikkunsidrati tliet subgħażliet taħt l-għażla leġiżlattiva, jiġifieri a) l-użu obbligatorju jew volontarju tal-kanal diġitali, b) l-aċċettazzjoni obbligatorja jew volontarja tal-komunikazzjoni elettronika rigward il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, u c) l-approċċ regolatorju jew mhux regolatorju għall-użu u r-rikonoxximent tas-servizzi fiduċjarji. Direttiva se temenda d-Deċiżjonijiet u d-Direttivi Qafas eżistenti sabiex tallinjahom mar-regoli tar-Regolament.
Wara li jitqabblu l-għażliet ta’ politika u s-subgħażliet, u wara li jiġu vvalutati skont l-objettivi tal-proposta, l-għażla preferuta magħżula tkun l-għażla leġiżlattiva. Din l-għażla se tagħmel l-użu tal-komunikazzjoni diġitali obbligatorju (soġġett għal eċċezzjonijiet ġustifikati) għall-komunikazzjoni bejn il-qrati u l-awtoritajiet kompetenti (u bejnhom u l-aġenziji u l-korpi tal-ĠAI tal-UE). Se tobbliga wkoll lill-qrati u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jaċċettaw komunikazzjoni elettronika minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, jipprovdu bażi ġuridika għall-użu ta’ vidjokonferenzi jew teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għal seduti orali f’każijiet transfruntiera, u l-użu u r-rikonoxximent ta’ servizzi fiduċjarji.
Filwaqt li l-qrati u l-awtoritajiet kompetenti se jkunu meħtieġa jaċċettaw komunikazzjoni elettronika minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-użu tal-kanal diġitali se jkun volontarju għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi. Huma se jkunu liberi li jużaw mezzi tradizzjonali ta’ komunikazzjoni, inkluż wieħed ibbażat fuq il-karta jekk jixtiequ.
L-użu tal-kanal diġitali jista’ jkun mistenni li jkollu impatt ambjentali pożittiv, minħabba l-użu ta’ inqas karti u posta. Dawn l-impatti ambjentali huma relatati l-aktar mal-adozzjoni ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni u ż-żieda probabbli fl-użu tal-vidjokonferenzi u l-komunikazzjoni mill-bogħod minflok is-seduti ta’ smigħ personali. Filwaqt li wieħed jista’ jassumi li l-produzzjoni u l-operazzjoni tat-tagħmir se jikkonsmaw l-enerġija, l-impatt ġenerali fuq l-ambjent se jkun pożittiv.
•
Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Din il-proposta għandha l-għan li tintroduċi teknoloġija diġitali moderna fil-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera. Ir-riżultat mistenni huwa komunikazzjoni aktar rapida, orħos, aktar sigura u affidabbli bejn l-awtoritajiet kompetenti.
L-użu tal-kanal ta’ komunikazzjoni diġitali se jtaffi l-piż amministrattiv u se jirrendi l-ipproċessar tal-każijiet aktar effiċjenti.
•
Drittijiet fundamentali
L-użu tal-kanal diġitali ta’ komunikazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti se jgħin sabiex jingħeleb id-dewmien, jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġi ffaċilitat u mħaffef l-iskambju ta’ informazzjoni bejn dawn l-awtoritajiet. B’riżultat ta’ dan, iż-żmien globali għall-ipproċessar tal-kawżi se jitnaqqas, u se jitnaqqsu wkoll il-kostijiet għall-proċedimenti.
In-natura deċentralizzata tas-sistema, stabbilita mir-Regolament propost dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f'materji ċivili, kummerċjali u kriminali, għall-iskambju bejn il-qrati u l-awtoritajiet kompetenti u bejn dawn l-entitajiet u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tfisser li mhux se jkun hemm ħżin tad-data jew ipproċessar tad-data mill-entità fdata bil-ġestjoni operazzjonali tal-komponenti tas-sistema. Skont jekk punt ta’ aċċess għas-sistema huwiex operat minn istituzzjoni, aġenzija jew korp tal-UE, jew fil-livell nazzjonali, u skont liema awtoritajiet nazzjonali qegħdin jipproċessaw data personali u għal liema finijiet, japplikaw jew ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725, jew ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jew id-Direttiva (UE) 2016/680.4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Din il-proposta tiżgura l-koerenza mas-sett koeżiv ta’ regoli stabbiliti fir-Regolament propost dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f'materji ċivili, kummerċjali u kriminali. Għalhekk, l-impatt baġitarju tagħha diġà jitqies bħala parti mir-Regolament propost, li jindirizza aspetti tekniċi ta’ implimentazzjoni, filwaqt li din il-proposta tiżgura biss allinjament legali.
