Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0401

Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Kroazja

COM/2021/401 final

Brussell, 8.7.2021

COM(2021) 401 final

2021/0222(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Kroazja

{SWD(2021) 197 final}


2021/0222 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 1 , u b’mod partikulari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)It-tifqigħa tal-COVID-19 kellha impatt ta’ tfixkil fuq l-ekonomija tal-Kroazja. Fl-2019, il-prodott domestiku gross per capita (PDG per capita) tal-Kroazja kien ta’ 42,7 % tal-medja tal-Unjoni. Skont il-previżjoni tar-Rebbiegħa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG reali tal-Kroazja naqas bi 8,0 % fl-2020 u huwa mistenni li jonqos bi 3,4 % b’mod kumulattiv fl-2020 u l-2021. Aspetti aktar dejjiema b’impatt fuq il-prestazzjoni ekonomika fuq terminu medju jinkludu ambjent tan-negozju b'kumplikazzjonijiet żejda, spariġġi fil-ħiliet u nuqqas ta’ ħaddiema, livell ta’ investiment baxx fir-riċerka u l-iżvilupp u fl-infrastrutturi diġitali, li kollha kemm huma jikkontribwixxu għal tkabbir potenzjali baxx. Barra minn hekk, il-Kroazja għandha bżonn ittejjeb l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika tagħha biex tfassal, tikkoordina, timplimenta u tevalwa l-politiki pubbliċi aħjar u tiżgura li jkollha l-kapaċità li tassorbi l-fondi tal-Unjoni, fid-dawl tal-influss potenzjali ta’ finanzjament tal-Unjoni li jammonta għal madwar 40 % tal-PDG fil-perjodu sa tmiem l-2027.

(2)Fid-9 ta’ Lulju 2019 u fl-20 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill indirizza r-rakkomandazzjonijiet lill-Kroazja fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. B’mod partikolari, il-Kunsill irrakkomanda li jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha, f’konformità mal-Klawżola Liberatorja Ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, biex tindirizza b’mod effettiv il-pandemija, issostni l-ekonomija u tappoġġa l-irkupru sussegwenti; meta l-kundizzjonijiet ekonomiċi jippermettu, issegwi politiki fiskali li għandhom l-għan li jiksbu pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq perjodu medju u tiżgura s-sostenibbiltà fejn jidħol id-dejn, filwaqt li ttejjeb l-investiment; issaħħaħ il-qafas baġitarju u l-monitoraġġ ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti fuq livell ċentrali u lokali; issaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa; u tippromwovi distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata tal-ħaddiema u l-faċilitajiet tas-saħħa, kooperazzjoni aktar mil-qrib bejn il-livelli kollha tal-amministrazzjoni u l-investimenti fis-saħħa elettronika. Il-Kunsill irrakkomanda wkoll li jissaħħu l-miżuri u l-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol u l-koordinazzjoni tagħhom mas-servizzi soċjali, filwaqt li jiġu kkonsolidati l-benefiċċji soċjali u tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jnaqqsu l-faqar. Irrakkomanda wkoll li titwettaq ir-riforma tal-edukazzjoni u li ttejjeb kemm l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha, u l-kwalità tagħhom, kif ukoll ir-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol, filwaqt li tippromwovi wkoll il-kisba tal-ħiliet. Il-Kunsill irrakkomanda li l-Kroazja żżomm il-miżuri biex tipprovdi l-likwidità lill-intrapriżi żgħar u medji u lil dawk li jaħdmu għal rashom; tkompli tnaqqas l-imposti parafiskali u r-restrizzjonijiet fir-regolamentazzjoni tas-suq tal-prodotti u s-servizzi; ittejjeb il-governanza korporattiva fl-intrapriżi tal-Istat u tintensifika l-bejgħ ta’ tali intrapriżi u assi mhux produttivi. Il-Kunsill irrakkomanda lill-Kroazja biex issaħħaħ il-kapaċità u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika biex tfassal u timplimenta proġetti pubbliċi u politiki fil-livelli ċentrali u lokali; tnaqqas il-frammentazzjoni territorjali tal-amministrazzjoni pubblika u tissimplifika d-distribuzzjoni funzjonali tal-kompetenzi; u tintroduċi, f’konsultazzjoni mas-sħab soċjali, oqfsa armonizzati tal-iffissar tal-pagi madwar l-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi pubbliċi. Ġie rrakkomandat ukoll li l-Kroazja tiffinanzja proġetti maturi b’investiment pubbliku mill-bidu u tiffoka l-politika ekonomika relatata mal-investiment fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport urban u ferrovjarju sostenibbli, l-enerġija nadifa, sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura ambjentali, it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, hija u tqis id-diskrepanzi reġjonali. Finalment, il-Kunsill irrakkomanda t-tisħiħ tal-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-korruzzjoni, b’mod partikolari fil-livell lokali, u t-titjib tal-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja. Wara li vvalutat il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, il-Kummissjoni sabet li r-rakkomandazzjoni dwar rispons immedjat tal-politika fiskali biex il-pandemija tiġi indirizzata b’mod effettiv, tiġi sostnuta l-ekonomija u jiġi appoġġat l-irkupru sussegwenti, kif ukoll ir-rakkomandazzjoni biex tinżamm likwidità adegwata għall-SMEs u għal dawk li jaħdmu għal rashom ġew implimentati kompletament.

(3)Fit-2 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ppubblikat reviżjoni fil-fond skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 għall-Kroazja. L-analiżi tal-Kummissjoni wasslitha biex tikkonkludi li l-Kroazja qed tesperjenza żbilanċi makroekonomiċi, dovuti b’mod partikolari għad-dejn pubbliku, privat u estern, f’kuntest ta’ tkabbir potenzjali baxx.

(4)Fl-14 ta’ Mejju 2021, il-Kroazja ssottomettiet il-pjan tagħha għall-irkupru u r-reżiljenza lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2021/241. Din is-sottomissjoni segwiet proċess ta’ konsultazzjoni, imwettaq f’konformità mal-qafas legali nazzjonali, mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u partijiet ikkonċernati oħrajn. Is-sjieda nazzjonali tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tirfed l-implimentazzjoni b’suċċess u l-impatt dejjiemi tagħhom fil-livell nazzjonali, u l-kredibbiltà tagħhom fil-livell tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-Kummissjoni vvalutat ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, f’konformità mal-linji gwida għall-valutazzjoni tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

(5)Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jsegwu l-objettivi ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 u tal-Istrument ta’ Rkupru tal-UE stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 3 sabiex jiġi appoġġat l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19. Jenħtieġ li jippromwovu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jikkontribwixxu għas-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/241.

(6)L-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri se tikkostitwixxi sforz ikkoordinat ta’ investiment u ta’ riformi fl-Unjoni. Permezz tal-implimentazzjoni kkoordinata u simultanja ta’ dawn ir-riformi u l-investimenti, u l-implimentazzjoni ta’ proġetti transfruntiera, dawn ir-riformi u l-investimenti se jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku u jiġġeneraw effetti konsegwenzjali pożittivi madwar l-Unjoni kollha. Għalhekk, madwar terz tal-impatt tal-Faċilità fuq it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi tal-Istati Membri se jiġi minn effetti konsegwenzjali minn Stati Membri oħra.

Rispons bilanċjat li jikkontribwixxi għas-sitt pilastri

(7)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (a) u t-Taqsima 2.1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżenta fil-parti l-kbira (Klassifikazzjoni A) rispons komprensiv u adegwatament ibbilanċjat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, u b’hekk jikkontribwixxi b’mod xieraq għas-sitt pilastri kollha kemm huma msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/241, filwaqt li jqis l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat.

(8)Il-pjan jinkludi miżuri li jikkontribwixxu għas-sitt pilastri kollha, b’għadd sinifikanti ta’ komponenti tal-pjan li jindirizzaw diversi pilastri. Tali approċċ jikkontribwixxi biex jiżgura li kull pilastru jiġi indirizzat b’mod komprensiv u koerenti. Barra minn hekk, minħabba l-isfidi speċifiċi tal-Kroazja, l-enfasi partikolari fuq it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u fuq ir-reżiljenza ekonomika u istituzzjonali, flimkien mal-ponderazzjoni globali bejn il-pilastri, hija meqjusa bħala adegwatament ekwilibrata.

(9)Id-dimensjoni ekoloġika tal-pjan tinkludi miżuri rilevanti li huma mistennija jikkontribwixxu għall-mira klimatika u għall-preservazzjoni tal-ambjent u tal-bijodiversità. Il-komponenti ewlenin li jiffukaw fuq it-tranżizzjoni ekoloġika jikkonsistu f’investimenti fir-rinnovazzjoni tal-bini, fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika, fil-ġestjoni tal-iskart u tal-ilma u fil-mobbiltà sostenibbli u innovattiva. Barra minn hekk, il-pjan jinkludi sforzi ta’ investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, il-preservazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi u t-tranżizzjoni lejn impjiegi ekoloġiċi u l-ekonomija ċirkolari. Hemm enfasi espliċita fuq it-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u s-soċjetà tal-Kroazja, b’bosta miżuri biex jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u l-forniment ta’ servizzi pubbliċi online. L-investimenti fil-konnettività diġitali fissa u wireless u r-riformi komplementari f’konformità mal-inizjattiva emblematika tal-Unjoni dwar il-Konnettività Diġitali u s-sett ta’ għodod komuni tal-Unjoni għall-Konnettività 4 huma inklużi wkoll biex jiffaċilitaw l-investiment f’infrastrutturi diġitali f’żoni rurali remoti li għadhom lura f’termini ta’ servizzi ta’ konnettività tal-gigabits.

(10)Il-kontribuzzjoni tal-pjan għall-pilastru tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv għandha enfasi qawwija fuq it-titjib tal-ambjent tan-negozju, l-appoġġ għall-SMEs u l-intrapriżi kbar, flimkien mal-inċentivazzjoni tal-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp. Il-miżuri jinvolvu li jkompli jitnaqqas il-piż amminstrattiv u parafiskali tan-negozji, il-liberalizzazzjoni ta’ bosta professjonijiet regolati, il-faċilitazzjoni tal-aċċess tan-negozji għall-kapital biex jiksbu rati ogħla ta’ kompetittività u jżidu l-produttività, u fl-istess ħin jadattaw il-proċessi tan-negozju tagħhom għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, inkluż billi jżidu l-investiment tagħhom fit-teknoloġija ekoloġika. Barra minn hekk, il-pjan jiffoka fuq iż-żieda tas-sostenibbiltà u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali fis-settur tat-turiżmu, b’mod partikolari permezz tal-aġġornament tal-infrastruttura biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tagħha u l-użu ta’ sorsi ta' enerġija rinnovabbli, waqt li tiġi promossa l-adozzjoni ta’ pjanijiet tan-negozju ġodda li jimxu mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari. Il-koeżjoni soċjali mistennija li tissaħħaħ prinċipalment permezz ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol li jimmiraw ukoll lejn gruppi vulnerabbli, miżuri fl-edukazzjoni u permezz ta’ politiki soċjali mmirati lejn it-tnaqqis tal-faqar. Barra minn hekk, il-koeżjoni territorjali, b’mod partikolari l-aċċessibbiltà u l-konnettività ta’ żoni u gżejjer b’popolazzjoni inqas densa, mistennija li tittejjeb permezz tal-espansjoni, l-aġġornament u t-titjib tal-ġestjoni tal-infrastrutturi tat-toroq, ferrovjarji u marittima, billi tiġi żgurata konnessjoni aħjar tal-grilja elettrika nofsinhar-tramuntana u bl-aġġornament tas-sistemi pubbliċi tad-drenaġġ u tal-provvista tal-ilma.

(11)Il-pilastru dwar ir-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa, soċjali u istituzzjonali jibbenefika minn titjib fis-sistema tas-saħħa f'termini tar-riformi strutturali neċessarji kif ukoll ir-rekwiżiti tal-infrastruttura u t-tagħmir mediku, u b’hekk isaħħaħ ukoll il-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali fil-Kroazja u l-Unjoni. Barra minn hekk, huma previsti miżuri biex fit-territorju kollu jkun hemm kopertura tal-kura tas-saħħa primarja u d-disponibbiltà tal-mediċini, biex b’hekk tittejjeb ir-reżiljenza u t-tħejjija tas-sistema tas-saħħa waqt li fl-istess ħin tiżdied il-kwalità tal-ħajja f’żoni rurali u remoti u fil-gżejjer. Il-kura fit-tul hija appoġġata mill-pjan b’investimenti biex iżidu d-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-servizzi fid-djar u fil-komunità, kif ukoll tal-kura istituzzjonali esklussivament għal dawk li funzjonament jiddependu kompletament fuqha, u hemm ukoll bosta komponenti ddedikati għat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika u r-reżiljenza istituzzjonali. Il-pjan jinkludi miżuri importanti fl-edukazzjoni, b’mod partikolari ż-żieda tal-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal permezz ta’ investiment fl-infrastruttura, il-faċilitazzjoni tal-edukazzjoni b’xift wieħed u ż-żieda tas-sigħat tat-tagħlim obbligatorji fl-iskejjel primarji, ir-reviżjoni tal-kurrikuli, u l-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja, li huma mistennija li jtejbu l-eżiti edukattivi b’mod viżibbli. Ir-riformi huma mistennija jnaqqsu l-frammentazzjoni tal-istituzzjonijiet tar-riċerka pubbliċi, li se jimxu lejn finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni orjentat lejn ir-riżultati, u jtejbu l-progress tal-karrieri fir-riċerka b’enfasi speċifika fuq l-oqsma tax-xjenza, t-teknoloġija, l-inġinerija, u l-matematika u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

L-indirizzar tal-isfidi kollha jew ta’ subsett sinifikanti ta’ sfidi identifikati fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi

(12)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (b) u t-Taqsima 2.2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b’ mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinifikanti minnhom (Klassifikazzjoni A) identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevant, inklużi l-aspetti fiskali tagħhom li saru skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, indirizzati lill-Kroazja jew sfidi identifikati f’dokumenti rilevanti oħra uffiċjalment adottati mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

(13)Ir-rakkomandazzjonijiet relatati mar-rispons immedjat tal-politika fiskali għall-pandemija jistgħu jitqiesu li jaqgħu barra mill-ambitu tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Kroazja minkejja l-fatt li l-Kroazja ġeneralment wieġbet b’mod adegwat u suffiċjenti għall-ħtieġa immedjata li tappoġġa l-ekonomija permezz ta’ mezzi fiskali fl-2020 u l-2021, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Klawżola Liberatorja Ġenerali.

(14)Il-pjan jinkludi sett estensiv ta’ riformi u investimenti li jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku li jikkontribwixxu biex jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi ekonomiċi u soċjali kollha jew subsett sinifikanti tagħhom deskritti fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Kroazja mill-Kunsill fis-Semestru Ewropew fl-2019 u fl-2020, b’mod partikolari fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika, ir-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa, l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-ħiliet speċjalment għall-gruppi vulnerabbli, il-klima u t-tranżizzjoni diġitali u fil-qasam tal-ambjent tan-negozju u tas-sistema ġudizzjarja.

(15)Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fih miżuri biex isaħħu l-qafas baġitarju, u jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-amministrazzjoni pubblika Kroata, inkluż il-qafas tal-iffissar tal-pagi u l-frammentazzjoni fil-livell tal-gvern lokali. Hemm miżuri speċifiċi mmirati biex isaħħu l-kapaċità u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika biex tfassal u timplimenta proġetti pubbliċi u l-politiki. Il-pjan Kroat jipprevedi miżuri biex itejbu l-effettività tas-sistema ġudizzjarja u jippreżenta impenji konkreti biex jitqassar it-tul tal-proċedimenti tal-qorti, jitnaqqsu l-każijiet pendenti u tittejjeb id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja. Il-pjan jipprevedi wkoll it-tisħiħ tal-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-korruzzjoni.

(16)Il-pjan jindirizza r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għar-riforma tal-edukazzjoni permezz ta’ miżuri li jżidu l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (ECEC), iżidu l-għadd ta’ sigħat ta’ tagħlim obbligatorji fl-iskejjel primarji, jaġġornaw il-kurrikuli tal-iskola, jippromwovu l-ħiliet diġitali u jimmodernizzaw l-edukazzjoni għolja. Riformi u investimenti mmirati għandhom itejbu l-proċessi fis-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi u jgħinu biex tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol billi jadottaw politiki attivi tas-suq tax-xogħol, jistabbilixxu kupuni għal programmi ta’ taħriġ u titjib tal-ħiliet, u jemendaw il-liġi tax-xogħol. L-isfidi li jikkonċernaw is-sistema ta’ protezzjoni soċjali Kroata huma indirizzati permezz ta’ miżuri li jtejbu l-kopertura, l-adegwatezza u l-immirar tal-benefiċċji soċjali u jippermettu l-iżvilupp ta’ servizzi soċjali ġodda.

(17)Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza Kroat mistenni li jtejjeb l-ambjent tan-negozju fil-Kroazja u jindirizza l-ostakli għat-tkabbir u l-investiment, kif identifikati f’rakkomandazzjonijiet suċċessivi tal-Kunsill. Il-pakkett ta’miżuri li jindirizza l-ambjent tan-negozju għandu l-għan li jnaqqas il-piż amministrattiv u l-imposti parafiskali, li jnaqqas ir-rekwiżiti regolatorji għas-servizzi professjonali, u li jżid l-aċċess għall-finanzjament. Il-miżuri inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ukoll l-għan li jtejbu l-governanza korporattiva tal-intrapriżi tal-Istat u li jintensifikaw il-bejgħ ta’ tali intrapriżi u ta’ assi improduttivi. Parti sinifikanti mill-investimenti jenħtieġ li tkun orjentata lejn it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Investimenti importanti ppjanati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huma mmirati biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika u l-infrastruttura ambjentali, u sistema tat-trasport aktar effiċjenti. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza Kroat jipprevedi miżuri ulterjuri biex jindirizzaw ukoll ir-rakkomandazzjonijiet l-oħra tal-Kunsill għall-Kroazja, inklużi dawk fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, u l-kura tas-saħħa.

(18)Billi jindirizza l-isfidi msemmija, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi wkoll biex jikkoreġi l-iżbilanċi 5 li qed tesperjenza l-Kroazja, b’mod partikolari fir-rigward ta’ livelli għoljin ta’ dejn pubbliku, privat u estern, f’kuntest ta’ tkabbir potenzjali baxx.

Kontribuzzjoni għall-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali

(19)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (c) u t-Taqsima 2.3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jkollu impatt qawwi (Klassifikazzjoni A) fuq it-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali tal-Istat Membru, filwaqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, u fuq it-taffija tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19, u b’hekk isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-konverġenza fl-Unjoni.

(20)Is-simulazzjonijiet mill-Kummissjoni juru li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-potenzjal li jżid il-PDG tal-Kroazja bi 2,9 % 6 sal-2026. L-implimentazzjoni tal-investimenti u r-riformi fil-pjan mistennija li tgħin biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet ekonomiċi ewlenin tal-Kroazja, bħall-potenzjal tat-tkabbir u l-impjiegi relattivament baxxi tagħha. L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni huma mistennija li jkunu ta’ benefiċċju għall-kompetittività u l-produttività tal-Kroazja, filwaqt li t-titjib tal-ħiliet jista’ jtejjeb il-kompetittività tal-forza tax-xogħol u jnaqqas id-diskrepanzi fil-ħiliet u l-ispariġġi fis-suq tax-xogħol. Investimenti sostanzjali fl-edukazzjoni għandhom jgħinu biex jitjiebu l-eżiti tat-tagħlim. Dawn il-miżuri kollha mistennija jżidu l-kapital uman, il-produttività tax-xogħol u b’hekk iżidu l-kontribut tax-xogħol għat-tkabbir potenzjali.

(21)It-tkomplija tal-liberalizzazzjoni tas-suq tas-servizzi, inkluż ta’ bosta servizzi professjonali, mistennija li tkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, iżżid il-kompetizzjoni u toħloq aktar impjiegi. It-tnaqqis tal-piż amministrattiv u tal-imposti parafiskali, flimkien ma’ miżuri amministrattivi relatati mat-titjib tal-governanza tal-intrapriżi tal-istat u tal-akkwist pubbliku, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet kontra l-ħasil tal-flus ser jikkontribwixxu għat-twettiq tal-impenji tal-Kroazja wara li ngħaqdet mal-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju Ewropew (“ERM II”). Dawn il-passi se jkollhom effett pożittiv fuq il-kunfidenza tal-investituri, u jagħmlu lill-Kroazja aktar attraenti għall-investimenti minn barra u t-trasferiment tal-għarfien. Dawn ir-riformi, flimkien ma’ investimenti f’sistema tat-trasport aktar effiċjenti, id-dekarbonizzazzjoni ulterjuri tal-industriji, iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika tal-bini, u l-promozzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali mistennija jagħtu spinta lill-kompetittività u jagħmlu l-ekonomija inġenerali aktar sostenibbli.

(22)Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fih miżuri mmirati biex itejbu l-impjegabbiltà tal-persuni l-aktar persuni vulnerabbli, u b’hekk jitnaqqsu l-esklużjoni soċjali u l-faqar. Ir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-Kroazja huwa marbut mill-qrib mal-qgħad u l-inattività. Il-persuni anzjani, il-persuni b’diżabbiltà u dawk li jgħixu f’familji mingħajr impjieg huma relattivament aktar esposti għar-riskji tal-faqar, filwaqt l-kopertura kif ukoll l-adegwatezza tal-iskema tal-benefiċċji tal-qgħad għadhom baxxi. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-impenn li jżid l-adegwatezza u jwessa’ l-kopertura tal- “Benefiċċju Minimu Garantit”, il-benefiċċju ewlieni mfassal biex jitnaqqas il-faqar. Bl-istess mod, l-ammont tal-benefiċċju tal-qgħad jenħtieġ li jiżdied u d-durata tiegħu tittawwal, u l-pensjonijiet minimi jentħieġ li jiżdiedu. Barra minn hekk, il-miżuri relatati mat-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet fis-settur tat-turiżmu u f’oqsma ekoloġiċi u diġitali għandhom enfasi speċjali fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli.

(23)Il-pjan jinkludi diversi interventi biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, immirati, fost l-oħrajn, lejn l-espansjoni tal-aċċess għall-edukazzjoniu l-kura bikrija tat-tfal, l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali għall-iskambju ta’ data dwar il-benefiċċji soċjali, u l-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ mentoraġġ soċjali biex jippromwovi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, partikolarment għaż-żgħażagħ.

La tagħmilx ħsara sinifikanti

(24)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (d) u t-Taqsima 2.4 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni jiżgura li l-ebda miżura għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment inkluża fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali (Klassifikazzjoni A) fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 (il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”).

(25)F’konformità mar-Regolament (UE) 2021/241 u l-Gwida Teknika “la tagħmilx ħsara sinifikanti” adottata mill-Kummissjoni (2021/C 58/01), il-Kroazja pprovdiet evidenza u assigurazzjonijiet li jissostanzjaw li l-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma għandhomx jagħmlu ħsara sinifikanti lil xi wieħed mis-sitt objettivi ambjentali, jiġifieri l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, l-ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi.

(26)Billi jintgħażlu miżuri li jew jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-objettivi ambjentali, jew li ma jkollhom l-ebda impatt prevedibbli jew impatt insinifikanti prevedibbli fuq l-objettivi ambjentali, huwa mistenni li bosta miżuri fil-pjan ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti fil-prinċipju, bħal fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fis-suq tax-xogħol, fl-amministrazzjoni pubblika. Fejn meħtieġ, objettivi intermedji u miri speċifiċi għandhom jiżguraw li tiġi evitata ħsara sinifikanti. B’mod partikolari, l-investiment fil-ġbir u ħżin tad-diossidu tal-karbonju ma għandux jinvolvi x-xiri jew l-użu ta’ tagħmir għall-applikazzjoni tal-irkupru assistit taż-żejt u lanqas żieda fil-produzzjoni taż-żejt. B’mod simili, għall-investimenti ġeotermali, objettiv intermedju u mira għandhom jiżguraw li l-proġetti ma jkunu jinkludu l-ebda esplorazzjoni jew estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass, li l-ebda tagħmir ma jinxtara għal skopijiet bħal dawn, li l-ebda metan ma jiġi rilaxxat u li t-tħaffir ġeotermali ma jkollu l-ebda impatt dannuż marbut mal-iskarsezza tal-ilma u l-kwalità tal-ilma. Il-proġett ta’ investiment tal-ajruport ta’ Zadar għandu enfasi speċifika fuq l-elettrifikazzjoni tal-ajruport u l-installazzjoni tal-fotovoltajka, filwaqt li jiżgura li l-ebda appoġġ skont ir-Regolament (UE) 2021/241 mhu se jintuża għall-estensjoni fiżika tal-ajruport. Pass importanti għall-investiment fl-inċineraturi mediċi fiċ-ċentru tal-belt ta’ Zagreb għandu jiżgura li l-inċineraturi jkunu jinkludu linji għall-irkupru tal-enerġija ta’ skart mediku perikoluż mhux riċiklabbli b’sistema ta’ tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija u sistema ta’ monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet. Ingħatat ukoll attenzjoni partikolari lil skemi orizzontali, fejn l-objettivi intermedji jenħtieġ li jiżguraw li r-rekwiżiti għall-konformità mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” jkunu minquxa fit-tfassil tal-iskemi.

Kontribut għat-tranżizzjoni ekoloġika inkluża l-bijodiversità

(27)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (e) u t-Taqsima 2.5 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri li fil-parti l-kbira (Klassifikazzjoni A) jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi jikkostitwixxu ammont li jirrappreżenta 40,3 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan ikkalkulata f’konformità mal-metodoloġija tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2021/241. F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima għall-2021-2030.

(28)Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi riformi u investimenti dejjiema li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika. Dan jinkludi investiment fl-effiċjenza enerġetika permezz tar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini pubbliku u privat, riformi biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, investimenti fl-enerġija ġeotermali, u fil-grilja tal-elettriku u tad-distribuzzjoni biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. L-investimenti fil-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju għandhom jipprovdu dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi, b’potenzjal ta’ mitigazzjoni tal-klima. Barra minn hekk, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jappoġġa l-użu ta’ bijokarburanti avvanzati, il-produzzjoni ta’ idroġenu rinnovabbli u l-introduzzjoni ta’ infrastruttura ta’ riforniment li kollha se trawwem bidla lejn mobbiltà sostenibbli fid-deċennju li ġej. Jippromwovi l-bidla modali mit-triq għall-ferrovija, u jinvesti f’vetturi u bastimenti b’emissjonijiet żero u f’appoġġ għall-infrastruttura relatata. Finalment, l-investimenti fl-iżvilupp ta’ ħiliet ekoloġiċi, u l-appoġġ għall-SMEs u l-intrapriżi l-kbar biex jinvestu fi proċessi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u biex jagħmlu t-turiżmu aktar sostenibbli wkoll mistennija jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ekoloġiċi.

(29)B’mod ġenerali, ir-riformi u l-investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika huma allinjati mal-pjanijiet nazzjonali eżistenti. F’termini ta’ politiki ambjentali, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mistenni li jikkontribwixxi direttament għal ġestjoni mtejba tar-riżorsi naturali. Il-pjan jinkludi investimenti fl-infrastruttura biex jittejbu s-sistemi tal-ilma u tal-ilma mormi, u biex titħaffef il-bidla lejn ekonomija ċirkolari. Qed jiġi allokat finanzjament għal infrastruttura ġdida biex jitnaqqas is-sehem tal-iskart li jintbagħat fil-miżbliet, inklużi l-faċilitajiet tar-riċiklaġġ u ċ-ċentri tas-separazzjoni tal-iskart. Il-pjan jinkludi investimenti li jippromwovu l-ekonomija ċirkolari fis-settur agrikolu biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ħela ta’ ikel. Jinkludi wkoll miżuri dedikati biex jappoġġaw il-protezzjoni tal-bijodiversità, bħar-restawr tax-xmajjar, l-imqagħad u l-eliminazzjoni ta’ speċijiet invażivi fiż-żona sensittiva tad-delta ta’ Neretva. Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw impatt dejjiemi tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż fuq il-bijodiversità u l-protezzjoni ambjentali.

(30)Ir-riformi u l-investimenti mistennija li jagħtu kontribut sinifikanti għall-avvanz tal-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni u tal-klima tal-Kroazja kif stabbiliti fil-Pjan Nazzjonali Kroat għall-Enerġija u l-Klima għall-2030 u fl-istrateġija fit-tul għad-dekarbonizzazzjoni. Dwar l-objettivi ambjentali kif definiti fir-Regolament (UE) 2020/852, il-pjan jinkludi miżuri ta’ mitigazzjoni klimatiċi notevoli li bl-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, primarjament permezz tat-tisħiħ tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk tal-bini, investimenti biex jippromwovu l-adozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-setturi tal-enerġija u tat-trasport, kif ukoll l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi. Il-pjan jinkludi miżuri importanti relatati mal-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż l-appoġġ għall-użu sostenibbli tas-sorsi tal-ilma billi jitnaqqas it-telf tal-ilma u l-konsum tal-enerġija fin-netwerks tal-provvista tal-ilma. Il-pjan jinkludi wkoll investimenti mdaqqsa fil-prevenzjoni tar-riskju ta’ għargħar li jippromwovu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura. Il-pjan Kroat huwa mistenni li jikkontribwixxi għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050.

Kontribuzzjoni għat-tranżizzjoni diġitali

(31)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (f) u t-Taqsima 2.6 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fih miżuri li fil-parti l-kbira (Klassifikazzjoni A) jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi diġitali jammontaw għal 20,4 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan ikkalkulata skont il-metodoloġija tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2021/241.

(32)Azzjonijiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni diġitali huma preżenti fil-pjan kollu tal-Kroazja għall-irkupru u r-reżiljenza, li jirriflettu n-natura wiesgħa u trasversali tal-isforzi ta’ diġitalizzazzjoni previsti. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jiddedika komponent wieħed esklussivament għat-tranżizzjoni diġitali tal-ekonomija u s-soċjetà tal-Kroazja, b’miżuri konsistenti biex jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u l-għoti ta’ servizzi pubbliċi diġitali. Dan jinkludi wkoll investimenti fil-konnettività diġitali, li huma mistennija li jtejbu l-infrastruttura diġitali għas-servizzi tal-internet fissi u mobbli f’żoni rurali remoti li għadhom lura f’dak li għandu x’jaqsam mal-inklużjoni diġitali.

(33)Lil hinn minn dan il-komponent speċifiku ddedikat għat-tranżizzjoni diġitali, il-biċċa l-kbira tal-komponenti l-oħra wkoll jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni diġitali tal-Kroazja. Il-pjan jinkludi miżuri sinifikanti għad-diġitalizzazzjoni tas-setturi tat-trasport, tal-enerġija, tas-saħħa, tal-ġustizzja u tal-edukazzjoni, b’investiment speċifiku għal għodod diġitali għall-edukazzjoni għolja. L-iżvilupp ta’ strateġija komprensiva huwa ppjanat biex jidderieġi t-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u l-ekonomija tal-Kroazja għad-deċennju li ġej, u jiddefinixxi l-objettivi strateġiċi għat-tranżizzjoni diġitali tal-ekonomija, tal-amministrazzjoni pubblika u tal-ġustizzja, il-konnettività diġitali u l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali.

(34)Ir-riformi u l-investimenti relatati mas-settur diġitali appoġġati mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huma mistennija li jkollhom impatt dejjiemi. Pereżempju, l-investimenti li jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika tal-Kroazja huma mistennija li jwasslu għal tibdil sistemiku lejn l-iżvilupp ta’ sistemi interoperabbli fil-livell nazzjonali u internazzjonali u lejn teħid ta’ deċiżjonijiet fl-amministrazzjoni pubblika bbażat fuq id-data. Huma mistennija wkoll li jittrasformaw l-interazzjoni bejn l-amministrazzjoni pubblika tal-Kroazja u l-utenti tagħha. L-investimenti fil-konnettività huma mistennija wkoll li jgħinu biex jitnaqqas id-distakk diġitali bejn iż-żoni urbani u dawk rurali, u huma mistennija miżuri komplementari minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn biex jiżguraw li jinkisbu l-objettivi tal-gigabits tal-Unjoni.

Impatt fit-tul

(35)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (g) u t-Taqsima 2.7 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jkollu impatt (Klassifikazzjoni A) fit-tul fuq il-Kroazja.

(36)Ir-riformi biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u finanzjarju fuq in-negozji billi jitnaqqsu r-regolamenti kkumplikati u jitnaqqsu l-imposti parafiskali huma mistennija li jibbenefikaw il-ħolqien tal-valur fis-settur privat. B’mod simili, il-miżuri kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus, kif ukoll ir-riformi biex jitnaqqas ix-xogħol pendenti u jiġu aċċellerati ż-żminijiet ta’ riżoluzzjoni fis-sistema ġudizzjarja mistennija li jsaħħu l-istituzzjonijiet u jżidu l-fiduċja tal-investituri, u jgħinu lill-Kroazja tattira l-investimenti u l-għarfien espert. Ir-riformi għal-liberalizzazzjoni tal-professjonijiet regolati mistennija jżidu l-kompetizzjoni fl-ekonomija għall-benefiċċju tal-konsumaturi u l-ħolqien tal-impjiegi. Ir-riformi li jtejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż skema mtejba ta’ inċentivi tat-taxxa tar-riċerka u żvilupp u programmi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni, huma mistennija li jsaħħu l-iżvilupp ta’ oqsma ta’ eċċellenza u jkollhom impatt pożittiv dejjiemi fuq il-produttività u l-ekonomija inġenerali. It-titjib fil-governanza tal-intrapriżi tal-istat u l-bejgħ intensifikat ta’ tali intrapriżi u assi improduttivi mistennija li jkollhom impatt pożittiv dejjiemi fuq l-effiċjenza allokattiva fl-ekonomija. Hemm ukoll inizjattivi sinifikanti biex itejbu l-proċessi tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż permezz tad-diġitalizzazzjoni tagħhom, bħar-reġistrazzjoni ta’ negozju u l-ħlas ta’ tariffi, u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-ħiliet tal-uffiċjali pubbliċi, li għandu jkollhom impatt pożittiv dejjiemi fuq il-kwalità tal-forniment tas-servizzi kemm għan-negozji kif ukoll għall-unitajiet domestiċi.

(37)L-investimenti fl-edukazzjoni, fil-kura tas-saħħa u fil-ħiliet tas-suq tax-xogħol huma mistennija li jkollhom effetti pożittivi fit-tul fuq il-kapital uman. L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni mistennija jkunu ta’ benefiċċju għall-produttività u l-kompetittività tal-kumpaniji, filwaqt li l-investimenti fl-enerġija nadifa, it-turiżmu sostenibbli, l-immodernizzar tas-sistema tat-trasport, it-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika mistennija jtejbu s-sostenibbiltà tal-ekonomija strutturalment u se jattiraw investimenti addizzjonali maż-żmien. Il-kombinazzjoni ta’ rinnovazzjonijiet għall-effiċjenza fl-enerġija u siżmiċi tal-bini wkoll mistennija jkollhom impatt fit-tul kemm fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija kif ukoll fuq it-titjib tas-sikurezza. 

(38)L-impatt fit-tul tal-pjan jista’ jissaħħaħ ukoll permezz ta’ sinerġiji bejn il-pjan u programmi oħra ffinanzjati mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari billi jiġu indirizzati b’mod sostantiv l-isfidi territorjali b’għeruq fondi u jiġi promoss żvilupp ibbilanċjat.

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

(39)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (h) u t-Taqsima 2.8 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-arranġamenti proposti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huma adegwati (Klassifikazzjoni A) biex jiżguraw monitoraġġ u implimentazzjoni effettivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-iskeda ta’ żmien prevista, l-istadji importanti u l-miri, u l-indikaturi relatati.

(40)L-implimentazzjoni tal-miżuri tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li tinvolvi diversi istituzzjonijiet tal-gvern. Korp ta’ Koordinazzjoni Ċentrali, li għandu jiġi stabbilit taħt il-Ministeru tal-Finanzi, ikun jikkostitwixxi l-korp nazzjonali ewlieni inkarigat mill-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ġenerali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż il-monitoraġġ attiv tal-progress tal-miżuri, abbażi tal-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti għal kull komponent. Ir-responsabbiltà immedjata għall-implimentazzjoni tar-riforma u l-investiment tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza se tkun tal-Ministeri kompetenti, filwaqt li l-Kumitat ta’ Implimentazzjoni fil-livell tal-Ministri mistenni jiżgura l-konsistenza fl-użu tal-fondi kollha tal-Unjoni. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jiddefinixxi l-objettivi intermedji u l-miri għal kull investiment u riforma inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. L-għadd ta’ objettivi intermedji u miri huwa proporzjonat mal-għadd ta’ miżuri u d-daqs tal-pjan relattiv għall-ekonomija Kroata. L-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi proposti użati għall-objettivi intermedji u l-miri huma ċari, realistiċi u komprensivi biżżejjed biex jiżguraw li t-tlestija tagħhom tkun tista’ tiġi ttraċċata u vverifikata. Filwaqt li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jippreżenta arranġamenti komprensivi ta’ koordinazzjoni, implimentazzjoni u monitoraġġ, l-implimentazzjoni tiegħu għandha tiddependi b’mod kruċjali fuq il-kapaċità amministrattiva u ta’ implimentazzjoni tal-korpi ta’ implimentazzjoni, li wħud minnhom għad iridu jiġu identifikati jew stabbiliti. Għaldaqstant, trid tingħata attenzjoni partikolari għat-twaqqif tal-istruttura ta’ implimentazzjoni u koordinazzjoni, li l-Korp Ċentrali ta’ Koordinazzjoni tagħha huwa previst li jiġi stabbilit sa tmiem l-2021 kif rifless fl-objettiv intermedju dedikat.

(41)Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-appoġġ finanzjarju taħt il-Faċilità jiġi kkomunikat u rikonoxxut f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/241. L-appoġġ tekniku jrid jintalab taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku biex jassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom.

Estimi tal-kostijiet

(42)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (i) u t-Taqsima 2.9 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-ġustifikazzjoni mogħtija fil-pjan dwar l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija moderatament (Klassifikazzjoni B) raġonevoli u plawżibbli, konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonata għall-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.

(43)Il-Kroazja ġeneralment ipprovdiet diżaggregazzjoni dettaljata tal-kost għal kull miżura, b’referenzi għal proġetti simili li saru qabel jew studji mwettqa biex tiġġustifika ċ-ċifri tal-kostijiet u spjegazzjonijiet adegwati tal-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti l-kostijiet totali. Għad-diversi miżuri fejn l-ispejjeż ma jistgħux jiġu ddeterminati fid-dettall minn qabel, bħal pereżempju għal proġetti li għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċeduri kompetittivi bħal sejħiet għal proposti, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ġeneralment jipprovdi ġustifikazzjoni, bl-użu tal-esperjenza mgħoddija, li l-ispejjeż mhumiex sproporzjonati mal-għanijiet tal-miżura. Għall-maġġoranza sinifikanti tal-miżuri, l-istimi tal-kostijiet huma meqjusa raġonevoli u plawżibbli. Filwaqt li l-Kroazja għamlet sforz sostanzjali biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ikkostjar, il-metodoloġija u l-ġustifikazzjoni tal-ispejjeż ma jkoprux l-elementi kollha tal-miżuri b’mod konsistenti, b’xi partijiet tal-kost totali f’xi każijiet neqsin minn spjegazzjoni. Għal għadd limitat ta’ stimi tal-ispejjeż, il-kostijiet qabżu l-firxa tal-kostijiet stabbilita minn proġetti komparabbli sa ċertu punt. Minħabba li, għal dawk l-istimi tal-kostijiet, il-metodoloġija użata mhijiex spjegata tajjeb biżżejjed u r-rabta bejn il-ġustifikazzjoni u l-kost innifsu xi drabi mhijiex għalkollox ċara, klassifikazzjoni ogħla tal-kriterju tal-valutazzjoni tal-ikkostjar hija prekluża. Finalment, il-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa raġonevoli u plawżibbli u huwa konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u huwa proporzjonat mal-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.

Ħarsien tal-interessi finanzjarji

(44)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (j) u t-Taqsima 2.10 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-arranġamenti proposti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huma adegwati (Klassifikazzjoni A) biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess meta jintużaw il-fondi previsti skont dak ir-Regolament, u l-arranġamenti huma mistennija li effettivament jevitaw il-finanzjament doppju minn dak ir-Regolament u minn programmi oħra tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ strumenti u għodod oħra li jippromwovu u jinfurzaw il-konformità mad-dritt tal-UE, inkluż għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess, u għall-protezzjoni tal-finanzi tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 .

(45)Is-sistema għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fil-Kroazja hija deskritta kif xieraq. Hija mfassla b’mod koerenti u bbażata fuq proċessi u strutturi robusti, b’mod partikolari, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi għall-kontrolli u l-awditi huma ċari, il-funzjonijiet ta’ kontroll rilevanti huma segregati kif xieraq u l-indipendenza tal-atturi li jwettqu l-awditi hija żgurata. Il-korp ta’ koordinazzjoni għall-implimentazzjoni tal-pjan għandu jkun id-Direttorat għall-Analiżi Makroekonomika fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi. Għal kull komponent u subkomponent, inħatret l-awtorità kompetenti fil-livell tal-ministeru u tal-uffiċċju tal-gvern ċentrali għall-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti, f’konformità mal-kompetenza settorjali prevista fl-Att dwar is-Sistema tal-Amministrazzjoni tal-Istat. Id-dipartiment tal-Fond Nazzjonali fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi jenħtieġ li jkun il-korp responsabbli għat-tħejjija u t-trażmissjoni tat-talbiet għall-ħlas lill-Kummissjoni Ewropea, fuq bażi semiannwali, wara verifika tal-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri, u akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u s-sommarju tal-awditi mwettqa. Il-kompiti tal-awtorità tal-awditjar huma assenjati lill-Aġenzija għall-awditu tas-sistema ta’ implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni Ewropea (“ARPA”).

(46)Ġeneralment, l-arranġamenti proposti mill-Kroazja fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess meta jintużaw il-fondi pprovduti skont ir-Regolament (UE) 2021/241, inkluż l-arranġamenti mmirati biex jiġi evitat il-finanzjament doppju huma vvalutati bħala adegwati. L-objettivi intermedji li jappartjenu għall-istabbiliment tal-mandat legali tal-korpi involuti fl-implimentazzjoni u l-kontroll, il-korp ta’ Koordinazzjoni u t-titjib tas-sistema tal-IT jenħtieġ li jintlaħqu qabel tiġi sottomessa l-ewwel talba għal pagament. Barra minn hekk, l-atturi responsabbli għall-kontrolli jenħtieġ li jkollhom is-setgħa legali u l-kapaċità amministrattiva biex jeżerċitaw ir-rwoli u l-kompiti ppjanati tagħhom, dment li l-objettivi intermedji li jappartjenu għall-analiżi tal-ammont ta’ xogħol u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minnha jiġu ssodisfati mhux aktar tard miż-żmien tas-sottomissjoni tal-ewwel talba għal pagament.

Koerenza tal-pjan

(47)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (k) u t-Taqsima 2.11 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-pjan jinkludi ħafna miżuri (Klassifikazzjoni A) għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.

(48)Il-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza huwa strutturat madwar ħames komponenti u inizjattiva waħda, li huma koerenti u jappoġġaw l-objettivi komuni biex jiġi stimulat l-irkupru tal-ekonomija Kroata u jittaffa l-impatt tal-COVID-19, biex jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u t-tkabbir inklużiv, u biex iżidu r-reżiljenza u l-kompetittività tal-ekonomija Kroata. Il-komponenti tal-pjan, speċjalment l- "Inizjattiva: Rinnovazzjoni tal-Bini ", mistennija jikkontribwixxu wkoll għar-rikostruzzjoni tal-ħsara kkawżata minn żewġ terremoti devastanti, li fl-2020 laqtu lill-Kroazja ċentrali b’konsegwenzi f’Zagreb u l-madwar, u r-reġjun ta’ Banovina. Kull wieħed mill-ħames komponenti u l-inizjattiva huma mibnija madwar pakketti koerenti kemm ta’ riformi kif ukoll ta’ investimenti, b’miżuri li jsaħħu lil xulxin u/jew jikkomplementaw lil xulxin. Jeżistu wkoll sinerġiji fil-komponenti u l-inizjattivi differenti, u l-ebda miżura ma tikkontradixxi jew timmina l-effettività ta’ oħra.

Ugwaljanza

(49)Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri li jistgħu jgħin biex tiżdied il-parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol. Ir-riforma tax-xogħol hija mistennija li tikkontribwixxi għal dan l-objettiv, tiffaċilita l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, tnaqqas indirettament id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u tindirizza d-differenza kbira bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet. Il-pjan għandu jiffinanzja proġetti tal-ICT li jindirizzaw kunsiderazzjonijiet tal-ugwaljanza. Jinkludi riforma tas-sistema edukattiva li għandha l-għan li tiżgura opportunitajiet indaqs għat-tfal kollha, prinċipalment billi żżid il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u l-għadd ta’ sigħat ta’ tagħlim fl-iskola primarja. Jenħtieġ li l-Kroazja tiżviluppa servizzi ta’ mentoraġġ soċjali li għandhom jappoġġaw gruppi ta’ benefiċjarji li diffiċli jintlaħqu bħall-persuni b’diżabbiltà, vittmi ta’ vjolenza, persuni mingħajr dar, migranti, ir-Rom u żgħażagħ li jitilqu mis-sistema ta’ assistenza soċjali biex tgħinhom fl-impjiegi. Il-pjan jipprevedi diversi investimenti biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b’diżabbiltà, bħal miżuri biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà fiżika għall-bini u l-ambjent tal-akkomodazzjoni, biex jiġu pprovduti servizzi ta’ mobbiltà adegwati, jiġi promoss aċċess ibridu għal post tax-xogħol u jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi pubbliċi diġitali.

Awtovalutazzjoni tas-sigurtà

(50)Ġiet ipprovduta awtovalutazzjoni tas-sigurtà, f'konformità mal-Artikolu 18(4), il-punt (g) tar-Regolament (UE) 2021/241 għall-investimenti fil-kapaċitajiet diġitali u l-konnettività. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jiddeskrivi kif ir-regolatur nazzjonali ħejja abbozz ta’ ordinanza dwar il-mod u t-twaqqit tal-miżuri ta’ implimentazzjoni biex jissalvagwardjaw is-sigurtà u l-integrità tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni, li tinkorpora rekwiżiti biex tiġi żgurata s-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika tal-5G, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Jannar 2020 “Introduzzjoni sigura tal-5G fl-UE - Implimentazzjoni tas-sett ta’ għodod tal-UE” 9 .

Proġetti transfruntiera u li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed

(51)Il-pjan jinkludi proġetti transfruntiera u multinazzjonali fi tliet oqsma. L-ewwel nett, hemm miżuri relatati mal-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni taħt il-komponent tat-tranżizzjoni Diġitali, li jinkludi l-istabbiliment, l-aġġornament, l-interkonnessjoni tar-reġistri ewlenin u l-istabbiliment ta’ Sistema Ċentrali għall-Interoperabbiltà f’konformità mal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (EIF). It-tieni, taħt il-komponent tal-Edukazzjoni, it-trasformazzjoni diġitali tal-edukazzjoni għolja hija mistennija li tistimula u taċċellera l-involviment aktar b’saħħtu tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fi proġetti transfruntiera u multinazzjonali, b’mod partikolari proġetti li għalihom il-maturità diġitali hija kundizzjoni meħtieġa għall-parteċipazzjoni. It-tielet, taħt il-komponent tal-ġestjoni tal-ilma u tal-iskart, il-Programm għall-Iżvilupp tal-Provvista Pubblika tal-Ilma u l-Programm għall-Iżvilupp tad-Dranaġġ Pubbliku għandhom impatt pożittiv fuq l-ambjent billi jnaqqsu t-tniġġis tal-ambjent u tar-riżorsi tal-ilma, jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-korpi tal-ilma, u f’dan is-sens l-impatt tagħhom huwa transfruntier u globali.

Proċess ta’ Konsultazzjoni

(52)Il-Kroazja wettqet proċess ta’ konsultazzjoni qabel ma ppreżentat il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħha u wettqet konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati wara l-preżentazzjoni tal-abbozz tal-pjan lill-Kummissjoni f’Diċembru 2020. Bejn Jannar u Mejju 2021, l-awtoritajiet kellhom aktar minn 15-il laqgħa tematika ma’ partijiet ikkonċernati differenti fejn ippreżentaw l-opportunitajiet tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Kroazja f’oqsma speċifiċi, l-istruttura, il-kriterji, il-proċess u l-komplementarjetajiet tagħha ma’ fondi oħra tal-Unjoni. Is-sommarju tal-pjan ġie ppubblikat u ppreżentat lill-midja qabel l-adozzjoni fl-1 ta’ April 2021. Wara l-adozzjoni mill-Gvern, is-sommarju tal-pjan tqiegħed fuq is-sit web tal-Gvern u ġie diskuss fil-Parlament fit-14 ta’ April 2021.

(53)Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Kroazja ma jindikax il-pjanijiet tal-awtoritajiet dwar kif il-partijiet ikkonċernati se jiġu inklużi fl-implimentazzjoni tal-pjan. Sabiex tiġi żgurata s-sjieda mill-atturi rilevanti, huwa ta' importanza kruċjali li jiġu involuti l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-imsieħba soċjali fil-monitoraġġ tal-allokazzjoni territorjali tar-riżorsi fl-implimentazzjoni tal-investimenti u r-riformi inklużi fil-pjan.

Valutazzjoni pożittiva

(54)Wara l-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni dwar il-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza bil-konstatazzjoni li l-pjan jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241, f’konformità mal-Artikolu 20(2) ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riformi u l-proġetti ta’ investiment meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan, l-objettivi intermedji, il-miri u l-indikaturi rilevanti, u l-ammont disponibbli mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-pjan fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura.

Kontribuzzjoni finanzjarja

(55)Il-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Kroazja huwa ta’ EUR 6 393 794 220. Minħabba li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE)2021/241 u, barra minn hekk, billi l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima disponibbli għall-Kroazja, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Kroazja tkun ugwali għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli għall-Kroazja.

(56)F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, il-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Kroazja jrid jiġi aġġornat sat-30 ta’ Ġunju 2022. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 23(1) ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li issa jkun hemm ammont disponibbli għall-Kroazja għal impenn legali sal-31 ta’ Diċembru 2022. Jekk meħtieġ wara l-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata, jenħtieġ li l-Kunsill, bi proposta mill-Kummissjoni, jemenda din id-Deċiżjoni biex jinkludi l-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata mingħajr dewmien żejjed.

(57)L-appoġġ li għandu jingħata għandu jiġi ffinanzjat mit-teħid b’self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni abbażi tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom)2020/2053 10 . L-appoġġ jenħtieġ li jitħallas f’pagamenti parzjali ladarba l-Kroazja tkun laħqet b’mod sodisfaċenti l-objettivi intermedji rilevanti u l-miri identifikati b’rabta mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

(58)Il-Kroazja talbet prefinanzjament ta’ 13 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Jenħtieġ li dan l-ammont ikun disponibbli għall-Kroazja soġġett għad-dħul fis-seħħ u f’konformità mal-Ftehim ta’ Finanzjament previst fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2021/241.

(59)Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kull proċedura marbuta mal-għoti ta’ fondi tal-Unjoni skont kull programm ieħor tal-Unjoni ħlief ir-Regolament (UE) 2021/241 jew għal proċeduri marbuta ma’ distorsjonijiet tal-operazzjoni tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1
Approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

Il-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Kroazja fuq il-bażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 hija approvata. Ir-riformi u l-proġetti ta’ investiment skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-istadji importanti u l-miri rilevanti, l-indikaturi rilevanti marbuta mal-issodisfar tal-objettivi intermedji u l-miri previsti, u l-arranġamenti biex il-Kummissjoni tagħti aċċess sħiħ għad-data rilevanti sottostanti huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2
Kontribuzzjoni finanzjarja

1.L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kroazja kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ appoġġ li ma jitħallasx lura li jammonta għal EUR 6 295 431 146 11 . L-ammont ta’ EUR 4 631 762 551 għandu jkun disponibbli li jkun impenjat legalment sal-31 ta’ Diċembru 2022. Soġġett għall-aġġornament previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/241 li jikkalkola ammont għall-Kroazja li jkun ugwali għal dan l-ammont jew ogħla minnu, ammont ulterjuri ta’ EUR 1 663 668 594 għandu jkun disponibbli biex jiġi impenjat legalment mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

2.Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni disponibbli għall-Kroazja fi ħlasijiet parzjali f’konformità mal-Anness. L-ammont ta’ EUR 818 406 049 għandu jsir disponibbli bħala pagament ta’ prefinanzjament, ugwali għal 13 fil-mija tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni tista’ tiżborża l-prefinanzjament u ħlasijiet parzjali f’segment wieħed jew f’diversi segmenti. Id-daqs tas-segmenti għandu jkun soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament.

3.Il-prefinanzjament għandu jkun rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ u f’konformità mal-Ftehim ta’ Finanzjament previst fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2021/241. Il-prefinanzjament għandu jitħallas billi jitnaqqas proporzjonalment mill-pagament tal-ħlasijiet parzjali.

4.Ir-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali f’konformità mal-Ftehim ta’ Finanzjament għandu jkun kondizzjonali għall-finanzjament disponibbli u deċiżjoni mill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/241, li l-Kroazja tkun laħqet b’mod sodisfaċenti l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti identifikati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-impenji legali msemmija fil-paragrafu 1, sabiex wieħed ikun eliġibbli għal pagament, l-objettivi intermedji u l-miri għandhom jitlestew sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2026.

Artikolu 3
Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(2)    Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 23).
(4)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1307: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32020H1307
(5)    Dawn l-iżbilanċi makroekonomiċi jirreferu għar-rakkomandazzjonijiet li saru skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 fl-2019 u l-2020.
(6)    Simulazzjonijiet bħal dawn jirriflettu l-impatt ġenerali ta’ Next Generation EU, li jinkludi wkoll finanzjament għal ReactEU, u aktar finanzjament għal Orizzont Ewropa, InvestEU, JTF, Żvilupp Rurali u RescEU. Tali simulazzjoni ma tinkludix l-impatt pożittiv possibbli tar-riformi strutturali, li jista’ jkun sostanzjali.
(7)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(8)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (OJ L 433I , 22.12.2020, p. 1).
(9)    COM/2020/50 final
(10)    ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(11)    Dan l-ammont jikkorrispondi għall-allokazzjoni finanzjarja wara t-tnaqqis tas-sehem proporzjonali tal-Kroazja tal-ispejjeż tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, ikkalkulat skont il-metodoloġija tal-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament.
Top

Brussell, 8.7.2021

COM(2021) 401 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill

dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Kroazja

{SWD(2021) 197 final}


ANNESS

TAQSIMA 1: RIFORMI U INVESTIMENTI SKONT IL-PJAN GĦALL-IRKUPRU U R-REŻILJENZA

1.Deskrizzjoni ta’ Riformi u Investimenti

   A. KOMPONENT 1.1: EKONOMIJA REŻILJENTI, EKOLOĠIKA U DIĠITALI

Dan il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza jieħu approċċ wiesa’ u orizzontali fl-indirizzar ta’ wħud mid-dgħufijiet strutturali tal-ekonomija Kroata. It-tkabbir ekonomiku u l-konverġenza tal-Kroazja mal-bqija tal-Unjoni huma mxekkla minn produttività baxxa, investimenti relattivament baxxi mis-settur privat, aċċess limitat għall-finanzjament mill-kumpaniji l-aktar innovattivi u, b’mod ġenerali, ambjent tan-negozju li huwa kkaratterizzat minn piż amministrattiv u parafiskali relattivament għoli u regolamentazzjoni eċċessiva tal-professjonijiet. Barra minn hekk, is-sehem tal-produzzjoni industrijali huwa l-aktar baxx fost l-Istati Membri Ċentrali u tal-Lvant u l-Kroazja wkoll għadha lura meta mqabbla mal-pajjiżi pari fil-livell ta’ investimenti għall-innovazzjoni, prodotti ta’ livell teknoloġiku ogħla u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

L-għanijiet tal-komponent jinqasmu fi tlieta:

-It-titjib tal-ambjent tan-negozju billi jitkomplew ir-riformi biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u parafiskali u biex jiġu liberalizzati aktar il-professjonijiet regolati.

-Il-kisba ta’ allokazzjoni aħjar tar-riżorsi kapitali fl-ekonomija billi jitfasslu bidliet fil-qafas regolatorju biex jiġi inċentivat l-investiment tas-settur privat; l-appoġġ lill-investimenti produttivi tan-negozji permezz ta’ għotjiet u ta’ strumenti finanzjarji konċessjonali, b’mod partikolari għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji ekoloġiċi; u titjib għall-aċċess għal modi alternattivi jew innovattivi ta’ finanzjament.

-L-appoġġ lin-negozji biex jadattaw l-operazzjonijiet tagħhom għall-ambjent diġitali l-ġdid b’enfasi speċjali fuq is-setturi kulturali u kreattivi li ntlaqtu b’mod partikolari mill-miżuri ta’ lockdown li llimitaw is-servizzi personali.