Għal din ir-raġuni, il-proposta għal direttiva emendatorja mhux se jkollha implikazzjonijiet baġitarji indipendenti.
5.ELEMENTI OĦRA
•
Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Peress li l-aspetti tekniċi tal-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja permezz tal-kanal ta’ komunikazzjoni diġitali huma rregolati mir-Regolament propost dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f'materji ċivili, kummerċjali u kriminali, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar dwar il-kisba tal-għanijiet speċifiċi tiegħu, għandhom jitwettqu skont ir-regoli tar-Regolament.
Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-proposta huwa limitat għall-emendar ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali dwar il-komunikazzjoni. Għalhekk, l-impatt tagħha għandu jiġi mmonitorjat, evalwat u rrapportat skont l-istrumenti emendati individwali.
•
Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
Din id-Direttiva ma teħtieġx Dokumenti ta’ Spjegazzjoni dwar it-traspożizzjoni.
•
Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-Artikoli 1 – 11 - jintroduċu emendi għad-Deċiżjonijiet Qafas u d-Direttivi f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali sabiex jiġu inklużi referenzi għall-mezzi diġitali ta’ komunikazzjoni kif stabbilit mir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f'materji ċivili, kummerċjali u kriminali, sabiex tiġi evitata l-inċertezza dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw skont l-atti legali eżistenti.
L-Artikoli 12 – 15 - jistabbilixxu l-perjodi ta’ traspożizzjoni għall-implimentazzjoni tal-emendi fid-Direttivi u fid-Deċiżjonijiet Qafas ikkonċernati.
L-Artikolu 16 - jipprevedi li d-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 17 – jiċċara li d-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
2021/0395 (COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, id-Deċiżjonijiet Qafas tal-Kunsill 2002/465/ĠAI, 2002/584/ĠAI, 2003/577/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI, 2009/829/ĠAI u 2009/948/ĠAI, u d-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2)(e) u (f) u l-Artikolu 82(1)(d) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Diċembru 2020 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-UE il-Kummissjoni identifikat il-ħtieġa li jiġi mmodernizzat il-qafas leġislattiv tal-proċeduri transfruntiera tal-Unjoni fil-liġi ċivili, kummerċjali u kriminali, f’konformità mal-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku”, filwaqt li jiġu żgurati s-salvagwardji kollha meħtieġa sabiex tiġi evitata l-esklużjoni soċjali.
(2)L-iffaċilitar tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri hija fost l-objettivi ewlenin tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni minquxa fit-Tielet Parti tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(3)Għall-finijiet tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, kummerċjali u kriminali b’implikazzjonijiet transfruntiera, l-atti legali tal-Unjoni li jipprevedu l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkunu kkomplementati b’kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ tali komunikazzjoni permezz ta’ mezzi diġitali.
(4)Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, ġie adottat ir-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].
(5)Għall-finijiet li jiġi żgurat li jintlaħqu bis-sħiħ l-objettivi tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni], u għall-allinjament tal-atti legali eżistenti tal-Unjoni f'materji ċivili, kummerċjali u kriminali ma’ dak ir-Regolament, huwa meħtieġ li jiġu emendati l-atti legali li ġejjin: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/8/KE, id-Deċiżjonijiet Qafas tal-Kunsill 2002/465/ĠAI, 2002/584/ĠAI, 2003/577/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI, 2009/829/ĠAI u 2009/948/ĠAI, u d-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(6)L-emendi jfittxu li jiżguraw li l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet isseħħ f’konformità mar-regoli u l-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].
(7)Filwaqt li din id-Direttiva tistabbilixxi emendi għar-regoli diġà trasposti fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tal-Istati Membri, jenħtieġ li jkollha wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-traspożizzjoni ta’ dawn l-emendi. Id-dispożizzjonijiet ta’ traspożizzjoni jenħtieġ li jiġu allinjati mal-iskeda ta’ żmien ta’ implimentazzjoni prevista fir-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].
(8)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma hijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u ma hijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.
(9)[F’konformità mal-Artikoli 1, 2 u 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda ma hijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u ma hijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.]