Il-komponent jindirizza r-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż billi jipprovdi likwidità lill-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju, inaqqas l-imposti parafiskali u r-restrizzjonijiet fir-regolamentazzjoni tas-suq tal-oġġetti u s-servizzi, jippromwovi l-investimenti privati u jiffoka l-investimenti fuq it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 3, 2020). Huwa jikkontribwixxi wkoll biex tiġi indirizzata r-rakkomandazzjoni biex jitnaqqsu l-imposti parafiskali l-aktar ta’ piż u r-regolamentazzjoni eċċessiva tas-suq tal-prodotti u s-servizzi (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 4, 2019).

Il-komponent huwa maqsum f’żewġ sottokomponenti, C1.1.1 (it-Tisħiħ tal-kompetittività u tat-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija) u C.1.1.2 (Spinta lill-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija.)



A.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Sottokomponent C1.1.1, It-tisħiħ tal-kompetittività u tat-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija

L-objettiv ta’ dan is-sottokomponent huwa li jippromwovi l-attività ekonomika, il-kompetittività u l-investiment billi jkompli jnaqqas il-piż amministrattiv u parafiskali fuq in-negozji, ikompli jilliberalizza l-professjonijiet regolati, iżid l-aċċess għall-kreditu bl-għajnuna ta’ għotjiet, self konċessjonali u strumenti ta’ ekwità, jattira investimenti diretti barranin u jappoġġa s-settur kulturali u kreattiv fit-tranżizzjoni diġitali tagħhom.

Riforma C1.1.1 R1, Il-kontinwazzjoni tar-riforma tal-ambjent tan-negozju u regolatorju.

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li jitjieb aktar l-ambjent tan-negozju tal-Kroazja permezz ta’:

-id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pprovduti mill-amministrazzjonijiet statali u pubbliċi lin-negozji u

-it-titjib tal-kundizzjonijiet regolatorji għan-negozji u t-tkomplija tal-ħelsien mill-piżijiet amministrattivi u fiskali,

-l-adozzjoni ta’ Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni biex titjieb il-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku.

Ir-riforma għandha tinkludi l-adozzjoni tas-ħames Pjan ta’ Azzjoni għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv u l-imposti parafiskali u mhux fiskali, it-twaqqif ta’ sistema tal-IT għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri u biex jiġi aġġornat u diġitalizzat ir-Reġistru tal-Imposti Mhux Fiskali.

L-adozzjoni ta’ strateġija u pjan ta’ azzjoni biex jittejbu l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku użati fl-amministrazzjoni pubblika biex l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta’ mudelli kummerċjali ġodda jiġu appoġġati aħjar. F’dan il-kuntest, it-Test tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-SMEs għandu jiġi trasferit għal pjattaforma diġitali biex tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni tal-amministraturi pubbliċi u biex jiġu appoġġati t-taħriġ u l-komunikazzjoni online. It-taħriġ kontinwu tal-impjegati taċ-ċivil f’oqsma speċifiċi għandu jkun parti mill-investiment. Il-miżuri tal-investiment għandhom jinkludu l-implimentazzjoni ta’ Ambjent ta’ Esperimentazzjoni Regolatorja, li tippermetti l-ittestjar ikkontrollat ta’ mudelli kummerċjali ġodda.

Din ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Riforma C1.1.1 R2, Il-kontinwazzjoni tar-riforma tal-professjonijiet regolati

L-objettiv tar-riforma huwa li tagħti spinta lill-produttività fl-ekonomija Kroata permezz tal-kontinwazzjoni tal-liberalizzazzjoni tas-swieq tas-servizzi. Ir-riforma għandha tinkludi s-simplifikazzjoni jew it-tneħħija totali ta’ mill-inqas 50 rekwiżit regolatorju għas-servizzi professjonali, abbażi tal-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet Pjan ta’ Azzjoni dwar il-liberalizzazzjoni tas-swieq tas-servizzi, inklużi l-professjonijiet tal-avukati, in-nutara, il-konsulenti tat-taxxa, l-awdituri, l-ispiżjara u l-ispiżeriji, il-fiżjoterapisti, il-periti, l-inġiniera u l-gwidi turistiċi, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Bank Dinji dwar l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni u tas-sħubija tal-kmamar professjonali, id-drittijiet esklużivi frammentati ta’ professjonijiet individwali (bħal dawk għall-periti u l-inġiniera), il-provvediment ta’ eżami postgradwatorju professjonali (bħal tal-periti u tal-inġiniera) u r-restrizzjonijiet ta’ sjieda u ġestjoni fuq il-konsulenti tat-taxxa.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Riforma C1.1.1 R3, L-iżvilupp ta’ qafas strateġiku għall-promozzjoni tal-investiment privat

L-objettiv tar-riforma huwa li l-Kroazja ssir destinazzjoni attraenti għall-investiment permezz tal-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ Qafas Strateġiku għall-Promozzjoni u l-Iffaċilitar tal-Investiment Dirett Barrani. Ir-riforma għandha tinkludi tliet studji analitiċi: li jipprovdu i) rieżami tax-xenarju istituzzjonali, ii) valutazzjoni tal-impatt tal-investimenti diretti barranin u iii) rakkomandazzjonijiet għal bidliet regolatorji u istituzzjonali u t-tfassil ta’ inċentivi fiskali; l-adozzjoni tal-qafas strateġiku inkluż pjan ta’ azzjoni u l-istabbiliment ta’ pjattaforma diġitali biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni. Il-qafas strateġiku huwa mistenni li jiżgura l-koerenza u l-koordinazzjoni tal-politika bejn ministeri u istituzzjonijiet differenti li jittrattaw il-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tal-investiment, jimmassimizza l-impatt tal-investiment fuq il-produttività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, u jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali u klimatika tal-Kroazja.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Riforma C1.1.1 R6, L-iżvilupp ta’ setturi kulturali u kreattivi reżiljenti

Ir-riforma għandha tinkludi d-dħul fis-seħħ ta’ emendi fil-Liġi dwar il-Midja Elettronika u d-Drittijiet tal-Awtur u l-Liġi dwar id-Drittijiet Relatati li jistabbilixxu l-protezzjoni legali effettiva tal-awturi ta’ kontenut kreattiv, kulturali u tal-midja fuq l-Internet, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jitneħħew l-ostakli għall-kummerċjalizzazzjoni b’suċċess ta’ kontenut protett fuq l-Internet. Il-qafas legali l-ġdid huwa mistenni li jinċentiva lill-imprendituri biex jadattaw il-proċessi tan-negozju tagħhom għall-istandards tal-industrija fis-Suq Uniku Diġitali, billi jiżviluppa mudelli ta’ negozju online ġodda u innovattivi, u prodotti u servizzi ġodda u innovattivi.

Il-qafas riformat tad-drittijiet tal-awtur huwa mistenni li jrawwem l-industriji kulturali u kreattivi billi jipprovdi qafas legali stabbli għall-ħolqien ta’ pjattaformi u applikazzjonijiet online, jiffaċilita l-liċenzjar online ta’ kontenut kreattiv, kulturali u tal-midja, u b’hekk jippromwovi d-diversità kulturali, lingwistika u tal-midja. Il-bidliet fil-qafas legali tal-midja u tad-drittijiet tal-awtur huma mistennija li jiffaċilitaw id-distribuzzjoni transfruntiera tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, billi jipprovdu regoli ċari dwar l-hekk imsejħa ċirkolazzjoni diretta tas-sinjali, u l-użu mill-ġdid tal-kontenut pubbliku għall-ħolqien ta’ prodotti u servizzi innovattivi ġodda fis-Suq Uniku Diġitali. Barra minn hekk, ir-riforma leġiżlattiva għandha tiżgura t-trasparenza fil-pubblikazzjoni tal-istrutturi ta’ sjieda marbuta mar-Reġistru tas-Sidien Benefiċjarji u l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni fuq is-sit web tal-fornitur, u għandha tiġi introdotta wkoll aktar trasparenza fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ammonti u s-sorsi ta’ finanzjament.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2022.

Investiment C1.1.1 R1-I1, Id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tal-gvern u tal-amministrazzjoni pubblika pprovduti lis-settur tan-negozju (G2B)

L-objettiv tal-investiment huwa li jtejjeb l-aċċessibbiltà, it-trasparenza u l-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi pprovduti lin-negozji permezz tad-diġitalizzazzjoni tagħhom f’oqsma ta’ prijorità magħżula bħar-reġistrazzjoni tan-negozju u l-liċenzjar. Dan huwa mistenni li jippermetti aktar integrazzjoni tal-informazzjoni dwar id-dħul fis-suq u l-investiment fil-Kroazja, u b’hekk jittejbu l-preċiżjoni u l-aċċessibbiltà tad-data u, konsegwentement, id-disinn u l-implimentazzjoni tal-politika mid-diversi livelli tal-amministrazzjoni tal-gvern. Fl-aħħar nett, l-għan huwa li jitjieb l-iskambju ta’ informazzjoni u l-konsolidazzjoni tad-data fl-amministrazzjonijiet tal-gvern, bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju ta’ “darba biss”.

L-investiment għandu jinkludi l-azzjonijiet li ġejjin:

-L-ewwel azzjoni tinkludi investimenti li għandhom jibnu fuq il-pjattaforma diġitali eżistenti msejħa START għat-twaqqif ta’ korporazzjonijiet b’responsabbiltà limitata u li tippermetti lill-utenti jirreġistraw korporazzjonijiet ġodda online. Din l-azzjoni għandha tespandi l-funzjonalitajiet tal-pjattaforma START bil-ħsieb li żżid il-volum ta’ servizzi, ittejjeb l-aċċess u d-disponibbiltà tas-sistema u tiżgura li d-data kummerċjali ġdida kollha tkun integrata f’bażi tad-data waħda. Permezz ta’ din l-azzjoni għandhom jitwettqu tliet proġetti ta’ investiment. L-ewwel nett, biex jiżdied l-użu tal-pjattaforma START u jiġu integrati aħjar il-proċessi li nbdew permezz tal-pjattaformi diġitali u fiżiċi, 20 punt ta’ aċċess fiżiku ġdid għall-pjattaforma START għandhom jiġu stabbiliti, mgħammra u jsiru operattivi f’fergħat differenti tal-Aġenzija Finanzjarja. It-tieni, għandhom jiġu introdotti funzjonalitajiet ġodda fil-pjattaforma START permezz tal-aġġornament u l-konnessjoni tagħha mad-diversi bażijiet tad-data tar-reġistru tan-negozju biex ikun permess l-aċċess għall-proċedura amministrattiva permezz tal-awtentikazzjoni diġitali. It-tielet, għandha tiġi stabbilita pjattaforma ta’ liċenzjar diġitali (START Plus) biex tiżdied it-trasparenza tal-kundizzjonijiet għad-dħul fis-suq kif ukoll it-trasparenza tar-regolamenti tan-negozju.

-It-tieni azzjoni tinkludi konsolidazzjoni tal-ħlasijiet tal-imposti obbligatorji tan-negozji u hija waħda mill-prekundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-Kroazja mal-Mekkaniżmu Ewropew tar-Rata tal-Kambju II (ERM II) u l-Unjoni Bankarja. L-azzjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma unika għat-tariffi diġitali li għandha tippermetti l-ħlas online tas-seba’ imposti obbligatorji l-aktar frekwenti u kostintensivi għall-kumpaniji u għandha tikkontribwixxi għall-ottimizzazzjoni tal-proċess amministrattiv eżistenti billi toffri l-funzjonalitajiet li ġejjin: i) telenka t-tariffi li għandhom jitħallsu mill-operatur tan-negozju, ii) iżżomm kalendarju tal-pagamenti bi skadenzi għas-saldu, iii) tipprovdi l-possibbiltà li l-istituzzjonijiet kompetenti jimlew u jissottomettu l-formoli meħtieġa f’format elettroniku, iv) tipprovdi l-possibbiltà ta’ pagament online dirett tat-tariffi u v) tipprovdi prospett tat-tariffi mħallsa.

-It-tielet azzjoni għandha tissimplifika u tiddiġitalizza l-proċeduri relatati mal-Liġi dwar il-Proġetti ta’ Investiment Strateġiku, il-Liġi dwar il-Promozzjoni tal-Investiment u l-Liġi dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Proġetti ta’ Riċerka u Żvilupp; u tkompli tiżviluppa u taġġorna l-bażi tad-data elettronika dwar l-intrapriżi, stabbilita skont l-Att dwar it-Titjib tal-Infrastruttura tal-Intrapriżi. Id-diġitizzazzjoni tal-proċeduri msemmija hawn fuq għandha tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ pjattaforma diġitali għas-sottomissjoni u l-aċċess tal-applikazzjonijiet.

L-ewwel u t-tielet azzjonijiet għandhom jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2024 u t-tieni azzjoni għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2022.

Investiment C1.1.1 R1-I2, It-tkomplija tal-ħelsien mill-piżijiet amministrattivi u fiskali

Dan l-investiment jifforma parti integrali mir-riforma li għaddejja tal-ambjent tan-negozju bil-għan li jkompli jitnaqqas il-piż amministrattiv u fiskali fuq in-negozji u għandu jinkludi miżuri biex jiġu implimentati erba’ Pjanijiet ta’ Azzjoni li huma mistennija jtejbu sostanzjalment l-ambjent tan-negozju fil-Kroazja.

Dan l-investiment huwa maqsum f’żewġ subsettijiet ta’ azzjonijiet li għandhom jinkludu:

-L-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-2017, l-2018, l-2019 u l-2020 għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fl-oqsma tas-sajd, il-kontroll fitosanitarju u veterinarju, l-industrija tat-turiżmu u tal-ospitalità, il-ġestjoni tal-iskart, l-assistenza soċjali, l-attivitajiet xjentifiċi u l-proċedimenti ġudizzjarji permezz tal-ottimizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi amministrattivi l-aktar ta’ piż. Dan is-sottoinvestiment għandu jirfed ukoll l-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta’ Azzjoni biex jitnaqqsu l-imposti parafiskali fl-oqsma tal-attivitajiet tal-enerġija, l-agrikoltura u l-katast tal-art.

-L-implimentazzjoni tas-ħames Pjan ta’ Azzjoni għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv b’EUR 265 445 617 (HRK 2 000 000 000), it-tnaqqis ta’ imposti parafiskali u mhux fiskali b’EUR 132 722 808 (HRK 1 000 000 000), u l-istabbiliment ta’ sistema tal-IT għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri u biex jiġi aġġornat u diġitalizzat ir-Reġistru tal-Imposti Mhux Fiskali.

L-ewwel subsett ta’ azzjonijiet għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022. It-tieni subsett ta’ azzjonijiet għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.1.1 R4-I1, Appoġġ għall-intrapriżi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi

L-investiment għandu jiffinanzja, permezz ta’ għotjiet, investimenti produttivi minn kumpaniji żgħar, medji u b’kapitalizzazzjoni medja f’teknoloġiji ekoloġiċi li jikkontribwixxu għal ekonomija effiċjenti fl-enerġija u fir-riżorsi f’industriji intensivi fl-enerġija, inklużi l-industriji tax-xogħol tal-metall, tat-tessuti, tal-ikel, tal-kimika, tal-kostruzzjoni u tax-xogħol fl-injam. Dawn l-industriji intensivi fl-enerġija jimpjegaw għadd kbir ta’ nies u l-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni jeħtieġ investiment fit-tul f’teknoloġiji newtrali għall-klima. L-għotjiet għandhom jingħataw biss lil kumpaniji finanzjarjament vijabbli mis-setturi eliġibbli msemmija hawn fuq biss jekk juru li l-investimenti ppjanati jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin:

-jippromwovu ekonomija ċirkolari billi jintroduċu l-effiċjenza fir-riżorsi fiċ-ċiklu tal-produzzjoni u fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, inkluża l-provvista sostenibbli ta’ materja prima primarja u sekondarja;

-id-dekarbonizzazzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ industriji intensivi fl-enerġija, inkluż id-dimostrazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi b’emissjonijiet baxxi.

Il-kontribuzzjoni għall-objettivi ta’ hawn fuq għandha tintwera b’referenza għall-oqsma ta’ intervent tal-Anness VI u l-Anness VII tar-Regolament (UE) 2021/241. L-impatt mistenni tal-investimenti ffinanzjati permezz ta’ din il-miżura huwa t-tnaqqis tal-emissjonijiet dannużi ta’ mill-inqas 20 % meta mqabbel ma’ investimenti mhux immirati lejn l-effiċjenza enerġetika u l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-użu ta’ materjali riċiklati u materjali riċiklabbli fil-volum totali tal-materjal fil-produzzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 20 %.

Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu fit-termini ta’ referenza għal sejħiet għal proġetti li ġejjin għandhom

I.jirrikjedu l-applikazzjoni tal-Gwida Teknika tal-Kummissjoni dwar il-verifika tas-sostenibbiltà għall-Fond InvestEU 1 ; u

II.jeskludu il-lista li ġejja ta’ attivitajiet u ta’ assi mill-eliġibbiltà: (i) attivitajiet u assi relatati mal-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream 2 ; (ii) attivitajiet u assi taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti 3 ; (iii) attivitajiet u assi relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi 4 u impjanti tat-trattament mekkaniku u bijoloġiku 5 ; u (iv) attivitajiet u assi fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent; u

III.li jirrikjedu l-verifika tal-konformità legali mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u rilevanti tal-UE tal-proġetti għat-tranżazzjonijiet kollha, inklużi dawk eżentati mill-verifika tas-sostenibbiltà.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C1.1.1 R4-I2, Strument finanzjarju għal intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju

L-objettiv tal-investiment huwa li jkompli jħeġġeġ l-attività ta’ investiment fis-suq Kroat billi jipprovdi kundizzjonijiet ta’ finanzjament aktar favorevoli għall-SMEs fil-fażi tat-tkabbir u l-iżvilupp (entitajiet b’aċċess għall-finanzi) u jappoġġa l-aċċess għall-finanzjament ta’ gruppi fil-mira speċifiċi li normalment ma jkollhomx aċċess bħal dan (bħal mikroimprendituri, negozji ġodda, imprendituri żgħażagħ, investimenti fir-RŻI, operaturi ekonomiċi li jinvestu f’żoni inqas żviluppati). L-istrumenti finanzjarji li mistennija jintużaw taħt dan l-investiment huma i) self dirett mill-Aġenzija Kroata għall-SMEs, l-Innovazzjoni u l-Investimenti (HAMAG BICRO) u l-Bank Kroat għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (HBOR) lil intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li, minħabba d-daqs tagħhom, nuqqas ta’ storja tan-negozju u riskji ta’ finanzjament ġeneralment ogħla normalment ikollhom aċċess diffiċli jew ma jkollhomx aċċess għall-kreditu bankarju; u ii) sussidji fuq l-imgħax għal intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, fil-fażi tat-tkabbir u l-iżvilupp, mogħtija minn HAMAG BICRO u HBOR permezz tal-programmi regolari tagħhom ta’ garanzija u self u implimentati f’kooperazzjoni ma’ intermedjarji finanzjarji jew permezz ta’ self dirett minn HBOR.

L-investiment għandu jinkludi l-istrumenti finanzjarji li ġejjin:

-HAMAG BICRO għandu jipprovdi direttament mikrokrediti sa EUR 100 000 lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, li, minħabba d-daqs tagħhom u d-daqs tal-kreditu, normalment ikollhom aċċess aktar diffiċli għall-finanzjament, għal perjodu ta’ mhux aktar minn għaxar snin, b’rati tal-imgħax konċessjonali u rekwiżiti ta’ kollateral tas-self aktar baxxi. Dan l-istrument finanzjarju huwa mistenni li jipprovdi finanzjament ta’ EUR 39 816 843 (HRK 300 000 000). Il-minimu ta’ EUR 7 608 756 (HRK 57 328 173) għandu jiġi allokat għall-appoġġ ta’ proċessi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għat-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi fl-SMEs, EUR 6 327 139 (HRK 47 671 827) għandhom jintużaw biex jgħinu lill-SMEs jiddiġitalizzaw l-operazzjonijiet tagħhom, u l-EUR 25 880 948 li jifdal (HRK 195 000 000) għandhom jiġu allokati għal investimenti mmirati lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza. Dan l-istrument finanzjarju għandu jiġi ġestit separatament minn strumenti oħra tal-HAMAG BICRO biex jiġi żgurat li kwalunkwe fond mhux użat jew rimborżat minn dan l-istrument, permezz tar-rimborż tal-kapital, għandu jintuża għal skopijiet simili u bl-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-impatt ambjentali.

-HBOR għandu jipprovdi direttament self ta’ aktar minn EUR 100 000 lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, li minħabba d-daqs tagħhom u d-daqs tal-kreditu, normalment ikollhom aċċess aktar diffiċli għall-finanzjament, għal perjodu ta’ mhux aktar minn għaxar snin, b’rati tal-imgħax konċessjonali u rekwiżiti ta’ kollateral tas-self aktar baxxi. Il-miżura hija mistennija li jkollha fil-mira l-finanzjament ta’ proġetti minn negozji ġodda, l-imprendituri żgħażagħ, l-imprendituri nisa, l-investimenti fir-RŻI, l-investimenti f’żoni ekonomikament inqas żviluppati. Dan l-istrument finanzjarju huwa mistenni li jipprovdi finanzjament ta’ EUR 66 361 404 (HRK 500 000 000). Il-minimu ta’ EUR 12 681 260 (HRK 95 546 955) għandu jiġi allokat għall-appoġġ ta’ proċessi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għat-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi fl-SMEs, EUR 10 545 231 (HRK 79 453 045) għandhom jintużaw biex jgħinu lill-SMEs jiddiġitalizzaw l-operazzjonijiet tagħhom, u l-EUR 43 134 913 li jifdal (HRK 325 000 000) għandhom jiġu allokati għal investimenti mmirati lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza. Dan l-istrument finanzjarju għandu jiġi ġestit separatament minn strumenti oħra tal-HBOR biex jiġi żgurat li kwalunkwe fond mhux użat jew rimborżat minn dan l-istrument, permezz tar-rimborż tal-kapital, għandu jintuża għal skopijiet simili u bl-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-impatt ambjentali.

-It-twaqqif ta’ fond ta’ sussidju fuq l-imgħax biex jittaffew il-kundizzjonijiet mutwarji għal self bankarju mogħti taħt l-iskemi ta’ garanzija eżistenti HAMAG BICRO lil intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Dan l-istrument finanzjarju huwa mistenni li jipprovdi finanzjament ta’ EUR 13 272 281 (HRK 100 000 000). Il-minimu ta’ EUR 2 536 252 (HRK 19 109 391) għandu jiġi allokat għall-appoġġ ta’ proċessi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għat-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi fl-SMEs, EUR 2 109 046 (HRK 15 890 609) għandhom jintużaw biex jgħinu lill-SMEs jiddiġitalizzaw l-operazzjonijiet tagħhom, u l-EUR 8 626 983 li jifdal (HRK 65 000 000) għandhom jiġu allokati għal investimenti mmirati lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza.

-It-twaqqif ta’ fond ta’ sussidju fuq l-imgħax biex jittaffew il-kundizzjonijiet mutwarji għal self bankarju mogħti taħt l-istrumenti eżistenti lil intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Dan l-istrument finanzjarju huwa mistenni li jipprovdi finanzjament ta’ EUR 26 544 562 million (HRK 200 000 000). Il-minimu ta’ EUR 5 072 504 (HRK 38 218 782) għandu jiġi allokat għall-appoġġ ta’ proċessi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għat-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi fl-SMEs, EUR 4 218 093 miljun (HRK 31 781 218) għandhom jintużaw biex jgħinu lill-SMEs jiddiġitalizzaw l-operazzjonijiet tagħhom, u l-EUR 17 253 965 miljun li jifdal (HRK 130 000 000) għandhom jiġu allokati għal investimenti mmirati lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza.

Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-ftehim legali bejn il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Aġenzija Kroata għall-SMEs, l-Innovazzjoni u l-Investimenti (HAMAG BICRO) jew il-Bank Kroat għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (HBOR) u l-politika ta’ investiment sussegwenti tal-istrument finanzjarju għandhom

I.jirrikjedu l-applikazzjoni tal-Gwida Teknika tal-Kummissjoni dwar il-verifika tas-sostenibbiltà għall-Fond InvestEU; u

II.jeskludu il-lista li ġejja ta’ attivitajiet u ta’ assi mill-eliġibbiltà: (i) attivitajiet u assi relatati mal-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream 6 ; (ii) attivitajiet u assi taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti 7 ; (iii) attivitajiet u assi relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi 8 u impjanti tat-trattament mekkaniku u bijoloġiku 9 ; u (iv) attivitajiet u assi fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent; u

III.li jirrikjedu l-verifika tal-konformità legali mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u rilevanti tal-UE tal-proġetti minn HAMAG BICRO, HBOR jew mill-intermedjarji finanzjarji għat-tranżazzjonijiet kollha, inklużi dawk eżentati mill-verifika tas-sostenibbiltà.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.1.1 R4-I3, Strument finanzjarju għal intrapriżi b’kapitalizzazzjoni medja u dawk kbar

L-objettiv tal-investiment huwa li jippromwovi l-kompetittività u t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u kumpaniji kbar billi jipprovdi sorsi aktar favorevoli ta’ finanzjament bħala kundizzjoni ewlenija għat-tkabbir tal-investiment fit-terminu qasir u medju. L-istrumenti finanzjarji li mistennija jintużaw taħt dan l-investiment huma:

-Fond ta’ garanzija “kumplessiv” ġdid immirat lejn il-ħruġ ta’ garanziji individwali jew ta’ portafoll għal self ta’ investiment u self ta’ kapital operatorju lil intrapriżi b’kapitalizzazzjoni medja u lil intrapriżi kbar b’allokazzjoni ppjanata ta’ EUR 79 633 685 (HRK 600 000 000). Kwalunkwe fond mhux użat jew rimborżat minn dan l-istrument, permezz tar-rimborż tal-kapital, għandu jintuża għal skopijiet simili u bl-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-impatt ambjentali.

-U fond ta’ sussidju fuq l-imgħax biex jitnaqqsu l-kostijiet ta’ finanzjament (bħal pagamenti tal-imgħax, it-tariffi u l-primjums) ta’ self lil kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u lil entitajiet kbar b’allokazzjoni ppjanata ta’ EUR 26 544 562 (HRK 200 000 000).

L-istrumenti finanzjarji għandhom jintużaw għal investimenti f’teknoloġiji ġodda, aġġornati u avvanzati (makkinarju u tagħmir), fl-espansjoni u t-tisħiħ tal-kapaċità tan-negozju (espansjoni tal-faċilitajiet u l-kapaċitajiet tal-manifattura u tas-servizzi), bi preferenza għal proġetti fl-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, l-ekonomija ċirkolari, il-protezzjoni ambjentali, id-diġitalizzazzjoni tal-produzzjoni, l-akkwist u l-proċessi tal-bejgħ.

Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-ftehim legali bejn il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Bank Kroat għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (HBOR) u l-politika ta’ investiment sussegwenti tal-istrument finanzjarju għandhom:

I.jirrikjedu l-applikazzjoni tal-Gwida Teknika tal-Kummissjoni dwar il-verifika tas-sostenibbiltà għall-Fond InvestEU; u

II.jeskludu il-lista li ġejja ta’ attivitajiet u ta’ assi mill-eliġibbiltà: (i) attivitajiet u assi relatati mal-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream 10 ; (ii) attivitajiet u assi taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti 11 ; (iii) attivitajiet u assi relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi 12 u impjanti tat-trattament mekkaniku u bijoloġiku 13 ; u (iv) attivitajiet u assi fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent; u

III.li jirrikjedu l-verifika tal-konformità legali mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u rilevanti tal-UE tal-proġetti minn HBOR jew mill-intermedjarji finanzjarji għat-tranżazzjonijiet kollha, inklużi dawk eżentati mill-verifika tas-sostenibbiltà.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.1.1 R4-I4, Strument finanzjarju għall-entitajiet tas-settur pubbliku

L-objettiv tal-investiment huwa li jipprovdi finanzjament konċessjonali lill-entitajiet pubbliċi għal proġetti tal-infrastruttura ekonomika, muniċipali, tat-trasport u soċjali, kif ukoll proġetti tat-teknoloġija li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tas-settur pubbliku b’allokazzjoni ppjanata ta’ EUR 26 544 562 (HRK 200 000 000). Minimu ta’ 30 % tal-baġit jew EUR 7 963 368 (HRK 60 000 000) permezz ta’ dan l-investiment huwa mistenni li jappoġġa proċessi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u huma effiċjenti fir-riżorsi tas-settur pubbliku.

Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-ftehim legali bejn il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Bank Kroat għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (HBOR) u l-politika ta’ investiment sussegwenti tal-istrument finanzjarju għandhom

I.jirrikjedu l-applikazzjoni tal-Gwida Teknika tal-Kummissjoni dwar il-verifika tas-sostenibbiltà għall-Fond InvestEU; u

II.jeskludu il-lista li ġejja ta’ attivitajiet u ta’ assi mill-eliġibbiltà: (i) attivitajiet u assi relatati mal-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream 14 ; (ii) attivitajiet u assi taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti 15 ; (iii) attivitajiet u assi relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi 16 u impjanti tat-trattament mekkaniku u bijoloġiku 17 ; u (iv) attivitajiet u assi fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent; u

III.li jirrikjedu l-verifika tal-konformità legali mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u rilevanti tal-UE tal-proġetti minn HBOR jew mill-intermedjarji finanzjarji għat-tranżazzjonijiet kollha, inklużi dawk eżentati mill-verifika tas-sostenibbiltà.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.1.1 R5-I1, Investiment fi strumenti finanzjarji ta’ ekwità u kważi ekwità

L-objettiv tal-investiment huwa li jiżgura żvilupp aktar mgħaġġel ta’ kumpaniji privati li ma jistgħux jiksbu finanzjament minn istituzzjonijiet finanzjarji tradizzjonali b’allokazzjoni ppjanata ta’ EUR 29 862 632 (HRK 225 000 000). L-investiment għandu jinkludi investiment jew koinvestiment f’i) fondi ta’ kapital ta’ riskju attivi jew futur u fi ii) fondi ta’ ekwità privata b’enfasi partikolari fuq il-finanzjament tal-istadji tal-bidu u tat-tkabbir tal-SMEs innovattivi u li qed jespandu. Il-fondi taħt dan l-investiment għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni minn investituri privati professjonali ta’ mill-inqas 30 % tad-daqs mistenni ta’ kull fond u huma mistennija li jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mal-Fond Ewropew tal-Investiment. Il-fondi għandhom japplikaw Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali u Soċjali biex jiżguraw l-użu tagħhom biss għal proġetti li jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. Kwalunkwe fond mhux użat jew rimborżat minn dan l-istrument, permezz tar-rimborż tal-kapital, għandu jintuża għal skop simili u bl-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-impatt ambjentali.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.1.1 R6-I1, It-trasformazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetittività tal-industriji kulturali u kreattivi

L-investiment għandu jipprovdi finanzjament, permezz ta’ għotjiet, għall-bini tal-kapaċità tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi oħra attivi fil-qasam tas-setturi kulturali u kreattivi (bħall-arkitetti, l-attivitajiet awdjoviżivi, il-midja, il-patrimonju, id-disinn, l-arti tal-ispettaklu, il-kotba u l-pubblikazzjoni, l-arti applikata u viżiva) biex jadattaw għall-qafas regolatorju u leġiżlattiv il-ġdid tas-Suq Uniku Diġitali.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.1.1 R6-I2, L-istabbiliment ta’ verifika tal-fatti tal-midja u ta’ sistema ta’ żvelar pubbliku

L-investiment għandu jappoġġa l-istabbiliment ta’ sistema ta’ verifika tal-fatti tal-midja mill-Aġenzija tal-Midja Elettronika, inkluż l-iżvilupp ta’ proċeduri u regoli, il-ħolqien tar-Reġistru tas-Sidien Benefiċjarji u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ kompetenza diġitali tal-verifikaturi tal-fatti, kif ukoll l-iżvilupp ta’ programmi teknoloġiċi, pjattaformi u sistemi ta’ komunikazzjoni tal-midja, u l-ħolqien ta’ bażi tad-data. L-investiment għandu jinkludi:

-Għotja lill-Aġenzija tal-Midja Elettronika għall-istabbiliment ta’ sistema għall-bini ta’ kapaċità ta’ verifika tal-fatti, inkluż l-iżvilupp ta’ proċeduri u regoli, reġistri u bażijiet ta’ data għal skopijiet ta’ verifika tal-fatti u l-iżvilupp ta’ programmi u pjattaformi teknoloġiċi u sistemi ta’ komunikazzjoni tal-midja, it-tisħiħ tal-kapaċità ta’ kompetenza diġitali tal-verifikaturi tal-fatti.

-Għotja għall-ħolqien ta’ bażi tad-data u t-twaqqif ta’ sistema għall-pubblikazzjoni ta’ data riżervata u sorsi ta’ finanzjament.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Sottokomponent C.1.1.2, Spinta lill-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija

L-objettiv ta’ dan is-sottokomponent huwa li tittejjeb il-pożizzjoni tal-ekonomija Kroata fil-katina tal-valur billi tingħata spinta lill-innovazzjoni u lid-diġitalizzazzjoni fis-settur privat. Il-miżuri ta’ dan is-sottokomponent għandhom jinkludu l-adozzjoni ta’ qafas leġiżlattiv aktar favorevoli għall-investiment, li jipprovdi lin-negozji żgħażagħ u innovattivi b’appoġġ amministrattiv u finanzjarju biex jippromwovi l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti innovattivi, u jipprovdi appoġġ lin-negozji għat-tranżizzjoni diġitali tagħhom.

Riforma C1.1.2 R1, Riforma tas-sistema ta’ inċentivi tal-R&Ż

L-objettiv tar-riforma huwa biex jiżdied l-għadd ta’ intrapriżi li jinvestu kif ukoll id-daqs tal-investimenti fl-R&Ż. Ir-riforma għandha tikkonsisti f’analiżi tal-iskema eżistenti ta’ inċentivi tat-taxxa tal-R&Ż u li temenda u tikkomplementa l-qafas legali għall-inċentivi tat-taxxa R&Ż biex tinkoraġġixxi lis-settur privat iżid l-intensità tal-investiment tiegħu fl-R&Ż, iżżid l-għadd ta’ benefiċjarji tal-inċentivi tat-taxxa tal-R&Ż, tissimplifika l-proċeduri u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi, filwaqt li ttejjeb it-trasparenza u l-aċċessibbiltà. L-emendi tal-Att dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar Proġetti ta’ Riċerka u Żvilupp għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tal-adegwatezza u l-effettività tas-sistema attwali ta’ ħelsien mit-taxxa.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C1.1.2 R2-I2, L-investiment fil-kapaċità tal-ġestjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju

L-objettiv tal-investiment huwa li jgħin lin-negozji jespandu l-attivitajiet tagħhom, iżidu l-produttività tagħhom u joħolqu l-impjiegi billi jipprovdi appoġġ konsultattiv kummerċjali lill-SMEs biex iżidu l-kapaċità ta’ ġestjoni tagħhom. L-appoġġ huwa mistenni li jinkludi i) l-evalwazzjoni tal-mudell tan-negozju u l-ħolqien ta’ pjan ta’ azzjoni, ii) it-taħriġ fi gruppi għall-impjegati u l-maniġers, iii) l-appoġġ konsultattiv speċjali u iv) it-taħriġ u l-mentoraġġ orjentati lejn ir-riżultati.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.1.2 R2-I3, Iffinanzjar b’għotjiet għal negozji ġodda

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jistimula t-tkabbir ta’ negozji ġodda fis-setturi tat-teknoloġija avvanzata u bbażati fuq l-għarfien fil-fażi prekummerċjali permezz ta’ appoġġ għall-iżvilupp tal-prodott, żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni u t-tħejjija għall-investiment.

L-investiment għandu jipprovdi għotjiet marbutin mat-tħejjija għall-investiment lil negozji ġodda għal proġetti li huma maturi barra l-fażi tal-prova tal-kunċett iżda li għadhom mhumiex lesti għas-suq. Dan jinkludi l-aġġornament, id-disinn, il-validazzjoni tal-prestazzjoni, il-validazzjoni tas-suq, l-ittestjar, l-iżvilupp ta’ linji pilota, il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u s-servizzi esterni mmirati lejn l-iżvilupp ta’ idea innovattiva, kif ukoll taħriġ dwar il-mitigazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament. L-attivitajiet iffinanzjati jistgħu jinkludu wkoll parti mill-ispejjeż tal-aċċess għal networks jew raggruppamenti kummerċjali globali, l-adozzjoni ta’ għodod ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-aċċess għal swieq ġodda.

Il-benefiċjarji eliġibbli għandhom jinkludu SMEs innovattivi, sa ħames snin mir-reġistrazzjoni, li mhumiex iġġenerati minn fużjoni u jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ SME innovattiva skont ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER).

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Investiment C1.1.2 R2-I4, It-tisħiħ tal-Attivitajiet ta’ Aċċellerazzjoni

L-investiment għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju fuq perjodu ta’ erba’ snin għall-istabbiliment ta’ programm ta’ aċċellerazzjoni fil-Kroazja. Il-programm ta’ aċċellerazzjoni għandu jipprovdi mentoraġġ, appoġġ għat-tħejjija tal-investiment u aċċess għan-networks tal-investituri għal gruppi sa 120 negozju ġdid fuq perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur. L-appoġġ għat-tħejjija tal-investiment huwa mistenni li jinkludi aċċess għal mentoraġġ u pariri għall-maniġers tan-negozju u l-imprendituri, pariri dwar strateġiji ta’ żvilupp tan-negozju u tal-prodotti, aċċess għal professjonisti tat-teknoloġija, professjonisti tad-drittijiet intellettwali, fornituri tat-teknoloġija, aċċess għall-klijenti potenzjali, u gwida dwar attivitajiet ta’ investiment inizjali.

Il-benefiċjarji tal-investiment huma mistennija jinkludu i) negozji ġodda fi stadju bikri li jeħtieġu appoġġ fl-iżvilupp tal-prodott u ii) negozji ġodda aktar maturi li jkunu ppreparati aħjar għall-investiment. Il-benefiċjarji fl-ewwel grupp għandhom jirċievu taħriġ bażiku dwar it-tħejjija għall-investiment, li jiffoka fuq l-ewwel preżentazzjoni, il-fehim tal-ħtiġijiet tal-klijenti; filwaqt li l-benefiċjarji fit-tieni grupp għandhom jirċievu taħriġ aktar avvanzat iffukat pereżempju fuq in-negozjar u t-tfittxija tal-klijenti.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.1.2 R2-I5, Il-kummerċjalizzazzjoni tal-proġetti ta’ innovazzjoni

L-objettiv tal-investiment huwa li jħeġġeġ il-kummerċjalizzazzjoni ta’ proġetti ta’ innovazzjoni għal proġetti maturi qrib id-dħul fis-suq, u jżid l-esportazzjonijiet ta’ prodotti, servizzi jew teknoloġiji innovattivi mill-SMEs billi jappoġġa l-ħolqien ta’ kanali ta’ bejgħ u distribuzzjoni fi swieq barranin u permezz tat-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-istituzzjonijiet xjentifiċi u l-industrija, kif ukoll bejn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u kumpaniji akbar. L-investiment huwa mistenni li jipprovdi opportunitajiet għall-SMEs biex jidħlu fil-katina tal-valur fuq skala akbar.

L-investiment għandu jappoġġa l-adattament ta’ prodott jew servizz żviluppat u t-tħejjija għat-tnedija tagħhom fis-suq. L-attivitajiet eliġibbli għall-adattament ta’ prodott żviluppat jinkludu l-ittestjar addizzjonali u l-integrazzjoni tar-riżultati tat-testijiet fil-prodott finali, is-servizzi konsultattivi, il-bini tal-kapaċità, il-verifiki tal-istudji tal-fattibbiltà, id-disinn tal-prodott, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Attivitajiet eliġibbli għat-tħejjija tat-tnedija ta’ prodotti jinkludu t-tħejjija jew ir-reviżjoni ta’ pjan ta’ negozju jew pjan ta’ kummerċjalizzazzjoni, ir-riċerka u l-ittestjar tas-suq, l-ittestjar tal-prodotti ma’ klijenti potenzjali, il-preparazzjoni għall-produzzjoni u l-investiment fi prodotti tas-serje żero, u l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni operazzjonali.

L-investiment għandu jappoġġa lill-SMEs bi proġetti ta’ innovazzjoni maturi li huma qrib it-tnedija fis-suq u huwa mistenni li jipprijoritizza l-proposti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C1.1.2 R3-I1, It-tħejjija ta’ dokumenti strateġiċi għat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tal-intelliġenza artifiċjali

L-objettiv tal-investiment huwa li jappoġġa l-kumpaniji Kroati waqt l-introduzzjoni tal-għodod diġitali fl-operazzjonijiet tagħhom, jappoġġahom fl-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju diġitali u jiksbu ħiliet diġitali. L-investiment għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-akkwist ta’ assistenza teknika għall-abbozzar tal-Pjan Nazzjonali għat-Trasformazzjoni Diġitali tal-Ekonomija Kroata u l-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Marzu 2022.

Investiment C1.1.2 R3-I2, Vouchers għad-diġitalizzazzjoni

L-objettiv tal-investiment huwa li jappoġġa lill-SMEs biex jiżviluppaw mudell ta’ negozju diġitali, isaħħu l-kapaċità tagħhom li jiddiġitalizzaw, jew itejbu ċ-ċibersigurtà tagħhom permezz tal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ kupuni. Is-sistema tal-vouchers hija mistennija li tkopri t-taħriġ u s-servizzi għat-titjib tal-ħiliet diġitali, inklużi l-ħiliet relatati mat-teknoloġiji cloud, l-adattament tal-mudelli tan-negozju għat-trasformazzjoni diġitali, il-kummerċjalizzazzjoni diġitali, ir-reżiljenza ċibernetika u l-użu ta’ prodotti u servizzi diġitali kumplessi.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.1.2 R3-I3, Għotjiet għad-diġitalizzazzjoni

L-objettiv tal-investiment huwa li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-kumpaniji Kroati billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali fl-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom. Dan l-investiment għandu jipprovdi għotjiet għax-xiri ta’ għodod u għat-tagħmir diġitali u biex jissaħħu l-ħiliet diġitali, inklużi l-ħiliet relatati mat-teknoloġiji cloud, biex jiġu żviluppati u mnedija prodotti, servizzi u proċessi ġodda.

L-attivitajiet eliġibbli taħt l-investiment għandhom jinkludu l-introduzzjoni ta’ mudell ta’ negozju ġdid jew titjib viżibbli f’termini ta’ kapaċitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew għażliet ta’ konsenja jew prattiki kummerċjali. L-għotjiet għandhom jingħataw biss lil kumpaniji finanzjarjament vijabbli li juru li l-investimenti ppjanati jikkonformaw mal-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti”.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.1.2 R4-I1, Appoġġ għaċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali

L-investiment għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-istabbiliment u l-operat taċ-Ċentri Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali. L-investiment għandu jinkludi:

-Il-finanzjament tal-assistenza teknika għall-iżvilupp tal-Qafas Nazzjonali għall-Istabbiliment u l-Monitoraġġ ta’ Sistemi għaċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali fil-Kroazja;

-Il-kofinanzjament nazzjonali għall-istabbiliment u l-operat għal tliet snin ta’ mill-inqas tliet Ċentri Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali u;

-L-istabbiliment ta’ Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali, fi ħdan iċ-Ċentru Ewropew għall-Innovazzjoni, it-Teknoloġiji Avvanzati u l-Iżvilupp tal-Ħiliet u li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-ekosistema nazzjonali taċ-Ċentru ta’ Innovazzjoni Diġitali.

L-attivitajiet ta’ Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali huma mistennija li jinkludu l-ittestjar ta’ qabel l-investiment, l-iżvilupp tal-ħiliet u t-taħriġ, l-aċċess għall-finanzi u l-iżvilupp ta’ network ta’ innovazzjoni.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

A.2.    Objettivi intermedji, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju / Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Żmien

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Għan

Q

Sena

1

C1.1.1. R1

M

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Evalwazzjoni tal-Effetti Ekonomiċi tar-Regolament dwar is-settur tal-SMEs mill-Gvern Kroat u l-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanjaha

L-adozzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni

 

 

 

Q4

2022

Filwaqt li jiffoka primarjament fuq l-impatt ekonomiku tar-regolamentazzjoni fuq is-settur tal-SMEs, il-MINGOR għandu jadotta Strateġija ta’ Politika Regolatorja vinkolanti għall-Ministeri, li tassenja b’mod ċar ir-responsabbiltajiet maniġerjali u operazzjonali matul l-istadji tat-twettiq tat-test obbligatorju tal-SMEs matul il-proċess regolatorju. Abbażi tal-Istrateġija tal-Politika Regolatorja, għandu jiġi adottat Pjan ta’ Azzjoni biex jorganizza, jippjana, jikkoordina u jimmonitorja l-implimentazzjoni mill-Ministeri rilevanti tal-għodod u l-metodoloġiji rilevanti (primarjament, għat-test tal-SMEs u għal analiżijiet ekonomiċi oħra tar-regolamentazzjoni, jekk jinstab li hemm impatt ekonomiku sinifikanti).

2

C1.1.1. R1-I1

M

Pjattaforma diġitali operazzjonali biex jitħallsu t-tariffi

Pjattaforma diġitali biex jitħallsu t-tariffi tal-operat

 

 

 

Q2

2022

Għandha tiġi stabbilita pjattaforma unika ta’ pagament għal tariffi obbligatorji bħala servizz pubbliku diġitali ġdid biex jiġi ottimizzat il-proċess amministrattiv eżistenti u jiġu offruti l-funzjonalitajiet li ġejjin:
(1) Lista ta’ tariffi li għandhom jitħallsu mill-operatur tan-negozju

(2) Kalendarju tal-pagamenti bl-iskadenzi għas-saldu tagħhom

(3) Il-possibbiltà ta’ ħlas dirett online tat-tariffi

(4) Ħarsa ġenerali lejn l-impenji mħallsa.

3

C1.1.1. R1-I1

M

Titjib tas-sistemi START

Il-pjattaforma START b’servizzi addizzjonali mtejba

 

 

 

Q4

2024

Il-pjattaforma diġitali għat-twaqqif ta’ korporazzjonijiet b’responsabbiltà limitata, imsejħa l-pjattaforma START, għandha tiġi aġġornata billi jiġu diġitizzati servizzi addizzjonali għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni u ta’ rapportar u permezz tal-integrazzjoni ta’ sistemi eżistenti ta’ negozji ġodda;

4

C1.1.1. R1-I1

T

It-twaqqif ta’ punti ta’ aċċess fiżiċi għall-pjattaforma START

 

Numru

0

20

Q4

2024

Għandhom jitwaqqfu punti ta’ aċċess fiżiċi għall-pjattaforma START.

5

C1.1.1. R1-I1

M

Id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi mmirati f’MINGOR skont il-Liġi dwar il-Proġetti tal-Investiment Strateġiċi tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Liġi dwar il-Promozzjoni tal-Investiment u l-Liġi dwar l-Għajnuna mill-Istat għal Proġetti ta’ Riċerka u Żvilupp u d-diġitalizzazzjoni u n-networking ulterjuri tas-sistema tal-JRPI

Id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi mmirati ta’ MINGOR

 

 

 

Q4

2024

Id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi li jimplimentaw il-Liġi Kroata dwar il-Proġetti tal-Investiment Strateġiċi, il-Liġi dwar il-Promozzjoni tal-Investiment u l-Liġi dwar l-Għajnuna mill-Istat għal Proġetti ta’ Riċerka u Żvilupp u d-diġitalizzazzjoni u n-networking ulterjuri tar-Reġistru Uniku tal-Infrastruttura tal-Intrapriżi (JRPI)

6

C1.1.1. R1-I2

T

L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2020 biex jitnaqqsu l-ħlasijiet mhux fiskali u parafiskali

 

% (Perċentwal)

0

100

Q1

2022

L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2020 biex jitnaqqsu l-ħlasijiet mhux fiskali u parafiskali, adottat mill-Gvern Kroat f’Mejju 2020 u li fih 33 miżura biex jitnaqqsu l-imposti mhux fiskali u parafiskali u 17-il miżura biex jitnaqqsu t-tariffi għal eżamijiet professjonali, għandha twassal għal ħelsien dirett mill-ispejjeż għas-settur privat.

7

C1.1.1. R1-I2

T

L-implimentazzjoni ta’ miżuri fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-2018, l-2019 u l-2020 biex jittaffa l-piż amministrattiv fuq l-ekonomija.

 

% (Perċentwal)

61,02

95

Q4

2022

L-implimentazzjoni ta’ miżuri għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv identifikat fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-2018, l-2019 u l-2020 u li jammonta għal mill-inqas 95 % tat-tnaqqis tal-kost previst. Il-pjanijiet ta’ Azzjoni għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv għandhom jottimizzaw u jiddiġitalizzaw il-proċessi amministrattivi identifikati bħala l-aktar ta’ piż għas-settur privat. Il-miżuri kollha ta’ ħelsien mill-piż għandhom jiġu stabbiliti f’kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-komunità tan-negozju, il-kmamar u l-assoċjazzjonijiet professjonali.

8

C1.1.1. R1-I2

M

Id-diġitalizzazzjoni tat-Test tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-SMEs permezz tal-iżvilupp ta’ pjattaforma diġitali għall-kollaborazzjoni tal-koordinaturi, it-taħriġ online u l-komunikazzjoni reċiproka

Il-pjattaforma Diġitali li qed titħaddem

 

 

 

Q4

2023

L-użu tas-servizzi ta’ konsulenza tal-IT għandu jiżviluppa u jistabbilixxi pjattaforma diġitali għall-implimentazzjoni tat-test tal-SMEs. Il-pjattaforma għandha tikkonsisti minn bażi tad-data tal-IT tat-testijiet tal-SMEs, bażi tad-data ta’ valuri standardizzati użati għall-kalkolu tal-valutazzjoni tal-impatt, u għandha tippermetti monitoraġġ u monitoraġġ sistematiċi tal-impatti kkalkulati, rapporti analitiċi u simulazzjonijiet tal-impatt. Minbarra l-bażi tad-data, parti integrali mill-pjattaforma għandha tifforma portal iddedikat għall-komunikazzjoni reċiproka u l-iskambju tal-esperjenza bejn l-esperti nazzjonali li jiffurmaw in-network għal Regolamentazzjoni Aħjar.
L-attivitajiet kollha għandhom jiġu implimentati permezz ta’ proġetti ta’ assistenza teknika (TSI).

9

C1.1.1. R1-I2

T

L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid biex jitnaqqsu l-ħlasijiet mhux fiskali u parafiskali

 

Numru (EUR)

0

132 722 808

Q4

2023

Element importanti fil-valutazzjoni tal-ambjent tan-negozju huwa l-imposti differenti fil-forma ta’ imposti parafiskali u l-imposti amministrattivi. It-tariffi kollha li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ta’ regolamentazzjoni pubblika mħallsa minn impriżi lill-korpi tal-gvern ċentrali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew lil korpi oħra b’setgħat pubbliċi għandhom jiġu analizzati u kkunsidrati.
L-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jitnaqqas il-piż fuq in-negozji minn imposti parafiskali u mhux fiskali fil-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid/it-tieni Pjan ta’ Azzjoni biex jitnaqqsu l-imposti parafiskali u mhux fiskali għandha tirriżulta f’ħelsien dirett tal-ispejjeż ta’ mhux inqas minn EUR 132 722 808.

10

C1.1.1. R1-I2

T

L-implimentazzjoni tal-ewwel sett ta’ miżuri stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid/fil-ħames Pjan ta’ Azzjoni għall-eżenzjoni tal-piż amministrattiv għall-imprendituri

 

Numru (EUR)

0

132 722 808

Q4

2024

L-iżvilupp ta’ Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid/il-ħames Pjan ta’ Azzjoni dwar it-tnaqqis tal-piż amministrattiv għandhom ikomplu jottimizzaw u jiddiġitalizzaw il-proċessi amministrattivi identifikati bħala l-aktar ta’ piż għas-settur privat. Għandu jipprovdi ambjent legali u amministrattiv aktar favorevoli għan-negozju billi jkompli jimplimenta miżuri biex inaqqas il-piżijiet, jissimplifika u jagħmel in-negozju irħas.

L-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid/fil-ħames Pjan ta’ Azzjoni dwar it-tnaqqis tal-piż amministrattiv tal-ekonomija għandha tnaqqas il-piż fuq l-intraprendituri b’mill-inqas EUR 132 722 808. L-implimentazzjoni tal-miżuri għandha tiġi żgurata permezz ta’ kooperazzjoni bejn il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Uffiċċju tal-Istat Ċentrali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Diġitali.

11

C1.1.1. R1-I2

T

L-implimentazzjoni tat-tieni sett ta’ miżuri stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid/fil-ħames Pjan ta’ Azzjoni biex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-imprendituri

 

Numru (EUR)

132 722 808

265 445 617

Q4

2025

L-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid/fil-ħames Pjan ta’ Azzjoni dwar it-tnaqqis tal-piż amministrattiv tal-ekonomija għandha tnaqqas il-piż fuq l-intraprendituri b’mill-inqas EUR 132 722 808 apparagun tal-mira stabbilita fir-raba’ trimestru tal-2024.
Dan it-tnaqqis tal-piż għandu jinkiseb permezz tal-ottimizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi amministrattivi identifikati bħala l-aktar ta’ piż għas-settur privat permezz tal-proċess ta’ kejl u analiżi. L-implimentazzjoni tal-miżuri għandha tiġi żgurata permezz ta’ kooperazzjoni bejn il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Uffiċċju tal-Istat Ċentrali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Diġitali.

12

C1.1.1. R2

T

Simplifikazzjoni jew tneħħija ta’ mill-inqas 50 rekwiżit regolatorju għas-servizzi professjonali

 

Numru

250

300

Q4

2024

L-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni tal-2019 u l-2020 għal-liberalizzazzjoni tas-swieq tas-servizzi, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-proġett ta’ assistenza teknika f’kooperazzjoni mal-Bank Dinji, kif ukoll rakkomandazzjonijiet dwar:
- Kostijiet ta’ reġistrazzjoni u ta’ sħubija ta’ kmamar professjonali;

- Drittijiet esklussivi frammentati fi professjonijiet individwali (eż. periti u inġiniera);

- Il-forniment ta’ eżami professjonali postgradwatorju (eż. periti u inġiniera);

- Restrizzjonijiet fuq konsulenti tat-taxxa fuq interessi ta’ sjieda u ġestjoni jew drittijiet tal-vot.

13

C1.1.1. R3

M


L-istabbiliment ta’ qafas strateġiku għall-promozzjoni tal-investiment privat

L-adozzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni biex tingħata spinta lill-investiment u d-dħul fis-servizz ta’ pjattaforma diġitali għall-koordinazzjoni u l-iżgurar ta’ promozzjoni u appoġġ tal-investiment internazzjonali, nazzjonali u reġjonali effettivi.

 

 

 

Q4

2024

Għandu jiġi stabbilit qafas strateġiku għall-promozzjoni tal-investiment privat, ibbażat fuq analiżi u rakkomandazzjonijiet, li jikkonsisti fl-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Investiment 2023-2030, il-Pjan ta’ Azzjoni biex tingħata spinta lill-investiment 2023-2028, u d-dħul fis-seħħ ta’ Liġi ġdida dwar il-Promozzjoni tal-Investiment, u d-dħul fis-servizz ta’ pjattaforma diġitali operazzjonali għall-koordinazzjoni u l-promozzjoni u l-appoġġ tal-investiment internazzjonali, nazzjonali u reġjonali effettivi.


14

C1.1.1. R4-I1

M

Il-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal finanzjament għal investimenti mmirati lejn attivitajiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bi kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti għall-applikanti u l-proġetti (inklużi l-kriterji ta’ konformità mad-DNSH)

Pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ sejħa għal proposti għal għotjiet

 

 

 

Q2

2022

It-tnedija ta’ sejħiet għal proposti għal għotjiet biex jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika tal-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-għotjiet għandhom jappoġġaw l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ekoloġiċi fil-proċessi tan-negozju tal-kumpaniji biex jitnaqqsu l-impatti negattivi fuq il-klima u l-ambjent, titrawwem il-produzzjoni sostenibbli, jiżdiedu l-impjiegi f’xogħol aktar sostenibbli u tissaħħaħ il-kompetittività lokali, reġjonali u globali (f’konformità mat-tassonomija tal-UE).
Il-kriterji tal-għażla/eliġibbiltà għandhom jirriflettu r-rekwiżiti tal-oqsma ta’ intervent applikabbli fl-Annessi VI u VII tar-Regolament RRF u jiżguraw li l-proġetti appoġġati jikkonformaw mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01), permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u tal-UE rilevanti.

Din il-miżura ma għandhiex tappoġġa investimenti f’installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS).

L-għotjiet għandhom jappoġġaw investimenti minn kumpaniji tas-settur privat immirati lejn:

- Il-proġetti jiffukaw fuq l-ekonomija ċirkolari billi jintegraw l-aspetti tal-effiċjenza fir-riżorsi fiċ-ċiklu tal-produzzjoni u fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, inkluża l-provvista sostenibbli ta’ materja prima primarja u sekondarja; u/jew

Id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija u t-tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet f’dawn l-industriji, inkluż permezz tad-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi b’emissjonijiet baxxi.