JEW
[F’konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda innotifikat [, b’ittra ta’…,] ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva],
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
EMENDI GĦAL ATTI LEGALI FIL-QASAM TAL-KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F’MATERJI ĊIVILI U KUMMERĊJALI
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2002/8/KE
Fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/8/KE, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4. L-awtorità trasmittenti kompetenti għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-awtorità riċevitur kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]* fi żmien 15-il jum mill-wasla tal-applikazzjoni mimlija kif xieraq f’waħda mil-lingwi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u d-dokumenti ta’ sostenn, tradotti, fejn meħtieġ, f’waħda minn dawk il-lingwi.”.
________
Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L …).”.
KAPITOLU II
EMENDI GĦAL ATTI LEGALI FIL-QASAM TAL-KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F’MATERJI KRIMINALI
Artikolu 2
Emenda għad-Deċiżjoni Kwadra 2002/465/ĠAI
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Kwadra 2002/465/ĠAI, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“13. Il-komunikazzjonijiet bil-miktub bejn l-Istati Membri sabiex tiġi stabbilita skwadra ta’ investigazzjoni konġunta u jiġi ffirmat ftehim dwar skwadra ta’ investigazzjoni konġunta, għandhom isiru f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]*.
________
Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntieri, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L …).”
Artikolu 3
Emenda għad-Deċiżjoni Kwadra 2002/584/ĠAI
Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI hija emendata kif ġej:
(1) fl-Artikolu 10, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tibgħat il-mandat ta’ arrest Ewropew f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]*, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.”;
________
Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L …).”;
(2) fl-Artikolu 18, il-paragrafu (1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(a) jew jaqblu li l-persuna rikjesta jenħtieġ li tinstema’ f’konformità mal-Artikolu 19 jew permezz ta’ vidjokonferenza f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) …/…[ Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]
(3) fl-Artikolu 25, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. It-talba għal tranżitu u l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nominata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]. L-Istat Membru ta’ tranżitu għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu bl-istess proċedura.”.
Artikolu 4
Emenda għad-Deċiżjoni Kwadra 2003/577/ĠAI
Id-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/ĠAI hija emendata kif ġej:
(1) fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Mandat għall-iffriżar skont it-tifsira ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, flimkien maċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 9 ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, għandu jiġi trażmess mill-awtorità ġudizzjarja li tkun ħarġitu direttament lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti għall-eżekuzzjoni f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”.
________
Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L …).”;
(2) fl-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Rapport dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat għall-iffriżar għandu jsir minnufih lill-awtorità kompetenti fl-Istat tal-ħruġ f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”;
(3) fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni għandha tittieħed u tiġi nnotifikata minnufih lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istat tal-ħruġ f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”;
(4) l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Għandu minnufih isir rapport dwar il-posponiment tal-eżekuzzjoni tal-mandat għall-iffriżar, inklużi r-raġunijiet għall-posponiment u, jekk possibbli, it-tul taż-żmien mistenni tal-posponiment, lill-awtorità kompetenti fl-Istat tal-ħruġ f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”;
(b) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Hekk kif ir-raġuni għall-posponiment ma tibqax teżisti, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat eżekutur għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ ffriżar u tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti b’dan f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”
Artikolu 5
Emenda għad-Deċiżjoni Kwadra 2005/214/ĠAI
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI hija emendata kif ġej:
(1) fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Id-deċiżjoni jew kopja ċċertifikata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat, għandha tiġi trażmessa mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat eżekutur f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]*. L-oriġinal tad-deċiżjoni, jew kopja ċertifikata tagħha, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat eżekutur jekk dan jitlobhom. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha bil-miktub għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”.
________
Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L …).”;
(2) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2(c) u (g), qabel ma tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix u li ma teżegwix deċiżjoni, totalment jew parzjalment, l-awtorità kompetenti fl-Istat eżekutur għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti fl-Istat tal-ħruġ, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]*, u, fejn xieraq, għandha titlobha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.”
(3) Fl-Artikolu 14, il-kliem introduttorju, huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtorità kompetenti tal-Istat eżekutur għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-ħruġ f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”.