15

C1.1.1. R4-I1

T

L-għoti ta’ għotjiet lill-SMEs u lill-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja għal investimenti mmirati lejn attivitajiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent

 

Numru

0

290

Q4

2024

Ġew appoġġati mill-inqas 250 SME u mill-inqas 40 kumpanija b’kapitalizzazzjoni medja, skont il-kriterji tal-eliġibbiltà/tal-għażla stabbiliti fl-objettiv intermedju #14.
Tqassim indikattiv tat-tqassim tal-għotjiet:

40 % għall-SMEs u 60 % għall-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja.

L-ammont massimu ta’ għotjiet tal-UE għal SMEs individwali għandu jkun sa EUR 1 000 000, filwaqt li għal kumpaniji individwali b’kapitalizzazzjoni medja sa EUR 4 700 000. Il-livelli massimi ta’ appoġġ għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni.

16

C1.1.1. R4-I2

M

L-istabbiliment ta’ strument finanzjarju biex jappoġġa l-investiment minn intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju

Ftehimiet ippubblikati bejn (i) il-ministeru rilevanti (MINGOR jew MINFIN) u HAMAG BICRO, u bejn (ii) il-ministeru rilevanti (MINGOR jew MINFIN) u HBOR biex jipprovdu kundizzjonijiet ta’ finanzjament favorevoli għall-investimenti u l-assi tal-kapital operatorju meħtieġa biex jitwettqu l-investimenti u/jew tiżdied l-iskala tal-operazzjonijiet tal-operaturi ekonomiċi.

 

 

 

Q1

2022

Il-miżura għandha tinkoraġġixxi l-investiment minn intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju f’teknoloġiji ġodda, ix-xiri ta’ makkinarju modern, tagħmir, u ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni u tas-servizz, kif ukoll miżuri ta’ tranżizzjoni ekoloġika (bħall-adozzjoni ta’ teknoloġiji ekoloġiċi, l-introduzzjoni ta’ mudelli ta’ negozju bbażati fuq l-ekonomija ċirkolari, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika).
Din il-miżura ma għandhiex tappoġġa investimenti f’installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS).

Il-miżura għandha tinkludi erba’ strument finanzjarju:

1) mikrokrediti diretti mill-Aġenzija Kroata għall-SMEs, għan-negozji li għandhom diffikultà biex jaċċessaw self mill-banek kummerċjali, sa EUR 100 000 għall-Innovazzjoni u l-Investimenti (HAMAG BICRO). Dan l-istrument finanzjarju għandu jiġi ġestit separatament minn strumenti oħra tal-HAMAG BICRO biex jiġi żgurat li kwalunkwe fond mhux użat jew rimborżat minn dan l-istrument, permezz tar-rimborż tal-kapital, għandu jintuża għal skopijiet simili u bl-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-impatt ambjentali.

2) Self dirett mill-Bank Kroat għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (HBOR) ta’ aktar minn EUR 100 000 lil gruppi fil-mira speċifiċi bħal negozji ġodda, imprendituri żgħażagħ, imprendituri nisa, investimenti f’żoni żvantaġġati, u RŻI, li minħabba grad ogħla ta’ riskju, ma għandhomx aċċess għal finanzjament bankarju. Dan l-istrument finanzjarju għandu jiġi ġestit separatament minn strumenti oħra tal-HBOR biex jiġi żgurat li kwalunkwe fond mhux użat jew rimborżat minn dan l-istrument, permezz tar-rimborż tal-kapital, għandu jintuża għal skopijiet simili u bl-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-impatt ambjentali.


3) Is-sussidju tar-rata tal-imgħax minn HAMAG BICRO għas-self lil intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li jużaw l-istrumenti ta’ garanzija eżistenti tal-HAMAG BICRO

4) Is-sussidji tar-rati tal-imgħax minn HBOR għas-self lil intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li jużaw il-programmi ta’ self HBOR eżistenti


Għal proġetti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, huma previsti kundizzjonijiet ta’ self aktar favorevoli milli għal proġetti li ma jiffukawx fuq it-tranżizzjoni ekoloġika.

Il-kombinament ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji ma’ finanzjament minn sorsi oħra tal-UE jew nazzjonali għandu jkun permess bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm finanzjament doppju tal-investiment.

Il-politika ta’ investiment tal-erba’ strumenti finanzjarji kollha għandha tiżgura l-konformità mal-Gwida Teknika “Bla ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) ta’ tranżazzjonijiet appoġġati taħt din il-miżura permezz tal-użu ta’ verifika tas-sostenibbiltà, lista ta’ esklużjoni, u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u dik nazzjonali.

Mill-ammont totali tal-miżura:

(i) il-minimu ta’ EUR 27 898 772 għandu jiġi allokat għall-appoġġ ta’ proċessi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għall-effiċjenza fir-riżorsi fl-SMEs, bl-aspettattiva li mill-inqas EUR 11 128 934 għandhom imorru għat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra;

(ii) EUR 23 199 509 għandhom jiġu allokati biex jgħinu lill-SMEs fid-diġitalizzazzjoni tal-operazzjonijiet;

(iii) EUR 94 896 808 għandhom jiġu allokati għal investimenti mmirati lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza

17

C1.1.1. R4-I2

T

Self/sussidji tar-rati tal-imgħax mogħtija lil intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju

 

Numru

0

800

Q2

2026

L-għoti ta’ 800 self/sussidju tar-rata tal-imgħax minn HAMAG BICRO lil impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju skont il-politika ta’ investiment u l-kriterji ta’ eliġibbiltà definiti fl-objettiv intermedju #16.

18

C1.1.1. R4-I2

T

Self/sussidji tar-rati tal-imgħax mogħtija lil intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju

 

Numru

0

500

Q2

2026

L-għoti ta’ 500 self/sussidju tar-rata tal-imgħax minn HBOR lil impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju skont il-politika ta’ investiment u l-kriterji ta’ eliġibbiltà definiti fl-objettiv intermedju #16.

19

C1.1.1. R4-I3

M

L-istabbiliment ta’ strument finanzjarju biex jappoġġa l-investiment minn kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u kumpaniji kbar.

Ftehim bejn il-ministeru kompetenti (MINGOR jew MINFIN) u HBOR biex jipprovdu kundizzjonijiet u garanziji ta’ finanzjament favorevoli (ta’ inċentiv) għall-investimenti u l-kapital operatorju meħtieġa biex isiru l-investimenti u/jew tiżdied l-iskala tal-attività ekonomika ppubblikata.

 

 

 

Q1

2022

Għandu jiġi stabbilit fond ta’ garanzija kumplessiv ġdid, li jimmira lejn intrapriżi b’kapitalizzazzjoni medja u intrapriżi kbar, biex jinħarġu garanziji għal self ta’ investiment u self ta’ kapital operatorju meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ investimenti u t-tkabbir ta’ kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u entitajiet kbar. L-allokazzjoni totali għall-fond ta’ garanzija kumplessiv għandha tammonta għal EUR 79 633 685
Kwalunkwe fond mhux użat jew rimborżat minn dan l-istrument, permezz tar-rimborż tal-kapital, għandu jintuża għal skop simili u bl-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-impatt ambjentali.

Għandu jiġi stabbilit fond ta’ sussidji fuq l-imgħax fuq self mogħti u tariffi/primjums maħruġa fuq kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u entitajiet kbar, b’allokazzjoni totali ta’ EUR 26 544 562, biex jiġi stimulat investiment ġdid u t-tkabbir tan-negozju.


Il-miżuri proposti jinkludu kooperazzjoni ma’ intermedjarji finanzjarji (banek u kumpaniji tal-kiri) biex jinkiseb effett ta’ “inklużjoni fis-settur privat”.

Iż-żewġ strumenti finanzjarji għandhom jiżguraw konformità mal-Gwida Teknika “Bla ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) ta’ tranżazzjonijiet appoġġati taħt din il-miżura permezz tal-użu ta’ verifika tas-sostenibbiltà, lista ta’ esklużjoni, u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u dik nazzjonali.

Din il-miżura ma għandhiex tappoġġa investimenti f’installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS).

Il-benefiċjarji li jkunu kisbu aktar minn 10 % tad-dħul tagħhom matul is-sena finanzjarja preċedenti minn attivitajiet jew assi fil-lista ta’ esklużjoni għandhom jadottaw u jippubblikaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni ekoloġiċi.

Mill-ammont totali tal-miżura:

(i) il-minimu ta’ EUR 26 544 562 għandu jiġi allokat għall-appoġġ ta’ proċessi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għall-effiċjenza fir-riżorsi fl-intrapriżi b’kapitalizzazzjoni medja u fl-intrapriżi kbar , bl-aspettattiva li mill-inqas EUR 10 617 824 għandhom imorru għat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra;

(ii) EUR 79 633 685 għandhom jiġu allokati għal investimenti mmirati lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza

20

C1.1.1. R4-I3

T

Għadd ta’ proġetti appoġġati għal kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u intrapriżi kbar

 

Numru

0

150

Q2

2026

Mill-inqas 150 proġett (li jammontaw għal mill-inqas EUR 331 807 021) ta’ kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u entitajiet kbar appoġġati minn garanziji/sussidji mill-RRF tal-fond ta’ garanzija għall-investimenti u l-fondi ta’ ħidma għal proġetti skont il-politika ta’ investiment u l-kriterji ta’ eliġibbiltà taħt l-objettiv intermedju rilevanti

21

C1.1.1. R4-I4

M

L-istabbiliment ta’ strument finanzjarju għal finanzjament aktar favorevoli ta’ entitajiet pubbliċi

Ftehim bejn il-ministeru kompetenti (MINGOR jew MINFIN) u HBOR li fih kriterji ta’ eliġibbiltà u kompatibbiltà għall-attivitajiet u l-benefiċjarji tal-miżuri

 

 

 

Q2

2022

Appoġġ finanzjarju lil kumpaniji u istituzzjonijiet proprjetà tal-Istat jew unitajiet tal-gvern lokali, reġjonali u reġjonali b’kundizzjonijiet favorevoli biex jistimulaw l-investiment (i) fl-infrastruttura ekonomika, muniċipali, tat-trasport u soċjali meħtieġa, u (ii) investimenti f’teknoloġiji u sistemi ġodda meħtieġa biex tiżdied l-effiċjenza tal-entitajiet tas-settur pubbliku, bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi u titnaqqas l-ispiża tal-finanzjament tas-settur pubbliku.
Il-miżura għandha tinkludi wkoll investimenti fi proġetti ta’ tranżizzjoni ekoloġika tas-settur pubbliku, bħall-adozzjoni ta’ teknoloġiji ekoloġiċi, l-introduzzjoni ta’ mudelli ta’ negozju tal-ekonomija ċirkolari, sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika.

L-istrumenti finanzjarji għandhom jiżguraw konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) tal-benefiċjarji appoġġati taħt din il-miżura permezz tal-użu ta’ verifika tas-sostenibbiltà, ir-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u dik nazzjonali, u r-rekwiżit għall-benefiċjarji li jkunu kisbu aktar minn 10 % tad-dħul tagħhom matul is-sena finanzjarja preċedenti minn attivitajiet jew assi fil-lista ta’ esklużjoni biex jadottaw u jippubblikaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni ekoloġiċi.

Din il-miżura ma għandhiex tappoġġa investimenti f’installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema tal-UE għan-negozjar ta’ kwoti ta' emissjonijiet (ETS).

Mill-ammont totali tal-miżura:

(i) il-minimu ta’ EUR 7 963 368 għandu jkollu l-għan li jappoġġa l-proġetti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bl-eċċezjoni ta’ mill-inqas EUR 3 185 347 li għandhom imorru għat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra; (ii) EUR 18 581 193 għandhom jiġu allokati għal investimenti mmirati lejn it-tisħiħ tas-sostenibbiltà u l-kwalità tal-infrastruttura. Dan it-tqassim ta’ fondi għandu jiġi definit kemm fil-kuntratt HBOR kif ukoll fil-kuntratti ma’ intermedjarji finanzjarji (banek u kumpaniji ta’ lokazzjoni)

22

C1.1.1. R4-I4

T

Krediti mogħtija għal proġetti tas-settur pubbliku

 

Numru

0

132 722 808

Q2

2026

L-għoti ta’ mill-inqas EUR 132 722 808 ta’ self issussidjat minn HBOR għal proġetti tas-settur pubbliku skont il-politika ta’ investiment u l-kriterji ta’ eliġibbiltà taħt l-objettiv intermedju #21.

23

C1.1.1. R5-I1

M

Il-ħolqien ta’ strument ta’ finanzjament ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità (PE)

Il-Ftehim ippubblikat bejn il-ministeru kompetenti (MINGOR jew MINFIN) u HBOR għal investimenti fil-fondi tal-VC, iż-żieda ta’ fondi eżistenti tal-PE żviluppati f’kooperazzjoni mal-FEI u/jew l-iżvilupp ta’ fondi ġodda u/jew koinvestimenti

 

 

 

Q4

2022

Bħala parti mill-kooperazzjoni eżistenti mal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), HBOR għandu jistabbilixxi strument finanzjarju bl-għan li jżid jew jilħaq id-daqs massimu tal-fondi ta’ ekwità privata u ta’ kapital ta’ riskju attivi fis-suq Kroat u jistabbilixxi fondi u/jew koinvestimenti ġodda.
Il-fondi ta’ ekwità privata u ta’ kapital ta’ riskju għandhom jiġu stabbiliti bil-parteċipazzjoni ta’ 30 % tal-investituri privati fir-rigward tad-daqs fil-mira tal-fond individwali.

L-istrumenti finanzjarji għandhom jiżguraw konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) tal-benefiċjarji appoġġati taħt din il-miżura permezz tal-użu ta’ verifika tas-sostenibbiltà, ir-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u dik nazzjonali, u r-rekwiżit għall-benefiċjarji li jkunu kisbu aktar minn 10 % tad-dħul tagħhom matul is-sena finanzjarja preċedenti minn attivitajiet jew assi fil-lista ta’ esklużjoni biex jadottaw u jippubblikaw il-pjan ta’ tranżizzjoni ekoloġiku.

Din il-miżura ma għandhiex tappoġġa investimenti f’installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS).

L-attivitajiet kollha huma diretti lejn proġetti “finanzjarjament vijabbli”, li l-vijabbiltà finanzjarja tagħhom hija ddeterminata minn kumpaniji ta’ ġestjoni ta’ fondi f’konformità mal-politiki ta’ investiment stabbiliti mill-FEI u l-HBOR. Fl-implimentazzjoni tal-investiment, HBOR għandu jiżgura li r-riżorsi jintużaw skont il-limiti deskritti fid-deskrizzjoni tal-miżura kif ukoll il-lista ta’ “esklużjoni” deskritta fl-FI għall-SMEs, il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u l-entitajiet kbar.

24

C1.1.1. R5-I1

T

L-investimenti magħmula fi strumenti ta’ ekwità u kważi ekwità

 

Numru

0

29 862 632

Q2

2026

Investiment ta’ EUR 29 862 632 li jsir f’fondi ta’ PE u VE, ta’ ekwità u/jew kważi ekwità jew koinvestimenti ma’ fondi, kollha f’konformità mal-politika ta’ investiment u l-kriterji ta’ eliġibbiltà definiti taħt l-objettiv intermedju rilevanti #23.

25

C1.1.1. R6

M

Emendi għall-qafas legali

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Midja Elettronika u l-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati

 

 

 

Q2

2022

L-emendi fl-Att dwar il-Midja Elettronika u l-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati għandhom jappoġġaw lin-negozji fil-qasam tal-industriji kulturali u kreattivi fl-adattament tan-negozji tagħhom għas-suq uniku diġitali u l-qafas regolatorju l-ġdid tal-UE u tal-Kroazja, filwaqt li jsaħħu l-kapaċità li jadattaw għal kundizzjonijiet kummerċjali ġodda u jinbidlu fihom malajr, jiksbu l-kompetittività u jisfruttaw il-potenzjal tas-suq.

26

C1.1.1. R6-I1

T

L-investimenti fit-trasformazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetittività tal-industriji kulturali u kreattivi

 

Numru

0

100

Q2

2026

Mill-inqas 100 miżura ta’ appoġġ mogħtija lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u lil persuni ġuridiċi u fiżiċi oħra (fil-qasam tal-industriji kulturali u kreattivi li jkopru l-arkitettura, l-attivitajiet awdjoviżivi inklużi l-logħob tal-kompjuter, il-midja, il-patrimonju, id-disinn, l-arti tal-ispettaklu, il-kotba u l-pubblikazzjonijiet, u l-arti applikata u viżiva) biex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jadattaw għall-qafas regolatorju u leġiżlattiv il-ġdid tas-Suq Uniku Diġitali u biex joħolqu, jippromwovu u jiddistribwixxu prodotti u servizzi innovattivi ġodda.

27

C1.1.1. R6-I2

M

L-istabbiliment ta’ sistema għall-verifika tal-fatti

Sistema fis-seħħ ta’ verifika tal-fatti

 

 

 

Q2

2026

Sabiex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni, sistema ta’ verifika tal-fatti tal-midja għandha titwaqqaf mill-Aġenzija tal-Midja Elettronika, inkluż l-iżvilupp ta’ proċeduri u regoli, il-ħolqien ta’ reġistri u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ kompetenza diġitali tal-verifikaturi tal-fatti, kif ukoll l-iżvilupp ta’ programmi teknoloġiċi, pjattaformi u sistemi ta’ komunikazzjoni tal-midja, u l-ħolqien ta’ bażi tad-data.
L-Aġenzija tal-Midja Elettronika għandha tistabbilixxi bażi tad-
data u s-sistema ta’ divulgazzjoni tal-istrutturi tas-sjieda u tas-sorsi ta’ finanzjament, inkluż il-ħolqien ta’ reġistru ta’ entitajiet marbutin b’obbligu u l-forniment tal-prekundizzjonijiet tekniċi kollha meħtieġa biex il-mezzi tax-xandir kollha jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom b’mod sempliċi u effiċjenti.

28

C1.1.2. R1

M

L-emendar u s-supplimentar tal-qafas legali għall-inċentiv tat-taxxa R&Ż

Dħul fis-seħħ tal-Att li jemenda l-Att dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-proġetti ta’ riċerka u żvilupp

 

 

 

Q4

2024

Bil-ħsieb li jiżdied l-għadd ta’ intrapriżi li jinvestu fir-R&Ż u jiżdied l-investiment privat fir-R&Ż, għandhom jidħlu fis-seħħ emendi għall-qafas legali għall-inċentiva tat-taxxa R&Ż. L-emendi fl-Att dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom isiru abbażi tar-riżultati tal-analiżi mwettqa dwar l-adegwatezza u l-effettività tas-sistema attwali ta’ inċentivi tat-taxxa u għandhom jinvolvu l-partijiet ikkonċernati rilevanti, b’mod partikolari l-MFIN u l-Amministrazzjoni tat-Taxxa. Il-MINGOR għandu jħejji emendi legali u jissottomettihom għall-proċedura parlamentari.

29

C1.1.2. R2-I2

T

Appoġġ lill-SMEs biex itejbu l-kapaċità ta’ ġestjoni

 

Numru

0

150

Q4

2025

Mill-inqas 150 intrapriża żgħira u ta’ daqs medju għandhom jirċievu appoġġ ta’ konsulenza kummerċjali biex itejbu l-pjanijiet tan-negozju tagħhom, il-kapaċità ta’ ġestjoni tagħhom jew il-mentoraġġ u l-ikkowċjar tan-negozju individwali taħt il-programm “Investiment fil-kapaċità ta’ ġestjoni tal-SMEs” bil-ħsieb li tittejjeb il-kapaċità ta’ ġestjoni tal-SMEs.

30

C1.1.2. R2-I3

T

L-għoti ta’ appoġġ biex jiġi stimulat it-tkabbir ta’ negozji ġodda f’setturi ta’ teknoloġija u għarfien għoljin

 

Numru

0

141

Q2

2025

L-għoti ta’ għajnuna wara evalwazzjonijiet għal proposti ta’ proġetti taħt is-sejħa għal “għajnuna biex tibda negozju mhux ripagabbli” bl-għan li jiġi stimulat it-tkabbir ta’ negozji ġodda fil-fażi prekummerċjali fis-setturi tat-teknoloġija għolja u tal-għarfien permezz ta’ appoġġ għall-iżvilupp tal-prodott, iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni u t-tħejjija għall-investiment b’mill-inqas 141 negozju ġdid li jibbenefikaw mill-għajnuna mogħtija.

31

C1.1.2. R2-I4

T

L-appoġġ għat-tkabbir ta’ negozji ġodda permezz tal-istabbiliment ta’ programm aċċelleratur.

 

Numru

0

120

Q2

2026

Il-programm Aċċelleratur għandu jżid it-tħejjija għall-investiment u jappoġġa t-tkabbir tan-negozji ġodda. L-objettiv tal-programm huwa li jkun hemm rata ta’ sopravivenza ta’ tliet snin ogħla minn 70 fil-mija fost il-parteċipanti li jlestu ċ-ċiklu ta’ aċċellerazzjoni. L-għajnuna għandha tingħata lil mill-inqas 120 negozju ġdid permezz tal-programm aċċelleratur

32

C1.1.2. R2-I5

T

Appoġġ għal proġetti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-innovazzjoni

 

Numru

0

95

Q4

2024

L-għoti ta’ għajnuna lil mill-inqas 95 intrapriża żgħira u medja bi proġetti ta’ innovazzjoni maturi (b’Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika 7 jew ogħla) għall-kummerċjalizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni tagħhom relatati ma’ prodott innovattiv imnedija fis-suq domestiku.
L-objettiv tal-investiment huwa li jħeġġeġ il-kummerċjalizzazzjoni ta’ proġetti ta’ innovazzjoni għal proġetti maturi qrib id-dħul fis-suq; jżid l-esportazzjonijiet ta’ prodotti, servizzi jew teknoloġiji innovattivi mill-SMEs billi jappoġġa l-ħolqien ta’ kanali ta’ bejgħ u d-distribuzzjoni fis-swieq barranin.

33

C1.1.2. R3-I2

T

L-għoti ta’ appoġġ fil-forma ta’ vouchers

 

Numru

0

9 954 211

Q2

2026

Mill-inqas 500 SME li jibbenefikaw minn vouchers ta’ appoġġ ta’ EUR 9 954 211 (HRK 75 000 000) għad-diġitalizzazzjoni. Il-vouchers għandhom jiġu pprovduti wara evalwazzjoni għall-proposti tal-proġetti taħt is-sejħa “vouchers diġitali”, u jistgħu jintużaw biex jgħinu lill-impjegati jtejbu l-ħiliet diġitali, inklużi l-ħiliet relatati mat-teknoloġiji cloud, jittestjaw is-sostenibbiltà tal-ideat u l-istrateġiji tad-disinn għal trasformazzjoni diġitali possibbli, jiksbu servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni diġitali, iżidu ċ-ċibersigurtà billi jintroduċu kontrolli tas-sigurtà tas-sistema jew għall-iżvilupp jew jniedu prodotti u servizzi diġitali kumplessi

34

C1.1.2. R3-I3

T

L-għoti ta’ appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tal-SMEs Kroati

 

Numru

0

27 340 899

Q2

2026

L-għoti ta’ appoġġ wara l-evalwazzjoni għall-proposti ta’ proġetti taħt is-sejħa għall-“Appoġġ ta’ Għotjiet għad-Diġitalizzazzjoni” bil-għan li jiġu appoġġati t-trasformazzjonijiet diġitali tal-SMEs Kroati billi jingħata appoġġ finanzjarju għall-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali, u mill-inqas 160 SME jibbenefikaw mill-appoġġ allokat.
Proġett ta’ diġitalizzazzjoni tan-negozju eliġibbli għandu jinkludi dan li ġej: (i) l-introduzzjoni ta’ mod ġdid ta’ kif isir in-negozju; u (ii) titjib verifikabbli f’termini ta’ kapaċitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew opzjonijiet ta’ konsenja jew prattiki kummerċjali. Il-proġett għandu jinvolvi element ta’ innovazzjoni u riskju u ma għandux jiffoka fuq bidliet operattivi ta’ rutina jew aġġustamenti tan-negozju minħabba bidliet fir-regolamenti.

Il-benefiċjarji tal-appoġġ għandhom juru li l-proġetti appoġġati ma għandhomx iżidu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’każ li l-investiment ikun marbut ma’ żieda fil-kapaċitajiet tas-servers jew kwalunkwe tip ieħor ta’ tagħmir li jikkonsma aktar enerġija mit-tagħmir eżistenti. Dan jista’ jintwera permezz ta’ pjanijiet ta’ xiri ta’ enerġija rinnovabbli, krediti ta’ emissjonijiet jew mezzi oħra.

35

C1.1.2. R4-I1

T

L-istabbiliment ta’ Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej (EDIH)

 

Numru

0

3

Q4

2025

Mill-inqas tliet Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej (EDIH) stabbiliti u operazzjonali, li jipprovdu servizzi lill-SMEs fl-oqsma ta’ (i) l-ittestjar qabel l-investiment, (ii) l-iżviluppi tal-ħiliet u t-taħriġ, (iii) l-aċċess għall-finanzi u (iv) in-networking u l-iżvilupp ta’ ekosistemi innovattivi.



   B. KOMPONENT 1.2: TRANŻIZZJONI TAL-ENERĠIJA GĦAL EKONOMIJA SOSTENIBBLI

L-objettiv ta’ dan il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li jiffaċilita d-dekarbonizzazzjoni tas-setturi tal-enerġija u tat-trasport, inkluż l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi, u jikkontribwixxi għall-kisba tal-mira tal-2030 tas-sehem ta’ 36,6 % ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li ġie stabbilit mill-Pjan Nazzjonali Kroat għall-Enerġija u l-Klima (NECP) u li jilħaq il-kontribut tal-Kroazja għall-mira tal-effiċjenza fl-enerġija tal-UE ta’ 32,5 % sal-2030. Għandu wkoll l-għan li jikkontribwixxi għal miri ogħla, b’14 %, mis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport sal-2030. Ir-riformi fil-komponent għandhom jikkonsistu f’inizjattivi leġiżlattivi biex (i) jitneħħew l-ostakli u l-proċeduri amministrattivi li jrażżnu l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; (ii) tiġi finalizzata ċ-ċertifikazzjoni tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass; u (iii) jiġi promoss l-użu ta’ fjuwils alternattivi fit-trasport, inklużi l-idroġenu u l-bijokarburanti avvanzati.

Ir-riformi u l-investimenti tal-komponent huma mistennija li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika u biex tintlaħaq il-mira klimatika billi jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-setturi tal-enerġija u tat-trasport, f’konformità mal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima.

Dawn l-investimenti u r-riformi għandhom jikkontribwixxu biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Kroazja dwar il-ħtieġa li “l-politika relatata mal-investiment tiġi ffukata fuq [...] l-effiċjenza enerġetika, is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli” (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 3, 2019) u li “l-investiment jiġi ffukat fuq it-tranżizzjoni ekoloġika [...], b’mod partikolari fuq [...] il-produzzjoni u l-użu tal-enerġiji nodfa u effiċjenti” (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 3, 2020).

B.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C.1.2.R1, Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija

L-għan tar-riforma huwa li tiffaċilita d-dekarbonizzazzjoni tas-setturi tal-enerġija u tat-trasport u li tappoġġa l-kontribut nazzjonali għall-mira tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni. Ir-riforma għandha tinkludi:

-Emendi leġiżlattivi għall-Att dwar is-Suq tal-Elettriku u l-Att dwar il-Koġenerazzjoni b’Effiċjenza Għolja biex jittaffew l-ostakli regolatorji u amministrattivi li jillimitaw l-iżvilupp ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli, abbażi tar-riżultati ta’ analiżi bir-reqqa dwar l-ostaklu eżistenti u wara konsultazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ sistema bbażata fuq primjums għall-appoġġ tal-investiment f’sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

-Emendi leġiżlattivi għall-Att dwar l-Assi tal-Istat biex titlesta s-separazzjoni tal-attivitajiet ta’ trażmissjoni fis-suq tal-gass. L-emendi għandhom jisseparaw is-superviżjoni tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass (TSO) tal-Istat minn attivitajiet ta’ provvista u produzzjoni tal-Istat, bħala prekundizzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tat-TSO mir-regolatur nazzjonali tal-enerġija.

-L-adozzjoni ta’ Att ġdid dwar il-Fjuwils Alternattivi fit-Trasport biex jinħoloq qafas leġiżlattiv għall-użu ta’ fjuwils alternattivi fis-settur tat-trasport u jiġu promossi l-produzzjoni u l-użu ta’ bijokarburanti avvanzati u l-idroġenu fit-trasport. L-istrateġija għall-iżvilupp tal-idroġenu għandha tiġi żviluppata, biex jiġu definiti l-miri tal-2030 għall-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku fil-Kroazja.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C1.2.R1-I1, Ir-rivitalizzazzjoni, il-bini u d-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija u appoġġ lill-infrastruttura għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jappoġġa l-elettrifikazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija, billi jaġġorna u jiddiġitalizza n-network tal-elettriku tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-Kroazja. Dan huwa mistenni li jippermetti l-ħolqien ta’ kapaċità rinnovabbli ġdida, konnessjoni aħjar tan-network tan-Nofsinhar, kif ukoll il-konnessjoni ta’ sitt gżejjer mal-grilja kontinentali, sabiex jinfetaħ il-potenzjal tagħhom għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u jiġi żgurat li l-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli jkun jista’ jgħaddi min-Nofsinhar tal-Kroazja, fejn jistgħu jintużaw ħafna sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, lejn it-Tramuntana, fejn il-biċċa l-kbira tal-elettriku jiġi kkunsmat. Dan l-investiment huwa previst li jikkontribwixxi direttament għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment ta’ 10 snin mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, Hrvatski operator prijenosnog sustava d.o.o. (HOPS), li jiffoka fuq l-aktar elementi essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema u jinħolqu prekundizzjonijiet għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli. L-investiment għandu jinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

-L-aġġornament ta’ 550 km ta’ network b’vultaġġ għoli (220/110 kV), għandu jippermetti l-konnessjoni ta’ kapaċità ta’ 1 500 MW ta’ provvista ta’ enerġija rinnovabbli (RES) mal-grilja.

-It-titjib tal-kejbils taħt il-baħar li jgħaqqdu sitt gżejjer ewlenin mal-kontinent (Krk, Cres, Lošinj, Brač, Hvar u Korčula).

-Il-modernizzazzjoni tas-sistema ta’ distribuzzjoni, inkluż ix-xiri u l-użu ta’ 40 000 arloġġ tad-dawl intelliġenti u l-iżvilupp ta’ “grilja intelliġenti”.

-il-kostruzzjoni ta’ ħażna ġdida tal-enerġija (20 MW).

Dawn l-investimenti għandhom jiġu implimentati mill-operatur Kroat tas-sistema tat-trażmissjoni tal-elettriku (HOPS) u mill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku (HEP-ODS).

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.2.R1-I2, It-trawwim tal-effiċjenza enerġetika, is-sħana u l-enerġija rinnovabbli għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jiġu dekarbonizzati s-sistemi tat-tisħin distrettwali u tiżdied l-effiċjenza enerġetika fil-proċessi tal-produzzjoni industrijali, filwaqt li jiżdied l-użu ta’ sorsi rinnovabbli. Dan l-investiment għandu jinkludi żewġ sottomiżuri:

-L-enerġija ġeotermali għat-tisħin distrettwali – din is-sottomiżura għandha tinkludi l-iżvilupp ta’ dokumentazzjoni tal-proġett, u t-tħaffir esploratorju sabiex titnieda l-enerġija ġeotermali għat-tisħin distrettwali f’sitt muniċipalitajiet. Din il-miżura ma tipprevedix appoġġ għal sistemi ta’ tisħin distrettwali li jużaw sorsi ta’ enerġija fossili u lanqas għal investimenti f’installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS).

-L-introduzzjoni ta’ skema ta’ appoġġ biex jingħata appoġġ għall-investiment lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u kbar, biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika fil-proċessi tal-produzzjoni industrijali tal-industrija tal-manifattura li tuża ħafna enerġija. Aktar minn 50 kumpanija huma mistennija li jibbenefikaw minn dan l-appoġġ.

Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La taħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu fit-termini ta’ referenza għal sejħiet futuri għal proġetti għandhom jeskludu attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS) li jiksbu projezzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li mhumiex sostanzjalment taħt il-punti ta’ riferiment rilevanti. It-termini ta’ referenza għandhom jirrikjedu wkoll li jistgħu jintgħażlu biss attivitajiet li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u tal-UE rilevanti, b’enfasi fuq l-appoġġ għal proċessi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għall-effiċjenza fir-riżorsi fl-SMEs (u l-intrapriżi l-kbar).

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.2.R1-I3, L-użu tal-idroġenu u tat-teknoloġiji ġodda

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jtejjeb l-użu tal-idroġenu u teknoloġiji ġodda fil-Kroazja, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra (GHG) fis-settur tat-trasport u fl-industrija.

Dan l-investiment għandu jinkludi tliet attivitajiet distinti:

-Il-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli bil-bini ta’ kapaċità ta’ elettrolizzatur ta’ mill-inqas 10 MW. Dan l-investiment għandu jiġi implimentat minn INA -Industrija nafte d.d. u għandu jkun kompletament konformi mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-UE.

-L-użu ta’ infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli għat-trasport permezz tal-bini ta’ sitt stazzjonijiet għall-mili bl-idroġenu. Din il-miżura għandha tiġi implimentata permezz ta’ sejħa kompetittiva għall-offerti, skedata li titnieda sal-31 ta’ Diċembru 2022.

-Il-kostruzzjoni ta’ faċilità għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju, b’kapaċità ta’ ħżin ta’ 190 000 t ta’ CO2/fis-sena, permezz tal-installazzjoni tas-sustanzi kimiċi tal-UE ETS Petrokemija Kutina.

Dan l-investiment huwa mistenni li jirriżulta fi tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-installazzjoni ta’ Petrokemija sostanzjalment taħt il-parametru referenzjarju stabbilit għaliha bħala installazzjoni tal-ETS. Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni teknoloġika, u lanqas xi tip ta’ faċilitajiet u tagħmir ingranati lejn l-applikazzjoni tal-irkupru assistit taż-żejt (EOR) u ż-żieda fil-produzzjoni taż-żejt. Għandha tingħata attenzjoni li kwalunkwe estrazzjoni possibbli taż-żejt jew tal-gass tkun limitata għall-ħtiġijiet indispensabbli tal-ġestjoni tal-pressjoni u l-iżgurar tas-sikurezza tas-siti tal-ħżin u kwalunkwe estrazzjoni bħal din li għandha ssir biss jekk tkun indispensabbli biex jiġi żgurat il-ħżin sikur tas-CO2. Is-CO2 bi kwalunkwe żejt jew gass li jista’ jiġi estratt għandu jiġi sseparat u jingħata lura għall-ħżin permanenti.

Huwa mistenni li din il-miżura ma tagħmilx ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżura u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.2.R1-I4, Il-bijoraffinerija għall-produzzjoni tal-bijokarburanti avvanzati Sisak

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jżid is-sehem tas-sorsi rinnovabbli fit-trasport, u li jappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport, billi joħloq kapaċità ta’ produzzjoni għall-bijokarburanti avvanzati.

L-investiment, implimentat mill-kumpanija taż-żejt INA d.d., għandu jikkonsisti fil-bini u t-tħaddim ta’ faċilità ta’ bijoraffinerija, b’kapaċità ta’ produzzjoni annwali ta’ 55 000 tunnellata ta’ bijoetanol avvanzat, kif ukoll il-bini ta’ faċilità għall-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (CCS) b’kapaċità ta’ ħżin annwali ta’ 52 000 tunnellata ta’ CO2.

Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni teknoloġika, u lanqas xi tip ta’ faċilitajiet u tagħmir ingranati lejn l-applikazzjoni tal-irkupru assistit taż-żejt (EOR) u ż-żieda fil-produzzjoni taż-żejt. Għandha tingħata attenzjoni li kwalunkwe estrazzjoni possibbli taż-żejt jew tal-gass tkun limitata għall-ħtiġijiet indispensabbli tal-ġestjoni tal-pressjoni u l-iżgurar tas-sikurezza tas-siti tal-ħżin u kwalunkwe estrazzjoni bħal din li għandha ssir biss jekk tkun indispensabbli biex jiġi żgurat il-ħżin sikur tas-CO2. Is-CO2 bi kwalunkwe żejt jew gass li jista’ jiġi estratt għandu jiġi sseparat u jingħata lura għall-ħżin permanenti.

Huwa mistenni li din il-miżura ma tagħmilx ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżura u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

B.2.    Objettivi intermedji, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju / Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Żmien

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Għan

Q

Sena

36

C1.2. R1

M

Il-pubblikazzjoni ta’ dokument ta’ valutazzjoni b’rakkomandazzjonijiet biex jonqsu l-ostakli u l-proċeduri amministrattivi li jrażżnu l-użu akbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

Il-pubblikazzjoni ta’ dokument ta’ valutazzjoni mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli

 

 

 

Q2

2022

Id-dokument għandu jipprovdi valutazzjoni u rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri ta’ politika li għandu jkollhom l-għan li jtaffu l-ostakli u l-proċeduri amministrattivi li jrażżnu użu akbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. L-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll miżuri li jippromwovu l-awtokonsum rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.

37

C1.2. R1

M

Id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni u/jew regolament biex jittejjeb l-użu tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluża l-introduzzjoni ta’ sistema bbażata fuq primjums għall-appoġġ ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni u/jew regolament

 

 

 

Q4

2022

L-att dwar is-Suq tal-Elettriku Rivedut u l-Att dwar il-Koġenerazzjoni b’Effiċjenza Għolja għandhom itaffu l-ostakli u l-proċeduri amministrattivi li jillimitaw użu akbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi miżuri li jippromwovu l-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. Sistema bbażata fuq primjums għall-appoġġ ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli se tkun kompletament operattiva.

38

C1.2. R1

M

Id-dħul fis-seħħ tal-Att li jemenda l-Att dwar l-Assi tal-Istat, li għandu jipprovdi bażi ġuridika għas-separazzjoni sħiħa tal-ġestjoni tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass (Plinacro) mill-attivitajiet ta’ produzzjoni u provvista tal-Istat.

Dħul fis-seħħ tal-Att li jemenda l-Att dwar l-Assi tal-Istat

 

 

 

Q4

2023

L-att li jemenda l-Att dwar l-Assi tal-Istat għandu jipprovdi l-bażi legali għaċ-ċertifikazzjoni tal-Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-gass, Plinacro.

39

C1.2. R1-I1

M

Mogħti permess tal-bini għall-aġġornament tan-network b’vultaġġ għoli

Il-permess tal-bini mogħti mill-Ministeru tal-Ippjanar Fiżiku, il-Kostruzzjoni u l-Assi tal-Istat

 

 

 

Q2

2023

Permess tal-bini mogħti, wara skrinjar u/jew valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, imwettq skont l-għanijiet ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Għandha tingħata evidenza li l-proġett ma għandux effett sinifikanti fuq l-integrità tas-siti Natura 2 000 ikkonċernati.

40

C1.2. R1-I1

T

Tlesta it-titjib ta’ kejbils ta’ taħt l-art li jgħaqqdu sitt gżejjer mal-grilja kontinentali

 

Numru

0

6

Q2

2024

Mill-inqas sitt gżejjer għandu jkollhom konnessjoni tal-elettriku tan-network mal-kontinent aġġornata (il-gżejjer ippjanati huma Krk, Cres, Lošinj, Brač, Hvar u Korčula). L-investiment se jinkludi s-sostituzzjoni ta’ kejbils antiki ta’ taħt il-baħar b’kejbils ġodda li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent

41

C1.2. R1-I1

T

Tlesta l-aġġornament tan-network b’vultaġġ għoli (220/110 kV)

Tlesta t-titjib tan-network ta’ vultaġġ għoli u vultaġġ medju (220/110 kV)

km

0

300

Q3

2024

Mill-inqas 300 km ta’ linja tal-elettriku b’vultaġġ għoli ġiet aġġornata, li għandha ssaħħaħ il-konnessjonijiet mal-grilja, u toħloq prekundizzjonijiet għall-istabbilizzazzjoni tas-sistema u għall-isfruttar tal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli fin-Nofsinhar tal-Kroazja.
Huwa mistenni li din il-miżura ma tagħmel l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

42

C1.2. R1-I1

T

Kapaċità tal-RES addizzjonali ta’ 1 500 MW konnessa mal-grilja.

 

Numru

0

1 500

Q4

2024

Mill-inqas 1 500 MW ta’ kapaċità installata ġdida ta’ RES tkun konnessa mal-grilja sa tmiem l-2024.

43

C1.2. R1-I1

T

Għadd ta’ konsumaturi ġodda konnessi mal-grilja intelliġenti

 

Numru

0

40 000

Q4

2024

Ġew installati mill-inqas 40 000 arloġġ tad-dawl intelliġenti u l-konsumaturi ġodda huma konnessi ma’ grilja intelliġenti.

44

C1.2. R1-I1

T

Tlesta l-aġġornament tan-network b’vultaġġ għoli (220/110 kV)

Tlesta t-titjib tan-network ta’ vultaġġ għoli u vultaġġ medju (220/110 kV)

km

0

550

Q2

2026

Mill-inqas 550 km ta’ linja tal-elettriku b’vultaġġ għoli ġiet aġġornata, li għandha ssaħħaħ il-konnessjonijiet mal-grilja, u toħloq prekundizzjonijiet għall-istabbilizzazzjoni tas-sistema u għall-isfruttar tal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli fin-Nofsinhar tal-Kroazja.
Huwa mistenni li din il-miżura ma tagħmel l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

45

C1.2. R1-I2

M

L-adozzjoni tal-Programm għall-Effiċjenza Enerġetika mill-Gvern biex jiġi dekarbonizzat is-settur tal-enerġija.

Dħul fis-seħħ tal-Programm għall-Effiċjenza Enerġetika għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija, żviluppat mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli

 

 

 

Q3

2021

Il-programm tal-effiċjenza enerġetika għandu jiddefinixxi l-oqsma ta’ investiment fl-effiċjenza enerġetika u s-sistemi ta’ tisħin distrettwali, inklużi l-prijoritajiet ta’ investiment sal-2030. L-ippjanar tal-investiment għandu jinkludi l-modernizzazzjoni tas-sistemi tat-tisħin distrettwali u l-industriji li jużaw ħafna enerġija, b’enfasi fuq l-effiċjenza enerġetika u l-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli.
Il-programm se jkun allinjat mal-aġġornament ippjanat tal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima, li se jispeċifika mira ogħla għas-sehem ta’ sorsi rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, inklużi miżuri speċifiċi.

46

C1.2. R1-I2

T

L-għadd ta’ kumpaniji li jirċievu appoġġ għall-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-industrija

 

Numru

0

50

Q4

2021

Mal-50 kuntratt mogħtija lill-kumpaniji benefiċjarji, wara sejħa għall-offerti pubblika għall-appoġġ ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u miżuri ta’ effiċjenza enerġetika f’intrapriżi żgħar, ta’ daqs medju u kbar.
Il-kuntratti għandhom jinkludu miżuri għat-titjib tal-proċessi ta’ produzzjoni fl-industriji tal-manifattura u li jikkorrispondu għall-oqsma ta’ intervent għall-intraċċar tal-klima [024 - L-effiċjenza enerġetika u proġetti ta’ dimostrazzjoni fl-SMEs u miżuri ta’ appoġġ u 024bis - Proġetti ta’ effiċjenza enerġetika u ta’ dimostrazzjoni f’intrapriżi kbar u l-miżuri ta’ appoġġ] tal-Anness VI/VII] u għandhom jirrispettaw il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

B’mod partikolari, l-implimentazzjoni ta’ miżuri dwar l-effiċjenza enerġetika u/jew l-enerġija rinnovabbli għandha twassal għal tnaqqis minimu ta’ 20 % fil-konsum tal-enerġija fil-faċilitajiet tal-produzzjoni. Għar-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini li jakkumpanja l-faċilità tal-produzzjoni, li huwa esklussivament marbut mal-proċessi industrijali jew tal-produzzjoni, l-implimentazzjoni tal-miżuri għandha twassal għal tnaqqis minimu ta’ 40 % fil-konsum tal-enerġija.

Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-lista ta’ attivitajiet għandhom jiġu esklużi mill-miżuri stipulati fil-kuntratti: (i) attivitajiet relatati mal-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream[1]; (ii) attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti[2]; (iii) attivitajiet relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi[3] u impjanti tat-trattament mekkaniku u bijoloġiku[4]; u (iv) attivitajiet fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent. It-termini ta’ referenza għandhom jeħtieġu wkoll li fil-kuntratti jistgħu jiġu stipulati biss attivitajiet li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u tal-UE rilevanti.

47

C1.2. R1-I2

T

Kuntratti ffirmati għall-esplorazzjoni tal-potenzjal ġeotermali fit-tisħin distrettwali

 

Numru

0

8

Q4

2024

Wara sejħa għall-offerti pubblika, se jiġu ffirmati mill-inqas sitt kuntratti ta’ xogħol għall-esplorazzjoni tal-potenzjal ġeotermali fit-tisħin distrettwali.
Abbażi tal-valutazzjoni inizjali ta’ disa’ lokazzjonijiet li għandhom jitħejjew mill-Aġenzija Kroata għall-Idrokarburi, il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jniedi sejħa miftuħa għall-offerti għal sitt lokazzjonijiet għall-esplorazzjoni ta’ ilmijiet ġeotermali għal finijiet ta’ tisħin distrettwali. Is-sejħa għall-offerti se tinkludi sitt kuntratti ta’ ħidma preparatorja għall-implimentazzjoni ta’ sitt proġetti ġeotermali inkluża l-analiżi taż-żona fejn jinsabu l-potenzjali ġeotermali, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe żona b’potenzjal taż-żejt, u l-inklużjoni tagħhom fil-pjanijiet spazjali, l-iżvilupp ta’ Studju Strateġiku dwar l-Impatt Ambjentali tal-attivitajiet ġeotermali fil-parti Kroata tal-Baċir Pannonjan, l-attivitajiet ġeotermali mmirati biex jevalwaw il-potenzjal ta’ żona delineata permezz ta’ stħarriġ ġeofiżiku. Se jiġu ffirmati żewġ kuntratti addizzjonali għal xogħlijiet ta’ tħaffir fi bjar ġeotermali (it-tħaffir ta’ bir ġeotermali f’kull wieħed miż-żewġ postijiet magħżula minn sitt lokazzjonijiet).

Huwa mistenni li din il-miżura ma tagħmel l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01). L-attivitajiet kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma kif inkorporata fil-liġi Kroata.

Il-proġett mhu se jinkludi l-ebda esplorazzjoni jew estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass. Ma għandu jkun hemm l-ebda tagħmir mixtri jew użat għal skopijiet bħal dawn

Għandu jiġi żgurat li ma jkunx hemm ħruġ ta’ metan. Għandu jiġi żgurat ukoll li t-tħaffir ġeotermali ma jkollu l-ebda impatt dannuż fuq l-iskarsezza tal-ilma u l-kwalità tal-ilma.

Din il-miżura ma tipprevedix appoġġ għal sistemi ta’ tisħin distrettwali li jużaw sorsi ta’ enerġija fossili u lanqas għal investimenti f’installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS).

48

C1.2. R1-I2

M

Ir-riżultati tal-potenzjal ġeotermali għat-tisħin ditrettwali huma disponibbli għall-pubbliku.

Ir-riżultati ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Idrokarburi Kroata

 

 

 

Q4

2025

Ir-riżultati tal-attivitajiet esploratorji għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Idrokarburi. Id-dokumentazzjoni u l-analiżi rilevanti kollha se jiġu kondiviżi mal-muniċipalitajiet benefiċjarji.

49

C1.2. R1-I3

M

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Karburanti Alternattivi tat-Trasport

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Fjuwils Alternattivi għat-Trasport

 

 

 

Q3

2021

Sat-tielet semestru tal-2021, jkun daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Fjuwils Alternattivi tat-Trasport u f’konformità mal-acquis tal-UE. L-att għandu jippromwovi l-produzzjoni u l-użu tal-bijokarburanti/tal-idroġenu avvanzati fit-trasport.

50

C1.2. R1-I3

M

Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Idroġenu

Dħul fis-seħħ tal-Istrateġija għall-Idroġenu għall-Kroazja

 

 

 

Q1

2022

L-istrateġija għall-Iżvilupp tal-Idroġenu għandha tinkludi miri kwantifikati dwar il-potenzjal tal-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku sal-2030, abbażi tal-elettroliżi. L-istrateġija għandha b’mod partikolari telabora dwar ir-rwol potenzjali tal-idroġenu ekoloġiku fid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport.

51

C1.2. R1-I3

T

Kapaċità tal-produzzjoni tal-idroġenu ġdida installata

 

MW

0

10

Q2

2025

Installazzjoni ġdida mibnija u operattiva, li tinstalla 10MW ta’ kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija tal-idroġenu, bl-elettroliżi.
Il-proġett għandu jikkonforma mal-annessi rilevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni, (UE) (C (2021) 2800 final) li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852.

B’mod partikolari, il-bini ta’ elettrolizzatur tal-idroġenu b’network tat-trasport għandu jippermetti l-produzzjoni u t-trażmissjoni ta’ 100 % ta’ idroġenu rinnovabbli pur.

L-investiment se jkun konformi mar-regoli settorjali dwar il-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku mal-elettriku mill-grilja, biex jiġi żgurat li l-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku ma jżidx l-emissjonijiet tas-CO
2.

52

C1.2. R1-I3

M

Sejħa għall-offerti pubbliċi mnedija għal kapaċità addizzjonali tal-idroġenu

 

 

 

1

Q2

2026

Sejħa pubblika għall-offerti mnedija għall-kostruzzjoni tal-installazzjoni li għandha tinstalla l-kapaċità ta’ 20 MW għall-produzzjoni tal-enerġija mill-idroġenu, bl-elettroliżi.

53

C1.2. R1-I3

T

Inbnew mill-inqas sitt stazzjonijiet għall-mili bl-idroġenu għall-karozzi, x-xarabanks u l-vetturi heavy-duty

 

Numru

0

6

Q2

2026

Sat-tieni trimestru tal-2026 se jkunu nbnew mill-inqas sitt stazzjonijiet għall-mili bl-idroġenu għall-karozzi, x-xarabanks u l-vetturi heavy-duty. Il-bottiljaturi se jibbażaw fuq mill-inqas 100 kg ta’ idroġenu, bil-potenzjal li jżidu l-kapaċità jekk ikun meħtieġ.

54

C1.2. R1-I3

M

Investiment pilota għall-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju (CCS) ikkompletat u kompletament operattiv b’kapaċità ta’ 190 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena

 

Numru

0

1

Q2

2026

Il-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju (CCS) se jkun jinsab ħdejn installazzjoni industrijali petrokimika f’Kutina. Se jkollu kapaċità ta’ 190 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena, b’total ta’ 5 miljun tunnellata ta’ CO2 li għandhom jinħażnu.
Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni teknoloġika, u lanqas xi tip ta’ faċilità u tagħmir ingranat lejn l-applikazzjoni tal-irkupru assistit taż-żejt (EOR) u ż-żieda fil-produzzjoni taż-żejt. Kwalunkwe estrazzjoni possibbli taż-żejt jew tal-gass tkun limitata għall-ħtiġijiet indispensabbli tal-ġestjoni tal-pressjoni u l-iżgurar tas-sikurezza tas-siti tal-ħżin u kwalunkwe estrazzjoni bħal din li għandha ssir biss jekk tkun indispensabbli biex jiġi żgurat il-ħżin sikur tas-CO
2. Is-CO2 bi kwalunkwe żejt jew gass li jista’ jiġi estratt irid jiġi sseparat u jingħata lura għall-ħżin permanenti.
Kriterji għall-ħżin ġeoloġiku permanenti taħt l-art tas-CO
2
• Il-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni tal-kumpless tal-ħżin potenzjali u taż-żona tal-madwar, jew l-esplorazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2009/31/KE jitwettqu sabiex jiġi stabbilit jekk il-formazzjoni ġeoloġika hijiex adattata għall-użu bħala sit tal-ħżin tas-CO
2.
• Għall-operat ta’ siti ġeoloġiċi taħt l-art għall-ħżin tas-CO
2, inklużi l-obbligi ta’ għeluq u ta’ wara l-għeluq:
a) jiġu implimentati sistemi xierqa ta’ individwazzjoni ta’ tnixxijiet sabiex jiġi evitat ir-rilaxx waqt it-tħaddim;

b) pjan ta’ monitoraġġ tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni, tal-kumpless tal-ħżin, u, fejn xieraq, tal-ambjent tal-madwar, b’rapporti regolari vverifikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

Għall-esplorazzjoni u l-operat ta’ siti tal-ħżin fl-Unjoni, l-attività tikkonforma mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għall-esplorazzjoni u l-operat ta’ siti tal-ħżin f’pajjiżi terzi, l-attività tikkonforma mal-ISO 27914: 2017 għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO
2.

55

C1.2. R1-I4

M

Adottat il-pjan għall-produzzjoni u l-użu tal-bijokarburanti fit-trasport

Dħul fis-seħħ tal-Pjan u l-programm għall-produzzjoni u l-użu tal-bijokarburanti fit-trasport

 

 

 

Q4

2023

Il-pjan għall-produzzjoni u l-użu tal-bijokarburanti fit-trasport għandu jidħol fis-seħħ. Il-pjan għandu jistabbilixxi politika li tippromwovi l-produzzjoni u l-użu ta’ bijokarburanti avvanzati fit-trasport fir-Repubblika tal-Kroazja. Il-pjan għandu jinkludi rieżami u valutazzjoni kontinwi tal-Istat tas-suq tal-bijokarburanti, mudelli ta’ negozju ġodda, partijiet interessati, miżuri għall-promozzjoni ta’ żieda fil-produzzjoni u l-użu ta’ bijokarburanti avanzati fit-trasport.

56

C1.2. R1-I4

M

Permess ta’ kostruzzjoni mogħti għall-kostruzzjoni ta’ bijoraffineriji u investiment pilota fil-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju (CCS)

Permess tal-bini maħruġ mill-Ministeru tal-Kostruzzjoni

 

 

 

Q4

2024

Ingħata permess tal-bini, wara valutazzjoni tal-impatt ambjentali u studju tal-fattibbiltà għal bijoraffinerija u l-qbid tal-karbonju u investiment fil-ħżin ġeoloġiku, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji sismiċi. Il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali għandha titwettaq f’konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA skont id-Direttiva 2011/92/UE u bi skrinjar u/jew valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Għandha tingħata evidenza li l-proġett ma għandux effett sinifikanti fuq l-integrità tas-siti Natura 2 000 ikkonċernati.

57

C1.2. R1-I4

T

Bijoraffinerija mibnija u operattiva

 

Numru

0

1

Q2

2026

Il-bini u l-operat ta bijoraffinerija, b’kapaċità ta’ produzzjoni annwali ta’ 55 000 tunnellata bijoetanol avvanzat.
Huwa mistenni li din il-miżura ma tagħmel l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01). Għandha tingħata evidenza li l-proġett ma għandux effett sinifikanti fuq it-tniġġis tal-arja, it-tniġġis tal-ħamrija u l-bijodiversità (minħabba l-kultivazzjoni intensiva tal-Miscanthus).

58

C1.2. R1-I4

T

Investiment pilota għall-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju (CCS) ikkompletat u kompletament operattiv b’kapaċità ta’ 52 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena

 

Numru

0

1

Q2

2026

Il-proġett tal-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju (CCS) tlesta u jopera b’kapaċità ta’ ħżin annwali ta’ 52 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena. Se jsir ħdejn il-faċilità tal-bijoraffinerija, b’kapaċità totali ta’ ħżin ta’ 6 miljun tunnellata ta’ CO2.
Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni teknoloġika, u lanqas xi tip ta’ faċilità u tagħmir ingranat lejn l-applikazzjoni tal-irkupru assistit taż-żejt (EOR) u ż-żieda fil-produzzjoni taż-żejt. Kwalunkwe estrazzjoni possibbli taż-żejt jew tal-gass tkun limitata għall-ħtiġijiet indispensabbli tal-ġestjoni tal-pressjoni u l-iżgurar tas-sikurezza tas-siti tal-ħżin u kwalunkwe estrazzjoni bħal din li għandha ssir biss jekk tkun indispensabbli biex jiġi żgurat il-ħżin sikur tas-CO
2. Is-CO2 bi kwalunkwe żejt jew gass li jista’ jiġi estratt irid jiġi sseparat u jingħata lura għall-ħżin permanenti.
Kriterji għall-ħżin ġeoloġiku permanenti taħt l-art tas-CO
2
• Il-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni tal-kumpless tal-ħżin potenzjali u taż-żona tal-madwar, jew l-esplorazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2009/31/KE jitwettqu sabiex jiġi stabbilit jekk il-formazzjoni ġeoloġika hijiex adattata għall-użu bħala sit tal-ħżin tas-CO
2.
• Għall-operat ta’ siti ġeoloġiċi taħt l-art għall-ħżin tas-CO
2, inklużi l-obbligi ta’ għeluq u ta’ wara l-għeluq:
a) jiġu implimentati sistemi xierqa ta’ individwazzjoni ta’ tnixxijiet sabiex jiġi evitat ir-rilaxx waqt it-tħaddim;

b) pjan ta’ monitoraġġ tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni, tal-kumpless tal-ħżin, u, fejn xieraq, tal-ambjent tal-madwar, b’rapporti regolari vverifikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

Għall-esplorazzjoni u l-operat ta’ siti tal-ħżin fl-Unjoni, l-attività għandha tikkonforma mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għall-esplorazzjoni u l-operat ta’ siti tal-ħżin f’pajjiżi terzi, l-attività għandha tikkonforma mal-ISO 27914: 2017 għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO
2.