Artikolu 6
Emenda għad-Deċiżjoni Kwadra 2006/783/ĠAI
Id-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI hija emendata kif ġej:
(1) fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. L-ordni ta’ konfiska jew kopja ċċertifikata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat, għandhom jiġu trażmessi mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti direttament lill-awtorità tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li hija kompetenti sabiex teżegwiha, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]*. L-oriġinal tal-ordni ta’ konfiska, jew kopja ċertifikata tagħha, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jekk dan jitlobhom. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha bil-miktub għandhom isiru direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”.
________
Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L …).”;
(2) l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Fil-każ ta’ posponiment skont il-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti b’dan f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni], u l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha tikkonforma mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 14(3) tad-Deċiżjoni Kwadru.”;
(b) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) sa (e) ta’ dan l-Artikolu, rapport dwar il-posponiment, inkluż ir-raġunijiet għall-posponiment u, jekk possibbli, iż-żmien li mistenni jdum il-posponiment, għandu jsir minnufih mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni lill-awtorità kompetenti fl-istat emittenti f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].
Hekk kif ir-raġuni għall-posponiment ma tibqax teżisti, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ konfiska u tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti b’dan f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”.
(3) fl-Artikolu 14(3), il-kliem introduttorju, huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat ta’ eżekuzzjoni kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]:”
(4) L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 15
Terminazzjoni tal-eżekuzzjoni
L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni] dwar kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li bħala riżultat tagħha l-ordni tieqaf milli tkun tista’ tiġi eżegwita jew tiġi rtirata mill-Istat ta’ eżekuzzjoni għal kwalunkwe raġuni oħra. L-Istat ta’ eżekuzzjoni għandu jittermina l-eżekuzzjoni tal-ordni malli jiġi nfurmat mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti dwar dik id-deċiżjoni jew miżura.”;
(5) Fl-Artikolu 17, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]:”
Artikolu 7
Emendi għad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI
Id-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI hija emendata kif ġej:
(1) fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Is-sentenza jew kopja ċċertifikata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu, mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]*. L-oriġinal tas-sentenza, jew kopja ċertifikata tagħha, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jekk dan jitlobhom. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha bil-miktub għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”.
________
Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L …).”;
(2) fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Kull Stat Membru għandu, f’konformità mal-liġi tiegħu, jippermetti t-tranżitu mit-territorju tiegħu ta’ persuna sentenzjata li tkun qiegħda tiġi ttrasferita lill-Istat ta’ eżekuzzjoni, dment li kopja taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni Qafas tkun intbagħtet lilu mill-Istat emittenti flimkien mat-talba ta' tranżitu. It-talba ta’ tranżitu u ċ-ċertifikat jistgħu jiġu trażmessi f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]. Fuq talba tal-Istat Membru sabiex jippermetti t-tranżitu, l-Istat emittenti għandu jipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat f’waħda mil-lingwi, li għandha tiġi indikata fit-talba, li l-Istat Membru mitlub biex jippermetti t-tranżitu jaċċetta.”;
(3) Fl-Artikolu 21, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]:”.
Artikolu 8
Emendi għad-Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI
Id-Deċiżjoni Kwadru 2008/947/ĠAI hija emendata kif ġej:
(1) l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Is-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation, flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jintbagħtu mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]*. L-oriġinal tas-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation, jew kopji ċċertifikati tagħhom, kif ukoll l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni jekk dan jitlobhom. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha bil-miktub għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”.
________
Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L …).”;
(b) il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“7. Meta awtorità tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li tirċievi sentenza u, fejn applikabbli, deċiżjoni ta’ probation, flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma jkollhiex il-kompetenza li tirrikonoxxiha u tieħu l-miżuri meħtieġa li jirriżultaw għas-superviżjoni tal-miżura ta’ probation jew is-sanzjoni alternattiva, hija għandha, ex officio, tibgħatha lill-awtorità kompetenti u għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”;
(2) fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tiddeċiedi mill-aktar fis possibbli, u fi żmien 60 jum minn meta tirċievi s-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation, flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, jekk tirrikonoxxix is-sentenza jew le u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-miżuri ta’ probation jew sanzjonijiet alternattivi. Hija għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti bid-deċiżjoni tagħha, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”;
(3) l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni], bid-deċiżjonijiet kollha dwar:
(a) il-modifika tal-miżuri ta’ probation jew tas-sanzjoni alternattiva;
(b) ir-revoka tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza jew ir-revoka tad-deċiżjoni dwar rilaxx kondizzjonali;
(c) l-infurzar ta’ piena ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà minħabba n-nuqqas ta’ konformità ma’ miżura ta’ probation jew sanzjoni alternattiva;
(d) l-iskadenza tal-miżuri ta’ probation jew tas-sanzjoni alternattiva.”;
(b) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni], bi kwalunkwe ċirkostanza jew sejba li, fl-opinjoni tagħha, tista’ twassal għat-teħid ta’ deċiżjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) jew (c) ta’ dan l-Artikolu. “;
(4) fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. L-avviż tas-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) u fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jingħata bl-użu tal-formola standard stabbilita fl-Anness II. Għandu jingħata avviż dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni], inkluż, fejn possibbli, permezz tal-formola stabbilita fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni Qafas.”;
(5) Fl-Artikolu 18, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni], dwar:”.