   C. KOMPONENT 1.3: IT-TITJIB TAL-ĠESTJONI TAL-ILMA U L-ĠESTJONI TAL-ISKART

L-għan ta’ dan il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li jikkontribwixxi għall-preservazzjoni ambjentali, il-preservazzjoni tal-bijodiversità u l-adattament għall-klima, u b’hekk joħloq kundizzjonijiet għat-tisħiħ tar-reżiljenza ekoloġika, soċjali u ekonomika.

L-investimenti ppjanati taħt il-komponent 1.3 għandhom l-għan li jnaqqsu d-distakk fl-investiment fis-setturi tal-ilma u l-ġestjoni tal-iskart stmati għal kważi 7 % tal-PDG tal-Kroazja għall-2019. L-investimenti għandhom jiġu appoġġati minn riformi li jikkonsolidaw is-settur tal-ilma u jtejbu l-ġestjoni tal-ilma madwar il-Kroazja. Barra minn hekk, għandhom jiġu adottati leġiżlazzjoni ġdida dwar l-iskart u pjanijiet għall-ġestjoni tal-iskart biex tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari.

Dawn l-investimenti u r-riformi għandhom jikkontribwixxu biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Kroazja fl-2019 u l-2020, dwar il-ħtieġa li “l-politika relatata mal-investiment tiġi ffukata fuq [...] l-infrastruttura ambjentali, filwaqt li jitqiesu d-disparitajiet reġjonali” (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 3, 2019) u li “l-investiment jiġi ffukat fuq it-tranżizzjoni ekoloġika [...], b’mod partikolari fuq l-infrastruttura ambjentali” (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 3, 2020).

C.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C1.3 R1, L-implimentazzjoni tal-programm tal-ġestjoni tal-ilma

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li tindirizza l-frammentazzjoni tal-fornituri pubbliċi tal-ilma fil-Kroazja. Hija għandha l-għan li tikkonsolida u tnaqqas l-għadd ta’ fornituri tal-ilma, sabiex ittejjeb l-effiċjenza u l-governanza tagħhom. Din ir-riforma għandha tintroduċi sistema ta’ valutazzjoni komparattiva għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-prestazzjoni operattiva u finanzjarja tal-fornituri tas-servizzi tal-ilma u tikkontribwixxi għat-titjib tas-sostenibbiltà fit-tul tal-investimenti fl-infrastruttura.

Din ir-riforma għandha tiġi implimentata permezz tad-dħul fis-seħħ ta’ emendi għal erba’ liġijiet sekondarji:

-ir-Regolament dwar l-Oqsma ta’ Servizzi,

-ir-Regolament dwar l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-operaturi tal-ilma, inkluż l-istabbiliment ta’ sistema ta’ valutazzjoni komparattiva

-ir-Regolament dwar il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-ipprezzar tas-servizzi tal-ilma, u

-ir-Regolament dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi tal-ilma.

Ir-riforma għandha tinkludi l-iżvilupp ta’ programm ta’ investiment pluriennali għall-infrastruttura tal-ilma u tal-ilma mormi biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni koerenti tal-investimenti C1.3 R1-I1 u C1.3 R1-I2, kif ukoll il-komplementarjetajiet ma’ finanzjament ieħor tal-UE.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C.1.3 R1-I1 Programm pubbliku għall-iżvilupp tad-drenaġġ

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li jiġu rinnovati u riabilitati 775 km ta’ networks pubbliċi tad-drenaġġ; u l-bini u t-tħaddim ta’ 12-il impjant tat-trattament tal-ilma mormi, bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess għal trattament xieraq tal-ilma mormi għal 12 % addizzjonali tal-popolazzjoni.

L-investiment għandu jiffinanzja ż-żewġ sottomiżuri li ġejjin:

-It-titjib tal-infrastruttura tad-drenaġġ pubbliku, inkluż ix-xiri ta’ tagħmir, l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-kontroll u ta’ informazzjoni ġeografika u s-superviżjoni tax-xogħlijiet. Il-finanzjament għandu jiġi pprovdut mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza b’mod konġunt mal-benefiċjarji tal-proġett, il-Ministeru kompetenti u l-kumpanija nazzjonali tal-ilma, il-Croatian Waters.

-Titjib għal partijiet immirati tas-sistema tad-drenaġġ, inklużi l-estensjoni u r-rikostruzzjoni ta’ partijiet min-network tad-drenaġġ. Parti mill-finanzjament għandu jiġi allokat speċifikament għall-iżvilupp ta’ żoni rurali, fejn il-kwalità tal-provvista tas-servizz tal-ilma għadha lura meta mqabbla mal-medja nazzjonali. Il-finanzjament għandu jiġi pprovdut mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza b’mod konġunt mal-benefiċjarji u l-Croatian Waters.

Dan l-investiment għandu jiġi implimentat permezz ta’ għotjiet lill-muniċipalitajiet, filwaqt li tingħata prijorità lil proġetti maturi. Il-programm ta’ investiment għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ilma u tal-ilma mormi (ir-riforma C1.3 R1) għandu jiddetermina l-prijorità tal-proġetti u l-użu ta’ kwalunkwe finanzjament ieħor, inkluż mill-programmi tal-Unjoni.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C.1.3 R1-I2 Programm ta’ żvilupp għall-provvista pubblika tal-ilma

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jinkisbu r-rinnovazzjoni u r-riabilitazzjoni ta’ 956 km ta’ networks pubbliċi tal-provvista tal-ilma fil-Kroazja, sabiex jitjieb il-forniment tal-ilma tax-xorb u jitnaqqas it-telf tal-ilma. L-investiment għandu jinkludi li l-526 sit għall-estrazzjoni tal-ilma jiġu mgħammra bit-tagħmir meħtieġ biex jiġu żgurati t-traċċar u l-użu razzjonali tar-riżorsi tal-ilma. Dan l-investiment huwa previst biex jiġi stabbilit aċċess għall-ilma tax-xorb permezz tat-titjib tas-sistemi pubbliċi tal-provvista tal-ilma għal madwar 45 000 persuna, filwaqt li jitnaqqas it-telf tal-ilma fis-sistemi pubbliċi tal-provvista tal-ilma appoġġati mill-RRF b’25 %. Fil-livell nazzjonali, it-telf tal-ilma għandu jitnaqqas b’7 %.

Dan l-investiment jikkonsisti f’żewġ sottomiżuri:

-Ix-xiri u l-installazzjoni ta’ apparat ta’ metering għall-astrazzjonijiet tal-ilma. Il-finanzjament għandu jiġi pprovdut mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza b’mod konġunt mal-Croatian Waters.

-L-iżvilupp ta’ provvista tal-ilma fil-Kroazja, inkluża r-riabilitazzjoni tan-networks tal-provvista tal-ilma f’żoni rurali, muntanjużi u demografiċi żvantaġġati. Il-finanzjament għandu jiġi pprovdut mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza b’mod konġunt mal-benefiċjarji u l-Croatian Waters.

Dan l-investiment għandu jiġi implimentat permezz ta’ għotjiet lill-muniċipalitajiet. Il-programm ta’ investiment għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ilma u tal-ilma mormi definit fir-riforma C1.3 R1 għandu jiddetermina l-prijorità tal-proġetti u l-użu ta’ kwalunkwe finanzjament ieħor, inkluż mill-programmi tal-Unjoni.

L-investiment jikkonsisti fil-bini ta’ sistemi ta’ provvista tal-ilma tax-xorb b’konsum medju tal-enerġija ta’ ≤ 0,5 kWh jew Indiċi tat-Tnixxija Infrastrutturali (ILI) ta’ ≤ 1,5, u fir-rinnovazzjoni tas-sistemi eżistenti tal-provvista tal-ilma tax-xorb biex jitnaqqas il-konsum medju tal-enerġija b’aktar minn 20 % jew biex titnaqqas it-tnixxija b’aktar minn 20 %.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C.1.3 R1-I3 Programm għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jittejbu l-miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għargħar għal 20 000 abitant tal-Kroazja, tingħata prijorità lil soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura billi tingħata ħajja ġdida lill-mogħdijiet tal-ilma, jiġu konnessi valvi konnetturi abbandunati u jinħolqu ħabitats sekondarji tal-art mistagħdra, kif ukoll jitneħħew l-ispeċijiet invażivi.

Dan l-investiment għandu jinkludi żewġ sottomiżuri:

-Il-programm għat-tnaqqis tar-riskju ta’ għargħar se jiffoka fuq it-tnaqqis tar-riskji ta’ għargħar tal-akbar xmajjar Kroati tal-baċin tax-Xmara tad-Danubju. Il-miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għargħar se jinvolvu imbankmenti difensivi b’żoni ta’ tagħriq wiesgħa tul il-mogħdijiet tal-ilma, f’konformità ma’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-prinċipju li jingħata “spazju lix-xmajjar”.

-Ir-rivitalizzazzjoni tas-sistemi tal-ilma ħelu, inkluż ir-riġenerazzjoni u l-protezzjoni taż-żona tax-xmara Mirna, il-Lag Vransko u l-Lag Trakoscan, kif ukoll it-tneħħija ta’ speċijiet invażivi fin-Neretva Delta protetta.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C1.3 R2. – L-implimentazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-iskart.

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jinħoloq qafas legali ġdid biex jiġu ffaċilitati l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart, sabiex titħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Ir-riforma għandha tinkludi d-dħul fis-seħħ tal-Att il-ġdid dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart, bil-ħsieb li jitnaqqas is-sehem tal-iskart muniċipali mħallat u l-introduzzjoni tal-approċċ tal-ekomodulazzjoni għall-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur (EPR).

Din ir-riforma għandha tinkludi l-adozzjoni ta’ żewġ pjanijiet għall-ġesttjoni tal-iskart għall-perjodi 2017-2022 u 2023-2029.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Investiment C1.3 R2-I1 – Programm għat-tnaqqis tar-rimi tal-iskart

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa biex jitnaqqas ir-rimi fil-miżbliet u jiġi promoss ir-riċiklaġġ, inkluż il-kostruzzjoni u t-tagħmir ta’ faċilitajiet ta’ separazzjoni għal skart muniċipali miġbur separatament, faċilitajiet għal bijoskart miġbur separatament, siti ta’ kumdità ċivika u impjanti għar-riċiklaġġ għall-iskart tal-kostruzzjoni u l-istabbiliment ta’ ċentri tal-użu mill-ġdid. Dan l-investiment huwa mistenni li jnaqqas il-proporzjon ta’ skart muniċipali li jintbagħat fil-miżbliet bi 30 % sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Dan l-investiment għandu jiġi implimentat permezz ta’ għotjiet lil muniċipalitajiet u kumpaniji permezz ta’ sejħa miftuħa għall-offerti u bil-prijoritizzazzjoni ta’ proġetti maturi, filwaqt li l-programm ta’ investiment għall-infrastruttura ta’ ġbir separat u ta’ riċiklaġġ definit fir-riforma C1.3 R2 għandu jiddetermina l-użu ta’ kwalunkwe finanzjament ieħor, inkluż mill-programmi tal-Unjoni. 

Is-sejħa se tkun ġestita mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Fond għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Effiċjenza Enerġetika, u l-finanzjament għandu jiġi pprovdut mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza b’mod konġunt mal-muniċipalitajiet benefiċjarji.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C.1.3 R2-I2 – Programm ta’ riabilitazzjoni tal-miżbliet magħluqa u s-siti kontaminati bi skart perikoluż

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa r-riabilitazzjoni ta’ għaxar miżbliet magħluqa fil-Kontea ta’ Istrija, il-Kontea ta’ Lika-Senj, il-Kontea ta’ Šibenik-Knin u l-Kontea ta’ Koprivnica-Križevačka, sabiex jiġi evitat aktar tniġġis tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma. Il-programm ta’ rimedju għandu jinkludi azzjonijiet għat-tneħħija u t-trattament tal-iskart u r-riabilitazzjoni tal-ħamrija, kif ukoll ir-rimedjar ta’ siti kontaminati bi skart perikoluż, f’konformità mal-kriterji tad-Direttiva 1999/31/KE,

Dan l-investiment għandu jiġi implimentat permezz ta’ għotjiet lil muniċipalitajiet li huma responsabbli għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-miżbliet permezz ta’ sejħa miftuħa. Is-sejħa se tkun ġestita mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Fond għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Effiċjenza Enerġetika, u l-finanzjament għandu jiġi pprovdut mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza b’mod konġunt mal-muniċipalitajiet benefiċjarji.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

C.2.    Objettivi intermedji, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju / Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Żmien

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Għan

Q

Sena

59

C1.3. R1

M

L-adozzjoni tal-Programm Pluriennali għall-Bini ta’ Impjant għat-Trattament tal-ilma u tal-Ilma Urban Mormi

Il-pubblikazzjoni tal-Programm Pluriennali dwar il-Bini ta’ Impjant tal-Ilma u tal-Ilma Mormi

 

 

 

Q4

2021

Il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja għandu jadotta l-programm pluriennali dwar il-bini ta’ impjant tal-ilma u tal-ilma mormi, li għandu jkopri l-investimenti meħtieġa, inkluża l-prijoritizzazzjoni, sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi. Il-pjan għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tar-riskji u l-miżuri ta’ mitigazzjoni.

60

C1.3. R1

M

Emendi għall-qafas legali fis-settur tal-ilma

Dħul fis-seħħ ta’ erba’ emendi legali għal: i) ir-Regolament dwar l-Oqsma tas-Servizzi,
ii) ir-Regolament dwar l-Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Operaturi tal-Ilma; iii) ir-Regolament dwar

dwar il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-ipprezzar tas-servizzi tal-ilma; iv) ir-Regolament dwar kundizzjonijiet speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi tal-ilma, li se jirriformaw l-operaturi pubbliċi tal-ilma;

 

 

 

Q4

2022

Ir-Regolament dwar l-Oqsma ta’ Servizzi, ir-Regolament dwar l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-operaturi tal-ilma, ir-Regolament dwar il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-ipprezzar tas-servizzi tal-ilma, u r-Regolament dwar kundizzjonijiet speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi tal-ilma, għandhom jiġu emendati biex tinħoloq il-prekundizzjoni legali għall-konsolidazzjoni tal-operaturi tal-ilma.
Ir-Regolament dwar l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-operaturi tal-ilma għandu jinkludi wkoll il-bażi ġuridika għall-ħolqien ta’ sistema obbligatorja ta’ valutazzjoni komparattiva tal-kumpaniji tal-utilitajiet, li tkun disponibbli għall-pubbliku, kif ukoll biex jiġi żgurat li tal-anqas is-sommarji tar-rapporti awditjati annwali tal-kumpaniji tal-utilitajiet ikunu disponibbli għall-pubbliku.

61

C1.3. R1

T

L-integrazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-ilma

 

Numru

200

40

Q4

2023

L-integrazzjoni ta’ 200 fornitur pubbliku eżistenti f’40, skont il-prinċipju ta’ fornitur tal-ilma wieħed għal kull żona ta’ servizz

62

C1.3. R1

T

Tnaqqis fit-telf fis-sistemi pubbliċi tal-provvista tal-ilma

 

% (Perċentwal)

44

37

Q2

2026

It-tnaqqis tat-telf b’mill-inqas 7 % fil-livell nazzjonali jirreferi għat-tnaqqis bħala perċentwal tat-telf fis-sistemi pubbliċi tal-provvista tal-ilma appoġġjat minn investimenti taħt l-RRF.

63

C1.3. R1-I1

T

Inbena, jew inbena mill-ġdid network pubbliku tad-drenaġġ

 

Numru

0

115

Q2

2022

Inbena, jew inbena mill-ġdid mill-inqas 115 km ta’ network pubbliku tad-drenaġġ (drenaġġ)
L-investiment għandu jiżgura l-konformità mad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi f’oqsma ta’ suġġetti, f’konformità mal-Programm Pluriennali dwar il-Bini ta’ Impjant tal-Ilma u tal-Ilma Mormi.

64

C1.3. R1-I1

T

Kuntratti ta’ xogħlijiet konklużi għal proġetti ta’ infrastruttura tal-ilma mormi

 

Numru

0

60

Q4

2023

Għandhom jiġu ffirmati mill-inqas 60 kuntratt ta’ xogħlijiet għal proġetti tal-infrastruttura tal-ilma mormi relatati ma’ kuntratti li għandhom jingħataw sa tmiem l-2023.
Il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali għandha titwettaq f’konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE u bi skrinjar u/jew valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Għandha tingħata evidenza li l-proġett ma għandux effett sinifikanti fuq l-integrità tas-siti Natura 2000 ikkonċernati.

65

C1.3. R1-I1

T

Impjanti tat-trattament tal-ilma mormi mibnija u operattivi

 

Numru

0

12

Q4

2025

Mill-inqas 12-il impjant tat-trattament tal-ilma mormi għandhom jiġu aġġornati jew mibnija u mħaddma.
L-investiment se jiżgura l-konformità mad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi f’oqsma ta’ suġġetti, f’konformità mal-Programm Pluriennali dwar il-Bini ta’ Impjant tal-Ilma u tal-Ilma Mormi.

66

C1.3. R1-I1

T

Inbena, jew inbena mill-ġdid network pubbliku tad-drenaġġ

 

Numru

0

775

Q4

2025

Inbena, jew inbena mill-ġdid mill-inqas 775 km ta’ network pubbliku tad-drenaġġ (drenaġġ)
L-investiment għandu jiżgura l-konformità mad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi f’oqsma ta’ suġġetti, f’konformità mal-Bini ta’ Impjant tal-Ilma u tal-Ilma Mormi.

67

C1.3. R1-I1

T

Il-popolazzjoni li tibbenefika minn aċċess imtejjeb għal sistema mtejba tat-trattament tal-ilma mormi

 

Numru

0

200 000

Q2

2026

L-għadd ta’ abitanti li l-ilma mormi tagħhom jintefa’ f’impjant tat-trattament tal-ilma mormi permezz ta’ binjiet tal-ilma bħala riżultat taż-żieda fil-kapaċità (estensjoni) tas-sistema ta’ ġbir u trattament tal-ilma mormi mibnija/assigurata mill-proġett. Dan jirreferi għal popolazzjoni li qabel ma kinitx imqabbda ma’ sistema pubblika tad-drenaġġ jew li l-ilma mormi tagħha ma ġiex ittrattat fil-livell xieraq. Tinkludi wkoll żieda fil-livell tat-trattament tal-ilma mormi. L-indikatur jirreferi għall-popolazzjoni reali (u mhux potenzjali) konnessa mas-sistema tat-trattament tal-ilma mormi.

68

C1.3. R1-I2

T

Inbena, jew inbena mill-ġdid network pubbliku għall-provvista tal-ilma

 

Numru

0

226

Q2

2022

Inbena, jew inbena mill-ġdid mill-inqas 226 km ta’ network pubbliku għall-provvista tal-ilma.
L-investiment jikkonsisti fil-bini ta’ sistemi ta’ provvista tal-ilma tax-xorb b’konsum medju tal-enerġija ta’ ≤ 0,5 kWh jew Indiċi tat-Tnixxija Infrastrutturali (ILI) ta’ ≤ 1,5, u fir-rinnovazzjoni tas-sistemi eżistenti tal-provvista tal-ilma tax-xorb biex jitnaqqas il-konsum medju tal-enerġija b’aktar minn 20 % jew biex titnaqqas it-tnixxija b’aktar minn 20 %.

69

C1.3. R1-I2

T

Tagħmir għall-metering tal-ilma installat fis-siti tal-astrazzjoni tal-ilma

 

Numru

0

526

Q4

2022

Mill-inqas 526 apparat tal-metering installati fis-siti tal-astrazzjoni tal-ilma, għall-kejl tal-kwantitajiet tal-ilma

70

C1.3. R1-I2

T

Kuntratti ta’ xogħlijiet konklużi għal proġetti tal-provvista tal-ilma

 

Numru

0

100

Q4

2023

L-għadd ta’ kuntratti tax-xogħlijiet iffirmati għall-proġetti bbażati fuq l-ilma jirreferi għall-kuntratti li għandhom jingħataw sa tmiem l-2023.
Il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali għandha titwettaq f’konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE u bi skrinjar u/jew valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Għandha tingħata evidenza li l-proġett ma għandux effett sinifikanti fuq l-integrità tas-siti Natura 2 000 ikkonċernati.

71

C1.3. R1-I2

T

Inbena, jew inbena mill-ġdid network pubbliku għall-provvista tal-ilma

 

Numru

0

673

Q4

2023

Inbena, jew inbena mill-ġdid mill-inqas 673 km ta’ network pubbliku għall-provvista tal-ilma.
L-investiment jikkonsisti fil-bini ta’ sistemi ta’ provvista tal-ilma tax-xorb b’konsum medju tal-enerġija ta’ ≤ 0,5 kWh jew Indiċi tat-Tnixxija Infrastrutturali (ILI) ta’ ≤ 1,5, u fir-rinnovazzjoni tas-sistemi eżistenti tal-provvista tal-ilma tax-xorb biex jitnaqqas il-konsum medju tal-enerġija b’aktar minn 20 % jew biex titnaqqas it-tnixxija b’aktar minn 20 %.

72

C1.3. R1-I2

T

Inbena, jew inbena mill-ġdid network pubbliku għall-provvista tal-ilma

 

Numru

0

956

Q4

2025

Inbena, jew inbena mill-ġdid mill-inqas 956 km ta’ network pubbliku għall-provvista tal-ilma.
L-investiment jikkonsisti fil-bini ta’ sistemi ta’ provvista tal-ilma tax-xorb b’konsum medju tal-enerġija ta’ ≤ 0,5 kWh jew Indiċi tat-Tnixxija Infrastrutturali (ILI) ta’ ≤ 1,5, u fir-rinnovazzjoni tas-sistemi eżistenti tal-provvista tal-ilma tax-xorb biex jitnaqqas il-konsum medju tal-enerġija b’aktar minn 20 % jew biex titnaqqas it-tnixxija b’aktar minn 20 %.

73

C1.3. R1-I2

T

Popolazzjoni b’aċċess imtejjeb għall-provvista tal-ilma

 

Numru

0

45 000

Q2

2026

Mill-inqas 45 000 abitant għandhom jiġu fornuti bl-ilma tax-xorb permezz tal-provvista pubblika tal-ilma bħala riżultat ta’ titjib u estensjonijiet tan-network tal-provvista tal-ilma. Dan jirreferi għal popolazzjoni li qabel ma kinitx konnessa ma’ sistema pubblika tal-provvista tal-ilma jew li kellha ilma ta’ kwalità inadegwata. Jinkludi wkoll residenti bi kwalità mtejba tal-ilma tax-xorb.
L-indikatur jirreferi għall-popolazzjoni attwalment (u mhux potenzjalment) konnessa mal-provvista pubblika tal-ilma. Dan jinkludi proġetti ta’ rikostruzzjoni, iżda jeskludi proġetti relatati mal-kostruzzjoni/titjib tas-sistemi ta’ irrigazzjoni.

74

C1.3. R1-I3

T

Kuntratti ta’ xogħlijiet konklużi għal proġetti għall-protezzjoni kontra l-għargħar

 

Numru

0

20

Q4

2022

Mal-20 kuntratt ta’ xogħlijiet konklużi għal proġetti fis-settur tal-protezzjoni kontra l-għargħar relatati ma’ kuntratti li għandhom jingħataw sa tmiem l-2022.
Il-kriterji tas-sejħa għall-offerti għandhom jagħtu prijorità lill-miżuri ta’ soluzzjoni bbażati fuq in-natura u lill-infrastruttura ekoloġika. Il-kuntratti għandhom jiżguraw li l-proġetti jiġu implimentati skont l-acquis tal-UE u r-regolamenti ambjentali u l-annessi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2021)2800 final) li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852.

Huwa mistenni li din il-miżura ma tagħmel l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01). L-attivitajiet kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma kif inkorporata fil-liġi Kroata. Il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali għandha titwettaq f’konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE u bi skrinjar u/jew valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Għandha tingħata evidenza li l-proġett ma għandux effett sinifikanti fuq l-integrità tas-siti Natura 2 000 ikkonċernati.

75

C1.3. R1-I3

T

Mibnija strutturi ta’ protezzjoni mill-għargħar

 

Numru

0

13

Q4

2022

Mill-inqas 13 km ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-għargħar mibnija sabiex jipproteġu kontra l-effetti dannużi tal-ilma;

76

C1.3. R1-I3

T

Passaġġi tal-ilma rivitalizzati

 

Numru

0

2

Q4

2022

Mill-inqas 2 km ta’ kanali tal-ilma restawrati inkluż ir-rivitalizzazzjoni ta’ valvi konnetturi abbandunati, il-ġunzjoni permanenti max-xmajjar u l-valvi konnetturi u investiment fl-infrastruttura relatata

77

C1.3. R1-I3

T

Mibnija strutturi ta’ protezzjoni mill-għargħar

 

Numru

0

65

Q4

2023

Mill-inqas 65 km ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-għargħar mibnija sabiex jipproteġu kontra l-effetti dannużi tal-ilma;

78

C1.3. R1-I3

T

Passaġġi tal-ilma rivitalizzati

 

Numru

0

16

Q4

2024

Mill-inqas 16 km ta’ kanali tal-ilma restawrati inkluż ir-rivitalizzazzjoni ta’ valvi konnetturi abbandunati, il-ġunzjoni permanenti max-xmajjar u l-valvi konnetturi u investiment fl-infrastruttura relatata

79

C1.3. R1-I3

T

Mibnija strutturi ta’ protezzjoni mill-għargħar

 

Numru

0

77

Q4

2025

Mill-inqas 77 km ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-għargħar mibnija sabiex jipproteġu kontra l-effetti dannużi tal-ilma;

80

C1.3. R1-I3

T

Residenti koperti minn miżuri mtejba ta’ protezzjoni kontra l-għargħar

 

Numru

0

20 000

Q2

2026

Mill-inqas 20 000 resident li jibbenefikaw minn miżuri mtejba ta’ protezzjoni kontra l-għargħar

81

C1.3. R2

M

L-adozzjoni tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-Iskart

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar il- il-Ġestjoni tal-Iskart

 

 

 

Q3

2021

L-att il-ġdid dwar il-Ġestjoni tal-Iskart għandu jirregola l-prevenzjoni tal-iskart, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ f’konformità mal-kunċett tal-ekonomija ċirkolari u l-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-att se jinkludi miżuri speċifiċi biex jappoġġaw l-ekonomija ċirkolari, jiġifieri l-iżvilupp ta’ pjan direzzjonali tal-ekonomija ċirkolari, skemi tal-EPR u skemi ta’ “ħlas skont kemm tarmi”. L-att se jindirizza r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni tar-Rapport ta’ Twissija Bikrija tal-2018 għall-Kroazja.

82

C1.3. R2

M

Reviżjoni tal-Pjan għall-Ġestjoni tal-Iskart tar-Repubblika tal-Kroazja għall-perjodu 2017-2022

Il-pubblikazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja tal-Emendi fil-Pjan għall-Ġestjoni tal-Iskart tar-Repubblika tal-Kroazja għall-perjodu 2017-2022

 

 

 

Q4

2021

L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-Pjan Kroat Rivedut għall-Ġestjoni tal-Iskart 2017-2022 f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari il-ġdid, wara konsultazzjonijiet pubbliċi. Il-pjan rivedut għandu jispeċifika mira ta’ 50 % għar-riċiklaġġ tal-iskart, is-separazzjoni, l-użu mill-ġdid u t-tiswija sal-2022, kif ukoll mira separata għall-ġbir u r-riċiklaġġ tal-bijoskart. Għandu jinkludi wkoll miżuri speċifiċi biex tiġi promossa l-ambizzjoni tal-unitajiet lokali u reġjonali, bħall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni biex jiġi żgurat ġbir separat effettiv mis-sors, jew aspetti diġitali. Il-pjan għandu jinkludi valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali, skemi ta’ ġbir eżistenti, u valutazzjoni tad-diskrepanza fl-investiment għall-għeluq tal-miżbliet. Għandu jipprovdi lista ta’ prijoritajiet għall-investimenti ppjanati fl-iskart, il-kapaċità ta’ installazzjonijiet futuri għat-trattament tal-iskart, kif ukoll informazzjoni dwar kif se jiġu ddeterminati l-lokazzjonijiet ta’ siti futuri. Il-pjan għandu jikkunsidra wkoll l-appoġġ għall-bini tal-kapaċità għall-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali.

83

C1.3. R2

M

L-adozzjoni tal-Pjan għall-Ġestjoni tal-Iskart tar-Repubblika tal-Kroazja għall-perjodu 2023-2029

Il-pubblikazzjoni tal-Pjan Kroat għall-Ġestjoni tal-Iskart 2023-2029 fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja

 

 

 

Q4

2022

L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni tal-iskart tal-Kroazja għall-perjodu 2023-2029 flimkien mal-objettivi l-ġodda stabbiliti fl-Att dwar il-Ġestjoni tal-Iskart u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, wara konsultazzjonijiet pubbliċi. Il-pjan għandu jispeċifika mira ta’ mill-inqas 55 % għar-riċiklaġġ tal-iskart, is-separazzjoni, l-użu mill-ġdid u t-tiswija sal-2025, u mira għall-ġbir u r-riċiklaġġ tal-bijoskart.

84

C1.3. R2-I1

T

Tnaqqis fis-sehem ta’ skart muniċipali mibgħut għar-rimi (49 %)

 

% (Perċentwal)

66

49

Q4

2022

Is-sehem tal-iskart muniċipali mibgħut għar-rimi għandu jitnaqqas għal 49 % bħala riżultat ta’ investimenti fl-infrastruttura biex jitnaqqas ir-rimi fil-miżbliet, inkluż l-istabbiliment ta’ ċentri tal-użu mill-ġdid, il-bini ta’ faċilitajiet ta’ separazzjoni għal skart muniċipali miġbur separatament, il-bini ta’ faċilitajiet ta’ bijotrattament għal bijoskart miġbur separatament, il-bini u t-tagħmir ta’ siti ta’ kumditajiet ċiviċi u impjanti għar-riċiklaġġ għall-iskart tal-kostruzzjoni, l-akkwist ta’ tagħmir għall-ġbir separat ta’ frazzjonijiet utli tal-iskart muniċipali.

85

C1.3. R2-I1

T

Tnaqqis fis-sehem ta’ skart muniċipali mibgħut għar-rimi (41 %)

 

% (Perċentwal)

66

41

Q4

2024

Is-sehem tal-iskart muniċipali mibgħut għar-rimi għandu jitnaqqas għal 41 % bħala riżultat ta’ investimenti fl-infrastruttura biex jitnaqqas ir-rimi fil-miżbliet, inkluż l-istabbiliment ta’ ċentri tal-użu mill-ġdid, il-bini ta’ faċilitajiet ta’ separazzjoni għal skart muniċipali miġbur separatament, il-bini ta’ faċilitajiet ta’ bijotrattament għal bijoskart miġbur separatament, il-bini u t-tagħmir ta’ siti ta’ kumditajiet ċiviċi u impjanti għar-riċiklaġġ għall-iskart tal-kostruzzjoni, l-akkwist ta’ tagħmir għall-ġbir separat ta’ frazzjonijiet utli tal-iskart muniċipali.

86

C1.3. R2-I1

T

Inbnew faċilitajiet ta’ separazzjon

 

Numru

0

6

Q3

2025

Mill-inqas sitt faċilitajiet ta’ separazzjoni mibnija u operazzjonali fis-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart muniċipali.
Għandha tiġi pprovduta evidenza ta’ konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE

87

C1.3. R2-I1

T

Faċilitajiet mibnija għat-trattament tal-bijoskart miġbur separatament

 

Numru

0

7

Q3

2025

Mill-inqas seba’ faċilità mibnija u operazzjonali għat-trattament tal-bijoskart miġbur separatament.
Għandha tiġi pprovduta evidenza ta’ konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE.

88

C1.3. R2-I1

T

Sit funzjonali fiss/mobbli għas-separazzjoni tal-iskart

 

Numru

0

20

Q3

2025

Mill-inqas 20 sit ta’ separazzjoni tal-iskart fissi/mobbli mixtrija u mħaddma, primarjament f’muniċipalitajiet kostali u tal-gżejjer.
Għandha tiġi pprovduta evidenza ta’ konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE

89

C1.3. R2-I1

T

Tnaqqis fis-sehem ta’ skart muniċipali mibgħut għar-rimi (30 %)

 

% (Perċentwal)

66

30

Q2

2026

Is-sehem tal-iskart muniċipali mibgħut għar-rimi għandu jitnaqqas għal 30 % bħala riżultat ta’ investimenti fl-infrastruttura biex jitnaqqas ir-rimi fil-miżbliet, inkluż l-istabbiliment ta’ ċentri tal-użu mill-ġdid, il-bini ta’ faċilitajiet ta’ separazzjoni għal skart muniċipali miġbur separatament, il-bini ta’ faċilitajiet ta’ bijotrattament għal bijoskart miġbur separatament, il-bini u t-tagħmir ta’ siti ta’ kumditajiet ċiviċi u impjanti għar-riċiklaġġ għall-iskart tal-kostruzzjoni, l-akkwist ta’ tagħmir għall-ġbir separat ta’ frazzjonijiet utli tal-iskart muniċipali.

90

C1.3. R2-I2

T

Ir-riabilitazzjoni ta’ miżbliet magħluqa

 

Numru

0

10

Q2

2026

Mill-inqas 10 miżbliet/sit imnaddfa. L-investimenti għandhom ikopru r-riabilitazzjoni ta’ miżbliet magħluqa li iridu jiġu riabilitati b’tali mod li dawn is-siti jikkonformaw mal-kriterji tad-Direttiva 1999/31/KE, kif ukoll ir-riabilitazzjoni ta’ siti kontaminati bi skart perikoluż inklużi, inter alia, attivitajiet għat-tneħħija u t-trattament tal-iskart u r-riabilitazzjoni tal-ħamrija.

   D. KOMPONENT 1.4: L-IŻVILUPP TA’ SISTEMA TAT-TRASPORT KOMPETITTIVA, SOSTENIBBLI U EFFIĊJENTI FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Is-settur tat-trasport huwa wieħed mill-emittenti ewlenin tal-gassijiet b’effett ta’ serra (GHG) fil-Kroazja li kien jammonta għal 27 % tal-emissjonijiet totali fl-2018, li minnhom it-trasport bit-triq tal-passiġġieri ammonta għal 71,6 %, it-trasport bit-triq tal-merkanzija għal 24,7 %, it-trasport ferrovjarju għal 0,8 %, it-trasport marittimu u tax-xmajjar għal 2,4 % u t-traffiku tal-ajru domestiku għal 0,5 % tal-emissjonijiet. Il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti permezz ta’ investimenti f’tipi ta’ trasport ambjentalment sostenibbli, effiċjenti, innovattivi u kompetittivi, hija mistennija li jkollha rwol ewlieni fl-implimentazzjoni effettiva tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

L-objettiv ta’ dan il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li jiġi żviluppat network tat-trasport uniformi b’infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u pubbliku żviluppata u b’intermodalità bejn il-modi differenti tat-trasport, filwaqt li jiżdied is-sehem tal-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bi fjuwils alternattivi, jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-impronta ambjentali tas-settur tat-trasport, kif ukoll titrawwem il-mobbiltà sostenibbli tal-persuni u tal-merkanzija.

Dan il-komponent għandu jinkludi riformi u investimenti fil-modi kollha tat-trasport (bil-ferrovija, bit-triq, bil-baħar, bl-ajru, dak pubbliku urban u t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni) u jkopri r-reġjuni kollha tal-Kroazja.

Dawn l-investimenti u r-riformi għandhom jikkontribwixxu biex tiġi indirizzata r-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż indirizzata lill-Kroazja “dwar il-ħtieġa li jiġi ffukat l-investiment fuq it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali” (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 3, 2020) u “dwar it-trasport urban u ferrovjarju sostenibbli” (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 3, 2019).

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent mhi se tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

D.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C1.4 R1 – Ir-riforma fis-settur tat-toroq

L-objettiv tar-riforma huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi tal-kumpaniji, li l-obbligi finanzjarji jiġu allinjati mal-flussi tal-flus, li tiżdied is-sikurezza fit-toroq biex hekk titnaqqas il-mortalità fit-toroq. L-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ta’ pedaġġ stradali hija mistennija li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra billi tneħħi l-konġestjonijiet u l-postijiet perikolużi fit-toroq. Bħala parti minn din ir-riforma, il-leġiżlazzjoni li tirregola s-settur tat-toroq għandha tiġi aġġornata permezz tad-dħul fis-seħħ tal-Emenda fl-Att dwar it-Toroq.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.4 R1-I1 – Sistema elettronika ta’ pedaġġ

L-objettiv tal-investiment huwa li tiġi introdotta sistema elettronika ġdida ta’ pedaġġ sabiex tittejjeb is-sistema ta’ pedaġġ għall-awtostradi mħaddma mill-Croatian Motorways Ltd., fejn l-utenti għandhom jitħallew jivvjaġġaw mingħajr ma jkollhom għalfejn jieqfu fl-istazzjonijiet tal-pedaġġ, li huwa mistenni li jkollu impatt pożittiv fuq il-konġestjoni fit-toroq, il-protezzjoni ambjentali u s-sikurezza fit-toroq. L-investiment għandu jinkludi miżuri biex jiġu indirizzati l-problemi tekniċi li jirriżultaw mill-obsolexxenza tas-sistema ta’ pedaġġ tal-lum u biex is-sistema l-ġdida ta’ pedaġġ issir interoperabbli ma’ sistemi elettroniċi eżistenti ta’ pedaġġ fl-UE.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.4 R1-I2 – Titjib fis-sistema tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità fil-qasam tal-mobbiltà

L-investiment għandu l-għan li jagħmilha aktar veloċi u aktar faċli għall-persuni b’diżabbiltà li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fil-qasam tal-mobbiltà billi jintroduċi dokument uniku għall-persuni b’diżabbiltà li jippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet kollha tal-mobbiltà, jissimplifika l-ambjent amministrattiv għall-utenti finali tas-servizzi pubbliċi diġitali fil-qasam tal-mobbiltà u jtejjeb l-aċċess għas-servizzi pubbliċi diġitali għall-persuni b’diżabbiltà. L-investiment għandu wkoll l-għan li jtejjeb il-protezzjoni tad-data personali tal-utenti u li jarmonizza l-prattiki tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jaffettwaw id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità fil-qasam tal-mobbiltà. L-investiment huwa mistenni li jippermetti lill-istituzzjonijiet tal-Istat jimmonitorjaw b’mod aktar faċli u komprensiv id-drittijiet miksuba u jiżgura aċċess pubbliku effiċjenti għad-data kollha. L-investiment huwa mistenni li jnaqqas l-ispejjeż tax-xogħol tal-impjegati fis-servizzi statali u lokali b’minn 15 % sa 35 %.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C1.4 R1-I3 – Sistema nazzjonali għall-ħżin elettroniku u l-iskambju tad-data tat-trasport bit-triq (NSCP)

L-objettiv tal-investiment huwa li tiġi stabbilita s-Sistema Nazzjonali għall-Ħżin Elettroniku u l-Iskambju tad-Data tat-Trasport bit-Triq (NSCP) u li jiġi implimentat ir-Regolament (UE) 2020/1056 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ir-Regolament eFTI), li huwa mistenni li jwassal għal tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż amministrattivi, itejjeb il-kapaċitajiet ta’ infurzar tal-awtoritajiet kompetenti u jżid l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tat-trasport. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-eFTI, l-NSCP għandha tiġi aġġornata kif xieraq, ladarba l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-eFTI jkunu ġew adottati. L-investiment huwa previst li jikkontribwixxi għal monitoraġġ aktar effiċjenti tat-trasport bit-triq, it-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku, b’impatt pożittiv fuq il-fatturi ambjentali.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Mejju 2026.

Investiment C1.4 R1-I4 – Sistema ta’ kontroll tar-rappurtar għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u tal-merkanzija

L-objettiv tal-investiment huwa li tiżdied is-sikurezza fit-toroq billi tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll ta’ rappurtar funzjonali għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Is-sistema ta’ kontroll tar-rapportar għandha tgħaqqad id-data mis-Sistema Ċentrali tal-Ipproċessar tat-Takografu (SOTAH) u r-rekords nazzjonali tal-Kards tat-takografu u r-rekords relatati taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura tar-Repubblika tal-Kroazja, u tikkontribwixxi għad-diġitalizzazzjoni fis-settur tat-trasport Kroat.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C1.4 R1-I5 – Il-monitoraġġ tat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (e-ADR)

L-investiment għandu l-għan li jipprovdi l-bażi għat-titjib u l-iżvilupp tas-sistema għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (e-ADR) permezz tad-diġitalizzazzjoni tagħha. L-investiment għandu jinkludi l-istabbiliment ta’ soluzzjoni tal-IT biex jiġi mmonitorjat f’ħin reali t-trasport ta’ oġġetti perikolużi, permezz tal-introduzzjoni ta’ permessi elettroniċi tat-trasport u noti ta’ konsenja elettroniċi, u l-użu tat-teknoloġija ta’ traċċar u rintraċċar. L-investiment għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE rilevanti, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2020/1056 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (eFTI) u l-atti ta’ implimentazzjoni u delegati tiegħu, u għandu jintegra l-interoperabbiltà legali, organizzattiva u semantika fil-qafas leġiżlattiv nazzjonali.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Riforma C1.4 R2 – Riforma tas-sistema ferrovjarju

Ir-riforma għandha l-għan li żżid il-kompetittività u l-effiċjenza tas-settur ferrovjarju sabiex tipprovdi servizzi aħjar lill-passiġġieri u lill-klijenti tal-merkanzija u żżid il-kompetittività ekonomika tal-Kroazja. Biex jirfed ir-riforma, il-Gvern Kroat għandu jadotta Ittra ta’ Politika Settorjali għas-Settur Ferrovjarju sat-30 ta’ Ġunju 2021, li tippreżenta t-triq’ il quddiem f’oqsma ewlenin relatati mar-riforma u l-modernizzazzjoni tas-settur ferrovjarju, u li tistabbilixxi pjanijiet ta’ implimentazzjoni għall-gvern u l-kumpaniji ferrovjarji, inklużi miżuri u azzjonijiet dettaljati fir-rigward ta’:

·Il-governanza tas-settur;

·Il-ġestjoni ta’ kumpaniji u operazzjonijiet ferrovjarji;

·Investiment settorjali u ppjanar ta’ finanzjament;

·L-iżvilupp ta’ għarfien, teknoloġiji u ħiliet fis-settur ferrovjarju.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.4 R2-I1 – Ir-rikostruzzjoni tat-tieni binarju tas-sezzjoni ferrovjarja Dugo Selo - Novska, is-subsezzjoni Kutina - Novska (il-fażi D)

L-objettiv tal-investiment huwa li jaġġorna u jirrinnova t-tieni binarju eżistenti u jibni t-tieni linja, għat-total ta’ 22 km, fuq is-sezzjoni ferrovjarja Dugo Selo – Novska, is-subsezzjoni Kutina - Novska, bil-għan li tinbena linja elettrifikata b’binarju doppju tul il-Kuritur X Pan-Ewropew kollu (RH1), li jinsab ukoll fuq in-Network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), in-Network ewlieni, u fuq il-kuritur ferrovjarju tal-merkanzija li jgħaqqad l-Alpi mal-Balkani tal-Punent. L-implimentazzjoni ta’ dan l-investiment għandha tikkontribwixxi għas-sezzjoni kollha tal-kuritur RH1 li tgħaddi mill-Kroazja peress li hija binarju doppju u elettrifikat, skont l-istandards tekniċi għall-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja TEN-T.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.4 R2-I2 – Il-modernizzazzjoni tal-linja ferrovjarja M604 Oštarije – Knin – Split

L-objettiv tal-investiment huwa r-rikostruzzjoni tal-istazzjonijiet u l-installazzjoni ta’ apparat ta’ sikurezza għas-sinjalar elettroniku fuq il-linja ferrovjarja Oštarije – Knin - Split, fis-sezzjoni Knin (eskluż) – Split (inkluż), li jippermetti l-istabbiliment tal-hekk imsejħa interdipendenza u ġestjoni tat-traffiku ċentrali, li min-naħa tagħhom għandhom iżidu l-kapaċità u l-veloċità tal-operat. Il-linja hija parti min-network komprensiv tat-TEN-T.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.4 R2-I3 – It-tneħħija ta’ “konġestjonijiet” fl-infrastruttura ferrovjarja

L-objettiv tal-investiment huwa li jindirizza l-konġestjonijiet fin-network ferrovjarju tal-Kroazja, li huwa mistenni li jżid il-veloċità tal-operat, itejjeb is-sikurezza ferrovjarja u jtejjeb in-networks ferrovjarji. Il-miżura tikkonsisti fil-kostruzzjoni, ir-rikostruzzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ pontijiet, vjadotti, kanali u ġonot fin-network ferrovjarju tal-Kroazja. Dan għandu jegħleb il-konġestjonijiet ikkostitwiti minn faċilitajiet li għandhom bejn 50 u 77 sena. Il-biċċa l-kbira tal-linji kkonċernati minn dan l-investiment huma parti min-network komprensiv tat-TEN-T.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.4 R2-I4 – il-modernizzazzjoni ta’ Zagreb Kustošija – Zagreb ZK – Zagreb GK

L-objettiv tal-investiment huwa li jimmodernizza s-sezzjoni ferrovjarja ta’ Zagreb Kustošija – Zagreb Zapadni Kolodvor – Zagreb Glavni Kolodvor, itejjeb il-kwalità u d-disponibbiltà tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri lokali u reġjonali, jintegra aħjar il-ferroviji fis-sistema tat-trasport pubbliku tal-Belt ta’ Zagreb, kif ukoll iżid is-sehem tat-trasport ferrovjarju u tal-pubbliku lokali fiż-żona usa’ tal-Belt ta’ Zagreb. Il-proġett għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tat-tlestija tan-network ewlieni tat-TEN-T sal-31 ta’ Diċembru 2030.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.4 R2-I5 – Is-sostituzzjoni tal-pads tal-brejkijiet sabiex jitnaqqsu l-ħsejjes

L-objettiv tal-investiment huwa li jtejjeb il-ferroviji eżistenti tal-impriżi tat-trasport tal-merkanzija u s-sidien tal-vaguni, li jużaw in-network ferrovjarju tal-Kroazja, sabiex jipprovdu servizz aħjar għall-utent finali u jnaqqsu l-impatt tal-istorbju. Dan huwa mistenni li jikkontribwixxi għal żvilupp aktar mgħaġġel tat-trasport tal-merkanzija ferrovjarju u indirettament għal bidla aktar mgħaġġla lejn it-trasport ferrovjarju milli dak bit-triq. L-investiment għandu jipprovdi għax-xiri u l-installazzjoni ta’ elementi li jnaqqsu l-istorbju, bħal pads tal-brejkijiet moderni b’materjal kompożitu, it-tħejjija għall-ispejjeż tal-installazzjoni, inklużi, fejn applikabbli, l-ispejjeż taż-żarmar u l-ispejjeż amministrattivi assoċjati mal-modifika retroattiva.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Mejju 2026.

Investiment C1.4 R2-I6 – L-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi fit-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri

L-objettiv tal-investiment huwa l-akkwist ta’ żewġ prototipi ta’ ferroviji (ferrovija bil-batteriji b’mutur eletteriku (BEMV) u ferrovija bil-batteriji b’mutur (BMV)), li jistgħu jevitaw investimenti għaljin fl-elettrifikazzjoni tal-linji u fil-manutenzjoni tal-linji ta’ kuntatt li jkunu fuq. L-iżvilupp ta’ prototipi għandu jippermetti l-organizzazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fuq linji mhux elettriċi li jużaw ferroviji moderni li jaħdmu bl-elettriku, li jnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija bid-diżil, inaqqsu l-istorbju u l-impatti tat-tniġġis, jipproteġu l-ambjent, inaqqsu l-ispejjeż operattivi tal-vetturi, u jtejbu l-aċċessibbiltà urbana u reġjonali.

L-investiment għandu jinkludi l-iżvilupp, il-manifattura, l-ittestjar tat-tip u l-kisba ta’ permessi biex jitħaddmu l-prototipi BEMV u BMV speċifikati, kif ukoll sitt ċarġers stabbli tal-batteriji fi stazzjonijiet speċifiċi li huma parti integrali mill-investiment. L-introduzzjoni ta’ ferroviji ġodda tal-passiġġieri bil-batteriji fuq linji mhux elettrifikati hija mistennija li jkollha l-potenzjal li gradwalment tissostitwixxi 60 unità multipla tad-diżil li għandhom aktar minn 40 sena, u dan jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet dannużi.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C1.4 R2-I7 – It-titjib tas-sistema tal-IT u tal-bejgħ u l-modernizzazzjoni tal-ferroviji mas-sistema tal-IT

L-investiment għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tas-servizz ferrovjarju billi jippromwovi u jsaħħaħ il-kanali tal-bejgħ online, jinstalla s-servizz tal-WiFi fuq il-ferroviji, jimmodernizza t-Termini Mobbli, jaġġorna l-ferroviji eżistenti tat-Trasport tal-Passiġġieri ta’ HŽ billi jinstalla sistema tal-GPS, jiżgura l-konformità mal-istandards tal-IT u taċ-ċibersigurtà u jaġġorna ċ-ċentru tad-data tas-sistemi tal-bejgħ, u jaġġorna s-sistemi tal-biljetti abbord u l-informazzjoni tal-passiġġieri.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Reform C1.4 R3 – Riforma marittima u tan-navigazzjoni interna

L-għan tar-riforma huwa l-iżvilupp ta’ trasport marittimu u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni li jkun sostenibbli u effiċjenti u li għandu jikkontribwixxi biex tiżdied is-sikurezza tan-navigazzjoni, jiżgura r-rivitalizzazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni, itejjeb il-konnettività tat-trasport tal-gżejjer u jtejjeb l-infrastruttura tal-portijiet sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tas-settur tat-trasport. Bħala parti minn din ir-riforma, l-Att il-ġdid dwar it-Trasport Kostali Regolari u Staġjonali, l-Att il-ġdid dwar id-Dominju Marittimu u l-Portijiet tal-Baħar u l-Att il-ġdid dwar in-Navigazzjoni Interna u l-Portijiet għandhom jidħlu fis-seħħ.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Investiment C1.4 R3-I1 – Programm ta’ modernizzazzjoni għall-portijiet miftuħa għat-traffiku pubbliku

L-investiment għandu l-għan li jimmodernizza l-infrastruttura tal-portijiet li għandha żżid il-kwalità tat-trasport marittimu pubbliku, il-kapaċità ta’ akkoljenza għall-vapuri fit-trasport marittimu kostali regolari, issaħħaħ is-sikurezza tal-passiġġieri, iżżid il-mobbiltà, ittejjeb il-kwalità ġenerali tal-ħajja u tiżgura mobbiltà sostenibbli. L-investiment għandu jiġi implimentat skont il-pjanijiet nazzjonali żviluppati mill-Ministeru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura għall-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-portijiet tal-kontea u tal-Istat u l-pjan regolari tat-trasport kostali tal-passiġġieri. Il-proġetti previsti taħt dan l-investiment huma t-terminal il-ġdid tal-passiġġieri tal-Port tal-Belt ta’ Split u t-titjib tal-Port ta’ Bol - Brač.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.4 R3-I2 – L-akkwist/il-bini ta’ vapuri tal-passiġġieri użati għat-trasport regolari mal-kosta

L-objettiv tal-investiment huwa l-akkwist jew il-bini ta’ vapuri tal-passiġġieri alternattivi li jaħdmu bil-fjuwil bil-ħsieb li jiġi żgurat trasport sostenibbli u ta’ kwalità u biex titjieb l-aċċessibbiltà tal-abitanti tal-gżejjer, kif ukoll jiġi żgurat li l-impatti ambjentali negattivi jiġu minimizzati. Dan l-investiment għandu jinkludi l-akkwist ta’ sitt bastimenti b’kollox li jaħdmu bi fjuwil alternattiv mingħajr emissjonijiet, tliet vapuri tal-passiġġieri u tliet vapuri tal-passiġġieri b’veloċità għolja (katamarani) li jużaw propulsjoni solari elettrika.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.4 R3-I3 – Il-bini ta’ barkun ġdid ggwidat minn kejbils, ‘Križnica’, fil-Muniċipalità ta’ Pitomača

L-objettiv tal-investiment huwa li jinbena barkun ġdid, il-“Križnica”, ggwidat minn kejbils għax-Xmara Drava fil-Muniċipalità ta’ Pitomača, sabiex tiġi żgurata l-konnettività tat-trasport u jiġi promoss l-iżvilupp ta’ reġjuni inqas żviluppati. L-investiment għandu jinkludi barkun ġdid solari tal-elettriku ggwidat minn kejbils li għandu jżid il-kapaċità tat-trasport kif ukoll jikkontribwixxi għall-ekoloġizzazzjoni tas-settur tat-trasport.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ottubru 2022.

Investiment C1.4 R3-I4 – L-ekwipaġġar tal-portijiet b’infrastruttura għall-ġestjoni tal-iskart

L-objettivi tal-investiment huma li tiżdied il-kompetittività tal-portijiet interni, li jiġu stabbiliti portijiet ekoloġiċi u li s-sistema tat-trasport fil-Kroazja ssir ambjentalment sostenibbli billi l-portijiet interni ta’ importanza internazzjonali jiġu mgħammra b’faċilitajiet għall-ipproċessar tal-iskart miġbur abbord il-bastimenti. L-investiment għandu jinkludi l-bini ta’ stazzjonijiet li jilqgħu l-iskart fil-portijiet ta’ Slavonski Brod, Osijek u Vukovar għall-ġestjoni tal-iskart kummerċjali.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.4 R4-I1 – L-akkwist ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv għat-trasport pubbliku urban u suburban regolari

L-objettiv tal-investiment huwa li jiġi mmodernizzat it-trasport pubbliku, urban u suburban regolari tal-passiġġieri permezz tax-xiri ta’ 70 vettura ġdida (li jaħdmu bl-elettriku u bl-idroġenu) u l-installazzjoni tal-infrastruttura meħtieġa biex jiġi promoss l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi. L-investiment għandu jinkludi x-xiri ta’ vettura għat-trasport regolari urban u suburban tal-passiġġieri, u jikkontribwixxi għal flotta ta’ vetturi (xarabanks) li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u l-infrastruttura assoċjata.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.4 R4-I2 – Il-modernizzazzjoni tal-flotta tat-tramm

L-investiment għandu l-għan li jimmodernizza l-flotta tat-trammijiet fil-bliet ta’ Osijek u Zagreb, sabiex jipprovdi servizzi tat-trasport pubbliku urban aħjar u aktar veloċi u jżid l-għadd ta’ passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku urban, li għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport. L-investiment jinkludi l-immodernizzar tat-trasport tat-tramm permezz tal-akkwist ta’ mill-inqas 30 tramm bil-qiegħ baxx jew semibaxx u twal sa 27 metru fil-bliet ta’ Zagreb u Osijek.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.4 R5-I1 – L-elettrifikazzjoni u l-ekoloġizzazzjoni tas-sistema tas-servizzi fuq l-art u tal-provvista tal-enerġija fl-ajruport ta’ Zadar

L-objettiv tal-investiment huwa li tiġi żgurata sistema li tirrispetta l-ambjent tas-servizzi fuq l-art u l-provvista tal-enerġija tal-inġenji tal-ajru u li tippromwovi l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. L-investiment għandu jinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

·L-implimentazzjoni ta’ konnessjonijiet fissi għall-forniment tal-enerġija elettrika lil inġenji tal-ajru stazzjonarji bl-adattamenti meħtieġa fid-disinn u s-sikurezza (mingħajr iż-żieda fil-kapaċità taż-żona tar-rampa);

·Is-sostituzzjoni ta’ tagħmir mobbli tas-servizzi fuq l-art li jaħdem bid-diżil b’unitajiet li jaħdmu bl-elettriku;

·Il-bini ta’ impjant tal-enerġija fotovoltajka ta’ 610 kW u l-konnessjoni tiegħu mas-sistema fissa tal-provvista tal-enerġija u l-istazzjonijiet tal-iċċarġjar għat-tagħmir mobbli li jaħdem bl-elettriku tas-servizzi ta’ fuq l-art.

L-investiment huwa mistenni li jikkontribwixxi għal tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra, għat-tniġġis u l-istorbju, kif ukoll biex jiżdiedu s-sikurezza u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Ottubru 2024.

Investiment C1.4 R5-I2 – Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ vetturi ġodda ta’ mobbiltà u l-infrastruttura ta’ appoġġ

L-objettiv tal-investiment huwa li jiġi żviluppat u implimentat proġett ġdid għal ekosistema tal-mobbiltà urbana. L-investiment għandu jipprovdi appoġġ għall-parti tar-riċerka u l-iżvilupp tal-proġett, jiġifieri l-fażi mmarkata bit-tlestija tal-prototip inizjali ta’ vettura elettrika kompletament awtonoma u l-bidu tal-ħidma fuq l-iżvilupp ta’ prototipi għall-verifika. L-ekosistema l-ġdida tal-mobbiltà urbana għandha tinkludi tliet komponenti ewlenin: (i) vetturi elettriċi kompletament awtonomi li kapaċi jwettqu l-funzjonijiet tas-sewqan dinamiċi kollha mingħajr ebda assistenza mis-sewwieq bl-għajnuna tal-intelliġenza artifiċjali, (ii) l-iżvilupp u l-kostruzzjoni ta’ infrastruttura speċjalizzata għall-vetturi awtonomi u elettriċi integrati mat-trasport urban pubbliku, u (iii) l-iżvilupp ta’ pjattaforma tas-software biex is-sistema kollha topera.

L-implimentazzjoni tal-proġett fil-Belt ta’ Zagreb mistennija żżid b’mod sinifikanti s-sikurezza tat-trasport filwaqt li żżid l-effiċjenza u tnaqqas il-konġestjoni. Il-proġett huwa mistenni wkoll li jikseb impatt ambjentali pożittiv sinifikanti billi jnaqqas l-emissjonijiet globali ta’ sustanzi niġġiesa mit-trasport tal-vetturi bil-mutur, permezz ta’ proċessi ta’ riċerka u innovazzjoni, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-kooperazzjoni bejn kumpaniji b’ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Il-proġett għandu jinkludi wkoll il-ħolqien ta’ sistema diġitalizzata ta’ vetturi mingħajr emissjonijiet, vetturi awtonomi u infrastruttura tal-iċċarġjar diġitalizzata. Bi qbil mal-Belt ta’ Zagreb u mal-operatur tat-trasport pubbliku, 50 000 voucher għall-vjaġġi bil-vetturi kompletament awtonomi għandhom jiġu assenjati lil persuni b’diżabilità u/jew li qed jiffaċċjaw diffikultajiet fl-użu ta’ mezzi oħra tat-trasport pubbliku.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.

Investiment C1.4 R5-I3 – Il-programm ta’ kofinanzjament għax-xiri ta’ vetturi ġodda li jaħdmu bi fjuwil alternattiv u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi ta’ fjuwils alternattivi għat-trasport bit-triq

L-objettiv tal-investiment huwa li tiżdied l-effiċjenza enerġetika tat-trasport bit-triq billi titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili. L-attivitajiet taħt dan l-investiment għandhom jiffukaw fuq iż-żieda fl-għadd ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv (l-elettriku jew l-idroġenu) irreġistrati fil-Kroazja u l-bini ta’ network ta’ punti tal-iċċarġjar tal-elettriku għal vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv. Dawn l-attivitajiet għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis globali tal-emissjonijiet tas-CO2 u ta’ gassijiet dannużi oħra, joħolqu impjiegi ġodda fil-produzzjoni u fl-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi u jżidu l-iżvilupp u l-kompetittività tal-ekonomija Kroata. Il-miżura tikkonsisti f’żewġ sottomiżuri: (i) il-kofinanzjament għax-xiri ta’ mill-inqas 2 000 vettura ġdida li jaħdmu bi fjuwil alternattiv u (ii) l-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (1 300 stazzjon tal-iċċarġjar).

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

 

D.2.    Objettivi intermedji, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju / Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Żmien

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Għan

Q

Sena

91

C1.4. R1

M

L-emendi fl-Att dwar it-Toroq

Dħul fis-seħħ tal-emendi fl-Att dwar it-Toroq

 

 

 

Q3

2021

L-emendi fl-Att dwar it-Toroq, għandhom fost l-oħrajn:
-Jiżguraw l-interoperabbiltà tas-sistema elettronika ta’ pedaġġ stradali fuq in-network kollu tat-toroq fl-Unjoni, l-awtostradi urbani u interurbani, it-toroq ewlenin u sekondarji u strutturi differenti, bħal mini jew pontijiet, u t-trasport b’bastiment;

-Jiffaċilitaw l-iskambju transfruntier tad-
data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi li tikkonċerna l-vetturi u s-sidien jew id-detenturi ta’ vetturi li għalihom ġie identifikat nuqqas ta’ ħlas ta’ kwalunkwe tip ta’ pedaġġ stradali fl-Unjoni;
-Jinkludu dispożizzjonijiet li jrawmu żieda fl-infrastrutturi li jintużaw għar-roti u għall-persuni bil-mixi;

-Jistabbilixxu l-kriterji u l-kundizzjonijiet dwar il-kopertura tal-ispejjeż għall-ħlas tal-pedaġġ;

-Jindirizzati l-eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu t-tariffi għad-dritt li wieħed jibni u d-dritt ta’ użu ta’ triq pubblika, billi jitneħħew dawn l-eżenzjonijiet mil-leġiżlazzjoni. Dan għandu joħloq kundizzjonijiet ekwi fir-rigward ta’ dawn it-tariffi għall-imprendituri kollha.

92

C1.4. R1

M

Il-programm Nazzjonali tas-Sikurezza fit-Toroq għall-2021–2030

Il-programm Nazzjonali tas-Sikurezza fit-Toroq għall-2021–2030 adottat mill-Gvern Kroat

 

 

 

Q3

2021

L-objettiv tal-Programm Nazzjonali tas-Sikurezza fit-Toroq għall-2021–2030, imħejji mill-Ministeru tal-Intern f’kooperazzjoni mal-Ministeru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura u ministeri kompetenti oħra, għandu jkun li jtejjeb is-sikurezza fit-toroq fil-Kroazja.

93

C1.4. R1-I1

M

Sistema elettronika ġdida ta’ pedaġġ

Sistema elettronika ġdida ta’ pedaġġ fis-seħħ u operattiva

 

 

 

Q4

2025

L-investiment għandu jintroduċi, fuq l-awtostradi operati mill-Croatian Motorways Ltd, Sistema ta’ Pedaġġ Elettroniku ġdida bbażata fuq is-soluzzjoni ta’ fluss ħieles permezz ta’ diversi korsiji (MLFF) mingħajr ma jitwaqqfu l-vetturi li jkollhom metodu ta’ ħlas mingħajr kuntatt, sistema li għandha tneħħi l-istazzjonijiet eżistenti ta’ pedaġġ, tindirizza l-konġestjoni kbira fl-istazzjonijiet tan-pedeaġġi fil-perjodu tas-sajf, tagħmel is-sistema aktar effettiva bl-użu ta’ metodi ta’ ħlas elettroniċi (mingħajr kuntatt), u tnaqqas it-traffiku eċċessiv fuq toroq lokali alternattivi.

94

C1.4. R1-I2

T

L-istabbiliment ta’ sistema funzjonali għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà fil-qasam tal-mobbiltà

 

% (Perċentwal)

0

50

Q4

2023

Bħala parti mill-investiment, li għandu jistabbilixxi sistema funzjonali li tagħmilha aktar faċli għall-persuni b’diżabilità biex japplikaw għad-drittijiet kollha tal-mobbiltà f’post wieħed u li tiżgura pproċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet, għandu jiġi stabbilit dokument uniku li jippermetti lill-persuni b’diżabilità jużaw is-sistema funzjonali u jeżerċitaw l-istess drittijiet fit-territorju kollu tal-Kroazja (e-Kard tal-invalidità) u, mill-inqas 50 % tal-kards previsti għandhom jinħarġu lill-persuni b’diżabilità li għandhom drittijiet fil-qasam tal-mobbiltà.

95

C1.4. R1-I3

M

L-istabbiliment ta’ sistema nazzjonali għall-ħżin elettroniku u l-iskambju tad-data tat-trasport bit-triq (NSCP) li tiffunzjona tajjeb.

Stabbilita sistema nazzjonali għall-ħżin elettroniku u l-iskambju tad-data tat-trasport bit-triq (NSCP) li tiffunzjona tajjeb.

 

 

 

Q2

2026

Għandha tiġi stabbilita sistema nazzjonali għall-ħżin elettroniku u l-iskambju tad-data tat-trasport bit-triq (NSCP) li tiffunzjona tajjeb f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/1056 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ir-Regolament eFTI). Barra minn hekk, l-NSCP għandha tiġi aġġornata kif xieraq, ladarba l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-eFTI jkunu ġew adottati. L-investiment huwa previst li jikkontribwixxi għal monitoraġġ aktar effiċjenti tat-trasport bit-triq, it-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku, b’impatt pożittiv fuq il-fatturi ambjentali.

96

C1.4. R1-I4

M

L-istabbiliment ta’ sistema ta’ kontroll tar-rappurtar għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u tal-merkanzija li tiffunzjona tajjeb.

Stabbilita sistema ta’ kontroll ta’ rappurtar għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u tal-merkanzija li tiffunzjona tajjeb.

 

 

 

Q4

2024

Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll ta’ rappurtar għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u tal-merkanzija, li għandha tgħaqqad id-data mis-Sistema Ċentrali tal-Ipproċessar tat-Takografu (SOTAH) u r-rekords nazzjonali tal-kards tat-takografu u r-rekords relatati taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura.

97

C1.4. R1-I5

M

L-iżvilupp ta’ sistema ta’ monitoraġġ għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (e-ADR)

Sistema li tiffunzjona tajjeb żviluppata għall-monitoraġġ tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (e-ADR)

 

 

 

Q4

2024

Is-sistema għandha tipprovdi soluzzjoni għall-monitoraġġ tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq billi tintroduċi permessi elettroniċi tat-trasport u noti ta’ konsenja u permezz tal-applikazzjoni ta’ teknoloġija ta’ traċċar u rintraċċar. Is-sistema għandha tiġi stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/1056 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ir-Regolament eFTI) u l-atti ta’ implimentazzjoni u delegati tiegħu, kif ukoll ma’ leġiżlazzjoni applikabbli oħra fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq. Barra minn hekk, is-sistema għandha tiġi aġġornata kif xieraq, ladarba l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-eFTI jkunu ġew adottati.

98

C1.4. R2

M

L-adozzjoni tal-Ittra ta’ Politika Settorjali

L-Ittra ta’ Politika Settorjali għas-Settur Ferrovjarju ġiet adottata mill-Gvern Kroat

 

 

 

Q2

2021

L-Ittra ta’ Politika Settorjali għandha tinkludi: i) l-objettivi ewlenin ii) ir-rieżami tat-titjib previst bħall-professjonalizzazzjoni, it-trasparenza tal-operazzjonijiet u l-attivitajiet ta’ ġestjoni, u iii) pjan ta’ implimentazzjoni tal-miżuri u l-azzjonijiet għar-riforma u l-immodernizzar tas-settur ferrovjarju, bħal: l-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku għas-Settur Ferrovjarju, tal-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Infrastruttura Ferrovjarja u tal-Pjan ta’ Ġestjoni Nazzjonali għall-Infrastruttura Ferrovjarja u l-Faċilitajiet tas-Servizzi; u l-iżvilupp ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju.

99

C1.4. R2

M

Il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Infrastruttura Ferrovjarja u tal-Pjan ta’ Ġestjoni Nazzjonali għall-Infrastruttura Ferrovjarja u l-Faċilitajiet tas-Servizzi;

Il-pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Infrastruttura Ferrovjarja u l-Pjan ta’ Ġestjoni Nazzjonali għall-Infrastruttura Ferrovjarja u l-Faċilitajiet tas-Servizzi ġew adottati mill-Gvern Kroat

 

 

 

Q4

2022

Il-pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Infrastruttura Ferrovjarja għandu jiddetermina l-proġetti u l-attivitajiet meħtieġa għall-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja. Il-pjan ta’ Ġestjoni Nazzjonali għall-Infrastruttura Ferrovjarja u l-Faċilitajiet tas-Servizzi għandu jiddetermina l-proġetti u l-attivitajiet tal-ġestjoni, l-organizzazzjoni tar-regolamentazzjoni tat-traffiku ferrovjarju u l-iżvilupp tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju.

100

C1.4. R2

M

Ir-riorganizzazzjoni tal-kumpaniji ferrovjarji u l-ġestjoni tan-negozju

Ir-riorganizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kumpaniji ferrovjarji u l-operazzjonijiet implimentati u kkompletati

 

 

 

Q4

2024

Ir-riorganizzazzjoni tal-ġestjoni ta’ kumpaniji u operazzjonijiet ferrovjarji għandha titwettaq fir-rigward ta’ aktar responsabbiltà fil-ġestjoni, fil-qasam tal-manutenzjoni, fil-ġestjoni tat-traffiku u fil-ġestjoni ta’ proġetti ta’ investiment għall-infrastruttura, u sabiex jiġu ottimizzati l-ispejjeż u s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri.

101

C1.4. R2-I1

T

Inbnew kif ukoll inbnew mill-ġdid il-binarji doppji elettrifikati fis-sezzjoni Dugo Selo – Novska, fis-subsezzjoni Kutina - Novska

 

Numru (km)

0

22

Q2

2026

L-investiment għandu jaġġorna u jirrinnova t-tieni binarju eżistenti u jibni t-tieni linja, għat-total ta’ 22 km, fuq is-sezzjoni ferrovjarja Dugo Selo – Novska, is-subsezzjoni Kutina - Novska, bil-għan li tinbena linja elettrifikata b’binarju doppju tul il-Kuritur X Pan-Ewropew kollu (RH1), li jinsab ukoll fuq in-network ewlieni TEN-T, u fuq il-kuritur ferrovjarju tal-merkanzija li jgħaqqad l-Alpi mal-Balkani tal-Punent.
Għandha tiġi pprovduta evidenza ta’ konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE.

102

C1.4. R2-I2

T

Il-bini mill-ġdid ta’ tliet stazzjonijiet fis-sezzjoni Oštarije – Knin – Split

 

Numru

0

3

Q4

2025

Bħala parti mir-rinnovazzjoni tal-linja ferrovjarja Oštarije – Knin - Split, fis-sezzjoni Knin (eskluża) – Split (inkluża), l-investiment għandu jibni mill-ġdid l-istazzjonijiet ta’Drniš, Perković u Labin Dalmatinski
Għandha tiġi pprovduta evidenza ta’ konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE.

103

C1.4. R2-I2

M

Installazzjonijiet ta’ sinjalar abbord u operattivi fis-sezzjoni ta’ Oštarije — Knin — Split

Apparati ta’ sikurezza għas-sinjalar elettroniku installati u operattivi fuq il-linja Oštarije – Knin – Split

 

 

 

Q4

2025

Bħala parti mill-modernizzazzjoni tas-sezzjoni Oštarije - Knin - Split tal-linja ferrovjarja, għandu jiġi installat apparat ta’ sikurezza għas-sinjalar elettroniku li jippermetti l-istabbiliment tal-hekk imsejħa interdipendenza u l-ġestjoni tat-traffiku Ċentrali.

104

C1.4. R2-I3

T

Ħames konġestjonijiet imneħħija f’sezzjonijiet b’veloċitajiet operattivi ta’ limitazzjoni attwali ta’ 60 km/h

 

Numru

0

5

Q4

2025

L-investiment għandu jirriżulta fit-tneħħija ta’ ħames punti ta’ konġestjoni f’sezzjonijiet b’limitu ta’ veloċità attwali ta’ 60 km/h.
Għandha tiġi pprovduta evidenza ta’ konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE.

105

C1.4. R2-I4

T

Inbniet mill-ġdid u ttejbet il-linja ferrovjarja b’binarji doppji f’Zagreb Kustošija - ZG Zapadni Kolodvor - Zagreb Glavni Kolodvor li hija twila 3,4 km

 

Numru (km)

0

3,4

Q4

2025

għandha tinbena mill-ġdid u tiġi modernizzata l-linja ferrovjarja b’binarji doppji f’Zagreb Kustošija - Zagreb Zapadni Kolodvor - Zagreb Glavni Kolodvor li hija twila 3,4 km
Għandha tiġi pprovduta evidenza ta’ konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE.

106

C1.4. R2-I5

T

Tbiddlu l-pads tal-brejkijiet ta’ 2 000 vagun tal-merkanzija sabiex jitnaqqas l-istorbju

 

Numru

0

2 000

Q2

2026

Il-kofinanzjament tal-investimenti bħala modifika retroattiva fil-vaguni għandu jirriżulta fl-installazzjoni ta’ 2 000 pad tal-brejkijiet fil-vaguni tal-merkanzija, li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tat-tniġġis akustiku fis-settur tat-trasport ferrovjarju.

107

C1.4. R2-I6

T

Ġew prodotti żewġ prototipi ta’ ferroviji bil-batteriji nbdew it-testijiet operattivi

 

Numru

0

2

Q4

2024

Għandhom jiġu prodotti żewġ prototipi, ferrovija bil-batteriji b’mutur eletteriku (BEMV) u ferrovija bil-batteriji b’mutur (BMV).

108

C1.4. R2-I7

M

It-titjib u l-operabbiltà tas-sistemi tal-biljetti abbord

Imtejba u operattiva is-sistema ta’ ħruġ tal-biljetti abbord

 

 

 

Q4

2024

L-objettiv intermedju jiddefinixxi l-iskadenza li fiha għandha tiġi stabbilita sistema ta’ ħruġ ta’ biljetti abbord aġġornata li tiffunzjona tajjeb għal 70 ferrovija ġdida bil-qiegħ baxx. L-investiment ikopri x-xiri ta’ tagħmir, l-installazzjoni, l-adattament tas-sistema u l-manutenzjoni.

109

C1.4. R3

M

L-Att il-ġdid dwar it-Traffiku Kostali Regolari u Staġjonali

Id-dħul fis-seħħ tal-Att il-ġdid dwar it-Trasport Kostali Regolari u Staġjonali

 

 

 

Q3

2021

LAtt il-ġdid dwar it-Trasport Marittimu Kostali Regolari u Staġjonali għandu jissimplifika l-proċeduri amministrattivi attwali u joħloq prekundizzjonijiet aħjar għal operazzjoni aktar effiċjenti tat-trasport marittimu kostali pubbliku, billi jirregola d-dispożizzjonijiet relatati mal-attività tal-Aġenzija għat-Trasport Marittimu Kostali Regolari, b’mod partikolari fit-taqsima dwar il-liċenzjar tar-rotot tal-Istat, kif ukoll l-użu u l-kontroll aħjar tas-sistemi tal-IT tat-trasport pubbliku (is-sistema SEOP).

110

C1.4. R3

M

L-att il-ġdid dwar in-Navigazzjoni Interna u l-Portijiet

Id-dħul fis-seħħ tal-Att il-ġdid dwar in-Navigazzjoni Interna u l-Portijiet

 

 

 

Q3

2021

L-att il-ġdid dwar in-Navigazzjoni Interna u l-Portijiet għandu jippermetti, fejn meħtieġ biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni, l-identifikazzjoni ta’ riskji speċifiċi f’setturi (partijiet minnhom) tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Kroazja.

111

C1.4. R3

M

L-att il-ġdid dwar id-Dominju Marittimu u l-Portijiet tal-Baħar

Id-dħul fis-seħħ tal-Att il-ġdid dwar id-Dominju Marittimu u l-Portijiet tal-Baħar

 

 

 

Q4

2022

L-att il-ġdid dwar id-Dominju Marittimu u l-Portijiet tal-Baħar għandu jorganizza mill-ġdid l-istruttura tas-sistema portwarja miftuħa għat-traffiku pubbliku, li għandha l-għan li tiżgura uniformità fl-implimentazzjoni tal-obbligi legali biex jitħaddmu l-portijiet pubbliċi u jiġu razzjonalizzati l-ispejjeż tal-ġestjoni.

112

C1.4. R3-I1

T

Żewġ portijiet tal-baħar modernizzati/mibnija mill-ġdid miftuħin għat-traffiku pubbliku

 

Numru

0

2

Q4

2025

L-investiment għandu l-għan li jimmodernizza l-infrastruttura tal-portijiet li għandha żżid il-kwalità tat-trasport marittimu pubbliku, il-kapaċità ta’ akkoljenza għall-vapuri fit-trasport marittimu kostali regolari, issaħħaħ is-sikurezza tal-passiġġieri, iżżid il-mobbiltà, ittejjeb il-kwalità ġenerali tal-ħajja u tiżgura mobbiltà sostenibbli.
Għandha tiġi pprovduta evidenza ta’ konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE.

113

C1.4. R3-I2

T

Bastimenti li jaħdmu bi karburant alternattiv li jużaw propulsjoni elettrika solari

 

Numru

0

6

Q2

2026

L-investiment għandu jimmodernizza l-flotta bi tliet vapuri tal-passiġġieri u tliet vapuri tal-passiġġieri b’veloċità għolja (katamaran) li jużaw propulsjoni elettrika solari, bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri u l-gżejjer jiġu konnessi filwaqt li jintużaw bastimenti b’emissjonijiet żero. L-akkwist għandu jkun ibbażat fuq sejħa għall-offerti għall-akkwist/il-kostruzzjoni ta’ bastimenti, li għandha titwettaq abbażi tad-“disinn u l-binja”.
Huwa mistenni li din il-miżura ma tagħmilx ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżura u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01). B’mod partikolari, il-vapuri tal-passiġġieri u l-kattamarani għandhom jitħaddmu bi propulsjoni elettrika solari.

114

C1.4. R3-I3

T

Barkun ġdid, il-“Križnica”, ggwidat minn kejbils li jopera tul ix-Xmara Drava fil-Muniċipalità ta’ Pitomača

 

Numru

0

1

Q4

2022

Dan l-investiment għandu jirriżulta fil-kostruzzjoni ta’ barkun solari tal-elettriku ggwidat minn kejbils li jgħaqqad il-kontinent mal-gżira ta’ Križnica, li jopera bl-approvazzjoni tar-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat.

115

C1.4. R3-I4

T

Tliet irmiġġi muniċipali mibnija biex jilqgħu l-iskart minn bastimenti

 

Numru

0

3

Q2

2026

Tliet portijiet ta’ importanza internazzjonali għandhom ikunu mgħammra b’faċilitajiet muniċipali tal-irmiġġ għall-ipproċessar tal-iskart miġbur abbord il-bastimenti. Għal kull passaġġ fuq l-ilma se jkun hemm faċilità waħda – għal Sava fil-port ta’ Slavonski Brod, għal Drava fil-port ta’ Osijek u għad-Danubju fil-Port ta’ Vukovar.
Għandha tiġi pprovduta evidenza ta’ konformità mal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE.

116

C1.4. R4-I1

T

Mas-70 karozza tal-linja li jaħdmu b’karburant alternattiv (bl-elettriku u bl-idroġenu) akkwistati u mqiegħda fis-servizz

 

Numru

0

70

Q4

2025

L-investiment għandu jimmodernizza l-flotta tal-karozzi tal-linja bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-forniment tas-servizz tat-trasport pubbliku, permezz tal-akkwist ta’ 70 vettura ġdida li jaħdmu b’mod alternattiv (li jaħdmu bl-elettriku jew bl-idroġenu) u l-installazzjoni tal-infrastruttura meħtieġa biex jiġi promoss l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn flotot eżistenti.

117

C1.4. R4-I2

T

Mat-30 tram akkwistati għat-trasport pubbliku

 

Numru

0

30

Q4

2025

Dan l-investiment għandu jimmodernizza l-flotta tat-tramms biex tiżdied il-kwalità tal-forniment tas-servizz tat-trasport pubbliku.

118

C1.4. R5-I1

T

L-iImplimentazzjoni ta’ sistema tas-servizzi fuq l-art għal inġenji tal-ajru kompletament elettrifikata u ekoloġizzata fl-Ajruport ta’ Zadar

 

Numru

0

1

Q4

2024

L-iImplimentazzjoni ta’ sistema tas-servizzi fuq l-art għal inġenji tal-ajru kompletament elettrifikata u ekoloġizzata, li tinkludi: (i) l-implimentazzjoni ta’ konnessjonijiet fissi għall-forniment tal-enerġija elettrika lil inġenji tal-ajru stazzjonarji bl-adattamenti meħtieġa fid-disinn u s-sikurezza (mingħajr iż-żieda fil-kapaċità taż-żona tar-rampa); (ii) is-sostituzzjoni ta’ tagħmir mobbli tas-servizzi fuq l-art li jaħdem bid-diżil b’unitajiet li jaħdmu bl-elettriku; u (iii) il-kostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija fotovoltajka ta’ 610 kW.
Huwa mistenni li din il-miżura ma tagħmilx ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżura u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01). B’mod partikolari, il-proġett għandu jiġi implimentat mingħajr żieda fil-kapaċità taż-żona tar-rampa u t-tagħmir mobbli kollu ta’ fuq l-art li jaħdem bid-diżil għandu jiġi sostitwit b’unitajiet li jaħdmu bl-elettriku. Għandha tingħata evidenza li l-proġett ma għandux effett sinifikanti fuq l-integrità tas-siti Natura 2 000 ikkonċernati.

119

C1.4. R5-I2

T

Prototipi ta’ verifika ta’ vetturi kompletament awtonomi u elettriċi u l-ittestjar rilevanti

 

Numru

0

60

Q1

2024

Il-produzzjoni ta’ prototipi ta’ verifika, inkluż l-iżvilupp tal-pjattaforma awtonoma meħtieġa tal-vetturi elettriċi u s-sistemi tal-batteriji, l-ittestjar ta’ prototipi u l-ittestjar ta’ sistemi ta’ sewqan awtonomu għandhom jitlestew.

120

C1.4. R5-I2

M

Leġiżlazzjoni ġdida dwar is-sewqan awtonomu

Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar is-sewqan awtonomu

 

 

 

Q2

2024

Il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar is-sewqan awtonomu għandha tkopri, fost l-oħrajn, dan li ġej:
L-iżvilupp ta’ proċedura ta’ ttestjar nazzjonali għas-sewqan awtonomu;

L-adattament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-sikurezza fit-toroq biex il-vetturi awtonomi jkunu jistgħu jiċċirkolaw;

L-adattament tar-regoli nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi;

L-adattament tar-regoli tas-sikurezza tal-passiġġieri tat-triq li jippermettu l-ġarr ta’ passiġġieri minn vetturi awtonomi;

Adattament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-assigurazzjoni biex tippermetti l-assigurazzjoni tal-vetturi u tas-servizzi awtonomi.

121

C1.4. R5-I2

T

L-għoti ta’ appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ proġett ġdid għal ekosistema tal-mobbiltà urbana

 

Numru (EUR)

 

197 093 370

Q4

2025

L-appoġġ għandu jingħata esklużivament għall-parti tar-riċerka u l-iżvilupp tal-proġett, jiġifieri l-fażi mmarkata bit-tlestija tal-prototip inizjali ta’ vettura elettrika kompletament awtonoma u l-bidu tal-ħidma fuq l-iżvilupp ta’ prototipi għall-verifika, li għandu jkollhom il-karatteristiċi kollha tal-vettura finali. Għalhekk, l-appoġġ huwa relatat mar-riċerka applikata, speċifikament ir-riċerka industrijali u l-iżvilupp sperimentali.

122

C1.4. R5-I2

M

Vetturi kompletament awtonomi u elettriċi adattati għall-ħtiġijiet tal-passiġġieri b’diżabilità u infrastruttura speċjalizzata

Prodotti vetturi kompletament awtonomi u elettriċi adattati għall-ħtiġijiet tal-passiġġieri b’diżabilità, u infrastruttura speċjalizzata li topera bil-funzjonalitajiet kollha installati

 

 

 

Q4

2025

Infrastruttura speċjalizzata għal vetturi kompletament awtonomi u elettriċi għandha tkun kompletament operattiva bil-funzjonalitajiet kollha installati, li jippermettu t-tħaddim ta’ vetturi elettriċi ġodda kompletament awtonomi adattati kemm jista’ jkun għall-ħtiġijiet tal-passiġġieri b’diżabbiltà (bibien kbar skorrevoli li jippermettu dħul aktar faċli fil-vettura u kompartiment tal-bagalji li jistgħu jakkomodaw siġġijiet tar-roti).

123

C1.4. R5-I2

T

Mal-50 000 voucher għal vjaġġi b’vettura kompletament awtonoma mogħtija mingħajr ħlas lill-persuni b’diżabilità, validi għal mill-inqas ħames snin wara l-ħruġ

 

Numru

0

50 000

Q1

2026

Wara l-kostruzzjoni ta’ vetturi ġodda kompletament awtonomi, 50 000 voucher tas-sewqan mingħajr ħlas, validi għal mill-inqas ħames snin wara l-ħruġ, għandhom jiġu assenjati lil persuni b’diżabilità u/jew li qed jiffaċċjaw diffikultajiet fl-użu ta’ mezzi oħra tat-trasport pubbliku, bi qbil mal-Belt ta’ Żagreb u l-operatur tat-trasport pubbliku.

124

C1.4. R5-I3

T

Xiri kofinanzjat ta’ 2 000 vettura tat-triq li jaħdmu b’mod alternattiv (bl-elettriku jew bl-idroġenu)

 

Numru

0

2 000

Q2

2026

Wara l-pubblikazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti, għandhom jiġu kofinanzjati 2 000 vettura tat-triq ġdida li jaħdmu b’mod alternattiv (bl-elettriku jew bl-idroġenu).

125

C1.4. R5-I3

T

Il-bini kkofinanzjat ta’ 1 300 stazzjon tal-iċċarġjar tal-elettriku

 

Numru

0

1 300

Q2

2026

Wara l-pubblikazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti, 1 300 stazzjon tal-iċċarġjar għandhom jiġu kkofinanzjati u mibnija.

E. KOMPONENT 1.5: IT-TITJIB TAL-UŻU TAR-RIŻORSI NATURALI U T-TISĦIĦ TAL-KATINA TAL-PROVVISTA TAL-IKEL

Dan il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jżid is-sigurtà tal-ikel u l-kompetittività tas-settur agroalimentari Kroat.

Il-komponent għandu jkun magħmul minn: (i) l-istabbiliment ta’ network tal-infrastruttura loġistika biex tissaħħaħ il-katina tas-suq tal-produzzjoni fis-settur tal-frott u l-ħxejjex; (ii) l-istabbiliment ta’ sistema għar-ristrutturar u l-konsolidazzjoni tal-art agrikola; (iii) l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali fis-settur agrikolu; u (iv) it-titjib tas-sistemi ta’ donazzjoni tal-ikel.

Il-komponent għandu jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata r-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż dwar il- “ħtieġa li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u li jkun hemm rispons effettiv għall-pandemija, biex tiġi sostnuta l-ekonomija u jiġi appoġġat l-irkupru” (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 1, 2020); “dwar il-ħtieġa li jiżdied l-aċċess għas-servizzi diġitali” (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 2, 2020) u dwar “il-prijoritizzazzjoni tal-implimentazzjoni u l-finanzjament ta’ proġetti ta’ investiment pubbliċi u potenzjalment pubbliċi-privati biex jiġi appoġġat l-irkupru tal-ekonomija” (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 3, 2020).

E.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C1.5. R1 – L-istabbiliment ta’ network tal-infrastruttura tal-loġistika biex tissaħħaħ il-katina tas-suq tal-produzzjoni fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;

L-għan tar-riforma huwa li torganizza u torbot il-provvista ta’ rziezet żgħar permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi biex tħeġġeġ il-ħidma flimkien, il-kooperazzjoni, l-iskambju ta’ esperjenza u għarfien. Ir-riforma mistennija ttejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-ktajjen tal-provvista, b’mod partikolari fis-settur tal-frott u l-ħaxix, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ prodotti b’valur miżjud akbar. Ir-riforma għandha tinkludi l-adozzjoni tal-Programm Operazzjonali għat-tisħiħ tal-kapaċità tas-suq tas-settur tal-frott u l-ħxejjex għall-perjodu mill-2021 sal-2026 mill-Gvern Kroat.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C1.5. R1-I1 – Il-bini u t-tagħmir ta’ ċentri loġistiċi u tad-distribuzzjoni għall-frott u l-ħxejjex

L-objettiv tal-investiment huwa li jtejjeb il-kompetizzjoni fis-settur permezz tal-bini u t-tagħmir ta’ infrastruttura loġistika u tad-distribuzzjoni għall-frott u l-ħaxix. Iċ-Ċentru tad-distribuzzjoni għandu jkollu kapaċità minima ta’ 3 000 tunnellata ta’ spazju għall-ħżin u spazju loġistiku apposta, u sa kapaċità massima ta’ 12 000 tunnellata ta’ spazju għall-ħżin u spazju loġistiku apposta. Iċ-ċentri tad-distribuzzjoni loġistika mibnija għandhom jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tat-telf u l-ħela tal-ikel.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment: C1.5. R1-I2 It-tisħiħ tal-pożizzjoni u l-viżibbiltà tal-produtturi fil-katina tal-provvista tal-ikel

L-investiment għandu l-għan li jtejjeb il-governanza u s-sostenibbiltà finanzjarja tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, u li jippermetti lill-produtturi jkollhom rwol aktar importanti fl-istruttura tal-governanza u tas-sjieda taċ-ċentri loġistiċi u tad-distribuzzjoni. L-investiment għandu jinkludi l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-qasam tal-ġestjoni u l-finanzi. L-investiment għandu jinkludi wkoll sistema ta’ tikkettar għall-frott u l-ħaxix bil-ħsieb li l-produtturi lokali u reġjonali jiġu rikonoxxuti aħjar u biex tittejjeb il-garanzija tal-kwalità tal-prodotti agroalimentari.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C1.5. R2 – It-titjib tas-sistemi ta’ ristrutturar u konsolidazzjoni tal-art agrikola

L-objettiv tar-riforma huwa li jiġu ffaċilitati l-proċeduri ta’ konsolidazzjoni u l-monitoraġġ kontinwu tal-art agrikola, li għandhom joħolqu prekundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ metodi moderni tal-biedja, għall-bini ta’ infrastruttura (bħal network ta’ toroq fuq il-post u l-kanali għal miljorament), u għat-trattament tar-relazzjonijiet legali tal-proprjetà dwar art agrikola. Ir-riforma għandha tikkontribwixxi għal użu aktar effiċjenti tal-art agrikola fl-agrikoltura, filwaqt li żżid il-produttività u s-sostenibbiltà tal-produzzjoni agrikola b’enfasi fuq il-preservazzjoni tal-ambjent u t-titjib tal-ħajja fiż-żoni rurali. Bħala parti mir-riforma, l-Att il-ġdid dwar il-Konsolidazzjoni tal-Art Agrikola għandu jidħol fis-seħħ.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.

Investiment C1.5. R2-I1 – Il-konsolidazzjoni tal-art agrikola

L-objettiv tal-investiment huwa li jinħolqu l-prekundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ metodi moderni tal-biedja permezz tal-konsolidazzjoni tal-art agrikola, li għandhom jippermettu aċċess aktar faċli u aktar effiċjenti għall-art permezz tal-bini tal-infrastruttura (bħal network ta’ toroq fl-għelieqi u kanali għal miljorament).

L-investiment għandu jikkontribwixxi għal ġestjoni aħjar tal-ilma u l-konservazzjoni tal-ilma, il-prevenzjoni tal-erożjoni u l-aċidifikazzjoni tal-ħamrija, il-konservazzjoni tal-arja, it-tqassim u l-protezzjoni tal-pajsaġġ u ż-żieda fl-impjiegi, b’impatt dirett u indirett fuq ir-riġenerazzjoni rurali.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.

InvestimentC1.5. R2-I2 – Programm ta’ Monitoraġġ tal-Art Agrikola

L-investiment għandu l-għan li jiżgura l-kundizzjonijiet għall-protezzjoni effettiva tal-art agrikola, id-disponibbiltà kontinwa tad-data meħtieġa għall-valutazzjoni tal-Istat tal-ħamrija u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ ġestjoni sostenibbli, permezz tar-riċerka fuq il-post u l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika (GIS). L-investiment għandu jinkludi l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ Programm għall-monitoraġġ permanenti tal-kundizzjoni tal-art agrikola biex tiġi appoġġata l-ġestjoni sistematika u ppjanata ta’ din ir-riżorsa. Ir-riżultati tal-programm għandhom jagħmluha possibbli wkoll li jiġu identifikati żoni ta’ kriżi fejn il-ħamrija tkun esposta għal theddid kif definit fl- “Istrateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija” tal-Kummissjoni u jservu bħala bażi għal politika aktar effettiva għall-protezzjoni tal-ħamrija, kif ukoll politika sostenibbli dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Riforma C1.5. R3 – It-trasformazzjoni diġitali tal-agrikoltura

L-għan tar-riforma huwa li tagħmel is-servizzi pubbliċi fis-settur agrikolu aktar aċċessibbli għall-bdiewa billi tiddiġitalizza dawn is-servizzi, filwaqt li tnaqqas ukoll il-piż amministrattiv. Ir-riforma għandha tinkludi t-twaqqif ta’ unità ta’ koordinazzjoni li għandha tippjana u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-investimenti kollha u tiżgura l-kisba ta’ għanijiet definiti: servizzi pubbliċi diġitalizzati, pjattaforma operattiva tal-Agrikoltura Intelliġenti u sistema ta’ informazzjoni ta’ traċċabbiltà aċċessibbli għall-pubbliku.

Ir-riforma hija mistennija li tikkontribwixxi biex tiżdied il-produzzjoni agrikola, tiżgura l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodotti agrikoli u tiżgura l-applikazzjoni ta’ prattiki agronomiċi li huma sostenibbli fit-tul għall-klima u l-ambjent.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.5. R3-I1 – It-tnedija tas-servizzi pubbliċi diġitali

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa t-trasformazzjoni diġitali ta’ mill-inqas 30 servizz pubbliku agrikolu. L-investiment għandu, fost l-oħrajn, jinkludi t-tħejjija tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar it-Trasformazzjoni Diġitali, li għandu jkun il-bażi għar-reġistrazzjoni tas-servizzi agrikoli kollha li għandhom jiġu diġitalizzati. Mill-inqas, it-30 servizz pubbliku li għandhom jiġu rreġistrati fil-Pjan ta’ Azzjoni, għandhom jiġu ddiġitalizzati u magħmula disponibbli għall-benefiċjarji. L-investiment għandu jnaqqas il-ħtieġa għal servizzi personali u għandu jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ servizzi pubbliċi diġitali għall-bdiewa.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Settembru 2025.

Investiment C1.5. R3-I2 – Agrikoltura Intelliġenti

L-objettiv tal-investiment huwa li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-settur agrikolu tal-Kroazja permezz tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni agrikola. Il-Pjattaforma tal-Agrikoltura Intelliġenti, bl-għoti ta’ informazzjoni aġġornata, strutturata u f’waqtha direttament mill-għelieqi u l-azjendi agrikoli, u bl-appoġġ espert xieraq u l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-produzzjoni sostenibbli, għandha tkun għodda biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-Politika Agrikola Komuni futura. L-investiment għandu jagħmilha aktar faċli u aktar reżiljenti għall-utenti biex joperaw, itejjeb l-aċċessibbiltà, il-viżibbiltà u t-trasparenza tal-programmi u l-proġetti implimentati mill-Ministeru tal-Agrikoltura, kif ukoll il-kwalità tas-servizzi pubbliċi u l-appoġġ professjonali pprovdut mill-Ministeru tal-Agrikoltura.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C1.5. R3-I3 – Sistema ta’ Traċċabilità

L-objettivi tal-investiment huma li tiġi promossa aktar il-biedja sostenibbli, speċjalment minn produtturi lokali żgħar, u li l-konsumaturi jiġu infurmati aktar dwar l-importanza u d-disponibbiltà tal-prodotti miksuba b’mod sostenibbli, fil-livelli lokali fil-Kroazja kollha. L-investiment huwa mistenni li jkollu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp rurali f’għadd ta’ komunitajiet lokali u jikkontribwixxi biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti tal-ikel prodotti lokalment u sostenibbli. L-investiment għandu jinkludi t-twaqqif ta’ sistema nazzjonali ta’ informazzjoni dwar it-traċċabilità li għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Settembru 2023.

Riforma C1.5. R4 – It-titjib tas-sistemi ta’ donazzjoni tal-ikel

L-objettiv tar-riforma huwa li jippromwovi l-ekonomija ċirkolari fis-settur agroalimentari, li tnaqqas il-ħela tal-ikel u żżid is-sigurtà tal-ikel għall-ifqar billi ttejjeb is-sistema tad-donazzjoni tal-ikel. Ir-riforma għandha tinkludi l-istabbiliment ta’ bank tal-ikel, it-tisħiħ tal-kapaċità infrastrutturali tal-intermedjarji fil-katina tad-donazzjoni tal-ikel, it-tnedija ta’ pjattaforma online biex tiprevjeni l-ħela tal-ikel, l-aġġornament tas-sistema tal-IT tad-donazzjoni tal-ikel, il-konklużjoni ta’ ftehimiet volontarji dwar il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel bejn l-awtoritajiet rilevanti u l-partijiet interessati fil-katina tal-provvista tal-ikel, id-dinja akkademika, il-komunità xjentifika u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ kampanja ta’ informazzjoni u edukazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u d-donazzjoni tal-ikel.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C1.5. R4-I1 – It-tagħmir infrastrutturali tal-bank tal-ikel u l-intermedjarji fil-katina tad-donazzjoni tal-ikel

L-objettiv tal-investiment huwa t-tisħiħ tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-intermedjarji fil-katina tad-donazzjoni tal-ikel u tal-bank tal-ikel sabiex jinħolqu l-prekundizzjonijiet bażiċi biex jiżdiedu l-kwantitajiet ta’ ikel mogħti, biex b’hekk jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u jżidu s-sigurtà tal-ikel għal gruppi tal-popolazzjoni ifqar. L-investiment għandu jinkludi l-implimentazzjoni ta’ Skemi ta’ Appoġġ għat-tagħmir tal-infrastruttura għall-banek u għall-intermedjarji tal-ikel fil-katina tad-donazzjoni tal-ikel, żviluppati mill-Ministeru tal-Agrikoltura u adottati mill-Gvern Kroat.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

E.2.    Objettivi intermedji, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju / Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Żmien

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Għan

Q

Sena

126

C1.5. R1

M

Il-Programm Operazzjonali għat-tisħiħ tal-kapaċità tas-suq tas-settur tal-frott u l-ħxejjex għall-perjodu mill-2021 sal-2026.

Id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Gvern Kroat dwar l-adozzjoni tal-Programm Operazzjonali għat-tisħiħ tal-kapaċità tas-suq tas-settur tal-frott u l-ħxejjex għall-perjodu mill-2021 sal-2026.

 

 

 

Q4

2021

Sabiex tiġi implimentata l-miżura mmirata primarjament lejn it-tisħiħ tar-rwol u l-kapaċità ta’ ġestjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP) fil-katina tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-frott u l-ħxejjex, il-Programm Operazzjonali għat-tisħiħ tal-kapaċità tas-suq tas-settur tal-frott u l-ħxejjex għall-perjodu 2021–2026 għandu jiġi adottat mill-Gvern Kroat. Għandha tinkludi l-implimentazzjoni tal-miżuri li ġejjin: (i) Il-bini u t-tagħmir ta’ ċentri loġistiċi għad-distribuzzjoni tal-frott u l-ħxejjex u (ii) It-tisħiħ tal-pożizzjoni u r-rikonoxximent tal-produtturi fil-katina tal-provvista tal-frott u l-ħaxix.

127

C1.5. R1-I1

T

Ċentru ta’ distribuzzjoni loġistika (LDC) mibni u operattiv

 

Numru

0

1

Q4

2023

Il-bini taċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni Loġistika (LDC) għandu jinkludi l-parti ta’ rinnovazzjoni maħsuba għal-wasla tal-prodott, it-tindif, il-ħasil, is-separazzjoni u l-ippakkjar, kif ukoll żona għall-ħżin ta’ kapaċità xierqa fejn il-prodott jasal u jinħażen bit-tkessiħ kif ukoll jinħażen fit-tul u fejn isir ċertu livell ta’ pproċessar tal-prodott. L-ipproċessar primarju tal-frott u l-ħaxix huwa ppjanat biex jagħmel użu minn prodotti ta’ kwalità mhux standardizzata u b’hekk tiġi evitata l-ħela tal-ikel (l-iskart). Il-kapaċità tal-ħżin tal-LDC għandha tkun mill-inqas ta’ 3 000 tunnellata sa massimu ta’ 12 000 tunnellata. Il-miżura tikkonċerna l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, b’Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) li hija mill-inqas 20 % inqas mill-bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero (NZEB).

128

C1.5. R1-I1

T

Mill-inqas tliet ċentri ta’ distribuzzjoni loġistika (LDC) mibnija u operattivi

 

Numru

0

3

Q1

2026

Il-bini tliet Ċentri ta’ Distribuzzjoni Loġistika (LDC) għandu jinkludi l-parti ta’ rinnovazzjoni maħsuba għal-wasla tal-prodott, it-tindif, il-ħasil, is-separazzjoni u l-ippakkjar, kif ukoll żona għall-ħżin ta’ kapaċità xierqa fejn il-prodott jasal u jinħażen bit-tkessiħ kif ukoll jinħażen fit-tul u fejn isir ċertu livell ta’ pproċessar tal-prodott. L-ipproċessar primarju tal-frott u l-ħaxix huwa ppjanat biex jagħmel użu minn prodotti ta’ kwalità mhux standardizzata u b’hekk tiġi evitata l-ħela tal-ikel (l-iskart). Il-kapaċità tal-ħżin ta’ kull LDC għandha tkun mill-inqas ta’ 3 000 tunnellata sa massimu ta’ 12 000 tunnellata. Il-miżura tikkonċerna l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, b’Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) li hija mill-inqas 20 % inqas mill-bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero (NZEB).

129

C1.5. R1-I2

T

Taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi

 

Numru

0

3

Q2

2026

Għal minimu ta’ 3 organizzazzjoni tal-produtturi (OP) li jinvolvu mill-inqas 15-il persuna, għandu jitlesta taħriġ fil-qasam tal-ġestjoni u l-finanzjament tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP) marbuta maċ-ċentru distributtiv loġistiku. Il-ġestjoni u t-taħriġ finanzjarju għandhom jitwettqu biex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu jistgħu jaqdu rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-produtturi, biex itejbu l-pożizzjoni tagħhom fil-penetrazzjoni konġunta tas-suq, u għall-istruttura ta’ governanza u sjieda taċ-ċentri ta’ distribuzzjoni loġistika.

130

C1.5. R1-I2

T

Sistema għat-tikkettar tal-frott u l-ħxejjex

 

Numru

0

1

Q2

2026

Għandha tiġi żviluppata sistema għall-ħolqien ta’ tikketti rikonoxxibbli fis-suq tal-frott u l-ħxejjex b’kooperazzjoni mal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Aġenzija Kroata għall-Agrikoltura u l-Ikel. Is-sistema għandha tkun volontarja u komplementari mal-iskema tal-kwalità diġà eżistenti żviluppata mill-Ministeru tal-Agrikoltura. Is-sistema żviluppata hija mistennija li tagħti rikonoxximent aħjar lill-produtturi lokali u reġjonali u li ttejjeb l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodotti agroalimentari.

131

C1.5. R2

M

L-Att il-Ġdid dwar il-Konsolidazzjoni tal-Art Agrikola

Id-dħul fis-seħħ tal-Att il-Ġdid dwar il-Konsolidazzjoni tal-Art Agrikola

 

 

 

Q1

2022

L-att il-ġdid previst dwar il-Konsolidazzjoni tal-Art Agrikola għandu fost l-oħrajn:
• Jintroduċi kundizzjonijiet għas-simplifikazzjoni tal-proċess ta’ konsolidazzjoni,

• Inaqqas l-għadd ta’ korpi parteċipanti,

• Iqassar iż-żmien meħtieġ biex jitwettqu l-attivitajiet fil-qafas tal-allokazzjoni,

• Japplika teknoloġiji tal-informazzjoni u jaqbad ma’ bażijiet tad-
data eżistenti u ġodda ta’ diversi partijiet ikkonċernati, filwaqt li tinħoloq bażi tad-data dwar il-kwalità tal-ħamrija.

132

C1.5. R2-I1

T

Mat-18 000 ettaru ta’ art agrikola kkonsolidat

 

Numru

0

18 000

Q1

2026

Il-konsolidazzjoni ta’ 18 000 ettaru ta’ art agrikola għandha tippermetti aċċess aktar faċli u aktar effiċjenti għall-art permezz tal-bini ta’ infrastruttura (bħal network ta’ toroq fuq il-post u kanali għal miljorament), filwaqt li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-Ħabitats u l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont il-VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE. Dan għandu jikkontribwixxi għal ġestjoni aħjar tal-ilma u l-konservazzjoni tal-ilma, il-prevenzjoni tal-erożjoni u l-aċidifikazzjoni tal-ħamrija, il-konservazzjoni tal-arja, it-tqassim u l-protezzjoni tal-pajsaġġ u ż-żieda fl-impjiegi, b’impatt dirett u indirett fuq ir-riġenerazzjoni rurali.

133

C1.5. R2-I2

T

It-titjib tas-sistema ta’ informazzjoni operattiva għall-monitoraġġ tal-art agrikola u l-istabbiliment ta’ 90 stazzjon permanenti għall-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-art agrikola

 

Numru

0

90

Q2

2025

L-aġġornament tas-sistema ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ tal-art agrikola għandu jippermetti l-kisba ta’ parametri realistiċi u komparabbli, li jservu bħala bażi għall-ġestjoni sistematika u ppjanata tal-art agrikola.
Għandhom jiġu stabbiliti mill-inqas 90 stazzjon bħala parti mis-sistema mtejba għall-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-art agrikola u għandhom jitqassmu fit-territorju kollu tal-Kroazja biex ikopru s-sottoreġjuni kollha sabiex jirrappreżentaw kemm jista’ jkun il-kundizzjonijiet agroekoloġiċi tagħhom.

134

C1.5. R3

M

L-istabbiliment ta’ Unità għall-Implimentazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Proġetti ta’ Trasformazzjoni Diġitali fil-Ministeru tal-Agrikoltura

Ittieħdet deċiżjoni mill-Ministru tal-Agrikoltura biex titwaqqaf Unità għall-Implimentazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Proġetti ta’ Trasformazzjoni Diġitali fil-Ministeru tal-Agrikoltura

 

 

 

Q4

2021

L-unità stabbilita, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti (l-Aġenzija tal-Pagamenti, l-Aġenzija Kroata għall-Agrikoltura u l-Ikel u l-Uffiċċju Statali Ċentrali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Diġitali) għandha tippjana u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-investimenti kollha, sabiex tiżgura l-kisba ta’: Mill-inqas 30 servizz pubbliku diġitalizzati, pjattaforma operattiva tal-Agrikoltura Intelliġenti u sistema ta’ informazzjoni ta’ traċċabbiltà aċċessibbli għall-pubbliku.

135

C1.5. R3-I1

T

Id-diġitalizzazzjoni ta’ mill-inqas 30 servizz pubbliku fl-agrikoltura elenkati fil-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni Diġitali tas-Servizzi Pubbliċi Agrikoli

 

Numru

0

30

Q3

2025

Il-pjan ta’ Azzjoni dwar it-Trasformazzjoni Diġitali għandu jkun il-bażi għar-reġistrazzjoni tas-servizzi agrikoli kollha li għandhom jiġu diġitalizzati. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jinkludi mudell u proċess ta’ trasformazzjoni għal kull servizz pubbliku rreġistrat. Mill-inqas, it-30 servizz pubbliku li għandhom jiġu rreġistrati fil-Pjan ta’ Azzjoni u appoġati taħt il-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza, għandhom jiġu diġitalizzati u magħmula disponibbli għall-benefiċjarji. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jiddefinixxi s-servizzi pubbliċi individwali li għandhom jiġu diġitalizzati permezz tal-implimentazzjoni tal-proġett. Mill-inqas 30 servizzi għandhom jiġu diġitalizzati u jkunu disponibbli għall-benefiċjarji.

136

C1.5. R3-I2

M

It-twaqqif ta’ pjattaforma tal-agrikoltura intelliġenti

Pjattaforma tal-Agrikoltura Intelliġenti kompletament operattiva, inkluż iċ-ċentralizzazzjoni tal-infrastruttura, id-disponibbiltà tad-data kollha relatata mal-produzzjoni agrikola, u l-aċċess għall-pjattaformi

 

 

 

Q4

2025

Pjattaforma tal-Agrikoltura Intelliġenti għandha tkun kompletament operattiva u disponibbli għall-benefiċjarji. Il-Pjattaforma tal-Agrikoltura Intelliġenti, bl-għoti ta’ informazzjoni aġġornata, strutturata u f’waqtha direttament mill-għelieqi u l-azjendi agrikoli, u bl-appoġġ espert xieraq u l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-produzzjoni sostenibbli, għandha tkun għodda biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-Politika Agrikola Komuni futura. Il-pjattaforma għandu jkollha l-potenzjal li tnaqqas l-impronta ekoloġika tal-biedja (pereż. l-applikazzjoni minimizzata jew speċifika għas-sit ta’ inputs, bħal fertilizzanti u pestiċidi, f’sistemi agrikoli ta’ preċiżjoni, għandha timmitiga t-tnixxija/problemi potenzjali ta’ tniġġis kif ukoll l-emissjoni tal-gassijiet serra).

137

C1.5. R3-I3

M

L-istabbiliment ta’ sistema ta’ informazzjoni dwar it-traċċabbiltà

Sistema ta’ informazzjoni dwar it-traċċabilità operattiva u aċċessibbli għall-pubbliku

 

 

 

Q3

2023

Is-sistema ta’ informazzjoni dwar it-traċċabilità ppjanata għandha tippermetti li l-konsumaturi jiġu infurmati aħjar fil-forma ta’ monitoraġġ tat-traċċabbiltà tal-prodotti agrikoli u tal-ikel. Is-sistema għandha tkun volontarja u għandha tintuża biex tgħaqqad u tiffaċilita t-traċċar tal-informazzjoni, tiffaċilita n-negozju u tipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi permezz tal-kodiċi QR. Is-sistema għandha tkun iddisinjata biex tikkonnettja ma’ sistemi elettroniċi oħra u taġġorna kontinwament l-informazzjoni dwar it-traċċabbiltà. Is-sistema għandu jkollha wkoll il-potenzjal li tirreġistra informazzjoni dwar kummerċjanti u intermedjarji li jistgħu qatt ma jiġu f’kuntatt fiżiku mal-prodott.

138

C1.5. R4

M

Il-pjattaforma online għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u sistema tal-IT aġġornata għad-donazzjoni tal-ikel

Il-pjattaforma online għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u l-aġġornament tas-soluzzjoni teknika għas-sistema tal-IT għad-donazzjoni tal-ikel huma operattivi u disponibbli għall-pubbliku

 

 

 

Q2

2022

Il-pjattaforma online dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel għandha titnieda biex ixxerred l-aħjar prattiki, tqajjem kuxjenza u teduka dwar il-kwistjoni tal-ħela tal-ikel u d-donazzjoni tal-ikel. Is-sistema tal-IT għad-donazzjoni tal-ikel, li diġà qed topera, għandha tiġi aġġornata b’funzjonalitajiet ġodda, li minnhom tiġi enfasizzata l-possibbiltà ta’ governanza reġjonali tas-sistema u r-rappreżentazzjoni statistika tad-data.

139

C1.5. R4-I1

M

Skema ta’ appoġġ għat-tagħmir tal-infrastruttura għall-banek u għall-intermedjarji tal-ikel fil-katina tad-donazzjoni tal-ikel

Skema ta’ Appoġġ għat-tagħmir tal-infrastruttura għall-banek u għall-intermedjarji tal-ikel fil-katina tad-donazzjoni tal-ikel implimentata u bil-fondi żborżati

 

 

 

Q4

2023

L-iskema ta’ Appoġġ għandha tibda topera wara sejħa pubblika u wara li jiġu konklużi l-kuntratti, permezz ta’ żborż tal-fondi, li għandhom jintużaw għall-bini u r-rinnovazzjoni tal-faċilitajiet ta’ ħżin, tat-tagħmir għall-ħżin u l-għamara, tat-tagħmir għat-tkessiħ u l-ħżin tal-ikel, tal-vetturi bil-frieket quddiem, tal-vetturi miksaħ, tal-vetturi u tagħmir tal-IT.

   F. KOMPONENT 1.6: L-IŻVILUPP TA’ TURIŻMU SOSTENIBBLI, INNOVATTIV U REŻILJENTI

Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt negattiv ħafna fuq is-settur tat-turiżmu kemm globalment kif ukoll fil-Kroazja. Bħala attività strateġika fil-Kroazja, it-turiżmu jammonta għal sehem dirett ta’ 11,4 % tal-PDG u rreġistra tnaqqis ta’ 55 % fl-għadd ta’ ljieli f’akkomodazzjonijiet turistiċi fl-2020 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Fid-dawl ta’ dawn l-effetti tal-kriżi u tal-aspettattivi tad-domanda li qed jinbidlu, l-għan ta’ dan il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li jittrasforma u jimmodernizza s-settur tat-turiżmu filwaqt li jżid il-kompetittività, is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tiegħu billi jikseb l-objettivi ġenerali li ġejjin:

-Iżid ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-settur tat-turiżmu permezz tal-appoġġ għal tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

-Jikkontribwixxi għall-irkupru tas-settur tat-turiżmu mill-kriżi tal-COVID-19 billi jtejjeb il-kapaċità tal-akkomodazzjonijiet u l-koeżjoni soċjali u territorjali.

-Iżid l-ekonomija ċirkolari fit-turiżmu u jrawwem il-konsum responsabbli u jżid l-effetti indiretti tat-turiżmu fuq attivitajiet relatati.

Il-komponent jappoġġa l-indirizzar    tar-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż biex jitnaqqsu l-imposti parafiskali l-aktar onerużi (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 4, 2019), jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi indirizzata b’mod effettiv il-pandemija (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 1, 2020) u jiġu antiċipati proġetti maturi ta’ investiment pubbliku u jiġi promoss l-investiment privat biex jitrawwem l-irkupru ekonomiku (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 3, 2020).