Artikolu 9
Emendi għad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI
Id-Deċiżjoni Kwadru 2009/829/ĠAI hija emendata kif ġej:
(1) fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni jew kopja ċertifikata tiegħu, flimkien maċ-ċertifikat, għandha tintbagħat mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]*. L-oriġinal tad-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni, jew kopja ċertifikata tagħha, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jekk dan jitlobhom. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha bil-miktub għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”.
________
Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L …).”;
(2) fl-Artikolu 20(2), il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]”.
Artikolu 10
Emendi għad-Deċiżjoni Qafas 2009/948/ĠAI
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/948/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 7
Mezzi ta’ komunikazzjoni
L-awtoritajiet li jikkuntattjaw u dawk ikkuntattjati għandhom jikkomunikaw f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]*.
________
Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L …).”.
Artikolu 11
Emenda għad-Direttiva 2014/41/UE
Id-Direttiva 2014/41/UE hija emendata kif ġej:
(1) fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-OIE mwettaq f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva għandu jintbagħat mill-awtorità emittenti lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]*.
________
Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L …).”;
(2) fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Hekk kif ir-raġuni għal posponiment ma tibqax teżisti, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-OIE u tinforma lill-awtorità emittenti f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”;
(3) l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(4) u (5) ta’ din id-Direttiva, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti immedjatament bi kwalunkwe mezz:
(a) jekk ikun impossibbli għall-awtorità ta’ eżekuzzjoni li tieħu deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni minħabba l-fatt li l-formola prevista fl-Anness A ma tkunx kompluta jew tkun manifestament skorretta;
(b) jekk l-awtorità ta’ eżekuzzjoni, matul l-eżekuzzjoni tal-OIE, tikkunsidra mingħajr stħarriġ ulterjuri li jista’ jkun xieraq li jitwettqu miżuri investigattivi li ma kinux previsti inizjalment, jew li ma setgħux jiġu speċifikati meta nħarġet l-OIE, sabiex l-awtorità emittenti tkun tista’ tieħu azzjoni ulterjuri fil-każ speċifiku; jew
(c) jekk l-awtorità ta’ eżekuzzjoni tistabbilixxi li, fil-każ speċifiku, hija ma tistax tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri espressament indikati mill-awtorità emittenti f’konformità mal-Artikolu 9.
Fuq talba mill-awtorità emittenti, l-informazzjoni għandha tiġi kkonfermata mingħajr dewmien f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].”;
(b) fil-paragrafu 3, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(4) u (5) ta’ din id-Direttiva, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti mingħajr dewmien f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni]:”.
KAPITOLU III
TRASPOŻIZZJONI
Artikolu 12
Traspożizzjoni tal-Artikoli 3, 7 u 11
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [sentejn mill-adozzjoni tal-att ta’ Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) …/…(ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 3, 7 u 11. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għall-Artikoli 3, 7 u 11 ta’ din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
Artikolu 13
Traspożizzjoni tal-Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [sentejn mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) …/…(ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni)], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 1. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għall-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
Artikolu 14
Traspożizzjoni tal-Artikoli 4, 5, 6 u 10
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [sentejn mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) …/…(ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni)], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jilkkonformaw mal-Artikoli 4, 5, 6 u 10. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għall-Artikoli 4, 5, 6, 10 u 11 ta’ din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
Artikolu 15
Traspożizzjoni tal-Artikoli 2, 8 u 9
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [sentejn mill-adozzjoni tal-att ta’ Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE) …/…(ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni)], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2, 8 u 9. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar id-Diġitalizzazzjoni].
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għall-Artikoli 2, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 17
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President