Dan il-komponent jikkontribwixxi wkoll għall-objettivi stabbiliti fis-sottokomponenti l-oħra ta’ dan il-pjan, b’mod partikolari C1.5. It-titjib tal-użu tar-riżorsi naturali u t-tisħiħ tal-katina tal-provvista tal-ikel u C2.3. - It-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u tal-amministrazzjoni pubblika.

F.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

C1.6.R1, It-tisħiħ tar-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-settur tat-turiżmu

Ir-riforma għandha l-għan li tistabbilixxi qafas organizzattiv u legali effettiv għall-ġestjoni tal-iżvilupp tat-turiżmu sostenibbli permezz tat-tfassil tal-Att dwar it-Turiżmu, l-Istrateġija tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tat-Turiżmu, il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli tat-Turiżmu sal-2027 u l-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika.

Ir-riforma għandha tinkludi:

-Aktar għajnuna amministrattiva u parafiskali għas-settur tat-turiżmu;

-Bidla ulterjuri fil-qafas leġiżlattiv li tippermetti ġestjoni aħjar tal-iżvilupp tat-turiżmu filwaqt li tinkoraġġixxi l-investiment tan-negozju fl-innovazzjoni;

-L-iżvilupp ta’ mudell ġdid ta’ turiżmu li joffri prodotti turistiċi aktar diversifikati, jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-intraprendituri tat-turiżmu u jiżgura l-aderenza mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari;

-It-tnaqqis ta’ proċeduri operattivi li għandhom jikkontribwixxu għal bidu aktar faċli, rapidu u orħos ta’ negozju tat-turiżmu.

L-operazzjonalizzazzjoni tar-riforma tas-sistema tal-ġestjoni tat-turiżmu hija prevista wkoll permezz tal-investiment C.2.3.R3 I15 - L-istabbiliment ta’ soluzzjonijiet għall-applikazzjoni tat-turiżmu bil-għan li f’livel amministrattiv jiġu megħjuna l-intraprendituri u biex il-mudell tat-turiżmu jieħu xejra sostenibbli. Ir-riforma se tiġi implimentata skont il-prinċipju tal-konsultazzjoni pubblika, bl-involviment ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati fl-ekosistema tat-turiżmu ġenerali, inklużi l-intraprendituri, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-akkademiċi.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

C1.6.R1-I1, Id-diversifikazzjoni reġjonali u l-ispeċjalizzazzjoni tat-turiżmu Kroat permezz ta’ investimenti fl-iżvilupp ta’ prodotti tat-turiżmu b’valur miżjud għoli

Dan l-investiment għandu jinkludi appoġġ finanzjarju fil-forma ta’ għotjiet għall-iżvilupp, l-adattament u t-titjib tal-infrastruttura tat-turiżmu pubblika fil-Kroazja kollha bil-ħsieb li tiżdied l-effiċjenza enerġetika u s-sehem ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali filwaqt li jiġu promossi l-prodotti tat-turiżmu li jistgħu jiġġeneraw valur miżjud akbar f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari.

Għan ieħor ta’ dan l-investiment huwa li jnaqqas it-turiżmu żejjed fiż-żoni turistiċi l-aktar żviluppati billi jżid l-attrazzjoni ta’ destinazzjonijiet turistiċi inqas żviluppati, iżid il-kwalità tad-destinazzjonijiet u jippermetti staġuni estiżi, irawwem forom sostenibbli ta’ turiżmu u jiżviluppa infrastruttura tat-turiżmu.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

C1.6.R1-I2, It-tisħiħ tal-kompetittività tal-intraprendituri u t-trawwim ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fis-settur tat-turiżmu

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ turiżmu sostenibbli permezz tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali billi jimplimenta proġetti ekoloġiċi, bħaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, l-użu ta’ sorsi rinnovabbli u l-ekonomija ċirkolari, l-użu tal-innovazzjoni u t-teknoloġiji diġitali u l-iżvilupp ta’ prodotti tat-turiżmu li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi.

Il-finanzjament għandu jiġi allokat abbażi tal-indiċi tal-iżvilupp tat-turiżmu tal-Kroazja b’tali mod li l-investimenti f’żoni turistiċi inqas żviluppati għandhom jingħataw prijorità. Barra minn hekk, dan l-investiment huwa mistenni li jagħti spinta lis-sostenibbiltà soċjali tat-turiżmu billi jħeġġeġ l-investiment privat li jikkontribwixxi għal aktar impjiegi fil-komunitajiet lokali.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

C1.6.R1-I3, It-tisħiħ tal-kapaċità tas-sistema għal turiżmu reżiljenti u sostenibbli

L-objettiv tal-investiment huwa li jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-kapital uman fis-settur tat-turiżmu kollu, permezz ta’ programmi edukattivi mfassla speċifikament għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, b’enfasi fuq il-ħiliet diġitali, ekoloġiċi u ta’ ġestjoni.

L-attivitajiet ewlenin tal-investiment għandhom jinkludu t-tfassil ta’ programmi edukattivi li jirrispondu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, ta’ taħriġ speċifiku għal min iħaddem, taħriġ ta’ studenti u persuni qiegħda u taħriġ għall-persunal fl-amministrazzjoni tal-Istat u fil-bordijiet tat-turisti tal-kontea sabiex jiġi ġestit aħjar it-turiżmu sostenibbli.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

F.2.    Objettivi intermedji, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju / Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Żmien

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Għan

Q

Sena

140

C1.6. R1

M

Analiżi tax-xenarju bħala parti mill-Istrateġija għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Sostenibbli għall-2030

L-iżvilupp ta’ analiżi tax-Xenarju

 

 

 

Q4

2021

L-analiżi tax-xenarju prodotta bħala parti mill-proċess ta’ żvilupp tal-istrateġija għandha tkun il-bażi għall-mobilizzazzjoni tal-investimenti msemmija taħt dan is-sottokomponent. L-analiżi tax-xenarju għandha tiżviluppa l-projezzjoni tad-direzzjoni tal-iżvilupp fil-livell nazzjonali u territorjali f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin fis-settur.

141

C1.6. R1

M

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp ta’ Turiżmu Sostenibbli sal-2030 tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja

Id-dispożizzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Istrateġija għall-Iżvilupp ta’ Turiżmu Sostenibbli sal-2030

 

 

 

Q3

2022

Bħala parti minn din ir-riforma, il-proċess tat-trasformazzjoni tal-mudell tal-iżvilupp tat-turiżmu lejn is-sostenibbiltà se jiġi implimentat permezz tal-iżvilupp tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Sostenibbli tal-2030, mill-perspettiva tas-sostenibbiltà soċjo-ekonomika, is-sostenibbiltà ambjentali u territorjali.
L-istrateġija, bħala att fit-tul ta’ ppjanar strateġiku ta’ sinifikat nazzjonali, se tagħti attenzjoni partikolari wkoll lill-kwistjonijiet tal-użu tal-art s’issa, jiġifieri t-turiżmu eċċessiv f’destinazzjonijiet individwali, bħala waħda mill-problemi ewlenin tal-iżvilupp tat-turiżmu. L-istrateġija se tipprovdi wkoll rispons għal kif jista’ jiġi promoss aħjar it-tnaqqis ta’ żvilupp reġjonali irregolari fil-Kroazja.

142

C1.6. R1

M

Tfassil tal-Kont Satellita għal Turiżmu Sostenibbli tar-Repubblika tal-Kroazja

Dispożizzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Kont Satellita għal Turiżmu Sostenibbli

 

 

 

Q3

2023

Is-sistema ta’ Kontijiet Satellita għas-Sostenibbiltà tat-Turiżmu għandha toħloq il-kundizzjonijiet għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-iżvilupp tat-turiżmu permezz ta’ indikaturi tas-sostenibbiltà tat-turiżmu definiti kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali.
Il-kont satellita għandu jsir għodda għall-ġestjoni tal-politika pubblika. Il-ġbir u l-kompilazzjoni tad-
data se jiġu armonizzati mas-Sistema Ewropea tal-Indikaturi tat-Turiżmu (ETIS) u l-kunċetti, id-definizzjonijiet, il-klassifikazzjonijiet u r-regoli tal-kontabilità tas-Sistema ta' Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali (SEEA). Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-politika tat-turiżmu reġjonali, se jiġi stabbilit Kont Satellita għat-Turiżmu Reġjonali, biż-żieda ta’ indikaturi speċifiċi tal-attività turistika fil-livell tad-destinazzjoni aġġustat biex jindika l-okkorrenza possibbli ta’ turiżmu żejjed. Id-data u l-analiżi għandhom jirfdu kemm id-direzzjoni strateġika tal-ippjanar, kemm pubblika kif ukoll privata, kif ukoll għandhom isiru għodda rilevanti għall-ġestjoni tal-politika.

143

C1.6. R1

M

L-Att dwar it-Turiżmu li jistabbilixxi qafas għall-monitoraġġ u l-iżvilupp tas-settur tat-turiżmu

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar it-Turiżmu

 

 

 

Q4

2023

L-Att dwar it-Turiżmu għandu jipprovdi qafas għall-monitoraġġ u l-iżvilupp tas-settur tat-turiżmu permezz tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ monitoraġġ u l-analiżi tad-data, sistema ta’ inċentivi, il-monitoraġġ u l-analiżi tal-investimenti, id-definizzjoni tar-rwol tal-partijiet ikkonċernati ewlenin fl-iżvilupp tat-turiżmu u l-kooperazzjoni bejn is-servizzi, u d-definizzjoni ta’ indikaturi u standards għall-iżgurar tas-sostenibbiltà tat-turiżmu (b’mod partikolari l-istandards ekoloġiċi u diġitali).

144

C1.6. R1-I1

M

It-tnedija ta’ sejħiet pubbliċi għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-infrastruttura tat-turiżmu pubblika eżistenti u l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-turiżmu pubblika lil hinn miż-żoni turistiċi u kostali ewlenin

Il-pubblikazzjoni ta’ dokumentazzjoni tal-offerti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-infrastruttura tat-turiżmu pubblika eżistenti u l-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-turiżmu pubblika lil hinn miż-żoni turistiċi u kostali ewlenin

 

 

 

Q3

2022

Id-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika li l-investimenti għandhom jiffukaw fuq proġetti li jistgħu jżidu l-kwalità ekoloġika u diġitali tal-infrastruttura tat-turiżmu u jnaqqsu l-impatt ambjentali u konsegwentement il-konċentrazzjoni tal-viżitaturi fl-istaġun. Fiż-żoni turistiċi u kostali ewlenin, skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tat-Turiżmu, l-investimenti fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-infrastruttura tat-turiżmu eżistenti u sa EUR 29 623 731 mill-baġit totali tal-investiment biss għandhom ikunu eliġibbli biex jikkontribwixxu għall-ġestjoni sostenibbli tad-destinazzjonijiet, filwaqt li jnaqqsu l-impatti ambjentali waqt l-istaġun turistiku. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għandhom jinkludu konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).

145

C1.6. R1-I1

T

L-allokazzjoni sħiħa għal kull offerta tal-baġit għall-bini u l-adattament tal-infrastruttura tat-turiżmu pubbliku skont il-kriterji tal-eliġibbiltà

 


Numru (EUR)

0

123 432 212

Q4

2025

Allokazzjoni skont l-offerti ta’ 100 % tal-baġit allokat għall-bini u l-adattament tal-infrastruttura tat-turiżmu pubblika skont il-kriterji tal-eliġibbiltà/tal-għażla għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-infrastruttura tat-turiżmu pubblika eżistenti u l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-turiżmu pubblika barra ż-żoni turistiċi u kostali ewlenin, li fihom kriterji tal-għażla/eliġibbiltà li jiżguraw il-konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01) tal-proġetti appoġġati u l-kompatibbiltà tal-proġetti appoġġati mal-acquis ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali. Barra minn hekk, il-kriterji tal-għażla/tal-aċċettabbiltà għandhom jirrikjedu l-għoti ta’ kontribuzzjoni [klimatika/diġitali], skont l-oqsma ta’ intervent [026,128] stabbiliti fl-Anness [VI/VII] tar-Regolament RRF.

146

C1.6. R1-I2

M

Jiġu mnedija sejħiet pubbliċi biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà u tingħata spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-intraprendituri tat-turiżmu, b’mill-inqas 50 % tal-investimenti totali li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika

Il-pubblikazzjoni ta’ dokumentazzjoni tal-offerti biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà u titrawwem it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-intraprendituri/2088 tat-turiżmu;

 

 

 

Q3

2022

Id-dokumentazzjoni tal-offerta għandha tispeċifika li mill-inqas EUR 29 862 632 tal-investimenti totali se jingħataw għal investiment iffukat fuq il-mitigazzjoni jew l-adattament għat-tibdil fil-klima, id-diġitalizzazzjoni tal-attivitajiet f’konformità mal-kriterji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew l-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-iskart, kif ukoll it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
Il-kriterji tal-għażla tal-proġetti għandhom jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, f’konformità mal-NRS, it-Trattat Ekoloġiku għall-Ewropa, l-indikaturi tas-sostenibbiltà definiti fl-istudju ta’ fattibbiltà għall-ħolqien ta’ kont satellita tat-turiżmu sostenibbli tar-Repubblika tal-Kroazja u l-linji gwida għat-tfassil tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Sostenibbli għall-2030. B’mod konsistenti mal-prinċipji tal-Gwida Teknika tad-DNSH, l-applikanti għandhom juru kif se jtaffu l-impatti ambjentali negattivi li jistgħu jiġu assoċjati mal-proġett u kif dawn se jikkontribwixxu għal impatti pożittivi matul l-implimentazzjoni tal-proġett.


Id-dokument tal-offerti għandu jassenja mill-inqas EUR 29 862 632 tal-investimenti totali biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika, u għandu jispeċifika għal dawk l-investimenti l-kriterji tal-għażla/eliġibbiltà li jirriflettu r-rekwiżiti tal-oqsma ta’ intervent applikabbli [3–100] tal-Anness [VI/VII] u l-konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01) u l-konformità tal-proġetti appoġġati mal-acquis ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

147

C1.6. R1-I2

T

L-allokazzjoni sħiħa tal-fondi biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà u titrawwem it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-imprendituri tat-turiżmu;

 


Numru (EUR)

0

165 903 511

Q4

2025

L-allokazzjoni tal-baġit sħiħ permezz ta’ sejħa għall-offerti għal proġetti li għandhom l-għan li jsaħħu s-sostenibbiltà u jrawmu t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-imprendituri tat-turiżmu, b’offerti li jkun fihom kriterji tal-għażla/tal-aċċettabbiltà li jirriflettu r-rekwiżiti tal-oqsma ta’ intervent applikabbli [3–100] stabbiliti fl-Anness [VI/VII] tar-Regolament RRF u l-konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01) tal-proġetti appoġġati u l-konformità tal-proġetti appoġġati mal-acquis ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

148

C1.6. R1-I3

M

Programmi edukattivi biex jissaħħu l-għarfien u l-ħiliet tat-turiżmu

Pubblikazzjoni tal-programm Edukattiv

Numru

0

10

Q4

2024

Programmi edukattivi żviluppati biex isaħħu l-għarfien u l-ħiliet tat-turiżmu, inklużi l-ħiliet diġitali għall-gvern u l-uffiċjali pubbliċi fis-sistema tat-turiżmu, il-persuni qiegħda u l-edukazzjoni tal-impjegaturi
Il-programmi edukattivi żviluppati se jkunu bbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u se jirriżultaw f’bażi għat-tisħiħ tal-għarfien u l-ħiliet fit-turiżmu, inklużi l-ħiliet diġitali għall-uffiċjali tal-gvern fis-sistema tat-turiżmu u impjegati fis-sistema tal-komunità tat-turiżmu, il-persuni qiegħda u l-edukazzjoni f’livell ta’ impjegaturi. Il-kriterji għall-għażla tal-programmi li għandhom jiġu żviluppati se jkunu li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, jiġifieri l-akkwist tal-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jiġu implimentati proġetti ffinanzjati mill-investimenti C1.6 I2 u I3 ta’ dan is-sottokomponent, bħal għarfien relatat mal-kostruzzjoni ekoloġika, l-enerġija rinnovabbli, il-prodotti innovattivi, il-ħiliet intraprenditorjali, il-ġestjoni ta’ destinazzjoni sostenibbli.

149

C1.6. R1-I3

T

Studenti bi studji fil-programmi edukattivi biex isaħħu l-għarfien u l-ħiliet fit-turiżmu, inklużi l-ħiliet diġitali għall-gvern u l-uffiċjali pubbliċi fis-sistema tat-turiżmu, il-persuni qiegħda u l-edukazzjoni tal-impjegaturi

 

Numru

0

1 000

Q4

2025

Mill-inqas 1 000 apprendist/impjegat fis-settur tat-turiżmu jew fis-settur pubbliku relatati mat-turiżmu jkunu attendew kors ta’ taħriġ relatat mat-turiżmu jew ikunu kisbu aġġornament tal-kwalifiki tagħhom sa mill-2022. Il-programmi se jkollhom kriterji tal-għażla/tal-eliġibbiltà li jirriflettu r-rekwiżiti tal-oqsma applikabbli (a) [3–100] tal-Anness [VI/VII] tar-Regolament RRF u biex jiżguraw il-konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01) u l-kompatibbiltà tal-proġetti appoġġati mal-acquis ambjentali nazzjonali u tal-UE rilevanti.

   G. KOMPONENT 2.1: TISĦIĦ TAL-KAPAĊITÀ GĦAT-TFASSIL U L-IMPLIMENTAZZJONI TA’ POLITIKI U PROĠETTI PUBBLIĊI

Il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tat-tfassil tal-politika pubblika, iżid il-kapaċità tal-amministrazzjoni pubblika li tfassal u timplimenta politiki pubbliċi u jegħleb il-frammentazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika billi jtejjeb il-koordinazzjoni fost il-ministeri rilevanti u jtejjeb l-implimentazzjoni tal-politiki u l-proġetti pubbliċi. Il-komponent għandu jinkludi miżuri biex:

-Jiffaċilita, permezz tal-użu akbar tat-teknoloġiji diġitali, it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki u proġetti pubbliċi fil-livell ċentrali u lokali;

-Jipprovdi assistenza lill-benefiċjarji fit-tħejjija ta’ proġetti u dokumentazzjoni teknika għal proġetti fil-qasam tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u

-Isaħħaħ il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-politiki pubbliċi.

Il-komponent għandu jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar iż-żieda tal-kapaċità tal-amministrazzjoni li tfassal u timplimenta proġetti u politiki pubbliċi (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 3, 2019) u għat-tisħiħ tal-kapaċità u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika biex tfassal u timplimenta proġetti u politiki pubbliċi fil-livell ċentrali u lokali (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 4, 2020).

G.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma: C2.1.R1: It-tisħiħ tal-mekkaniżmi għall-integrazzjoni u l-ġestjoni tal-politiki pubbliċi bil-professjonalizzazzjoni tal-ippjanar strateġiku

Din ir-riforma għandha ssaħħaħ il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni u l-integrazzjoni tal-politiki pubbliċi, torbot flimkien il-proċessi u l-proċeduri attwalment separati, twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni u l-applikazzjoni tal-politika pubblika u l-proċessi tal-valutazzjoni tal-impatt regolatorju, u tipprofessjonalizza l-ippjanar strateġiku u l-valutazzjonijiet tal-impatt tar-regolamenti.

Ir-riforma għandha tinkludi l-elementi ewlenin li ġejjin:

-L-emendar tal-qafas leġiżlattiv tas-sistema ta’ ppjanar strateġiku bil-għan li tittejjeb l-effikaċja tal-ippjanar strateġiku u l-professjonalizzazzjoni tat-tħejjija tad-dokumenti strateġiċi.

-L-immappjar tal-proċessi tan-negozju fil-qasam tal-ippjanar strateġiku u l-valutazzjoni tal-impatt regolatorju;

-L-unifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-proċessi ta’ ppjanar u l-ġestjoni tal-politika strateġika permezz tal-iżvilupp ta’ struzzjonijiet bil-miktub;

-L-iżvilupp ta’ deskrizzjonijiet tal-impjiegi u katalgu tal-kompetenzi relatati mal-ippjanar strateġiku u l-ġestjoni tal-politiki pubbliċi;

-L-istabbiliment ta’ koordinazzjoni konġunta għall-evalwazzjoni kontinwa u t-titjib kontinwu tal-politiki pubbliċi;

-L-istabbiliment ta’ sħubiji ma’ istituti xjentifiċi pubbliċi u istituzzjonijiet akkademiċi biex jitwettqu proċessi indipendenti ta’ evalwazzjoni tal-politika pubblika.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma: C2.1.R2: It-tisħiħ tal-kapaċità għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-UE

Bil-għan li jiżdied l-assorbiment tal-fondi tal-Unjoni, din ir-riforma għandha żżid il-kapaċità għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Gvern dwar il-korpi fis-sistema ta’ implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha tiddefinixxi l-awtoritajiet kompetenti u r-responsabbiltajiet għat-twettiq tal-kompiti fl-implimentazzjoni, tistabbilixxi korp ċentrali ta’ koordinazzjoni taħt il-Ministeru tal-Finanzi għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza (NRRP), u tagħti l-mandat lill-Kumitat ta’ Implimentazzjoni biex jiżgura l-konsistenza u l-koerenza fl-użu tal-fondi tal-Unjoni. Għandha titħejja analiżi tal-ammont ta’ xogħol għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-programmi operazzjonali kollha. L-istatut tal-Aġenzija tal-Awditjar tas-Sistema ta’ Implimentazzjoni tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (ARPA) għandu jiġi adattat biex jkun konformi mar-Regolament (UE) 2021/241 u jipprovdi l-mandat legali għat-twettiq ta’ awditi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-NRRP. Is-sistema tal-IT użata għall-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej għandha tiġi aġġornata biex tippermetti l-ġbir, il-ħżin u l-monitoraġġ ta’ data dwar l-istadji importanti u l-miri, inkluż fil-livell tar-riċevituri finali.

Din ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Jannar 2022, u qabel ma titressaq l-ewwel talba għall-ħlas lill-Kummissjoni.

Investiment: C2.1.R1-I1: L-ottimizzazzjoni, l-istandardizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi għall-ippjanar strateġiku u l-valutazzjoni tal-impatt tal-politiki pubbliċi

Dan l-investiment għandu jistabbilixxi Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Ippjanar Strateġiku biex jippermetti l-monitoraġġ tat-tħejjija tad-dokumenti strateġiċi, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi, jiddiġitalizza l-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt u jipprovdi preżentazzjoni trasparenti tal-implimentazzjoni tal-politika pubblika lill-pubbliku ġenerali.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment: C2.1.R1-I2: It-tisħiħ tal-kapaċità fl-ippjanar strateġiku u regolamentazzjoni aħjar

Dan l-investiment għandu jiżviluppa moduli edukattivi u l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, biex titjieb il-prestazzjoni tal-kompiti ta’ ppjanar strateġiku fil-korpi tal-gvern. L-investiment għandu jinkludi l-bini kontinwu tal-kapaċità permezz ta’ taħriġ li huwa mistenni li jippermetti lill-maniġers u lill-uffiċjali jiżviluppaw għarfien u ħiliet adegwati. L-investiment huwa mistenni li jikkontribwixxi biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistema tal-ippjanar strateġiku u jtejjeb il-kwalità tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-politiki pubbliċi fil-Kroazja.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment: C2.1.R2-I1: L-għoti ta’ assistenza lill-benefiċjarji fit-tħejjija tad-dokumentazzjoni teknika għal proġett b’offerta teknika

Dan l-investiment għandu jipprovdi lill-benefiċjarji b’appoġġ minn esperti esterni b’għarfien speċifiku u l-mandati meħtieġa biex ifasslu proġetti u dokumentazzjoni teknika, li ma jistgħux jiġu pprovduti mill-amministrazzjoni nazzjonali. L-investiment huwa mistenni li jirriżulta fil-ħolqien ta’ sensiela ta’ proġetti lesti biex jitwettqu fil-qasam tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. B’dan il-mod, il-miżura għandha tipprovdi assistenza lill-benefiċjarji għat-tħejjija f’waqtha u kompluta tad-dokumenti ta’ applikazzjoni kollha meħtieġa għall-finanzjament u l-investimenti.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

G.2.    Objettivi intermedji, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju / Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Żmien

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Għan

Q

Sena

150

C2.1. R1

M

L-emendi fl-Att dwar is-Sistema tal-Ippjanar Strateġiku u l-Ġestjoni tal-Iżvilupp tar-Repubblika tal-Kroazja u l-liġijiet sekondarji

Id-dħul fis-seħħ tal-att li jemenda l-Att dwar is-Sistema tal-Ippjanar Strateġiku u l-Governanza għall-Iżvilupp tar-Repubblika tal-Kroazja u l-liġijiet sekondarji li jakkumpanjawha

 

 

 

Q4

2022

L-emendi fl-Att dwar l-Ippjanar Strateġiku u s-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Iżvilupp tar-Repubblika tal-Kroazja u l-liġijiet sekondarji li jakkumpanjawh għandhom itejbu l-effettività tal-ippjanar strateġiku u l-professjonalizzazzjoni tat-tħejjija tad-dokumenti strateġiċi. Għandu jinkludi wkoll bażi għad-deskrizzjonijiet tal-impjiegi u l-kompetenzi tal-ħaddiema taċ-ċivil relatati mal-ippjanar strateġiku;

151

C2.1. R1

M

L-emendi fl-Att dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Regolatorju

Id-dħul fis-seħħ tal-Att li jemenda l-Valutazzjoni tal-Impatt Regolatorju

 

 

 

Q4

2023

L-emendi fl-Att dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Regolatorju għandhom jissimplifikaw il-proċessi ta’ valutazzjoni tal-impatt regolatorju ex-post, inklużi l-metodoloġija u l-proċeduri, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-proġett dwar l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku relatati mal-valutazzjoni tal-impatt regolatorju ex-post. L-emendi għandhom jinkludu wkoll bidliet fid-deskrizzjonijiet tax-xogħol u l-kompetenzi tal-ħaddiema taċ-ċivil relatati mal-valutazzjoni tal-impatt bil-ħsieb li jiġu professjonalizzati l-koordinazzjoni, l-abbozzar u l-monitoraġġ tal-effetti tar-regolamentazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika.

152

C2.1. R1

T

It-tnaqqis tal-piż amministrattiv li jaffettwa direttament liċ-ċittadini, permezz tad-diġitalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri

 

% (Perċentwal)

0

20

Q4

2025

It-naqqis ta’ 20 % fil-piż amministrattiv meta mqabbel mal-31 ta’ Diċembru 2019, għaċ-ċittadini bl-użu tal-metodoloġija tal-Mudell tal-Kost Standard (SCM), marbuta ma’ dawk il-proċeduri amministrattivi li jaffettwaw direttament liċ-ċittadini identifikati mill-analiżi mwettqa skont C1.1.1 R1-I2, permezz tad-diġitalizzazzjoni u/jew is-simplifikazzjoni tal-proċeduri.

153

C2.1. R1-I1

T

L-immappjar tal-proċessi tan-negozju fil-qasam tal-ippjanar strateġiku u l-valutazzjoni tal-impatt regolatorju

 

% (Perċentwal)

0

100

Q4

2025

Il-proċessi tan-negozju kollha fil-qasam tal-ippjanar strateġiku u l-valutazzjoni tal-impatt regolatorju li huma mmappjati fl-amministrazzjoni pubblika għandhom jiġu diġitalizzati u użati fil-pjattaforma tal-IT. Dawn għandhom jiġu implimentati biex jimmonitorjaw it-tħejjija ta’ dokumenti strateġiċi, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi u l-valutazzjoni tal-impatt tar-regolamenti. Is-sistema tal-IT għandha tinkludi wkoll tabella operattiva li tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-politiki pubbliċi, li tippermetti monitoraġġ u komunikazzjoni trasparenti mal-pubbliku f’ħin reali.

154

C2.1. R1-I2

T

Il-moduli ta’ taħriġ għall-ippjanar strateġiku u l-valutazzjoni tal-impatt regolatorju fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali

 

Numru

0

10

Q4

2024

Mal-10 moduli edukattivi/ta’ taħriġ għall-ippjanar strateġiku, u regolamentazzjoni aħjar għandhom jiġu żviluppati biex tiġi żgurata l-professjonalizzazzjoni tax-xogħol, inkluż kollegi tal-e-Tagħlim b’appoġġ tekniku tal-NSPA (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Pubblika). Il-moduli għandhom jiġu żviluppati sa tmiem l-2024.

155

C2.1. R1-I2

T

It-taħriġ tal-uffiċjali marbutin mas-sistema tal-ippjanar strateġiku u l-implimentazzjoni tal-impatti regolatorji fil-livell nazzjonali u reġjonali

 

Numru

0

900

Q4

2025

Mad-900 uffiċjal fis-sistema tal-ippjanar strateġiku u l-implimentazzjoni tal-effetti regolatorji fil-livell nazzjonali u reġjonali għandhom jitħarrġu abbażi tal-moduli ta’ taħriġ żviluppati.

156

C2.1. R2

M

Emenda fl-istatuti tal-ARPA biex jiġi definit mill-ġdid il-mandat tagħha

Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-istatuti tal-ARPA

 

 

 

Q3

2021

L-emendi fl-istatuti tal-Aġenzija għall-Awditjar tas-Sistema ta’ Implimentazzjoni tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (ARPA) għandhom jiddefinixxu l-mandat tal-ARPA biex tistabbilixxi u twettaq awditi u kontrolli tas-sistema relatati mal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza

157

C2.1. R2

M

L-istabbiliment tas-sistema ta’ implimentazzjoni u verifika u kontroll għall-RRP

Id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Gvern Kroat dwar il-korpi fis-sistema ta’ implimentazzjoni tal-NRRP, l-istabbiliment tal-korp ta’ koordinazzjoni taħt il-Ministeru tal-Finanzi u l-aġġornament tal-proċeduri użati mill-korpi ta’ implimentazzjoni.

 

 

 

Q4

2021

Id-deċiżjoni dwar il-korpi fis-sistema ta’ implimentazzjoni tal-RRP għandha tiddefinixxi l-awtoritajiet kompetenti u r-responsabbiltajiet għat-twettiq tal-kompiti fl-implimentazzjoni tal-RRP, inkluż korp ċentrali ta’ koordinazzjoni taħt il-Ministeru tal-Finanzi biex jiżgura l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri tal-RRP, inklużi r-riformi, filwaqt li l-Kumitat ta’ Implimentazzjoni se jiżgura l-konsistenza u l-koerenza fl-użu tal-fondi tal-Unjoni.
Il-korp ta’ Koordinazzjoni għall-RRP għandu jiġi stabbilit u jiffunzjona bis-sħiħ, fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi.

Il-proċeduri kollha użati mill-korpi ta’ implimentazzjoni għall-RRP għandhom jiġu aġġornati u jkunu fis-seħħ.

158

C2.1. R2

M

L-adozzjoni tal-Att dwar il-qafas istituzzjonali għall-fondi tal-UE

Id-dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-qafas istituzzjonali għall-fondi tal-UE

 

 

 

Q4

2021

Minbarra l-istabbiliment tal-qafas istituzzjonali u l-korpi maħtura fl-Att, il-liġi għandha tipprovdi wkoll qafas għall-istabbiliment tal-attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità, li huma mistennija li jiġu żviluppati aktar permezz tal-Pjan Direzzjonali għall-bini tal-kapaċità amministrattiva. Dan il-Pjan Direzzjonali qed jiġi żviluppat taħt l-ipprogrammar tal-Fondi SIE. Il-liġi għandha tirrikonoxxi l-ħtieġa li tissaħħaħ aktar il-kapaċità tal-benefiċjarji biex iħejju, japplikaw u jimplimentaw proġetti, li huma implimentati permezz ta’ programmi (operazzjonali) iffinanzjati mill-UE.

159

C2.1. R2

M

Valutazzjoni tal-kapaċità amministrattiva

Ippubblikata analiżi tal-ammont ta’ xogħol

 

 

 

Q4

2021

Għandha titwettaq analiżi tal-ammont ta’ xogħol għall-istituzzjonijiet involuti fis-sistemi rispettivi ta’ ġestjoni u kontroll, filwaqt li jitqies ukoll il-piż li jirriżulta mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. L-analiżi għandha tipprovdi informazzjoni adegwata f’termini ta’ ħtiġijiet ta’ kapaċità amministrattiva bil-ħsieb li dawn jintlaħqu fil-ħin dovut, inkluż billi jiġi żviluppat sett ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi indirizzata kapaċità insuffiċjenti fejn meħtieġ. Abbażi tal-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet, għandhom jiġu allokati r-riżorsi meħtieġa għall-istituzzjonijiet involuti.

160

C2.1. R2

M

It-titjib tas-sistema tal-IT eFondovi: Sistema repożitorja għall-Awditjar u l-Kontrolli: informazzjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRF

Rapport tal-awditjar li jikkonferma l-funzjonalitajiet tas-sistema tar-repożitorju

 

 

 

Q1

2022

Għandha tkun stabbilita u operattiva sistema repożitorja għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRF.
Is-sistema għandha tinkludi, bħala minimu, il-funzjonalitajiet li ġejjin:

(a) il-ġbir tad-
data u l-monitoraġġ tal-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri;
(b) il-ġbir, il-ħżin u l-iżgurar tal-aċċess għad-
data meħtieġa mill-Artikolu 22(2)(d) minn (i) sa (iii) tar-Regolament RRF.

161

C2.1. R2-I1

T

It-tħejjija tad-dokumentazzjoni teknika tal-proġett għall-proġetti ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali

 

Numru (Ammont)

0

6 370 695

Q4

2022

Għandhom jingħataw EUR 6 370 695, permezz ta’ deċiżjonijiet dwar il-finanzjament għall-iżvilupp ta’ dokumentazzjoni teknika tal-proġett imħejjija mill-ministeri, l-aġenziji nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jappoġġaw it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

162

C2.1. R2-I1

T

It-tħejjija tad-dokumentazzjoni teknika tal-proġett għall-proġetti ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali

 

Numru

0

100

Q4

2025

Mill-inqas 100 proġett imħejji mill-ministeri, l-aġenziji nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jappoġġaw it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali għandhom ikunu rċevew appoġġ għall-iżvilupp tad-dokumentazzjoni teknika tal-proġett.

H. KOMPONENT 2.2: AKTAR TITJIB FL-EFFIĊJENZA TAL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA

Il-komponent għandu l-għan li jimmodernizza l-amministrazzjoni pubblika tal-Kroazja u jagħmilha aktar iċċentrata fuq l-utent, permezz tal-inċentivar tal-fużjonijiet reali u funzjonali tal-unitajiet tal-gvern lokali, iż-żieda tad-diġitalizzazzjoni, l-interoperabbiltà, it-titjib fl-effiċjenza fl-allokazzjoni tar-riżorsi fil-livell lokali, u r-riforma tas-sistema ta’ remunerazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi umani.

L-għanijiet ġenerali huma li tittejjeb il-kapaċità li jiġu attirati u miżmuma impjegati ta’ kwalità għolja u b’talent fl-amministrazzjoni pubblika, u li tittejjeb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi fl-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali, li huma mxekkla minn kapaċità amministrattiva u fiskali dgħajfa u nuqqas ta’ trasparenza.

Il-komponent għandu jinkludi riformi maġġuri b’investimenti relatati:

-It-titjib tal-proċess ta’ reklutaġġ fis-servizz ċivili billi tissaħħaħ is-sistema ta’ ammissjoni tas-servizz ċivili u jittejbu aktar il-kompetenzi tal-impjegati taċ-ċivil,

-L-introduzzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ pagi u xogħol fis-servizz ċivili, inkluża r-riforma tas-sistema tal-pagi tas-settur pubbliku, it-titjib tas-sistema tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, u t-trawwim tal-mobbiltà vertikali u orizzontali,

-It-trasformazzjoni diġitali tal-bażijiet ta’ konservazzjoni u r-rekords tal-arkivji,

-L-iżgurar ta’ gvern lokali funzjonali u sostenibbli permezz ta’ aktar ottimizzazzjoni u deċentralizzazzjoni tal-unitajiet tal-gvern lokali permezz ta’ appoġġ inċentivat għall-fużjonijiet funzjonali u reali.

Il-komponent għandu jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1, 2019) u għal titjib fit-twassil u l-kwalità tas-servizzi fl-unitajiet iżgħar tal-gvern lokali (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4, 2020).

Il-komponent jinkludi erba’ riformi u seba’ investimenti.

H.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Reform C2.2 R1 – It-titjib tar-reklutaġġ fis-servizz ċivili

Din ir-riforma għandha l-għan li ttejjeb is-sistema ta’ reklutaġġ fis-servizz ċivili biex tiżgura r-reklutaġġ ta’ uffiċjali kompetenti ħafna li għandhom jikkontribwixxu għat-titjib fl-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u jippermettu l-iffukar mill-ġdid tal-amministrazzjoni pubblika fuq il-ħtiġijiet taċ-ċittadini. Ir-riforma għandha tinkludi emendi fil-qafas leġiżlattiv. Flimkien mar-riforma, l-awtoritajiet beħsiebhom jiżviluppaw għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni, metodoloġiji u l-kontenut meħtieġ għall-verifika tal-kompetenza, u miżuri għall-bini tal-kapaċità.

Għandha tiġi introdotta sistema ta’ għażla ċentralizzata għall-impjegati taċ-ċivil, ibbażata fuq pjanijiet stabbiliti minn qabel, analiżi tal-ammont ta’ xogħol, u l-ħtiġijiet attwali tal-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiġi rreklutat profil speċifiku ta’ uffiċjali. Fil-proċess tar-reklutaġġ, il-kandidati għandhom jiġu ttestjati online, filwaqt li tiġi żgurata għażla aktar trasparenti u oġġettiva tal-kandidati.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Investiment C2.2 R1-I1 – Sistema ta’ għażla ċentralizzata

Dan l-investiment għandu l-għan li jistabbilixxi sistema ta’ reklutaġġ aktar oġġettiva u trasparenti bbażata fuq il-ħtiġijiet attwali identifikati u r-riżorsi finanzjarji. Għandu jiżgura r-reklutaġġ tal-aħjar u l-aktar kandidati kompetenti, u b’hekk jikkontribwixxi għat-titjib tal-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika.

L-investiment għandu jinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

-L-iżvilupp ta’ analiżi komparattiva tat-tfassil ta’ sistemi ċentralizzati tal-impjiegi fl-Istati Membri tal-UE u l-abbozzar ta’ proposta għal mudell ġdid ta’ impjieg;

-Emendi fil-qafas leġiżlattiv, inkluż l-Att dwar is-Servizz Ċivili, għall-proċeduri għar-reklutaġġ ta’ impjegati taċ-ċivil f’korpi tal-amministrazzjoni tal-Istat, servizzi professjonali u uffiċċji tal-gvern;

-L-iżvilupp ta’ testijiet u taħriġ standardizzati;

-L-iżvilupp tal-pjattaforma tal-IT;

-L-ittestjar u l-implimentazzjoni tal-pjattaforma tal-IT.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C2.2 R1-I2 – Eżami tal-e-Stat

Dan l-investiment għandu l-għan li jistabbilixxi sistema ġdida biex persuna tgħaddi minn eżami statali b’mezzi elettroniċi, li tiżgura mod aktar oġġettiv, xieraq u validu ta’ kif jiġi vvalutat l-għarfien tal-kandidati permezz ta’ eżami bil-miktub standardizzat.

L-investiment għandu jinkludi l-iżvilupp ta’ applikazzjoni ta’ software li permezz tagħha għandhom jitwasslu l-proċeduri għall-iżvilupp tal-materjal tat-test għall-eżami tal-Istat, l-applikazzjoni għall-eżami, l-organizzazzjoni, il-kondotta u l-mogħdija tal-eżami tal-Istat. Iċ-ċertifikat tal-eżami għandu jkun disponibbli elettronikament. Is-sistema għandha toħloq bażi tad-data tal-kompiti u l-materjali tat-testijiet, bażi tad-data tal-kandidati u għandha tiżgura l-ħolqien ta’ rapporti relatati mat-twettiq u r-riżultati tat-testijiet. Sistema bħal din għandha tippermetti l-monitoraġġ u titjib kontinwu tal-proċessi kollha għall-iżvilupp u biex jitwettqu l-eżamijiet statali. Il-kmamar tal-ittestjar f’erba’ ċentri tal-ittestjar f’Żagreb, Split, Rijeka u Osijek għandhom ikunu mgħammra u magħmula disponibbli għall-ħtiġijiet tal-e-Eżami kif ukoll għas-sistema ċentralizzata tal-għażla (Investiment C2.2.R1-I1).

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Riforma C2.2 R2 – Mudelli ġodda tal-pagi u tax-xogħol fis-servizz ċivili u pubbliku

Din ir-riforma għandha l-għan li tintroduċi sistema tal-pagi ġusta, trasparenti, konsistenti u finanzjarjament sostenibbli fl-amministrazzjoni tal-Istat u fis-servizz pubbliku flimkien ma’ sistema ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani standardizzata, diġitizzata u orjentata lejn l-utent. Sabiex tiġi indirizzata r-realtà l-ġdida tax-xogħol, għandu jiġi introdott mudell ta’ ħidma intelliġenti, li jipprovdi lill-uffiċjali bl-għodod u l-ħiliet meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom mill-bogħod.

Abbażi ta’ analiżi tas-sitwazzjoni u t-tqabbil tas-salarji fl-amministrazzjoni tal-gvern u s-servizz pubbliku, għandha tinħoloq sistema ġdida ta’ ħlas u għandhom jiġu adottati Att ġdid dwar il-pagi tas-servizz ċivili u Att ġdid dwar il-pagi fis-servizz pubbliku. L-atti l-ġodda għandhom jinkludu dispożizzjonijiet biex jiġu evalwati l-impjiegi skont kriterji stabbiliti, u biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tas-salarji fl-amministrazzjoni tal-Istat u s-servizz pubbliku. Il-mudell il-ġdid tas-salarju għandu jistabbilixxi sistema ta’ ppremjar bbażata fuq il-prestazzjoni (il-prestazzjoni tax-xogħol). Ir-regolamenti relatati mal-evalwazzjoni u l-avvanz tal-impjegati taċ-ċivil għandhom jiġu emendati. Il-valutazzjoni tal-prestazzjoni u l-effettività għandha tipprovdi l-bażi għall-progressu l-promozzjoni fil-karriera.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Investiment C2.2 R2-I1 — Titjib fis-sistema ta’ remunerazzjoni fl-amministrazzjoni tal-Istat u fis-servizzi pubbliċi

Dan l-investiment għandu jistabbilixxi s-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni fl-amministrazzjoni tal-Istat u fis-servizzi pubbliċi, li tappoġġa r-riforma fl-istess qasam. Għandha tiżgura sistema aktar ġusta mill-perspettiva tal-impjegati taċ-ċivil, issir aktar kompetittiva u fiskalment sostenibbli, f’termini taż-żamma tal-piż totali tal-pagi fil-baġit tal-Istat u t-tqassim aktar razzjonali tiegħu.

Għandu jiġi stabbilit korp uniku ta’ koordinazzjoni tal-gvern inkarigat mill-koordinazzjoni interistituzzjonali tal-attivitajiet kollha, akkumpanjat minn timijiet ta’ esperti inklużi rappreżentanti tas-sħab soċjali. Is-sistema attwali tal-pagi u l-qafas legali għandhom jiġu analizzati u għandha tiġi żviluppata analiżi komparattiva mal-Istati Membri pari. Abbażi tal-analiżi, il-proposta l-ġdida għal sistema ġdida ta’ pagi u qafas legali għandhom jiġu elaborati, disa’ funzjonalitajiet ġodda għandhom jiġu inklużi fis-sistema tal-IT għall-ġestjoni tar-riżorsi umani u għandha titħejja u tiġi implimentata strateġija ta’ komunikazzjoni.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Investiment C2.2 R2-I2 – L-introduzzjoni ta’ Mudell ta’ Aċċess għal Post tax-Xogħol Ibridu – Smartworking

Dan l-investiment għandu l-għan li jintroduċi mudell li jippermetti lill-impjegati taċ-ċivil jaħdmu mill-bogħod sabiex jipprovdu servizz pubbliku kontinwu u ta’ kwalità għolja aċċessibbli għal kulħadd u biex tiżdied il-motivazzjoni tal-uffiċjali. Għandu jistabbilixxi fluss tax-xogħol innovattiv ibbażat fuq element ta’ flessibbiltà fil-ħinijiet tax-xogħol u l-post tax-xogħol skont il-ħtiġijiet tal-proċessi u l-pjanijiet tal-amministrazzjoni pubblika. L-arranġamenti leġiżlattivi dwar is-servizz ċivili u r-relazzjonijiet tax-xogħol għall-introduzzjoni ta’ mudell ibridu ta’ xogħol fl-amministrazzjoni pubblika u fil-ġudikatura (il-Kodiċi tax-Xogħol, l-Att dwar is-Servizz Ċivili, l-Att dwar il-Protezzjoni tax-Xogħol u l-liġijiet sekondarji) għandhom jiġu emendati biex jippermettu lill-impjegati jaħdmu bla xkiel u kontinwament.

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ hawn fuq, il-miżura tipprevedi l-attivitajiet li ġejjin:

-L-involviment ta’ esperti esterni għall-identifikazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-kundizzjonijiet tat-telexogħol u t-tħejjija u l-implimentazzjoni tat-taħriġ maniġerjali.

-L-iżvilupp ta’ proposta għal mudell u pjan għal aċċess ibridu għall-post tax-xogħol b’soluzzjoni normattiva sħiħa għall-implimentazzjoni tagħha minn esperti esterni.

-Emendi tal-qafas leġiżlattiv u l-metodoloġiji ta’ ħidma.

-L-akkwist tat-teknoloġija tal-informazzjoni (laptops, tablets u smartphones u s-software meħtieġa), miksuba permezz ta’ proċessi trasparenti tal-akkwist pubbliku.

-Taħriġ tal-persunal.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2023.

Riforma C2.2 R3 – It-trasformazzjoni diġitali ta’ bażijiet ta’ konservazzjoni u tar-rekords tal-arkivji

Din ir-riforma għandha l-għan li ttejjeb il-ġestjoni tad-dokumentazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi biex jittejbu l-proċessi tan-negozju. Il-miżura hija mistennija li tippermetti t-twassil aktar effiċjenti tas-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika bl-użu ta’ soluzzjonijiet tal-ICT implimentati li għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà u l-kondiviżjoni tad-data, it-tnaqqis tal-ispejjeż, it-trasparenza tan-negozju u l-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet beħsiebhom jiżviluppaw servizz pubbliku diġitali li għandu jiġi stabbilit u żviluppat biex jingħata aċċess għal bażijiet ta’ konservazzjoni diġitali mibnija għal siti kulturali u storiċi. Barra minn hekk, l-iżvilupp tal-istandards u l-kriterji meħtieġa għandu jtejjeb l-effiċjenza ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika f’dan il-kuntest. L-iżvilupp tas-sistema ta’ informazzjoni dwar l-arkivji nazzjonali, it-tisħiħ tal-infrastruttura u tal-kapaċitajiet umani fl-arkivji tal-Istat u t-tisħiħ tal-kapaċità biex ir-rekords tal-karta analoġika jiġu diġitalizzati mill-awturi u s-sidien tad-dokumenti, għandhom l-għan lij tejbu s-servizzi pubbliċi diġitali permezz ta’ aċċess aktar rapidu għad-dokumentazzjoni u infurzar aħjar tad-drittijiet tal-utenti u taċ-ċittadini interessati kollha.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Investiment C2.2 R3-I1 — It-tnedija    ta’ infrastruttura diġitali u tas-servizzi ta’ amministrazzjoni pubblika bl-iżvilupp ta’ sistema bażata fuq il-konservazzjoni

Dan l-investiment għandu l-għan li jistabbilixxi servizz pubbliku diġitali ġdid (il-bażi tal-e-Konservazzjoni) marbut mas-servizzi pubbliċi diġitali eżistenti (bħall-e-Ċittadini, is-sistema ta’ informazzjoni għall-ippjanar fiżiku) bil-għan li jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi fil-proċess ta’ liċenzjar skont il-Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Konservazzjoni tal-Proprjetà Kulturali, kif ukoll li jitrawwem il-ħruġ rapidu ta’ permessi għall-bini, u li jiġu żgurati t-trasparenza u proċedura uniformi għall-kisba tad-dokumenti rilevanti fil-pajjiż kollu. Għandu jippermetti lill-uffiċjali biex jipproċessaw il-każijiet aktar malajr u jippermetti li l-amministrazzjoni pubblika tkun aktar effiċjenti, filwaqt li fl-istess ħin l-investituri jsiru konxji minn qabel dwar ir-rekwiżiti relatati mal-wirt kulturali.. L-investiment huwa mistenni li jżid iċ-ċertezza legali relatata mal-konservazzjoni tal-proprjetajiet kulturali, u jipprovdi lill-pubbliku ġenerali bl-għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ konservazzjoni.

Dan l-investiment għandu jinkludi l-iżvilupp ta’ sistema tal-IT ta’ servizz pubbliku diġitali, kif ukoll l-iżvilupp ta’ bażijiet ta’ konservazzjoni diġitali. L-istandards, il-kriterji u l-metodoloġija għall-iżvilupp ta’ bażijiet ta’ konservazzjoni għandhom jiġu definiti. Il-bażijiet ta’ konservazzjoni diġitalizzati, inkluża analiżi sħiħa tal-kundizzjoni, il-valorizzazzjoni u l-miżuri protettivi tas-siti kulturali għandhom jiġu ppubblikati.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C2.2 R3-I2 – It-titjib tal-infrastruttura u s-servizzi diġitali tas-settur pubbliku permezz tal-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Arkivji Nazzjonali u t-tisħiħ tan-network nazzjonali tal-arkivji

Dan l-investiment għandu l-għan li jtejjeb il-ġestjoni u l-arkivjar ta’ dokumenti maħluqa mill-awtoritajiet pubbliċi u s-sistema ġudizzjarja, permezz tal-konnessjoni ta’ servizzi eżistenti u l-għoti ta’ aċċess lill-awtoritajiet pubbliċi kollha kkonċernati, filwaqt li jiġi żgurat li d-drittijiet taċ-ċittadini jiġu protetti. L-investimenti ppjanati għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ispiża tal-bini, it-tagħmir u r-riżorsi umani għall-istituzzjonijiet li joħolqu d-dokumenti kif ukoll isaħħu l-kapaċità tagħhom biex jiġġestixxu id-dokumentazzjoni diġitali. Il-Kroazja għandha tidentifika b’mod espliċitu r-riskji potenzjali u l-miżuri ta’ mitigazzjoni speċifiċi assoċjati kontra s-sigurtà tad-data inkluż meta jintużaw fornituri tal-cloud minn pajjiżi terzi soġġetti għal liġijiet extra territorjalità u jekk humiex previsti.

L-investiment għandu jinkludi l-iżvilupp ta’ sistema ta’ informazzjoni dwar l-arkivji nazzjonali u t-twaqqif ta’ servizz ġdid tal-Arkivji Elettroniċi, fi ħdan l-infrastruttura tal-informazzjoni tal-Istat, marbut mas-servizzi elettroniċi eżistenti. L-implimentazzjoni għandha tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

-L-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT inkluż l-ittestjar u l-migrazzjoni tad-data,

-L-iżvilupp ta’ repożitorju għall-ħżin ta’ rekords diġitalizzati,

-L-iżvilupp ta’ servizz pubbliku diġitali għall-aċċess u l-użu ta’ rekords diġitalizzati,

-It-tisħiħ tal-kapaċità ta’ ħżin fi tmien arkivji tal-gvern reġjonali għat-trasferiment ta’ rekords permanenti tal-karta,

-It-tisħiħ tal-kapaċità umana permezz ta’ taħriġ għall-persunal f’19-il arkivju tal-Istat u 120 awtorità ġudizzjarja biex titjieb il-ġestjoni tad-dokumenti fl-ambjent diġitali,

-L-arranġament u l-għażla ta’ rekords stampati fl-awtoritajiet ġudizzjarji,

-Id-disponiment ta’ rekords minn awtoritajiet ġudizzjarji li jkunu għaddew il-perjodi ta’ żamma u ma jibqgħux jintużaw fil-proċessi ta’ negozju regolari,

-Id-diġitizzazzjoni ta’ rekords stampati magħżula li jibqgħu għand l-awtoritajiet ġudizzjarji skont il-linji gwida professjonali għad-diġitalizzazzjoni tal-arkivji u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C2.2 R4 – Gvern lokali funzjonali u sostenibbli

Din ir-riforma għandha l-għan li tistabbilixxi sistema ta’ kwalità għolja u effiċjenti ta’ gvern lokali u reġjonali billi tinċentiva kemm l-integrazzjoni funzjonali kif ukoll dik reali tal-unitajiet tal-gvern lokali. Ir-riforma hija mistennija li tikkontribwixxi għall-forniment imtejjeb, effiċjenti u trasparenti ta’ servizzi pubbliċi għaċ-ċittadini, billi tipprovdilhom opportunitajiet indaqs biex jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-interessi tagħhom, irrispettivament mill-post ta’ residenza tagħhom.

Il-leġislazzjoni rilevanti, l-Att dwar l-Eżekuzzjoni tal-Baġit tal-Istat tal-2022 tar-Repubblika tal-Kroazja, għandhom jiġu emendati u għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ appoġġ finanzjarju biex jinċentiva fużjonijiet kemm funzjonali kif ukoll reali. Għandhom jiġu żgurati biżżejjed riżorsi fil-baġit tal-Istat biex finanzjarjament tiġi xprunata l-fużjoni reali ta’ mill-inqas 20 % tal-unitajiet tal-gvern lokali, u l-fużjoni funzjonali ta’ mill-inqas 40 % tal-unitajiet tal-gvern lokali. Fil-fażi tat-tfassil tal-mekkaniżmu, għandhom jiġu identifikati għadd ta’ mudelli ta’ finanzjament possibbli għall-prestazzjoni konġunta, filwaqt li jitqies l-ambitu tas-servizzi li l-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali jridu jġibu kif definit mil-liġi u l-ħtiġijiet irrappurtati tal-unitajiet biex iwettqu l-kompiti konġunti. It-tlestija b’suċċess tal-proċess ta’ fużjonijiet attwali jew funzjonali għandha tkun prerekwiżit għall-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali jew għall-kofinanzjament mill-baġit nazzjonali. Id-Deċiżjoni tal-Gvern Kroat għandha tistabbilixxi l-kriterji u l-livell ta’ inċentivi, b’inċentivi fiskali akbar għal fużjonijiet reali, filwaqt li l-inċentivi għal fużjonijiet funzjonali jiddependu fuq l-għadd u t-tip ta’ funzjonijiet previsti għall-fużjoni.

Emendi għar-regolamenti relatati mal-mekkaniżmu ta’ appoġġ finanzjarju għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jippermettu li jinħarġu inċentivi finanzjarji għall-fużjonijiet.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2022.

Investiment C2.2 R4-I1 — Aktar ottimizzazzjoni u deċentralizzazzjoni tal-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali permezz ta’ appoġġ għal fużjonijiet funzjonali u reali

Dan l-investiment għandu jinkludi aġġornament tas-sistema tal-IT biex jappoġġa r-riforma li takkumpanjaha (C2.2 R4) u jistabbilixxi sistema ta’ kwalità għolja għat-trawwim ta’ fużjonijiet funzjonali u reali tal-unitajiet tal-gvern lokali. Dawn għandhom jipprovdu servizzi għaċ-ċittadini b’mod aktar iċċentrat fuq il-bniedem u b’mod aktar trasparenti u jsaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħhom, sabiex ikunu aktar effiċjenti fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. L-unitajiet għandhom jiġu mħeġġa jew jeżegwixxu kompiti b’mod konġunt (fużjoni funzjonali) jew li effettivament jingħaqdu ma’ unitajiet lokali oħra awtonomi, billi jipprovdulhom għarfien espert adegwat, kif ukoll billi jistabbilixxu sistema ta’ inċentivi finanzjarji.

Is-sistema tal-IT imsemmija hawn fuq u żviluppata taħt il-proġett tal-Fond Soċjali Ewropew “L-Optimizzazzjoni tas-Sistema ta’ Awtogovernanza Lokali u Reġjonali” għandha tiġi aġġornata u ssir disponibbli għall-unitajiet tal-gvern lokali. Is-sistema tal-IT għandha tippermetti lill-unitajiet jidentifikaw b’mod aktar ċar liema kompiti jkunu aktar effiċjenti biex jitwettqu b’mod konġunt ma’ unitajiet oħra tal-gvern lokali u liema unitajiet huma sħab xierqa għat-twettiq konġunt tal-kompiti. Id-data miġbura permezz tas-sistema għandha sservi wkoll bħala bażi għal fużjonijiet attwali ta’ unitajiet li jesprimu interess għal tali fużjonijiet.

Għandu jitfassal kwestjonarju ta’ awtovalutazzjoni u jimtela mill-unitajiet tal-gvern lokali biex jikkomplementa d-data disponibbli. Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet għall-amalgamazzjonijiet għandhom jitħejjew fuq il-bażi tad-data msemmija qabel. Is-sistema għandha tippermetti ħarsa ġenerali komprensiva ta’ liema kompitu jista’ jitwettaq b’mod konġunt kif ukoll tipproponi mudelli għall-fużjonijiet, bħall-istabbiliment ta’ korp amministrattiv konġunt jew istituzzjonijiet konġunti. Fil-każ ta’ fużjonijiet attwali, is-sistema għandha tipprovdi indikazzjonijiet tal-passi meħtieġa u l-għażla ta’ unitajiet sħab xierqa.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

H.2.    Objettivi intermedji, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju / Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Żmien

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Għan

Q

Sena

163

C2.2. R1

M

Qafas leġiżlattiv emendat għal sistema ċentralizzata ta’ selezzjoni fl-amministrazzjoni tal-Istat, li tidentifika l-kwalifiki meħtieġa tal-impjegati taċ-ċivil u tistabbilixxi sistema moderna ta’ reklutaġġ

Id-dħul fis-seħħ ta’ qafas leġiżlattiv emendat għal sistema ċentralizzata għall-għażla tal-ħaddiema taċ-ċivil,

 

 

 

Q2

2023

Il-leġislazzjoni riveduta għandha tinkludi mill-inqas il-miżuri li ġejjin:
— id-definizzjoni tal-profili tal-impjiegi speċifiċi għall-amministrazzjoni nazzjonali sabiex jiġu attirati l-kompetenzi u l-ħiliet meħtieġa;

— Il-ħolqien ta’ pjattaforma unika għall-impjiegi biex jiġu ċċentralizzati l-proċeduri ta’ reklutaġġ fi pjattaforma unika għall-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha;

— Il-proċess ta’ reklutaġġ jiġi aġġustat għal: i) tranżizzjoni minn sistema tal-għarfien biss għal sistema bbażata primarjament fuq il-kompetenzi u l-ħiliet xierqa; ii) valutazzjoni tal-kompetenzi għall-prestazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil; iii) distinzjoni bejn ir-reklutaġġ fil-livell inizjali, li għandu jkun ibbażat esklussivament fuq il-kompetenzi, u r-reklutaġġ ta’ profili speċjalizzati, li għandhom jikkombinaw il-kompetenzi mal-esperjenza ta’ xogħol rilevanti u jwasslu għal karrieri f’livell ogħla;

— Jissaħħaħ l-impenn għall-bilanċ bejn is-sessi u tiġi żgurata l-ekwità bejn is-sessi fir-reklutaġġ, kif ukoll il-promozzjoni tan-nisa għal pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri.

164

C2.2. R1-I1

T

100 % tal-impjegati taċ-ċivil permanenti kollha li għadhom kif ġew irreklutati fil-korpi tal-gvern huma impjegati esklussivament permezz ta’ sistema ġdida ta’ għażla u reklutaġġ ċentralizzata, diġitalizzata u standardizzata, disponibbli permezz ta’ pjattaforma tal-IT żviluppata reċentement.

 

% (Perċentwal)

0

100

Q4

2024

Għandha tiġi introdotta u implimentata sistema ta’ għażla ċentralizzata għall-impjegati taċ-ċivil abbażi ta’ pjanijiet ta’ akkoljenza stabbiliti minn qabel ibbażati fuq analiżi tal-ammont ta’ xogħol u l-ħtiġijiet attwali tal-awtoritajiet pubbliċi biex jirreklutaw ċertu profil ta’ uffiċjali. Is-sistema għandha tipprevedi li, fil-proċess ta’ reklutaġġ, il-kandidati jiġu ttestjati online biex tiġi żgurata għażla aktar trasparenti u oġġettiva tal-kandidati.

165

C2.2. R1-I2

T

100 % tal-uffiċjali tal-istituzzjonijiet pubbliċi kollha meħtieġa jgħaddu mill-eżami tal-Istat, jgħaddu fuq livell diġitali mill-eżami tal-Istat, abbażi ta’ mudell ta’ eżami ġdid.

 

% (Perċentwal)

0

100

Q4

2022

100 % tal-uffiċjali tal-istituzzjonijiet pubbliċi kollha, li huma meħtieġa jgħaddu mill-eżami tal-istat, jgħaddu mill-eżami permezz ta’ mudell kompletament diġitalizzat. Il-proċess biex tgħaddi mill-eżami tal-Istat huwa diġitalizzat bil-ħsieb li s-sistema tal-eżami ssir aktar trasparenti, aċċessibbli (f’diversi postijiet madwar il-pajjiż) u effiċjenti.

166

C2.2. R2

M

Dħul fis-seħħ tal-Atti dwar is-salarji fl-amministrazzjoni tal-Istat u s-servizzi pubbliċi u tar-regolamenti għall-mobbiltà

Dħul fis-seħħ tal-Atti dwar is-salarji fl-amministrazzjoni tal-Istat u s-servizzi pubbliċi u tar-regolamenti dwar il-mobbiltà vertikali u orizzontali tal-impjegati taċ-ċivil fl-amministrazzjoni pubblika

 

 

 

Q2

2023

Leġiżlazzjoni ġdida dwar is-salarji fl-amministrazzjoni tal-Istat u fis-servizzi pubbliċi għandha tippermetti valutazzjoni ġusta u trasparenti tal-karigi skont kriterji stabbiliti, filwaqt li tiżgura l-armonizzazzjoni tal-gradi u l-bonusijiet fis-servizz ċivili u fis-servizz pubbliku, l-iffissar tal-koeffiċjenti fil-livell okkupazzjonali b’konsultazzjoni mas-sħab soċjali, u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ pppremjar ibbażata fuq il-prestazzjoni (il-prestazzjoni tax-xogħol). Għandha tinħoloq sistema ġdida ta’ ħlas u l-Atti l-ġodda dwar is-salarji tas-servizz ċivili u s-salarji tas-servizz pubbliku għandhom jinkludu dispożizzjonijiet biex il-karigi jiġu evalwati b’mod ġust u trasparenti skont il-kriterji stabbiliti u tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tas-salarji fis-servizz ċivili u fis-servizz pubbliku, u tiġi stabbilita sistema ta’ ppremjar bbażata fuq il-prestazzjoni tax-xogħol.

Il-qafas leġiżlattiv (l-Att dwar is-Servizz Ċivili u l-liġijiet sekondarji) għall-mobbiltà vertikali u orizzontali għandu jiġi emendat. Dan jinkludi pjan tal-karriera li jinkludi l-possibbiltà ta’ aċċess għal karigi ta’ maniġment intermedju u superjuri u t-tisħiħ tar-rabta bejn il-progress fil-karriera u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni. Barra minn hekk, l-istabbiliment tal-prekundizzjonijiet għal suq tax-xogħol effiċjenti fl-amministrazzjoni pubblika inkluż (a) il-ħolqien ta’ sistema ta’ reklamar trasparenti u uniformi għall-postijiet vakanti kollha fl-amministrazzjoni pubblika (b) il-possibbiltà li wieħed japplika għal kwalunkwe impjieg disponibbli fi kwalunkwe post fl-amministrazzjoni pubblika.

167

C2.2. R2-I1

T

Is-sistema ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani, ir-Reġistru tal-Uffiċjali Pubbliċi u s-Sistema ta’ Salarju Ċentralizzata (RegZap – Cop), hija kkomplementata b’disa’ funzjonalitajiet ġodda, li jiddiġitalizzaw il-proċessi relatati kollha li għandhom jissimplifikaw u jħaffu l-emenda tas-sistema tas-salarji

 

Numru

0

9

Q2

2024

Disa’ funzjonalitajiet ġodda għandhom jiġu żviluppati u implimentati fir-REGZAP-COP (dawn huma: l-abbozzar ta’ atti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-persunal, l-evalwazzjoni, ir-rekords tax-xogħol, l-ippjanar u l-iżvilupp tal-karriera, is-suq intern tax-xogħol u l-approċċ personalizzat għas-sistema minn uffiċjali, missjonijiet) biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-bidliet proposti għas-sistema tas-salarji.

168

C2.2. R2-I2

T

Mill-inqas 20 % tal-impjegati taċ-ċivil jaħdmu bil-mudell tal-ismartworking

 

% (Perċentwal)

0

20

Q3

2023

20 % tal-impjegati taċ-ċivil diġà jaħdmu fil-mudell ta’ ħidma intelliġenti, li jippermettilhom jaħdmu mill-bogħod sabiex jipprovdu servizz pubbliku kontinwu u ta’ kwalità għolja aċċessibbli għal kulħadd u biex iżidu l-motivazzjoni tal-uffiċjali.

169

C2.2. R2-I2

T

Mill-inqas 60 % tal-impjegati taċ-ċivil imħarrġa fil-metodu ta’ ħidma tal-ismartworking

 

% (Perċentwal)

0

60

Q3

2023

60 % tal-impjegati taċ-ċivil huma mħarrġa fil-mudell ta’ ħidma intelliġenti u għandhom il-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu mill-bogħod sabiex jipprovdu servizz pubbliku kontinwu u ta’ kwalità għolja aċċessibbli għal kulħadd u biex iżidu l-motivazzjoni tal-uffiċjali.

170

C2.2. R3

M

Stabbiliment ta’ servizz tal-e-Konservazzjoni

Servizz pubbliku diġitali abbażi tal-e-Konservazzjoni kompletament funzjonali u aċċessibbli

 

 

 

Q4

2023

Bl-istabbiliment ta’ infrastruttura diġitali u servizzi ta’ amministrazzjoni pubblika, l-iżvilupp ta’ sistema ta’ bażijiet ta’ konservazzjoni jtejjeb il-ġestjoni tad-dokumentazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi u persuni oħra li joħolqu dokumenti bħala funzjonijiet essenzjali ta’ appoġġ għall-proċessi kollha tan-negozju. Is-sistema tal-e-Konservazzjoni għandha tippermetti twassil aktar effiċjenti ta’ servizzi tal-amministrazzjoni pubblika bl-użu ta’ soluzzjonijiet tal-ICT implimentati li jiżguraw l-interoperabbiltà u l-kondiviżjoni tad-data, it-tnaqqis tal-ispejjeż, it-trasparenza tan-negozju u l-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini.
Is-servizz pubbliku diġitali (il-bażi tal-e-Konservazzjoni) marbut mas-servizzi pubbliċi diġitali eżistenti għandu jiġi stabbilit, filwaqt li jitneħħew l-ostakli amministrattivi fil-proċess ta’ liċenzjar skont il-Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Konservazzjoni tal-Proprjetà Kulturali.

171

C2.2. R3

M

L-istabbiliment ta’ sistema nazzjonali ta’ informazzjoni dwar l-arkivji

Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Arkivji Nazzjonali kompletament funzjonali u aċċessibbli

 

 

 

Q2

2024

Għandha tiġi stabbilita Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Arkivji Nazzjonali biex tittejjeb il-ġestjoni tad-dokumentazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi u minn awturi oħra tad-dokumenti, bħala funzjoni essenzjali ta’ sostenn għall-proċessi kollha tan-negozju.

172

C2.2. R3-I1

T

Il-ħolqien ta’ sett ta’ 60 bażi ta’ konservazzjoni pubblikament disponibbli għas-siti kulturali u storiċi l-aktar kumplessi, b’monumenti ta’ valur għoli

 

Numru

0

60

Q2

2026

Inħolqu u huma disponibbli għall-pubbliku 60 bażi tal-e-Konservazzjoni. Il-bażi tal-e-Konservazzjoni hija dokumentazzjoni diġitali esperta li fiha parti grafika u testwali, li tkopri l-identifikazzjoni, l-analiżi tas-sitwazzjoni, il-valorizzazzjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni għall-valuri kulturali u storiċi f’żona ġeografika definita. Id-dokumenti tal-ippjanar spazjali, skont it-tip u ż-żona, iridu jinkludu data mill-bażi ta’ konservazzjoni inklużi miżuri għall-protezzjoni ta’ beni kulturali immobbli fiż-żona.
Għandha tiġi żviluppata l-bażi tal-e-Konservazzjoni għal kull wieħed mis-siti storiċi kulturali l-aktar kumplessi b’monumenti ta’ valur għoli li jissodisfaw il-kriterji ta’ periklu u urġenza għat-tlestija fid-dawl tal-operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni ppjanati.

173

C2.2. R3-I2

T

600 awtur tad-dokumenti jużaw is-sistema ta’ informazzjoni tal-arkivji

 

Numru

0

600

Q2

2026

Mill-inqas 600 awtur li jużaw is-sistema ta’ informazzjoni nazzjonali biex jiġġestixxu u jaħżnu d-dokumentazzjoni. Id-data dwar l-għadd ta’ awturi individwali li jaċċessaw is-sistema għandha tiġi analizzata u rrappurtata mill-Ministeru.
Is-sistema tippermetti twassil aktar effiċjenti tas-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika bl-użu ta’ soluzzjonijiet tal-ICT implimentati li jiżguraw l-interoperabbiltà u l-kondiviżjoni tad-
data, it-tnaqqis tal-ispejjeż, it-trasparenza tan-negozju u l-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini.

174

C2.2. R4

M

Emenda tal-oqfsa leġiżlattivi biex tiġi promossa l-fużjoni volontarja funzjonali jew reali tal-unitajiet tal-gvern lokali (LGUs) u l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Gvern Kroat dwar il-kriterji għall-għoti ta’ inċentivi fiskali għal fużjonijiet volontarji funzjonali jew reali

Dħul fis-seħħ tal-qafas leġiżlattiv

 

 

 

Q1

2022

Il-qafas leġiżlattiv emendat u l-mekkaniżmu ta’ appoġġ finanzjarju għandhom jinkoraġġixxu l-fużjoni funzjonali u effettiva tal-unitajiet tal-gvern lokali (LGUs), filwaqt li jiżguraw biżżejjed riżorsi fil-baġit tal-Istat biex jinkoraġġixxu finanzjarjament il-fużjoni reali ta’ mill-inqas 20 % tal-LGUs, jiġifieri l-minimu ta’ 40 % tal-LGUs matul il-perjodu sal-2026. Meta jagħmlu dan, l-LGUs funzjonalment amalgamati għandhom iżommu l-istess riżorsi baġitarji disponibbli għalihom qabel il-fużjoni, għal perjodu minimu ta’ sentejn, l-inċentivi għandhom ikopru wkoll kostijiet ta’ taħlit ta’ darba u għandhom jipprovdu riżorsi addizzjonali bbażati fuq l-iffrankar miksub matul il-ħames snin li ġejjin. Barra minn hekk, l-inċentivi għal fużjonijiet reali tal-LGU għandhom jinkludu trasferimenti kapitali ta’ darba fuq ħames snin li għandhom jintużaw minn LGU dedikati għal proġetti ta’ infrastruttura. Id-Deċiżjoni tal-Gvern Kroat għandha tistabbilixxi l-kriterji u l-livell ta’ inċentivi, b’inċentivi fiskali akbar għal fużjonijiet reali, filwaqt li l-inċentivi għal fużjonijiet funzjonali jiddependu fuq l-għadd u t-tip ta’ funzjonijiet previsti għall-fużjoni. Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, fil-ġurnal uffiċjali għandha tiġi ppubblikata stedina pubblika lill-LGUs għal espressjoni ta’ interess fil-fużjoni volontarja funzjonali jew attwali.

175

C2.2. R4-I1

M

Mekkaniżmu ta’ appoġġ għal konnessjonijiet funzjonali u reali volontarji u l-istabbiliment ta’ sistema sħiħa ta’ appoġġ għall-akkoppjament funzjonali u effettiv tal-unitajiet

Il-mekkaniżmu ta’ appoġġ komprensiv huwa fis-seħħ għal fużjonijiet funzjonali/reali tal-unitajiet tal-gvern lokali

 

 

 

Q2

2025

Tlesta l-appoġġ għall-proċess ulterjuri ta’ ottimizzazzjoni funzjonali tal-impjiegi fi ħdan il-mandat tal-unitajiet lokali u twettqu l-kompiti u l-miżuri ta’ appoġġ li ġejjin:
— (awto) valutazzjoni tal-kapaċità tal-unitajiet li jwettqu l-kompiti fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u juru l-ħtieġa ta’ eżekuzzjoni konġunta u interess fiha, jiġifieri l-fużjoni reali, fl-unitajiet kollha tal-gvern lokali;

— L-identifikazzjoni ta’ operazzjonijiet adattati għall-prestazzjoni konġunta bejn l-unitajiet individwali

— L-Implimentazzjoni ta’ sistema ta’ appoġġ tal-IT li tgħaqqad b’mod funzjonali l-kompiti tal-unitajiet tal-gvern lokali

— Tlestiet l-edukazzjoni ta’ 50 uffiċjal tal-amministrazzjoni tal-Istat biex jiġu appoġġati l-unitajiet tal-gvern lokali f’termini ta’ konnessjonijiet funzjonali u fużjonijiet reali.

— Tlestiet l-edukazzjoni ta’ 100 uffiċjal tal-unità tal-gvern lokali biex jitwettqu l-kompiti konġunti bħala parti minn rabta funzjonali.

   I. KOMPONENT 2.3: TRANŻIZZJONI DIĠITALI TAS-SOĊJETÀ U TAL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA

Fl-2020 il-Kroazja kienet tinsab fil-20 post fl-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI), b’lok sinifikanti għal titjib fl-aċċessibbiltà online tas-servizzi pubbliċi. Il-konnettività diġitali baxxa tal-Kroazja xxekkel ukoll l-iżvilupp ulterjuri tal-ekonomija diġitali tal-pajjiż u tikkontribwixxi għad-distakk diġitali bejn iż-żoni urbani u rurali.

L-objettiv ta’ dan il-komponent huwa li jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali tal-ekonomija u s-soċjetà tal-Kroazja. Dan jinkludi riformi u investimenti biex l-amministrazzjoni pubblika tiġi diġitalizzata, jiżdied il-forniment ta’ servizzi pubbliċi online u jiġi pprovdut aċċess għal networks ta’ konnettività tal-gigabits f’żoni affettwati minn falliment tas-suq inklużi żoni rurali.

Dan il-komponent jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi dwar il-ħtieġa li “jiżdied l-aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi diġitali” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2, 2020) u għal “Investiment iffukat fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, b’mod partikolari fuq il-broadband b’veloċità għolja” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3, 2020).

Il-komponent jinkludi erba’ riformi u għoxrin investiment.

I.1.    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C2.3.R1: L-istrateġija Diġitali tal-Kroazja u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni interistituzzjonali għal tranżizzjoni diġitali b’suċċess tas-soċjetà u l-ekonomija

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li tidderieġi t-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u l-ekonomija tal-Kroazja għall-għaxar snin li ġejjin. Hija għandha tipprovdi qafas strateġiku, “l-Istrateġija Diġitali tal-Kroazja għall-2030”, li jistabbilixxi l-qafas għall-investimenti fit-tranżizzjoni diġitali u jiddefinixxi l-objettivi strateġiċi fl-oqsma li ġejjin: (i) it-tranżizzjoni diġitali tal-ekonomija, (ii) id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u l-ġustizzja, (iii) il-konnettività diġitali/l-iżvilupp tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika tal-broadband u (iv) l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali u l-impjiegi diġitali.

Ir-riforma għandha tistabbilixxi wkoll mekkaniżmu li jikkoordina t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti li jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u l-ekonomija fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, b’linji gwida għal prijoritizzazzjoni ċara u kriterji ta’ evalwazzjoni għall-investimenti.

Riforma C2.3.R2: It-titjib tal-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li tappoġġa l-forniment ta’ servizzi pubbliċi diġitali u li tiffaċilita l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini/in-negozji u l-amministrazzjoni pubblika. Ir-riforma għandha wkoll l-għan li tintroduċi analitika avvanzata tad-data fl-amministrazzjoni nazzjonali, bil-ħsieb li tappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet immexxija mid-data fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni.

Filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi fil-Kroazja bħalissa jużaw mijiet ta’ reġistri u bażijiet tad-data differenti, ir-riforma hija mistennija toħloq il-prekundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ reġistru ċentrali (sistema interoperabbli ċentrali) li jgħaqqad flimkien ir-reġistri ewlenin (l-Investiment C2.3.R2.I1), kif ukoll biex tiġi stabbilita bażi tad-data ċentrali li tippermetti l-użu ta’ analitika avvanzata tad-data għall-awtoritajiet kompetenti (l-Investiment C2.3.R2.I2).

Ir-riforma hija mistennija li ġġib bidliet sistemiċi, għall-iżvilupp ta’ sistemi interoperabbli fil-livell nazzjonali u biex jittieħdu deċiżjonijiet immexxija mid-data. Huwa mistenni wkoll li jitjieb il-forniment online ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità għan-negozji u ċ-ċittadini.

Il-miżura għandha tiddefinixxi struttura organizzattiva u ta’ ġestjoni għall-ġestjoni tas-Sistema Ċentrali ta’ Interoperabbiltà kif ukoll il-katalogu ta’ servizzi elettroniċi li għandhom jiġu konnessi mas-Sistema Ċentrali ta’ Interoperabbiltà. Hija għandha tiżviluppa wkoll l-ekosistema biex tiġbor, tipproċessa, tanalizza, turi u tikkondividi d-data, bil-ħsieb li tintroduċi analitika tad-data fl-amministrazzjoni nazzjonali bħala mod ġdid ta’ ħidma fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Din ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C2.3.R2-I1: L-istabbiliment ta’ sistema ta’ interoperabbiltà ċentrali

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li jinbena reġistru ċentrali għall-awtoritajiet pubbliċi, bil-ħsieb li tiġi rimedjata l-frammentazzjoni attwali (fejn mijiet ta’ reġistri jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi), billi tiġi stabbilita sistema interoperabbli ċentrali li tgħaqqad ir-reġistri bażilari, f’konformità mal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (EIF).

L-investiment għandu jinkludi t-twaqqif ta’ portal nazzjonali ċentrali, li għandu jintegra u jgħaqqad mill-inqas tmien reġistri pubbliċi ewlenin eżistenti (bħar-reġistru għat-twelid, il-post ta’ residenza, il-veterani tal-gwerra) f’reġistru ċentrali interoperabbli. Ir-reġistru ċentrali għandu jiżgura li l-informazzjoni mir-reġistri varji tkun ikkonsolidata f’reġistru interoperabbli wieħed u disponibbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, iċ-ċittadini u n-negozji.

Ir-reġistru ċentrali għandu jippermetti wkoll il-forniment online tal-21 proċedura amministrattiva elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1724 (ir-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika).

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C2.3.R2-I2: L-istabbiliment ta’ repożitorju tad-data ċentrali u sistema għall-analitika tan-negozji

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jinbena maħżen ċentrali tad-data (DWH) għall-awtoritajiet tal-gvern, li huwa mistenni li jtejjeb is-sistema tal-ġestjoni tad-data, billi jiffaċilita l-ġbir tad-data f’formati standardizzati, l-ipproċessar, l-analiżi u l-kondiviżjoni tad-data fost l-awtoritajiet pubbliċi (bħall-unitajiet tal-Istat u tal-gvern lokali). Il-pjattaforma għandha tippermetti analiżi tad-data f’ħin reali u għandha tipproduċi għodod avvanzati tal-analitika tad-data (bħal indikaturi tan-negozju predefiniti, dashboards u rapporti ta’ kuljum), li huma mistennija li jtejbu b’mod sinifikanti t-teħid tad-deċiżjonijiet xprunat mid-data fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni nazzjonali.

Parti mill-maħżen tad-data għandha tkun aċċessibbli wkoll għaċ-ċittadini u n-negozji, bil-ħsieb li s-settur privat ikun jista’ jibni u jiżviluppa servizzi b’valur miżjud fuq id-data u l-għodod analitiċi disponibbli għalihom.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C2.3.R3-I1: It-titjib taċ-Ċentru tas-Servizzi Kondiviżi

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jespandi l-kapaċità tal-Cloud tal-Istat (Ċentru tas-Servizzi Kondiviżi, “CDU”), biex jippermetti żieda kbira fl-għadd ta’ utenti, u jaġġornah bl-iżvilupp ta’ funzjonalitajiet ġodda, li għandhom jinkludu:

-Pjattaforma għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-ittestjar tal-applikazzjonijiet għall-utenti,

-Pjattaforma għall-appoġġ tal-ICT,

-Sistema ċentrali għall-monitoraġġ tas-sigurtà tal-informazzjoni għall-ġestjoni ta’ attivitajiet potenzjali ta’ sigurtà fuq l-infrastruttura tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni,

-Pjattaforma ta’ Awtentikazzjoni Bijometrika li tistabbilixxi servizz ta’ identifikazzjoni bijometrika integrat fis-sistema ċentrali eżistenti għad-drittijiet tal-utenti u l-ġestjoni tal-identità,

-Pjattaforma biex jinħoloq u jiġi ġestit faċilment il-kontenut diġitali tas-siti web tal-utenti, b’karatteristiċi għall-indiċjar intuwittiv, it-tiftix u l-irkupru tal-kontenut, il-format, ir-reviżjoni, il-pubblikazzjoni u l-fora ta’ diskussjoni,

-Pjattaforma għall-iżvilupp tat-teknoloġiji blockchain għall-cloud tal-Istat, f’konformità mal-Infrastruttura Ewropea tas-Servizzi tal-Blockchain.

Il-pjattaforma taċ-Ċentru tas-Servizzi Kondiviżi (CDU) għandha tiġi integrata fl-Ispazji Komuni Ewropej tad-Data biex tippermetti l-ospitar sigur, l-aċċess u l-modifika tad-data u s-servizzi fil-livell tal-UE.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C2.3.R3-I2: It-tisħiħ tal-kapaċità tal-pulizija biex tindirizza ċ-ċiberkriminalità

L-objettiv tal-investiment huwa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ministeru tal-Intern fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità.

L-investiment jinkludi x-xiri ta’ tagħmir speċjalizzat għall-pulizija għall-analiżi tal-evidenza diġitali, taħriġ speċjalizzat għall-uffiċjali tal-pulizija għad-detezzjoni u l-ġlieda kontra l-attakki ċibernetiċi u l-implimentazzjoni ta’ kampanja ta’ prevenzjoni pubblika mmirata lejn in-negozji u ċ-ċittadini biex titqajjem kuxjenza kontra ċ-ċiberkriminalità.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C2.3.R3-I3: L-istabbiliment ta’ punt uniku ta’ servizz għas-servizzi tal-helpdesk pubbliċi elettroniċi kollha

L-objettiv tal-investiment huwa li jinħoloq punt uniku ta’ servizz (JKC) li jarmonizza u jiċċentralizza s-sistema tal-helpdesk tas-servizzi online kollha tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Il-punt uniku ta’ servizz huwa mistenni li jipprovdi servizz ġdid u mtejjeb għaċ-ċittadini u n-negozji biex jikkomunikaw mal-amministrazzjonijiet pubbliċi u għandu jippermetti li l-utenti jsibu faċilment l-informazzjoni mitluba. Il-punt uniku ta’ servizz għandu jkollu wkoll karatteristiċi li jippermettu li l-utenti jibagħtu feedback, jivvalutaw il-kwalità tal-interazzjoni mal-impjegati taċ-ċivil u jitfgħu evalwazzjoni, li hija mistennija tittrasforma l-interazzjoni bejn l-amministrazzjoni pubblika tal-Kroazja u l-utenti tagħha.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C2.3.R3-I4: Il-konsolidazzjoni tas-sistemi tal-infrastruttura għall-informazzjoni dwar is-saħħa

L-objettiv tal-investiment huwa li tiġi aġġornata s-Sistema Ċentrali tal-Informazzjoni dwar is-Saħħa tar-Repubblika tal-Kroazja (CEZIH), li tintuża mill-atturi kollha fis-sistema tas-saħħa (bħal sptarijiet, persunal mediku, skejjel mediċi, istituzzjonijiet tas-saħħa pubblika, spiżeriji, laboratorji).

L-investiment għandu b’mod partikolari jitfa’ s-sistema fil-cloud tal-Istat (iċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi) u għandu jistabbilixxi soluzzjonijiet ta’ rkupru minn diżastru, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju u jiġi pprovdut mod ta’ operat kontinwu, affidabbli u sigur tas-Sistema Ċentrali ta’ Informazzjoni dwar is-Saħħa.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C2.3.R3-I5: Proġett tal-użu tal-Karta tal-Identità Diġitali

L-objettiv tal-investiment huwa li jippromwovi l-użu ta’ firem elettroniċi fl-interazzjoni taċ-ċittadini mal-amministrazzjoni pubblika. Il-miżura hija mistennija li tippermetti lill-utenti ta’ e-IDs biex jiffirmaw dokumenti fuq pjattaformi mobbli.

Hija għandha tistabbilixxi Sistema ta’ Ġestjoni tal-Identità Diġitali (IDP) u sistema ta’ ffirmar mobbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati mill-bogħod, għal firem elettroniċi li jikkwalifikaw mill-bogħod. Il-ħruġ ta’ tali ċertifikat huwa prerekwiżit għall-iffirmar ta’ dokumenti b’mod elettroniku fuq pjattaformi mobbli jew f’applikazzjonijiet bil-firma mobbli.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.



Investiment C2.3.R3-I6: L-investiment fin-networks tal-infrastruttura tal-informazzjoni tal-Istat

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li jimmodernizza u jespandi l-kapaċità tan-network nazzjonali tal-infrastruttura tal-informazzjoni (in-network DII), użat mill-awtoritajiet pubbliċi fil-Kroazja biex jipprovdi servizzi online għaċ-ċittadini u n-negozji.

L-investiment jinkludi t-tfassil ta’ arkitettura ġdida ta’ network sikur li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet u tgħaqqad l-utenti kollha ma’ network wieħed. B’mod partikolari, in-network il-ġdid għandu jiżgura aċċess broadband għal network ta’ kapaċità għolja ħafna (10Gbps) għall-awtoritajiet pubbliċi kollha. Sabiex tiġi żgurata l-konnettività kontinwa tal-istituzzjonijiet kollha fis-sistema, l-investiment għandu jimmodernizza ċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tan-Network (NOC) u jistabbilixxi sistema, disponibbli 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa, biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet għall-inġinerija u assistenza għall-utenti.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C2.3.R3-I7: It-titjib tas-sistema tal-ippjanar spazjali, il-kostruzzjoni u l-assi tal-istat permezz tad-diġitalizzazzjoni

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li tiġi aġġornata s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Ippjanar Spazjali u l-Proprjetà tal-Istat (ISPU) biex tiġi stabbilita sistema integrata ta’ informazzjoni dwar l-ippjanar spazjali u tkun tista’ ssir id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri relatati mat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti individwali, mill-identifikazzjoni tal-lokalizzazzjoni tal-proġett sal-kisba tal-permessi meħtieġa.

Il-miżura għandha tippermetti wkoll l-akkwist ta’ immaġni satellitari taż-żona b’riżoluzzjoni għolja tal-Kroazja u l-iżvilupp ta’ pjanijiet spazjali diġitali.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C2.3.R3-I8: Il-ħolqien ta’ pjattaforma mobbli diġitali

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li tinħoloq pjattaforma ta’ servizz pubbliku diġitali mobbli li tippermetti liċ-ċittadini jużaw faċilment is-servizzi pubbliċi online fuq l-ismartphones tagħhom. Is-“servizzi e-Ċittadini” eżistenti ġew żviluppati għall-kompjuters personali u bħalissa mhumiex adattati għal apparat mobbli, u għalhekk hemm bżonn ta’ pjattaforma adattata għall-applikazzjonijiet mobbli.

Dan l-investiment, bl-użu ta’ teknoloġiji u standards tal-ogħla livell, għandu jibni pjattaforma li tipprovdi mod standardizzat ta’ kif jiġu offruti servizzi pubbliċi fuq pjattaformi mobbli (bħat-talba għal prova ta’ ċertifikat tat-twelid, talba għal prova ta’ residenza, reġistrazzjoni ta’ bidla fl-indirizz; reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur). Għandha tgħaqqad ir-reġistri u l-bażijiet tad-data kollha relatati mal-Bus Ċentrali għall-Iskambju tad-Data (GSB). L-investiment għandu jippermetti wkoll li s-Sistema Nazzjonali ta’ Awtentikazzjoni tal-Identifikazzjoni (NIAS) tiġi aġġornata għall-aħħar xejriet tal-awtentikazzjoni għall-pjattaformi mobbli, filwaqt li jiġu implimentati metodi moderni ta’ applikazzjoni bijometrika.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C2.3.R3-I9: L-istabbiliment ta’ pjattaforma ġdida għall-Bulettin tal-Akkwist Pubbliku Elettroniku tar-Repubblika tal-Kroazja

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li tiġi stabbilita pjattaforma tal-IT ġdida għas-sistema tal-akkwist elettroniku, bil-ħsieb li tiġi appoġġata d-diġitalizzazzjoni tal-proċess tal-akkwist pubbliku u li jiġu implimentati formoli standard ġodda għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 (il-formoli elettroniċi).

L-investiment għandu jimmodernizza l-pjattaforma tal-IT tar-Reklamar tal-Akkwist Pubbliku Elettroniku Kroat (EOJN), li bħalissa hija bbażata fuq teknoloġija skaduta u ma tappoġġax b’mod xieraq it-twettiq effiċjenti tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku. B’mod partikolari, il-miżura għandha tippermetti li jkun hemm rabta bejn il-proċessi kollha tal-akkwist (minn pjan ta’ akkwist, permezz tat-twettiq tal-proċedura sa data dwar pagamenti bbażata fuq kuntratti konklużi) u għandha tintroduċi appelli online (e-Appelli) bħala obbligatorji, u l-possibbiltà ta’ ħlas online tat-tariffi. L-investiment għandu jistabbilixxi wkoll qafas għat-traċċar tal-konformità ma’ ċerti kriterji u objettivi obbligatorji minimi (bħal akkwist pubbliku strateġiku, ekoloġiku jew innovattiv).

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C2.3.R3-I10: Id-diġitalizzazzjoni u l-kompjuterizzazzjoni tas-CES (eHZZ)

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jiġi diġitalizzat is-Servizz tal-Impjiegi tal-Kroazja (CES – HZZ), li bħalissa jipprovdi l-biċċa l-kbira tad-dokumentazzjoni f’format stampat mingħajr sistema awtomatizzata għall-ħżin diġitali tad-dokumentazzjoni. L-investiment huwa mistenni li jistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni tal-identità diġitali, sistema ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani u li jiddiġitalizza l-arkivji tas-CES.

L-investiment għandu jawtomatizza u jiddiġitalizza bis-sħiħ il-proċessi tan-negozju tas-CES, b’soluzzjonijiet ġodda tal-IT biex iħaffu u jawtomatizzaw il-ħidma tas-CES, iżidu l-livell ta’ sigurtà tad-data kummerċjali kollha, u jippermettu ċ-ċirkolazzjoni u l-ipproċessar ċentrali ta’ dokumenti elettroniċi, firem diġitali u bijometriċi.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C2.3.R3-I11: Il-modernizzazzjoni tal-appoġġ tal-ICT għall-HZMO (eHZMO)

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jimmodernizza s-sistema tal-IT skaduta tal-Istitut tal-Assigurazzjoni tal-Pensjonijiet Kroat (HZMO) u jiddiġitalizza l-proċessi tan-negozju ewlenin tiegħu. Il-miżura hija mistennija li żżid l-effiċjenza tal-HZMO u tappoġġa l-forniment tiegħu ta’ servizzi ta’ kwalità.

L-investiment għandu jibni sistema tal-IT ġdida biex tappoġġa l-proċessi ewlenin, li għandha tinkludi moduli għall-ġestjoni ta’:

-il-kalkoli għall-pensjoni u l-benefiċċji tat-tfal,

-il-kontribuzzjonijiet u r-rekords ta’ pagamenti,

-id-data tal-benefiċjarju,

-l-appelli, il-proċeduri ta’ reviżjoni u t-tilwim,

-id-dokumentazzjoni u arkivji diġitali,

-id-data analitika u ta’ kontabilità,

-l-operazzjonijiet finanzjarji,

-il-proċessi ta’ akkwist, kuntrattar u ordnijiet,

-id-dejn u r-responsabbiltà (xerrejja/fornituri),

-il-ġestjoni tal-assi.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C2.3.R3-I12, Id-diġitalizzazzjoni tal-arkivji tal-HZMO (eArhiva)

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jiddiġitalizza l-arkivji tal-Istitut tal-Assigurazzjoni tal-Pensjonijiet Kroat (HZMO). Il-miżura hija mistennija li ttejjeb b’mod sinifikanti l-prestazzjoni ġenerali tal-ħidma tal-HZMO u l-kosteffettività tal-ġestjoni tal-arkivji, li attwalment għadha fil-biċċa l-kbira bbażata fuq it-tiftix manwali. L-investiment għandu jistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni tal-arkivji diġitali u post uniku għall-ħżin permanenti tal-arkivji. L-investiment huwa maħsub biex jiddiġitalizza l-materjal eżistenti, iżda wkoll biex jistabbilixxi sistema ċentrali li għandha tippermetti d-diġitizzazzjoni tal-oġġetti kollha maħluqa ġodda, li għandhom jiġu rreġistrati u maħżuna fis-sistema tal-arkivji diġitali.

Bħalissa l-HZMO għandu madwar 4,5 miljun fajl għad-dispożizzjoni tiegħu. L-investiment huwa maħsub biex jiddiġitalizza 1 000 000 fajl attiv (madwar 50 000 000 paġna).

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C2.3.R3-I13: It-trasformazzjoni diġitali tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jimmodernizza s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, bil-ħsieb li tiġi żviluppata pjattaforma tal-IT faċli għall-utent b’aċċess kemm għall-kontribwenti kif ukoll għall-uffiċjali tal-amministrazzjoni tat-taxxa, u b’hekk tiżdied l-effiċjenza tal-amministrazzjoni tat-taxxa.

L-investiment għandu jtejjeb l-infrastruttura tal-ICT tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u jiżviluppa pjattaforma, li tippermetti l-awtomazzjoni tal-proċessi tan-negozju tal-amministrazzjoni tat-taxxa. Il-pjattaforma għandha tipprovdi wkoll analitika tad-data u tappoġġa l-ħtiġijiet futuri tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, iżżid is-sigurtà tal-infrastruttura tal-ICT u tiżgura l-kontinwità tan-negozju f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C2.3.R3-I14: L-implimentazzjoni tas-sistema ta’ pagamenti mhux bi flus kontanti fl-ekonomija permezz ta’ fatturi elettroniċi b’arkivji elettroniċi integrati u kontabilità tat-taxxa attiva

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li tiġi stabbilita sistema ta’ kontabilità tat-taxxa online bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-kontribwenti.

L-investiment għandu jistabbilixxi sistema ġdida tal-IT għar-reġistrazzjoni ta’ fatturi elettroniċi (fatturi elettroniċi) maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi għal ħlas mhux bi flus kontanti fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa. L-investiment għandu jistabbilixxi wkoll sistema avvanzata ta’ kontabilità online tal-VAT,

L-investiment huwa mistenni li jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa billi jnaqqas l-għadd ta’ forom meħtieġa u jappoġġa l-konformità mar-regoli tat-taxxa.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C2.3.R3-I15: L-istabbiliment ta’ soluzzjonijiet għall-applikazzjoni tat-turiżmu bil-għan li jitħaffef il-piż amministrattiv tal-intraprendituri u biex il-mudell tat-turiżmu isir sostenibbli

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jiġu żviluppati għodod ġodda tal-IT għas-sistema ta’ informazzjoni pubblika tat-turiżmu(l-e-Turiżmu) biex jgħinu fil-ġestjoni effettiva tal-iżvilupp tat-turiżmu u jappoġġaw is-sostenibbiltà tas-settur.

L-investiment għandu jkompli d-diġitalizzazzjoni tas-sistema Kroata tal-Osservatorju għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Sostenibbli (CROSTO), bl-iżvilupp ta’ “Sistema ta’ Monitoraġġ għall-Iżvilupp ta’ Destinazzjoni” diġitali biex timmonitorja s-sostenibbiltà tad-destinazzjonijiet f’konformità mas-“Sistema Ewropea tal-Indikaturi tat-Turiżmu għall-Ġestjoni Sostenibbli tad-Destinazzjonijiet” (ETIS).

L-investiment għandu jikkontribwixxi wkoll għat-titjib tal-intelliġenza tan-negozju fit-turiżmu, bl-użu ta’ data miksuba minn diversi sorsi, bħalma huma r-“reġistru ċentrali tat-turiżmu”, is-“sistema e-Viżitatur” jew is-sistema CROSTO.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C2.3.R3-I16: Id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi fl-isport u r-rikreazzjoni fil-livell lokali u reġjonali

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li tiġi aġġornata s-“Sistema ta’ Informazzjoni fl-Isport” (ISS), li hija s-sistema tal-IT użata mill-Ministeru tat-Turiżmu u l-Isport, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-sistema għall-partijiet interessati rilevanti kollha, b’mod partikolari fil-livell lokali u reġjonali. Hija maħsuba wkoll biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ proċeduri elettroniċi u servizzi elettroniċi għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati attivi fis-settur tal-isport.

L-investiment għandu:

-Jistabbilixxi modulu ta’ applikazzjoni biex il-klabbs sportivi jingħataw aċċess dirett għar-reġistri u r-rekords bażiċi tas-Sistema ta’ Informazzjoni fl-Isport, bil-possibbiltà li tiddaħħal data rilevanti, bħal rekords sportivi u rekords tal-eżamijiet mediċi tal-atleti;

-Jistabbilixxi għodod diġitali u proċeduri diġitali għall-monitoraġġ tal-finanzjament pubbliku tal-programmi sportivi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, bil-għan li tiġi armonizzata, issimplifikata u biex tiżdied it-trasparenza tal-proċess, anki fil-livell lokali u reġjonali;

-Jiġi stabbilit modulu ta’ applikazzjoni għall-ġbir ta’ data dwar l-isport u l-eżerċizzju fiżiku orjentat lejn is-saħħa, inkluż l-istabbiliment ta’ reġistru bażiku fil-qasam tal-eżerċizzju fiżiku orjentat lejn is-saħħa (ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar programmi eżistenti u persunal professjonali pereżempju).

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C2.3.R4: It-tisħiħ tal-konnettività bħala pedament tat-tranżizzjoni diġitali tas-soċjetà u l-ekonomija

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li twitti t-triq biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika li jipprovdu konnettività tal-gigabits lill-unitajiet domestiċi u lill-muturi soċjo-ekonomiċi, f’konformità mal-objettivi tas-Soċjetà Ewropea tal-Gigabits.

Din ir-riforma għandha l-għan li tiżgura l-implimentazzjoni f’waqtha u komprensiva tal-qafas regolatorju u strateġiku fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, permezz tal-adozzjoni tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, b’mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, u l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Pjan Nazzjonali tal-Broadband fil-Kroazja għall-perjodu 2021-2027.

Ir-riforma hija mistennija li tidentifika u tindirizza l-piż amministrattiv u l-ostakli regolatorji relatati mal-bini ta’ networks ta’ konnettività tal-gigabits, inklużi n-networks 5G, sabiex tħeġġeġ l-investiment fit-tnedija tan-networks 5G.

Din ir-riforma tikkomplementa l-investimenti fil-konnettività diġitali permezz ta’ konnessjonijiet broadband f’networks fissi u avvanzati bla fili u mobbli, inkluż permezz tal-użu ta’ teknoloġiji 5G.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C2.3.R4-I1: L-implimentazzjoni ta’ proġetti taħt il-Programm Qafas Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Infrastruttura tal-Broadband f’żoni fejn m’hemmx biżżejjed interess kummerċjali fl-investiment

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li jnaqqas id-distakk diġitali fil-Kroazja billi jżid il-kopertura nazzjonali tal-broadband b’konnettività tal-gigabits f’żoni fejn m’hemmx biżżejjed interess kummerċjali, f’konformità mal-Programm Qafas Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Infrastruttura tal-Aċċess għall-Broadband. Aktar investiment fil-konnettività huwa mistenni li jiġi ffinanzjat permezz ta’ fondi nazzjonali jew tal-UE oħra bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta’ ambizzjoni tal-gigabits tal-UE.

L-investiment għandu l-għan li jiżgura li l-unitajiet domestiċi u l-muturi soċjo-ekonomiċi ewlenin f’żoni fejn m’hemmx biżżejjed interess kummerċjali (żoni bojod tal-NGA) ikollhom aċċess għal networks ta’ konnettività tal-gigabits. L-investiment huwa maħsub biex jinkludi madwar 20 proġett ta’ unitajiet tal-gvern lokali li jkopru madwar 700 000 abitant u madwar 124 000 unità domestika. In-numru eżatt ta’ proġetti u l-kopertura huma maħsuba li jiġu identifikati wara li jiġu implimentati s-sejħiet għall-proġetti u l-għażla tal-proġetti.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C2.3.R4-I2: Il-bini ta’ infrastruttura passiva tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li tiżdied id-disponibbiltà tan-networks tal-Gigabits (li jipprovdu l-konnettività 5G) f’żoni rurali u b’popolazzjoni baxxa fejn ma hemm l-ebda interess kummerċjali fil-bini ta’ dawn in-networks.

Dan jinkludi l-bini ta’ infrastruttura passiva tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, bħall-kostruzzjoni ta’ arbli tal-antenni awtonomi, il-forniment ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni bil-fibra jew bil-microwave biex in-network tal-komunikazzjoni elettronika mobbli jiġi konness mal-istazzjonijiet bażi. Għandu jippermetti l-iżvilupp ta’ networks 5G fiż-żoni koperti u li jkunu disponibbli għall-użu minn kulħadd fuq termini ugwali.

L-investiment huwa maħsub li jkollu fil-mira ż-żoni rurali li jinsabu f’kontej bl-inqas indikaturi soċjo-ekonomiċi (kundizzjonijiet demografiċi, soċjali u ekonomiċi baxxi meta mqabbla mal-medja nazzjonali).

Il-ġestjoni tal-infrastruttura li għandha tinbena permezz tal-investiment għandha titwettaq esklussivament fuq bażi mingħajr skop ta’ qligħ, bil-għan li jiġi żgurat li d-dħul mill-kiri tal-infrastruttura jkopri l-ispejjeż operattivi u ta’ manutenzjoni kollha tal-infrastruttura. Fil-każ ta’ introjtu mill-kiri li jaqbeż l-ispejjeż, is-surplus għandu jkun dirett lejn l-espansjoni jew il-kostruzzjoni ta’ kapaċità tal-infrastruttura ġdida.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

I.2.    Objettivi intermedji, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju / Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Żmien

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Għan

Q

Sena

176

C2.3. R1

M

Strateġija Diġitali għall-Kroazja

Dħul fis-seħħ tal-Istrateġija Diġitali għall-Kroazja

 

 

 

Q4

2022

L-“Istrateġija Diġitali għall-Kroazja għall-2030” għandha tiddefinixxi b’mod ċar l-objettivi u l-prijoritajiet strateġiċi li se jiffurmaw il-bażi għad-definizzjoni ta’ azzjonijiet fl-oqsma li ġejjin: id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u tal-ġudikatura; l-iżvilupp ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika tal-broadband; l-iżvilupp ta’ kompetenzi diġitali u impjiegi diġitali.

177

C2.3. R2
C2.3. R2.I2

M

L-istabbiliment tal-pjattaformi għas-sistema ċentrali ta’ interoperabbiltà


Ir-Rapport mill-Uffiċċju Ċentrali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Diġitali (SDURDD) li l-pjattaformi huma operattivi u ttestjati għall-użu

 

 

 

Q4

2022

Il-portal ċentrali nazzjonali tal-interoperabbiltà għandu jipprovdi katalogu tas-servizzi kollha disponibbli u l-Maħżen tad-Data (DWH) għandu jkun operattiv u għall-użu.

178

C2.3. R2-I1

M

L-istabbiliment tas-sistema ta’ interoperabbiltà ċentrali

Rapport mill-Uffiċċju Ċentrali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Diġitali (SDURDD) li s-sistema hija operattiva u ttestjata għall-użu

 

 

 

Q4

2023

Is-sistema interoperabbli ċentrali għandha tkun operattiva għall-użu, inkluż il-forniment online tal-21 proċedura amministrattiva elenkati fl-Anness II tar-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika

179

C2.3. R3-I1

T

Aġġornament tal-Cloud tal-Istat

Rapport mill-Uffiċċju Ċentrali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Diġitali (SDURDD)

Numru

0

6

Q4

2022


6 funzjonalitajiet ġodda għandhom ikunu operattivi għall-użu fil-cloud tal-Istat (CDU) u aċċessibbli għall-utenti:
-Pjattaforma għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-ittestjar tal-applikazzjonijiet għall-utenti,

-Pjattaforma għall-appoġġ tal-ICT,

-Sistema ċentrali ta’ monitoraġġ tas-sigurtà tal-informazzjoni għall-ġestjoni ta’ attivitajiet potenzjali ta’ sigurtà,

-Pjattaforma ta’ Awtentikazzjoni Bijometrika,

-Pjattaforma għall-ġestjoni tal-kontenut diġitali tas-siti web,

-Pjattaforma għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji blockchain għall-cloud tal-Istat.

180

C2.3. R3-I1

T

Żieda fl-għadd ta’ utenti fiċ-Ċentru tas-Servizzi Kondiviżi

 

Numru

0

450

Q2

2026

-450 utenti ġodda għandhom jiġu integrati fiċ-Ċentru tas-Servizzi Kondiviżi

181

C2.3. R3-I2

M

Proġett pilota dwar iċ-ċibersigurtà

Rapport mill-Ministeru tal-Intern

 

 

 

Q4

2023

Għandu jitwettaq proġett pilota għat-test tal-istress tas-sistema – b’simulazzjoni ta’ reati kriminali “ċiberdipendenti” u “ffaċilitati miċ-ċibernetika”.

Is-sistema għandha tkun mgħammra b’komponenti speċifiċi ta’ software u hardware għall-investigazzjoni taċ-ċiberkriminalità, b’tiftix b’sorsi miftuħin fuq l-Internet u b’forensika diġitali, u settijiet ta’ analiżi tal-investigazzjoni għall-analiżi tal-evidenza diġitali. L-implimentazzjoni tal-proġett għandha tissodisfa l-prekondizzjoni meħtieġa għall-aġġornament ta’ għodod u sistemi forensiċi, kif ukoll sistemi ta’ sorveljanza sigrieta għal networks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, meħtieġa biex jiżdied il-livell ta’ ċibersigurtà fil-Kroazja u l-UE. Ladarba t-tagħmir ikun inkiseb u jkun kompletament operattiv, għandu jitwettaq proġett pilota biex tiġi simulata r-riċerka dwar iċ-ċiberkriminalità fil-forma ta’ eżerċizzju ta’ simulazzjoni, biex jiġi vvalutat il-kontribut tat-tagħmir għall-kisba tal-miżuri u l-objettivi tal-proġett ta’ infurzar ċibernetiku.

182

C2.3. R3-I2

M

Kampanja ta’ prevenzjoni pubblika taċ-ċibersigurtà

Rapport mill-Ministeru tal-Intern

 

 

 

Q1

2024


Kampanja pubblika ta’ prevenzjoni għandha titwettaq fuq il-feġġien ta’ ċiberkriminalità u miżuri ta’ prevenzjoni, immonitorjati mill-indikaturi li ġejjin:
- l-għadd ta’ attivitajiet preventivi ta’ sensibilizzazzjoni u edukazzjoni mwettqa minn gruppi fil-mira differenti dwar miżuri ta’ mġiba awtoprotettiva b’rabta mar-riskji taċ-ċiberkriminalità

- l-għadd ta’ parteċipanti fl-attivitajiet

- l-għadd ta’ materjal preventiv distribwit

- l-għadd ta’ posts tal-midja (inkluża l-midja kollha)

- l-għadd ta’ tweġibiet tal-gruppi fil-mira fuq il-midja soċjali

- l-għadd u r-riżultati pproċessati ta’ stħarriġiet online mwettqa permezz tan-networks soċjali

- l-għadd ta’ evalwazzjoni tal-gruppi fil-mira mwettqa bl-użu ta’ metodi kwantitattivi

183

C2.3. R3-I3

M

L-istabbiliment ta’ punt uniku ta’ servizz

Rapport mill-Uffiċċju Ċentrali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Diġitali (SDURDD) li l-punt uniku ta’ servizz huwa stabbilit u operattiv għall-użu

 

 

 

Q4

2023

Il-pjattaforma ta’ punt uniku ta’ servizz (JKC) li tipprovdi informazzjoni u appoġġ lill-klijenti liċ-ċittadini u lin-negozji f’post ċentralizzat uniku, għandha tiġi stabbilita u operattiva għall-użu.

184

C2.3. R3-I4

M

Sistema tal-IT tas-CEZIH


Rapport mill-Ministeru tas-Saħħa

 

 

 

Q2

2023

Is-sistema ċentrali ta’ informazzjoni dwar is-saħħa tal-Kroazja għandha tkun operattiva għall-użu fil-cloud tal-Istat (CDU)

185

C2.3. R3-I5

T

Firma elettronika tal-Karta tal-Identità Diġitali

Rapport mill-Aġenzija dwar is-Sigurtà Diġitali (AKD)

Numru

0

300 000

Q4

2023

Mat-300 000 ċertifikat ikunu nħarġu għal firem elettroniċi li jikkwalifikaw mill-bogħod.

186

C2.3. R3-I6

M

L-istabbiliment tan-network tal-infrastruttura tal-informazzjoni tal-Istat (DII)

Rapport mill-Uffiċċju Ċentrali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Diġitali (SDURDD)

 

 

 

Q4

2024

In-network imtejjeb tal-infrastruttura tal-informazzjoni tal-Istat (DII), b’karatteristiċi mtejba f’termini ta’ disponibbiltà, affidabbiltà u sigurtà, għandu jkun operattiv għall-użu.

187

C2.3. R3-I6

T

Utenti ġodda tan-network tal-infrastruttura tal-informazzjoni tal-Istat (DII)

Rapport mill-SDURDD

Numru

36

136

Q4

2025

Mill-inqas 100 utent ġdid għandhom ikunu konnessi man-network tal-infrastruttura tal-informazzjoni tal-Istat, f’kull post fejn jużaw ir-riżorsi tan-network, permezz tal-provvista tal-infrastruttura tal-fibra ottika għal kull sit kif ukoll it-tagħmir terminali.

188

C2.3. R3-I7

T

Pjanijiet spazjali diġitali

Rapport mill-MPGI

Numru

0

570

Q4

2024

Il-ħolqien ta’ 570 pjan spazjali tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (pjanijiet spazjali f’forma diġitali)

189

C2.3. R3-I7

M

Aġġornament tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Pjanijiet Ġeografiċi


Rapport mill-MPGI

 

 

 

Q4

2025

Għandhom jiġu stabbiliti moduli elettroniċi għad-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri fl-ippjanar spazjali, il-kostruzzjoni u l-assi tal-istat bħala parti mis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Ippjanar Spazjali.

190

C2.3. R3-I8

T

Servizzi diġitali pubbliċi elettroniċi integrati fil-pjattaforma mobbli l-ġdida

Rapport mill-SDURDD li l-20 servizz elettroniku huma integrati u operattivi għall-użu

Numru

0

20

Q4

2024

Mill-inqas 20 servizz elettroniku għandhom jiġu integrati fil-pjattaforma mobbli u jkunu operattivi għall-użu, inklużi: Talba għal prova ta’ ċertifikat tat-twelid; Talba għal prova ta’ residenza; Applikazzjoni għal finanzjament għal studji ta’ edukazzjoni terzjarja; Il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni inizjali għall-ammissjoni f’istituzzjoni pubblika ta’ edukazzjoni għolja; Talba għal rikonoxximent akkademiku ta’ diplomi, ċertifikati jew evidenza oħra ta’ studji jew korsijiet; Notifika ta’ bidliet fiċ-ċirkostanzi personali jew professjonali tal-persuna li tirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali rilevanti għal tali benefiċċji; Talba għal Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea; Il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq l-introjtu; Ir-reġistrazzjoni ta’ bidla fl-indirizz; Ir-reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur li toriġina fi Stat Membru jew diġà rreġistrata fih, fi proċeduri standard; Il-kisba ta’ tikketti għall-użu tal-infrastruttura tat-toroq tal-istat: it-tariffi tal-ħin (vinjetta), it-tariffi bbażati fuq id-distanza (pedaġġi), maħruġa minn awtorità jew istituzzjoni pubblika; il-kisba ta’ tikketti tal-emissjonijiet maħruġa minn awtorità jew istituzzjoni pubblika; it-talba għal benefiċċji tal-pensjoni u l-benefiċċji tal-pensjoni minn skemi obbligatorji; Talba għal informazzjoni dwar pensjonijiet minn skemi obbligatorji; Notifika ta’ attività ta’ negozju, liċenzja ta’ negozju, bidla fl-attività ta’ negozju u waqfien ta’ attività ta’ negozju li ma jinvolvux proċeduri ta’ falliment jew stralċ, eskluża r-reġistrazzjoni inizjali ta’ attività ta’ negozju fir-reġistru kummerċjali u esklużi proċeduri kostituzzjonali jew kwalunkwe applikazzjoni sussegwenti minn kumpaniji jew ditti; Ir-reġistrazzjoni ta’ impjegatur (persuna fiżika) ma’ skemi obbligatorji tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni; Ir-reġistrazzjoni tal-impjegati ma’ skemi obbligatorji tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni; Il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq l-introjtu; Il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq l-introjtu; Notifika tal-iskema tas-sigurtà soċjali tat-terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ impjegat, esklużi l-proċeduri ta’ terminazzjoni kollettiva tal-ftehim tal-impjegat; Il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet soċjali għall-impjegati; L-ivvjaġġar bid-dritt għal prova.

191

C2.3. R3-I9

M

L-istabbiliment ta’ pjattaforma ġdida għall-akkwist pubbliku u ta’ applikazzjoni mobbli

L-ewwel proċedura ta’ akkwist pubbliku mnedija fuq il-pjattaforma l-ġdida tas-sejħiet għall-offerti elettroniċi

 

 

 

Q3

2023

Il-pjattaforma l-ġdida għat-twettiq ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku, u l-applikazzjoni mobbli għandhom ikunu operattivi, bil-proċedura ta’ akkwist pubbliku mnedija fuq il-pjattaforma l-ġdida tas-sejħiet għall-offerti elettroniċi.

192

C2.3. R3-I10

M

Sistemi ta’ ġestjoni tal-identità diġitali u tar-riżorsi umani tas-CES

Rapport mis-CES/mill-HZZ

 

 

 

Q4

2023

Is-sistema ta’ ġestjoni tal-identità diġitali u s-sistema diġitali ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani tas-CES għandhom ikunu fis-seħħ u operattivi.

193

C2.3. R3-I10

M

It-tlestija tad-diġitalizzazzjoni tas-CES

Rapport mis-CES/mill-HZZ

 

 

 

Q2

2026

Id-diġitizzazzjoni tas-CES għandha tkun tlestiet: għandhom jiġu stabbiliti sistema ta’ sigurtà għall-ġestjoni tal-inċidenti u tal-azzjonijiet u sistema ta’ appoġġ għall-proċess prinċipali, sistema ta’ konsulenza elettronika u jitlesta l-proġett tad-diġitalizzazzjoni tal-arkivji, u tiġi stabbilita sistema għall-kontabilità u għat-tlestija ta’ proġett diġitali għall-ġestjoni tad-dokumenti għandha tkun operattiva.

194

C2.3. R3-I11

M

Sistema tal-IT aġġornata tal-Istitut tal-Assigurazzjoni tal-Pensjonijiet Kroat (HZMO)

Rapport mill-HZMO

 

 

 

Q2

2026

Is-sistema l-ġdida tal-IT u l-proċessi tan-negozju ewlenin tal-Istitut tal-Assigurazzjoni tal-Pensjonijiet Kroat (HZMO) għandhom ikunu operattivi

195

C2.3. R3-I12

M

Arkivji diġitali tal-Istitut tal-Assigurazzjoni tal-Pensjonijiet Kroat (HZMO)

L-irreġistrar tat-trasferiment tal-HZMO tas-sistema operattiva għall-ġestjoni tal-arkivji diġitali

 

 

 

Q4

2022


Is-sistema għall-ġestjoni tal-arkivji diġitali (Sistema għall-Ġestjoni tal-Arkivji Diġitali) għandha tkun operattiva

196

C2.3. R3-I12

T

L-għadd ta’ paġni fl-Arkivji Diġitali l-ġodda

L-irreġistrar tat-trasferiment tal-HZMO tal-paġni skennjati u indiċjati diġitalment

Numru

0

50 000 000

Q2

2026

50 000 000 paġna mill-arkivji nazzjonali għandhom ikunu ġew skennjati u indiċjati fl-Arkivji Diġitali l-ġodda

197

C2.3. R3-I13

M

Sistema Ġdida ta’ Informazzjoni dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa

Rapport ta’ implimentazzjoni, mill-Ministeru tal-Finanzi – l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, li jiddikjara li s-sistema l-ġdida ta’ informazzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa hija operattiva

 

 

 

Q2

2026

Sistema ġdida ta’ informazzjoni dwar it-taxxa għandha tkun operattiva b’funzjonalitajiet ġodda (inkluż pjattaforma analitika tad-data ġdida, disinn ġdid biex itejjeb l-esperjenza tal-utent għall-kontribwenti u l-uffiċjali tat-taxxa b’infrastruttura mtejba tal-ICT, id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi kollha relatati ma’ dawn il-funzjonalitajiet, bil-ħsieb li jiġi ssimplifikat u mħaffef il-proċess, il-kontinwità sikura tan-negozju f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, il-livell ta’ sigurtà msaħħaħ tal-infrastruttura tal-ICT, l-infrastruttura tal-informazzjoni kkonsolidata u ottimizzata)

198

C2.3. R3-I13

T

Il-perċentwal ta’ proċeduri biex tiġi stabbilita u miġbura t-taxxa, implimentati b’mod diġitali permezz tas-sistema l-ġdida

Rapport mill-Ministeru tal-Finanzi - L-Amministrazzjoni tat-Taxxa

% (Perċentwal)

0

80

Q2

2026

80 % tal-proċeduri biex tiġi stabbilita u miġbura t-taxxa għandhom jiġu implimentati b’mod diġitali permezz tas-sistema l-ġdida ta’ informazzjoni dwar it-taxxa modernizzata

199

C2.3. R3-I14

M

Sistema għall-e-Fatturi u l-kontabilità tal-VAT online


Rapport mill-Ministeru tal-Finanzi - L-Amministrazzjoni tat-Taxxa

 

 

 

Q4

2024


Is-sistema l-ġdida għar-reġistrazzjoni tal-fatturi elettroniċi fl-Amministrazzjoni tat-Taxxa għall-utenti kollha (il-mudell B2B u l-persuni taxxabbli għall-akkwist pubbliku) u l-kontabilità avvanzata tal-VAT online għandha tkun operattiva u lesta biex tintuża

200

C2.3. R3-I15

T

Għodod ġodda fis-sistema tal-IT tat-turiżmu

Rapport mill-Ministeru tat-Turiżmu u l-Isport (MINTS)

Numru

0

4

Q4

2025

Għodod ġodda għandhom ikunu operattivi:
1- għal proċeduri amministrattivi u mhux amministrattivi biex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta’ negozju u l-komunikazzjoni mal-pubbliku

2- għall-ġestjoni tad-destinazzjonijiet u l-istabbiliment ta’ katini tal-valur, inkluża soluzjoni għall-ġestjoni tal-flussi tat-turiżmu

3 - informazzjoni kummerċjali fit-turiżmu biex jiġu appoġġati l-intraprendituri fit-teħid tad-deċiżjonijiet tan-negozju u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tas-settur pubbliku fit-tfassil tal-politika pubblika

4 - id-diġitalizzazzjoni kontinwa tas-sistema CROSTO

201

C2.3. R3-I16

T

Moduli ta’ applikazzjoni ġodda għas-sistema tal-IT tal-isport

Rapport mill-Ministeru tat-Turiżmu u l-Isport (MINTS)

Numru

0

3

Q1

2026

Tliet moduli ta’ applikazzjoni ġodda għandhom jiġu integrati fis-sistema ta’ informazzjoni sportiva aġġornata (ISS):
1 - modulu ta’ applikazzjoni għall-provvediment ta’ aċċess dirett minn klabbs sportivi għar-reġistri bażiċi u għar-reġistri tas-sistema ta’ informazzjoni tal-isport;

2 - modulu ta’ applikazzjoni għall-finanzjament tal-ħtiġijiet pubbliċi tal-isport tal-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali;

3 - modulu ta’ applikazzjoni għall-ġbir tad-
data dwar l-isport u l-eżerċizzju fiżiku orjentat lejn is-saħħa

202

C2.3. R4

M

L-ottimizzazzjoni tal-proċess tal-għoti tal-permessi għall-investimenti fil-konnettività

Dħul fis-seħħ ta’ qafas legali rivedut

 

 

 

Q2

2022

Qafas legali rivedut għandu jappoġġa l-ottimizzazzjoni tal-proċess ta’ liċenzjar u jippermetti l-preżentazzjoni ta’ infrastruttura tal-komunikazzjoni elettronika fil-pjanijiet spazjali. Il-qafas il-ġdid għandu jindirizza l-piż amministrattiv u l-ostakli regolatorji relatati mal-bini ta’ networks b’kapaċità kbira ħafna, inklużi n-networks 5G.

203

C2.3. R4-I1

M

Ftehimiet ta’ għotja ffirmati għall-implimentazzjoni tal-proġetti taħt il-Qafas Nazzjonali għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-aċċess għall-broadband (ONP)

Rapport mill-Ministeru tal-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura (MSTI)

 

 

 

Q3

2023

Ftehim ta’ għotja għal 20 proġett permezz tal-ONP għandhom jiġu ffirmati bħala riżultat tal-proċess ta’ għażla

204

C2.3. R4-I1

T

Aċċess għall-broadband mid-djar f’żoni bojod tal-NGA

Rapport mill-Ministeru tal-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura (MSTI)

Numru

386 000

486 000

Q2

2026

Mill-inqas 100 000 unità domestika addizzjonali f’żoni bojod tal-NGA koperti b’aċċess broadband ta’ mill-inqas 100 MBit/s (li jistgħu jittellgħu għal 1 Giga) għall-utent (download)

205

C2.3. R4-I2

M

Ftehim ta’ għotja għall-bini ta’ infrastruttura passiva tal-komunikazzjonijiet elettroniċi


Rapport mill-Ministeru tal-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura (MSTI)

 

 

 

Q1

2023

L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Għotja u l-bidu tal-implimentazzjoni tal-proġett għall-bini ta’ infrastruttura passiva tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

206

C2.3. R4-I2

T

Popolazzjoni b’aċċess għall-5G

Rapport mill-Ministeru tal-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura (MSTI)

% (Perċentwal)

0

80

Q2

2026

Mill-inqas 80 % taż-żona rurali u b’popolazzjoni baxxa (fejn il-popolazzjoni medja hija inqas minn 20 għal kull km²) li taqa’ fl-ambitu tal-proġett għandha tkun koperta minn sinjal mobbli tal-5G.

   J. KOMPONENT 2.4: IT-TITJIB TAL-ĠESTJONI TAL-ASSI TAL-ISTAT

L-intrapriżi tal-istat fis-sjieda tal-Gvern (SOEs) jiġġeneraw madwar 7 % tal-valur miżjud tal-ekonomija globali u jirrappreżentaw 4 % tal-impjiegi totali. Minħabba r-rwol sinifikanti tagħhom fl-ekonomija Kroata, it-titjib tal-governanza korporattiva tal-SOEs u t-tnaqqis kontinwu fil-portafoll tal-assi tal-gvern jistgħu jwasslu għal żieda distinta fil-produttività ġenerali.

L-objettiv tal-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u jżid l-effiċjenza ġenerali tal-SOEs, permezz tal-miżuri li ġejjin:

-Tnaqqis ulterjuri tal-għadd ta’ SOEs.

-It-titjib tal-ġestjoni tal-proprjetajiet tal-istat.

-L-adattament tal-qafas regolatorju nazzjonali għall-governanza korporattiva għall-aħjar prattiki internazzjonali abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD.

-It-titjib tal-governanza fl-intrapriżi tal-Istat ta’ interess partikolari għar-Repubblika tal-Kroazja u tal-intrapriżi b’maġġoranza tal-ishma tal-gvern ċentrali u t-titjib tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

-It-tisħiħ tal-kapaċità umana għall-monitoraġġ tal-governanza korporattiva fl-SOEs.

Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar it-titjib tal-governanza korporattiva tal-SOEs u l-intensifikazzjoni tal-bejgħ tal-SOEs u tal-assi improduttivi (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 4, 2019). Il-komponent jikkontribwixxi wkoll għall-impenji ta’ wara l-adeżjoni mal-ERM II biex tissaħħaħ il-ġestjoni tal-SOEs.

J.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C2.4 R1 — Reviżjoni tal-lista ta’ intrapriżi tal-istat ta’ interess partikolari għall-Kroazja

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tirrazzjonalizza s-sjieda tal-Istat billi tadotta politika ta’ sjieda ġdida li tistabbilixxi l-kriterji għall-assi strateġiċi u taġġorna l-lista ta’ SOEs li għandhom interess partikolari għall-Kroazja u tippubblika l-ispjegazzjoni li tiġġustifika d-deċiżjoni li kumpanija tinżamm f’din il-lista.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Riforma C2.4 R2 — Titjib tal-governanza korporattiva f’intrapriżi tal-istat ta’ interess partikolari għar-Repubblika tal-Kroazja u f’intrapriżi b’maġġoranza tal-ishma tal-gvern ċentrali

Meta titqies l-importanza tal-SOEs għall-ekonomija Kroata, l-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tittejjeb il-governanza korporattiva tal-SOEs.

Ir-riforma għandha tinkludi l-adozzjoni ta’ liġi unika ġdida dwar l-intrapriżi tal-Istat biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-OECD, b’mod partikolari: (i) armonizzazzjoni tal-qafas regolatorju għall-governanza korporattiva tal-SOEs; (ii) l-istabbiliment ta’ unità ċentrali ta’ koordinazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politika tas-sjieda fit-terminu medju; u (iii) it-tisħiħ tal-awtonomija u l-indipendenza tal-bord tal-SOEs.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2024.

Riforma C2.4 R3 — It-tisħiħ tal-kapaċità umana għall-monitoraġġ tal-governanza korporattiva f’intrapriżi tal-istat

Ir-riforma għandha l-għan li ttejjeb il-kapaċità umana għall-gvern ċentrali, permezz ta’ taħriġ, bil-ħsieb li tistabbilixxi l-objettivi finanzjarji u operazzjonali tal-SOEs u ttejjeb il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Ir-riforma għandha tinkludi miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali billi jitħarrġu uffiċjali pubbliċi b’kompetenzi speċifiċi skont is-settur ekonomiku li fih joperaw l-SOEs.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C2.4 R4 — Jitkompla jitnaqqas tal-għadd ta’ intrapriżi tal-istat li mhumiex ta’ interess partikolari għall-Kroazja

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jkompli jitnaqqas l-għadd ta’ SOEs li mhumiex ta’ interess partikolari għall-Kroazja bil-bejgħ permezz ta’ offerti pubbliċi wara li jitneħħew, fejn meħtieġ, l-ostakoli eżistenti għad-disponiment tal-ishma ta’ dawn il-kumpaniji.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C2.4 R5 — Ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tal-proprjetà tal-Istat

L-objettiv ewlieni tar-riforma huwa li jiżdiedu l-kummerċjalizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni ta’ proprjetà tal-Istat u r-redditi minnha billi tiġi żviluppata sistema tal-IT amministrattiva għall-ġestjoni tal-portafoll tal-proprjetà tal-istat. Ir-riforma mistennija twassal għal attivazzjoni aktar rapida u użu aktar effiċjenti ta’ assi statali li ma jintużawx.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

J.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Ħin

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

207

C2.4 R1

M

Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-Gvern Kroat dwar intrapriżi tal-istat ta’ interess partikolari għall-Kroazja

Pubblikazzjoni tal-lista riveduta ta’ intrapriżi tal-Istat ta’ interess partikolari għall-Kroazja skont il-kriterji stabbiliti

 

 

 

Q4

2021

Il-Gvern għandu jadotta u jippubblika Deċiżjoni ġdida li tiddefinixxi lista ġdida ta’ intrapriżi tal-istat ta’ interess partikolari għall-Kroazja. Id-Deċiżjoni għandha tinkludi spjegazzjoni għaliex kumpanija tinżamm f’din il-lista. Il-kumpaniji elenkati — li għalihom ma tintweriex l-eżistenza ta’ interess pubbliku — għandhom jiġu ttrasferiti lill-portafoll taċ-Ċentru ta’ Ristrutturar u ta’ Bejgħ (CERP) bil-għan li jiġu monetizzati l-assi.
B’dan il-mod, il-portafoll tal-assi finanzjarji tal-Kroazja ser ikun separat b’mod ċar fil-parti li hija ta’ interess partikolari u għalhekk għandha tibqa’ proprjetà tal-Istat u l-parti li mhijiex ta’ interess partikolari għall-Kroazja u għalhekk għandha tiġi monetizzata.

208

C2.4 R2

M

Qafas legali ġdid dwar l-intrapriżi tal-istat, li jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet tal-OECD.

Dispożizzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-intrapriżi tal-istat u d-deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet rilevanti

 

 

 

Q1

2024

Il-qafas legali l-ġdid għall-governanza tal-SOEs għandu jinkludi:
Liġi ġdida li tinkludi dispożizzjonijiet biex ikun hemm konformità mal-linji gwida tal-OECD dwar il-governanza korporattiva tal-intrapriżi tal-istat, jiġifieri r-rakkomandazzjonijiet uffiċjali tal-OECD dwar il-governanza korporattiva tal-intrapriżi tal-istat fil-Kroazja, u għandha tistabbilixxi qafas regolatorju uniku fil-qasam tal-governanza korporattiva tal-intrapriżi tal-istat fil-Kroazja.

Il-qafas regolatorju l-ġdid għandu jipprevedi wkoll l-istabbiliment ta’ unità ċentrali ta’ koordinazzjoni bil-għan li jkun hemm implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-politika proprjetarja fit-terminu medju, jiġifieri koordinazzjoni orizzontali bejn l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mit-twettiq tal-funzjonijiet tas-setgħat proprjetarji.

Il-liġi l-ġdida għandha tinkludi wkoll dispożizzjonijiet legali li jsaħħu l-awtonomija u l-indipendenza tal-bord u jistabbilixxu li a) l-Istat għandu jinnomina/jaħtar membri tal-bord superviżorju tal-SOEs fi żmien 3 xhur minn meta l-kariga ssir vakanti, u b) li l-ministeru kompetenti jipproponi kandidat lill-gvern abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-unità ċentrali ta’ koordinazzjoni.

ii) deċiżjoni tal-Gvern li tistabbilixxi entità ċentrali li tikkoordina s-sjieda bil-mandat u r-riżorsi adegwati, meħtieġa biex twettaq b’mod effettiv ir-rwol ta’ koordinazzjoni tagħha. L-entità għandha tiżviluppa standards għall-governanza korporattiva tal-SOEs u timmonitorja l-konformità ma’ dawn l-istandards; timmonitorja l-prestazzjoni tal-SOEs, u tinvolvi ruħha f’rappurtar pubbliku regolari.

iii) Politika dwar is-Sjieda li tiddeskrivi b’mod ċar ir-raġunament u l-objettivi għas-sjieda tal-istat tal-SOEs li tagħhom l-istat għandu sjieda sħiħa jew li għandu l-maġġoranza tal-ishma tagħhom fil-livell nazzjonali u proprjetajiet mhux finanzjarji, li tiddeskrivi r-rekwiżiti kollha ta’ governanza korporattiva u divulgazzjoni applikabbli għal SOE, u tistabbilixxi l-obbligu u l-frekwenza għar-reviżjoni tal-lista ta’ intrapriżi tal-istat ta’ interess partikolari għall-Kroazja.

209

C2.4 R3

T

Pjan ta’ taħriġ għall-ministeri kompetenti u l-unitajiet ċentrali ta’ koordinazzjoni fl-attivitajiet ta’ governanza korporattiva

 

Numru

0

40

Q2

2026

It-taħriġ għandu jingħata lil mill-inqas 40 impjegat, u għandu jkopri: il-qafas regolatorju l-ġdid għall-governanza korporattiva; edukazzjoni finanzjarja u tal-kontabilità u familjarizzazzjoni mas-sistema l-ġdida ta’ rappurtar; il-monitoraġġ tal-bidliet teknoloġiċi li qed iseħħu f’setturi u industriji speċifiċi, kif ukoll il-bidliet fir-regolamentazzjoni u l-użu ta’ diversi għodod statistiċi, l-immudellar u l-awtomazzjoni tax-xogħol tal-bażijiet tad-data. Dan it-taħriġ għandu jkollu bħala l-objettiv ewlieni tiegħu l-promozzjoni ta’ ġestjoni tajba tas-sjieda.

210

C2.4 R4

T

Ir-realizzazzjoni tal-bejgħ ta’ 90 intrapriża tal-Istat li mhumiex ta’ interess partikolari għar-Repubblika tal-Kroazja u li huma ġestiti mis-CERP

 

Numru

0

90

Q2

2026

Għal parti mill-intrapriżi tal-Istat li mhumiex ta’ interess partikolari għall-Kroazja li huma eliġibbli biex jinbiegħu u li ma jipprevedux proċess ta’ ristrutturar, għandu jsir reklamar għall-bejgħ permezz ta’ offerti pubbliċi, offerta diretta lill-azzjonisti fil-każ ta’ jedd ta’ prelazzjoni u offerti ta’ ishma f’suq finanzjarju regolat.
Sa tmiem 2Q/2026, għandha ssir it-tħabbira għall-bejgħ għal mill-inqas 185 intrapriża tal-Istat li huma ġestiti miċ-Ċentru ta’ Ristrutturar u Bejgħ (CERP), u li mhumiex ta’ interess partikolari għall-Kroazja li mill-inqas 90 minnhom għandhom ikunu nbiegħu.

211

C2.4 R4

T

Ir-realizzazzjoni tal-bejgħ ta’ 20 intrapriża tal-Istat fil-portafoll tas-CERP li bħalissa mhumiex disponibbli għall-bejgħ.

 

Numru

0

20

Q2

2026

Għall-bqija tal-intrapriżi tal-Istat li mhumiex ta’ interess partikolari għall-Kroazja, li l-ishma/l-unitajiet tagħhom mhumiex attwalment disponibbli biex jinbiegħu, l-attivitajiet kollha se jitwettqu biex jitneħħew id-dispożizzjonijiet eżistenti li jipprevjenu d-disponiment ta’ ishma/unitajiet ta’ dawn il-kumpaniji. Barra minn hekk, wara l-kanċellazzjoni tar-riżerva tal-ishma fil-kumpaniji kkonċernati, jekk l-ishma li huma s-suġġett ta’ riżerva ma jiġux allokati lis-sidien preċedenti, dawn għandhom jitneħħew immedjatament skont ir-regoli stabbiliti mil-liġi.

212

C2.4 R5

M

Żvilupp ta’ sistema tal-IT u metodoloġija għat-tnaqqis tal-portafoll tal-proprjetà tal-istat u attivazzjoni aktar rapida u effiċjenti ta’ assi tal-gvern mhux użati

Żvilupp u implimentazzjoni ta’ sistema tal-IT u metodoloġija

 

 

 

Q4

2024

L-iżvilupp ta’ sistema tal-IT għall-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-portafoll tal-proprjetà tal-istat għandu jitlesta.
Żvilupp ta’ metodoloġija li għandha tistabbilixxi l-mod kif jiġi ġestit b’mod effettiv id-disponiment ta’ proprjetà tal-Istat għall-forom kollha ta’ proprjetà emerġenti fil-ġestjoni tal-Ministeru tal-Ippjanar Fiżiku, il-Kostruzzjoni u l-Proprjetà tal-Istat (MPGI).

Is-sistema tal-IT flimkien mal-metodoloġija għandha tippermetti t-tnaqqis tal-portafoll tal-proprjetà tal-Istat u attivazzjoni aktar rapida u effiċjenti tal-assi tal-istat mhux użati. Is-sistema tal-IT għandha tistabbilixxi konnessjoni elettronika mal-bażijiet tad-data ta’ amministrazzjonijiet u istituzzjonijiet governattivi oħrajn, u b’hekk ittejjeb ir-rekords interni eżistenti dwar il-portafoll tal-proprjetà tal-Istat tal-grupp fil-mira.

213

C2.4 R5

T

Iż-żieda tal-kummerċjalizzazzjoni, is-simplifikazzjoni u l-attivazzjoni tal-proprjetà tal-istat

 

Numru

0

4 500

Q2

2026

Il-ġestjoni tal-proprjetà tal-Istat għandha titwettaq biex tappoġġa t-tnaqqis tal-portafoll tal-proprjetà tal-Istat li mhuwiex ta’ interess partikolari għall-Kroazja u biex timmobilizza b’mod aktar rapidu u effiċjenti l-assi tal-istat mhux użati, u żżid ir-redditi kummerċjali jew soċjali tagħhom.
Sa tmiem it-tieni trimestru tal-2026, għandhom jiġu konklużi 4 500 kuntratt ta’ entrati ta’ proprjetà (kuntratti b’kumpens favur il-baġit tal-Istat u kuntratti mingħajr ħlas) biex jiżdied id-dħul fiskali, jitnaqqas id-dejn pubbliku u jiġi attivat il-portafoll tal-proprjetà tal-istat. Dan se jinkiseb billi jiżdiedu t-tħabbiriet ta’ sejħiet pubbliċi għall-offerti għad-disponiment ta’ proprjetà tal-istat mhux strateġika fil-Kroazja, jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ sejħiet pubbliċi internazzjonali għal proġetti ta’ investiment u jittejbu aktar ir-relazzjonijiet mal-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali (JLPRS) sabiex jiġi attivat il-portafoll eżistenti tal-proprjetà tal-Istat u jitwettqu proġetti ta’ żvilupp (infrastrutturali, kulturali, soċjali, ekonomiċi, demografiċo) għall-benefiċċju tal-komunità.

   K. KOMPONENT 2.5: ĠUSTIZZJA MODERNA ADATTATA GĦALL-ISFIDI TAL-ĠEJJIENI

Wieħed mill-objettivi strateġiċi ewlenin deskritti fil-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li tinkiseb sistema ġudizzjarja effiċjenti u effettiva li għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ekonomija u tirrispondi għall-aspettattivi taċ-ċittadini li jkompli jissaħħaħ l-istat tad-dritt. Il-komponent jinkludi riforma ewlenija waħda, li għandha tikkontribwixxi għat-tnaqqis tax-xogħol pendenti u għat-tqassir tal-proċedimenti tal-qorti.

Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż dwar il-ħtieġa ulterjuri li jitnaqqas it-tul tal-proċedimenti tal-qorti u tittejjeb il-komunikazzjoni elettronika fil-qrati (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4, 2019 u r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4, 2020).

Il-komponent jinkludi riforma waħda u sitt investimenti.

K.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma: C2.5.R1: Iż-żieda fl-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini.

L-għan tar-riforma huwa li jiġi stabbilit qafas legali, organizzattiv u teknoloġiku li għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tax-xogħol pendenti u jqassar il-proċedimenti tal-qorti u jiffoka fuq amministrazzjoni trasparenti u effiċjenti tas-sistema ġudizzjarja.

Ir-riforma għandha tinkludi l-bidliet leġiżlattivi u proċedurali li ġejjin:

-Pjanijiet ta’ azzjoni speċjalizzati annwali tal-qrati, li għandhom iservu bħala linji gwida għall-qrati fil-kisba ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni aħjar. L-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni għandha tiġi mmonitorjata mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika.

-L-emendar tal-Att dwar il-Falliment u l-Att dwar l-Insolvenza tal-Konsumatur, bil-ħsieb li tiġi żgurata effiċjenza akbar tal-proċedimenti ta’ insolvenza, tittejjeb is-sistema tal-ħatra tal-prattikanti fl-insolvenza u s-superviżjoni tal-prestazzjoni tas-servizz, tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/1023 u jiġi emendat l-Artikolu 212 tal-Att dwar il-Falliment relatat mal-proċedimenti ta’ annullament.

-L-emendar tal-qafas leġiżlattiv fil-qasam tal-ġustizzja li jiffoka fuq:

oEmendi għall-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv biex jgħinu biex jitqassru l-proċedimenti tal-qorti, titħaffef ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim amministrattiv, jitnaqqas il-fluss ta’ kawżi u jitnaqqsu l-ispejjeż;

oL-approvazzjoni tal-Att il-ġdid dwar il-Proċedura Mhux kontenzjuża, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess taċ-ċittadini għall-qrati, jiġi żgurat rimedju ta’ kwalità u trasparenti u titneħħa l-inċertezza legali;

oL-emendar tal-Liġi dwar in-Nutara bil-għan li jiġi modernizzat ix-xogħol tan-nutara permezz ta’ soluzzjonijiet tal-ICT;

oL-emendar tal-Att dwar ir-Reġistru tal-Artijiet għat-trattament elettroniku tal-każijiet bil-għan li jippermetti ridistribuzzjoni aktar effiċjenti tal-kawżi fi ħdan il-qrati;

oL-emendar tal-Att dwar il-Qrati u l-Liġi dwar iż-Żoni u s-Sede tal-Qrati, li għandhom jippermettu l-ispeċjalizzazzjoni tal-imħallfin u l-istabbiliment ta’ unitajiet tal-familja speċjalizzati fil-qrati muniċipali, bil-ħsieb li jiġi żgurat livell aktar effettiv ta’ protezzjoni ġudizzjarja għall-gruppi soċjali l-aktar vulnerabbli, it-tfal, u li għandhom jirrevedu l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għarfien espert u interpretazzjoni, li s-sistema ta’ taħriġ professjonali obbligatorju se tkun karatteristika importanti tagħhom. Il-kompetenza biex tittieħed deċiżjoni dwar kwistjonijiet ta’ status għandha tiġi trasferita mill-qrati għall-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni u s-sistema ta’ sorveljanza u responsabbiltà għandha tissaħħaħ.

-L-adozzjoni ta’ Parametri Referenzjarji ta’ Qafas ġodda għall-ħidma tal-imħallfin li għandhom jippreskrivu numru akbar ta’ kawżi li għandhom jiġu riżolti bil-ħsieb li jiġi inkoraġġit l-ipproċessar ta’ aktar kawżi, b’mod partikolari dawk qodma. Barra minn hekk, l-introduzzjoni tal-użu tal-għodda attiva għall-ġestjoni tal-kawżi fil-qrati magħżula, inkluża l-Qorti Ċivili Muniċipali ta’ Zagreb, bil-għan li tinkiseb effiċjenza akbar. Hija għandha toħloq listi ta’ kontroll, inklużi għodod ta’ ttaggjar u awtovalutazzjoni bbażati fuq il-qafas internazzjonali għall-eċċellenza ġudizzjarja.

Ir-riforma għandha tinkludi l-bidliet organizzazzjonali li ġejjin:

-L-istabbiliment ta’ erba’ ċentri ta’ medjazzjoni fil-qrati kummerċjali f’Zagreb, Split, Osijek u Rijeka u l-emenda tal-Att dwar il-Medjazzjoni bil-għan li jikkontribwixxu għall-promozzjoni ulterjuri tal-medjazzjoni volontarja f’kawżi ta’ litigazzjoni u tilwim amministrattiv, li jnaqqsu t-tul ta’ żmien u l-ispejjeż tal-kawżi.

-L-introduzzjoni ta’ programmi ġodda ta’ taħriġ bħala parti mill-programm ta’ taħriġ ġudizzjarju għall-uffiċjali ġudizzjarji u l-uffiċjali tal-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Akkademja Ġudizzjarja li jiffokaw fuq:

oL-iżvilupp ta’ ħiliet differenti (maniġment u ħiliet ta’ ġestjoni u ġestjoni għall-presidenti tal-qrati, ġestjoni tal-qrati għall-kapijiet tal-amministrazzjoni tal-qorti u ħiliet ta’ komunikazzjoni għall-persunal tal-qorti — tliet programmi).

oIl-promozzjoni tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali permezz ta’ edukazzjoni ta’ kwalità għolja fil-ġudikatura Kroata.

oProgrammi ta’ taħriġ speċjalizzat għall-imħallfin tal-insolvenza u korsijiet ta’ taħriġ għall-imħallfin tal-liġi tal-familja.

Ir-riforma għandha tinkludi l-bidliet teknoloġiċi li ġejjin li għandhom ikunu appoġġati mill-investimenti C2.5 R1-I1, C2.5 R1-I2 u C2.5 R1-I3.

-L-emendar tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali biex jippermetti l-użu tal-ICT fi proċedimenti kriminali, inkluż l-introduzzjoni ta’ seduti ta’ smigħ mill-bogħod, l-estensjoni tal-possibbiltà li tingħata x-xhieda online għall-vittmi tal-kriminalità, il-possibbiltà ta’ komunikazzjoni mal-avukati permezz ta’ konnessjoni bil-vidjo sigura u t-tħejjija ta’ seduti ta’ smigħ għal persuni akkużati miżmuma taħt arrest, u l-introduzzjoni ta’ komunikazzjoni elettronika.

-Il-forniment ta’ għodod elettroniċi u kapaċitajiet amministrattivi adegwati għall-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat (Državno sudbeno vijeće, DSV) u l-Kunsill tal-Avukat Ġenerali (Državnoodvjetničko vijeće, DOV), sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħidma taż-żewġ Kunsilli. Iż-żieda tar-riżorsi umani tagħhom b’ 50 % (bir-reklutaġġ ta’ mill-inqas 4 min-nies) u r-rabta bejn id-DSV u d-DOV mar-reġistru komuni tal-artijiet u l-katast (ZIS) u s-sistema ta’ informazzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa, għandhom jiġu implimentati sabiex jiġi stabbilit mekkaniżmu effettiv għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-uffiċjali tal-istat.

Din ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C2.5.R1-I1 — Titjib tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet tal-Qorti (eSpis).

L-objettiv tal-investiment huwa li jkompli jaġġorna s-sistema eSpis (flimkien mal-moduli kollha, b’mod partikolari l-Komunikazzjoni elettronika biex tippermetti l-komunikazzjoni elettronika għall-partijiet kollha involuti fil-proċedimenti tal-qorti) u ssir tranżizzjoni lejn soluzzjoni ċentralizzata ta’ apparat u software sabiex jippermetti titjib futur aħjar u orħos u sostenibbiltà tal-iżvilupp, iżda wkoll l-istabbiltà, l-operabbiltà u s-sigurtà tas-sistema eSpis.

L-investiment għandu jinkludi ż-żieda ta’ funzjonalitajiet ġodda mas-sistema eSpis bil-għan li tittejjeb id-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja:

-Twassil elettroniku sħiħ ta’ dokumenti liċ-ċittadini elettroniċi b’kaxxa postali tal-utent u informazzjoni dwar it-twassil elettroniku f’każ ta’ trażmissjoni ta’ dokumenti permezz ta’ kunsinna fiżika,

-Esperjenza mtejba tal-utent permezz tal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni li jkun fih rakkomandazzjonijiet dwar aspetti tekniċi u ta’ ġestjoni tal-IT (rakkomandazzjonijiet dwar proċessi amministrattivi u tan-negozju u rakkomandazzjonijiet tekniċi),

-Arkitettura integrata ġdida fiċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi (Cloud tal-Istat) biex tnaqqas il-konġestjonijiet fis-sistema, iżżid l-istabbiltà u tippermetti l-interoperabbiltà ma’ sistemi oħra.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C2.5.R1-I2 — Titjib tas-sistema ta’ informazzjoni dwar ir-reġistru tal-artijiet u l-katast

L-għan huwa li jiżdiedu l-volum u l-kwalità tad-data kollegata bejn ir-reġistru tal-artijiet u d-data tal-katast fid-Database tad-Data dwar l-Artijiet (BZP) mit-3,86 % attwali għal 60 % u biex tiżdied l-effiċjenza tax-xogħol fil-proċeduri tar-reġistru tal-artijiet permezz tal-implimentazzjoni ta’ modulu ta’ software (assistent virtwali) ibbażat fuq l-intelliġenza artifiċjali, u li ċ-ċittadini u n-negozji jingħataw appoġġ għall-utenti u inċentivi biex jirregolaw ir-reġistru tal-artijiet u l-istatus katastali. L-investiment se jseħħ bl-għan ġenerali ta’ rata ta’ tlestija sa 100 % (60 % sal-2026).

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C2.5.R1-I3 — Żvilupp ta’ sett ta’ għodod għall-pubblikazzjoni pubblika u t-tiftix ta’ deċiżjonijiet tal-qorti.

L-għan tal-investiment huwa li tiġi stabbilita sistema li tippubblika d-deċiżjonijiet kollha tal-qorti bi preanonimizzazzjoni awtomatika permezz ta’ software speċifiku u li jiġu ppubblikati fuq portal uniku aċċessibbli għall-pubbliku b’għażliet ta’ tiftix elaborati, li jirrispettaw ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C2.5.R1-I4 — Disinn u implimentazzjoni tal-proġett tal-Pjazza tal-Ġustizzja ta’ Zagreb biex jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u l-effiċjenza tal-proċeduri kummerċjali u t-tilwim amministrattiv.

L-objettiv tal-investiment huwa li jimmodernizza l-infrastruttura fiżika u jiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati għall-qrati kummerċjali u amministrattivi bbażati f’Zagreb billi l-qrati amministrattivi u kummerċjali bbażati f’Zagreb jiġu rilokati f’post ċentrali. Barra minn hekk, sabiex tiġi implimentata l-miżura ta’ riforma biex tissaħħaħ il-medjazzjoni, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti rekwiżiti ta’ infrastruttura xierqa għall-funzjonament taċ-Ċentru ta’ Medjazzjoni, li huwa ppjanat ukoll li jitqiegħed fil-Pjazza tal-Ġustizzja.

L-investiment għandu jinkludi l-kostruzzjoni ta’ garaxx taħt l-art ta’ 50 000 m² u bini ta’ 24 000 m².

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment: C2.5.R1-I5: L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza enerġetika biex jiġu rinnovati faċilitajiet obsoleti tal-awtoritajiet ġudizzjarji.

L-għan tal-investiment huwa li jimmodernizza u jżid l-effiċjenza tal-ħidma ta’ wħud mill-awtoritajiet ġudizzjarji u kriminali fit-territorju tal-Kroazja billi jimplimenta miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija, li għandhom jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika. 20 bini fis-sistema ġudizzjarja għandu jissodisfa l-istandards dwar l-użu razzjonali tal-enerġija u l-protezzjoni termali. L-investiment jikkonċerna, bħala medja, mill-inqas rinnovazzjoni ta’ livell medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rinnovazzjoni tal-Bini (UE) 2019/786, li tirriżulta fil-kisba ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % tad-domanda għall-enerġija primarja; jew, bħala medja, tikseb tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti tal-gassijiet serra (GHG) meta mqabbla mal-emissjonijiet ta’ qabel. Barra minn hekk, l-aċċess għall-bini għandu jiġi adattat għall-persuni b’diżabilità. Għal dan l-investiment, għandha tingħata prijorità lill-postijiet tal-awtoritajiet ġudizzjarji f’partijiet ekonomikament inqas żviluppati tal-Kroazja.

Dan l-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Investiment: C2.5.R1-I6: Infrastruttura tal-IT stabbli u reżiljenti għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Ġustizzja.

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jiġu aġġornati u kkonsolidati aktar l-applikazzjonijiet eżistenti għall-Cloud tal-Istat (Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi) u li tiġi żviluppata aktar l-infrastruttura tas-sistemi tal-informazzjoni fil-ġudikatura, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjanijiet ta’ azzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE. Għandha tiġi stabbilita arkitettura ġdida tan-netwerk u se jiġi installat tagħmir tan-netwerk ġdid sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni u jiġu appoġġati l-kapaċitajiet tan-netwerk meħtieġa (speċifikament, minħabba l-migrazzjoni tas-sistemi tal-IT lejn il-Cloud tal-Istat u l-istabbiltà akbar tal-applikazzjonijiet). Il-qrati kollha tal-prim’ istanza għandhom ikunu mgħammra u jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal seduti ta’ smigħ mill-bogħod.

Dan l-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

K.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Ħin

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

214

C2.5 R1

M

Għodod elettroniċi pprovduti u kapaċitajiet amministrattivi adegwati għall-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat (Državno sudbeno vijeće, DSV) u l-Kunsill tal-Avukat Ġenerali (Državnoodvjetničko vijeće, DOV)

Għodod elettroniċi u kapaċitajiet amministrattivi adegwati pprovduti lill-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat (Državno sudbeno vijeće, DSV) u l-Kunsill tal-Avukat Ġenerali (Državnoodvjetničko vijeće, DOV)

 

 

 

Q1

2022

Għandhom jitħaddmu għodod elettroniċi u kapaċitajiet amministrattivi adegwati għall-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat (Državno sudbeno vijeće, DSV) u l-Kunsill tal-Avukat Ġenerali (Državnoodvjetničko vijeće, DOV), sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħidma taż-żewġ Kunsilli. Ir-riżorsi umani tagħhom għandhom jiżdiedu b’50 % meta mqabbla mal-linja bażi tal-2021 (bir-reklutaġġ ta’ mill-inqas 4 min-nies) u r-rabta bejn id-DSV u d-DOV u r-reġistru komuni tal-artijiet u l-katast (ZIS) u s-sistema ta’ informazzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa, għandhom jiġu implimentati sabiex jiġi stabbilit mekkaniżmu effettiv għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-uffiċjali tal-istat.

215

C2.5 R1

M

Emendi adottati għall-Att dwar il-Falliment u l-Att dwar l-Insolvenza tal-Konsumaturi

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Falliment u l-Att dwar il-Falliment tal-Konsumaturi

 

 

 

Q2

2022

L-emendi għall-Att dwar il-Falliment u l-Att dwar l-Insolvenza tal-Konsumaturi (pubblikazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali) li għandhom jiżguraw effiċjenza akbar tal-proċedimenti ta’ insolvenza, itejbu s-sistema tal-organizzazzjoni u tal-ħatra tal-prattikanti fl-insolvenza u s-superviżjoni tal-prestazzjoni tas-servizz, jaġixxu bħala deterrent kontra żieda potenzjali fl-għadd ta’ każijiet minħabba l-kundizzjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19 u l-emenda tal-Artikolu 212 tal-Att dwar il-Falliment b’rabta ma’ proċedimenti ta’ annullament.

216

C2.5 R1

M

Emendi adottati għall-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali

Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali

 

 

 

Q2

2022

Emendi għall-Att dwar il-Proċedura Kriminali li jippermettu l-użu tal-ICT fi proċedimenti kriminali, inkluż l-introduzzjoni ta’ seduti ta’ smigħ mill-bogħod, l-estensjoni tal-possibbiltà li jingħataw testimonjanzi online għall-vittmi tal-kriminalità, il-possibbiltà ta’ komunikazzjoni mal-avukati permezz ta’ kollegament vidjo sigur u t-tħejjija ta’ seduti ta’ smigħ għal persuni akkużati f’detenzjoni ta’ qabel il-proċess, u l-introduzzjoni ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

217

C2.5 R1

T

Programmi ġodda ta’ taħriġ introdotti fil-qafas tal-programm ta’ taħriġ ġudizzjarju

 

Numru

0

6

Q1

2023

Sitt programmi ġodda ta’ taħriġ għandhom jitlestew bħala parti mill-programm ta’ taħriġ ġudizzjarju għall-uffiċjali ġudizzjarji u l-uffiċjali tal-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Akkademja Ġudizzjarja:
-L-iżvilupp ta’ ħiliet differenti (maniġment u ħiliet ta’ ġestjoni u ġestjoni għall-presidenti tal-qrati, ġestjoni tal-qrati għall-kapijiet tal-amministrazzjoni tal-qorti u ħiliet ta’ komunikazzjoni għall-persunal tal-qorti — tliet programmi).

-Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali permezz ta’ edukazzjoni ta’ kwalità għolja fil-ġudikatura Kroata.

-Programmi ta’ taħriġ speċjalizzat għall-imħallfin tal-insolvenza u korsijiet ta’ taħriġ għall-imħallfin tal-liġi tal-familja.

218

C2.5 R1

M

L-adozzjoni ta’ emendi għall-qafas leġiżlattiv fil-qasam tal-ġustizzja bl-Att dwar il-Proċedura Mhux kontenzjuża l-ġdid.

Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv, l-Att dwar ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Att dwar il-Qrati, l-Att dwar iż-Żona u s-Sede tal-Qrati, l-Att Notarili u l-Att dwar il-Proċedura Mhux kontenzjuża l-ġdid.

 

 

 

Q2

2023

i) Emendi għall-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u l-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv, li għandhom jgħinu biex iqassru l-proċedimenti tal-qorti, iħaffu r-riżoluzzjoni tat-tilwim amministrattiv, inaqqsu l-fluss tal-kawżi u jnaqqsu l-ispejjeż;
ii) L-Att il-ġdid dwar il-Proċedura Mhux kontenzjuża, li jiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadini għall-qrati, jiżgura rimedju ta’ kwalità u trasparenti u jneħħi l-inċertezza legali;

iii) Emendi għal-Liġi dwar in-Nutara biex jimmodernizzaw ix-xogħol tan-nutara permezz ta’ soluzzjonijiet tal-ICT;

iv ) L-Att li jemenda l-Att dwar ir-Reġistru tal-Artijiet għat-trattament elettroniku tal-każijiet u li jippermetti ridistribuzzjoni aktar effiċjenti tal-kawżi fil-qrati;

v) l-Att li jemenda l-Att dwar il-Qrati u l-Liġi dwar iż-Żoni u s-Sede tal-Qrati, li għandu jippermetti l-ispeċjalizzazzjoni tal-imħallfin u l-istabbiliment ta’ unitajiet tal-familja speċjalizzati fil-qrati muniċipali, bil-ħsieb li jiġi żgurat livell aktar effettiv ta’ protezzjoni ġudizzjarja għall-gruppi soċjali l-aktar vulnerabbli, it-tfal, u li għandu jirrevedi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għarfien espert u interpretazzjoni, li s-sistema ta’ taħriġ professjonali obbligatorju se tkun fattur importanti tagħhom. Il-kompetenza biex tittieħed deċiżjoni dwar kwistjonijiet ta’ status għandha tiġi trasferita mill-qrati għall-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni u s-sistema ta’ sorveljanza u responsabbiltà għandha tissaħħaħ.

219

C2.5 R1

T

Twaqqif ta’ erba’ ċentri ta’ medjazzjoni fil-qrati kummerċjali f’Zagreb, Split, Osijek u Rijeka u adozzjoni ta’ emendi għall-Att dwar il-Medjazzjoni

 

Numru

0

4

Q2

2023

Emendi għall-Att dwar il-Medjazzjoni li għandhom jippromwovu aktar il-medjazzjoni volontarja f’każijiet kontenzjużi u tilwim amministrattiv, filwaqt li jnaqqsu t-tul tal-każ u l-ispejjeż. Għandhom jitwaqqfu erba’ ċentri ta’ medjazzjoni u dawn għandhom jibdew joperaw f’Zagreb, Split, Osijek u Rijeka, fejn il-medjaturi għandhom jitħarrġu u għandhom jitmexxew proċeduri ta’ medjazzjoni. Iċ-Ċentru ċentrali f’Zagreb u ċ-ċentri reġjonali fi Split, Osijek u Rijeka għandhom ikunu jinsabu fl-istess post bħall-qrati kummerċjali, il-Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja, u għandu jkun possibbli li jingħata l-appoġġ professjonali meħtieġ lill-partijiet.

220

C2.5 R1

M

Adozzjoni tal-Parametri Referenzjarji ġodda għall-ħidma tal-imħallfin u introduzzjoni ta’ għodda attiva għall-ġestjoni tal-kawżi ġudizzjarji

Introduzzjoni ta’ punti ta’ riferiment indikattivi għall-ħidma tal-imħallfin, introduzzjoni ta’ għodda attiva ta’ ġestjoni tal-każijiet

 

 

 

Q3

2023

Punti ta’ riferiment indikattivi għall-ħidma tal-imħallfin, li jippreskrivu numru akbar ta’ każijiet li għandhom jiġu solvuti bil-ħsieb li jiġu inkoraġġuti aktar każijiet li għandhom jiġu ttrattati, b’mod partikolari każijiet antiki. L-użu tal-għodda għall-ġestjoni attiva tal-kawżi fil-qrati magħżula, inkluża l-Qorti Ċivili Muniċipali f’Zagreb, għandu jirriżulta f’aktar effiċjenza (il-ħolqien ta’ listi ta’ kontroll, b’mod partikolari l-ittaggjar, l-għodod ta’ awtovalutazzjoni bbażati fuq il-qafas internazzjonali għall-eċċellenza ġudizzjarja).

221

C2.5 R1

T

Tnaqqis tat-tul ta’ żmien tal-kawżi u tal-kawżi kummerċjali

 

Numru

655

455

Q2

2026

Imqabbel mal-2020: Tnaqqis tat-tul ta’ żmien tal-kawżi ġudizzjarji u kummerċjali, kif definit mill-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE b’mill-inqas 200 jum.

222

C2.5 R1

T

Tnaqqis tan-numru totali tal-kawżi pendenti kollha

 

Numru

464 770

302 100

Q2

2026

Imqabbel mal-2020: Tnaqqis ta’ mill-inqas 35 % fin-numru totali ta’ kawżi pendenti.

223

C2.5 R1

T

Tnaqqis fis-sehem ta’ każijiet li għandhom aktar minn 3 snin f’total ta’ xogħol pendenti

 

% (Persentaġġ)

16

8

Q2

2026

Imqabbel mal-2020: Jitnaqqas is-sehem ta’ każijiet fuq 3 snin tat-total ta’ xogħol b’lura għal mhux aktar minn 8 %.

224

C2.5 R1-I1

M

Sistema tal-eSpis aġġornata b’funzjonalitajiet ġodda u arkitettura ġdida integrata fiċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi (CDU)

Implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali ġodda biex javvanzaw id-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja, inkluża sistema tal-eSpis aġġornata u b’arkitettura ġdida integrata fis-CDU.

 

 

 

Q4

2024

-Għandhom jiġu implimentati karatteristiċi ġodda biex titjieb id-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja:
-Twassil elettroniku sħiħ ta’ dokumenti liċ-ċittadini elettroniċi b’kaxxa postali tal-utent u informazzjoni dwar it-twassil elettroniku f’każ ta’ trażmissjoni ta’ dokumenti permezz ta’ kunsinna fiżika,

-Esperjenza mtejba tal-utent bl-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni li fih rakkomandazzjonijiet dwar aspetti tekniċi u l-ġestjoni tal-IT (rakkomandazzjonijiet dwar proċessi amministrattivi u tan-negozju u rakkomandazzjonijiet tekniċi).

-Arkitettura integrata ġdida fiċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi biex jitnaqqsu l-konġestjonijiet fis-sistema, tiżdied l-istabbiltà u tkun possibbli l-interoperabbiltà ma’ sistemi oħra.

225

C2.5 R1-I2

T

60 % tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-art u dwar il-katast tlestiet bl-għan aħħari li titlesta sa 100 %

 

% (Persentaġġ)

3,86

60

Q2

2026

Titlesta 60 % tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-art u dwar il-katast sal-2026 bl-għan aħħari li titlesta sa 100 %.

226

C2.5 R1-I3

M

Sistema tal-eSpis aġġornata b’funzjonalitajiet ġodda u arkitettura ġdida integrata fiċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi (CDU)

Implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali ġodda biex javvanzaw id-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja, inkluża sistema tal-eSpis aġġornata u b’arkitettura ġdida integrata fis-CDU.

 

 

 

Q4

2024


Il-funzjonalitajiet il-ġodda jinkludu l-pubblikazzjoni tas-sentenzi kollha tal-ewwel u tat-tieni istanza fuq l-Internet b’għażliet ta’ tiftix elaborati u metodi awtomatizzati ta’ anonimizzazzjoni li jirrispettaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-data personali

227

C2.5 R1-I4

T

Kisba tal-permess għall-użu għal bini ġdid fil-Pjazza tal-Ġustizzja f’Zagreb bħala prekundizzjoni għar-rilokazzjoni tal-qrati kummerċjali u amministrattivi, iċ-Ċentru ta’ Medjazzjoni u l-Akkademja Ġudizzjarja

 

Numru

0

1

Q2

2026

Għandhom jinkisbu proġetti kunċettwali, prinċipali u ta’ implimentazzjoni u permessi li jirriżultaw għall-kostruzzjoni tal-Pjazza tal-Ġustizzja f’Żagreb, li abbażi tagħhom jinħarġu offerti pubbliċi għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet ta’ bini, superviżjoni professjonali u maniġer tal-proġett. Mat-tlestija tal-kostruzzjoni jkun inkiseb Permess tal-Utilizzazzjoni għal bini ġdid fil-Pjazza tal-Ġustizzja. L-investiment jikkonċerna l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, b’Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) li hija mill-inqas 20 % inqas mill-bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero (NZEB).

228

C2.5 R1-I5

T

Binjiet tal-qorti rinnovati ġodda li jikkonformaw mar-Regolament Tekniku dwar l-użu razzjonali tal-enerġija u l-protezzjoni termali fil-bini

 

Numru

0

20

Q2

2024

Għandha titlesta r-rinnovazzjoni ta’ 20 binja ġudizzjarja. Il-bini rinnovat ġdid għandu jissodisfa l-istandards dwar l-użu razzjonali tal-enerġija u l-protezzjoni termali. L-investiment jikkonċerna, bħala medja, mill-inqas rinnovazzjoni ta’ livell medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rinnovazzjoni tal-Bini (UE) 2019/786, li tirriżulta fil-kisba ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % tad-domanda għall-enerġija primarja; jew, għandha tikseb, bħala medja, mill-inqas tnaqqis ta’ 30 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti tal-GHG meta mqabbla mal-emissjonijiet ex-ante. Barra minn hekk, l-aċċess għall-bini għandu jiġi adattat għall-persuni b’diżabbiltà u dan l-adattament għandu jkun akkumpanjat minn konformità mal-istandards tekniċi u ta’ protezzjoni kontra n-nirien u d-disinn funzjonali tal-interjuri. F’dan iċ-ċiklu ta’ investiment, għandha tingħata prijorità lill-postijiet tal-awtoritajiet ġudizzjarji f’partijiet ekonomikament inqas żviluppati tal-Kroazja.

229

C2.5 R1-I6

M

Il-qrati kollha tal-prim’istanza jkunu mgħammra u jissodisfaw il-kundizzjonijiet għas-smigħ mill-bogħod.

Seduti ta’ smigħ mill-bogħod fil-qrati kollha tal-prim’istanza

 

 

 

Q4

2022

Il-prekundizzjonijiet previsti għal seduti ta’ smigħ mill-bogħod fil-qrati kollha tal-prim’istanza għandhom ikunu operattivi.

230

C2.5 R1-I6

M

Titjib u ottimizzazzjoni tal-infrastrutturi tal-ICT fil-korpi ġudizzjarji kollha

Infrastruttura tal-ICT imtejba u ottimizzata fil-korpi ġudizzjarji kollha

 

 

 

Q4

2025

Infrastruttura mtejba tal-ICT b’livell ogħla ta’ interoperabbiltà fi ħdan il-korpi ġudizzjarji li tippermetti t-tħaddim stabbli u sigur u kontinwu tas-sistema ta’ komunikazzjoni globali li tgħaqqad 218 post tal-korpi ġudizzjarji u kriminali u aktar minn 10 000 utent man-network ta’ komunikazzjoni;

   L. KOMPONENT 2.6: IL-PREVENZJONI U L-ĠLIEDA KONTRA L-KORRUZZJONI

L-objettiv tal-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li jsaħħaħ il-qafas għall-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-korruzzjoni permezz ta’ miżuri biex i) iżid l-effiċjenza, il-koerenza u l-ftuħ tal-awtoritajiet fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ii) itejjeb l-implimentazzjoni tal-Liġi dwar id-Dritt ta’ Aċċess għall-Informazzjoni, iii) isaħħaħ il-governanza korporattiva f’kumpaniji b’maġġoranza tal-ishma ta’ unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali u iv) isaħħaħ il-kapaċità ta’ rimedju ġudizzjarju fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku.

Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż dwar il-ħtieġa ulterjuri li jissaħħaħ il-qafas għall-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-korruzzjoni sabiex jiġi ggarantit l-użu legali, trasparenti u effiċjenti tal-fondi pubbliċi (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 4, 2019).

L.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma: C2.6.R1: Iż-żieda fl-effiċjenza, il-koerenza u l-ftuħ tal-awtoritajiet fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni permezz tad-diġitalizzazzjoni, it-titjib tat-trasparenza u t-titjib tal-koordinazzjoni. 

Ir-riforma għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet involuti fl-implimentazzjoni ta’ dokumenti ta’ politika nazzjonali kontra l-korruzzjoni permezz tal-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Hija għandha tiżviluppa wkoll pjattaforma ta’ informazzjoni biex iċ-ċittadini jiġu infurmati b’mod ċar dwar il-qafas leġiżlattiv eżistenti fil-qasam tal-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-għodod disponibbli. Ir-riforma hija mistennija li ttejjeb l-effettività tal-qafas ta’ politika ġenerali kontra l-korruzzjoni.

Ir-riforma għandha tinkludi:

-Strateġija ġdida kontra l-korruzzjoni għall-2021–2030 biex issaħħaħ il-qafas istituzzjonali u normattiv għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ittejjeb it-trasparenza u l-ftuħ tal-ħidma tal-awtoritajiet pubbliċi, issaħħaħ l-integrità u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, ittejjeb il-potenzjal kontra l-korruzzjoni fis-sistema tal-akkwist pubbliku u tqajjem kuxjenza pubblika dwar il-ħsara tal-korruzzjoni, il-ħtieġa li jiġu rrappurtati l-irregolaritajiet u tissaħħaħ it-trasparenza. L-emendi għal-Liġi dwar il-Prevenzjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess għandhom jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att biex ikopri kumpaniji li huma proprjetà ta’ unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali u kumpaniji li huma proprjetà ta’ tali kumpaniji, jagħmlu d-dikjarazzjonijiet tal-assi obbligatorji, jirrimedjaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali.

-L-emendar tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Persuni li Jirrapportaw Irregolaritajiet, bil-ħsieb li jittejbu d-dispożizzjonijiet tal-Att u jinġieb f’konformità mal-acquis tal-UE.

-L-adozzjoni ta’ kodiċi ta’ etika għall-membri parlamentari u kodiċi ta’ etika għall-uffiċjali tal-gvern biex jipprovdu gwida dwar il-kunflitti ta’ interess u kwistjonijiet oħra ta’ integrità.

-It-twaqqif ta’ mekkaniżmi tal-IT għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ miżuri nazzjonali kontra l-korruzzjoni.

-Żieda fil-kapaċità umana u teknoloġika tal-korpi kontra l-korruzzjoni fis-sistema ġudizzjarja biex jitnaqqas it-tul medju tal-kawżi fil-qorti għal reati ta’ korruzzjoni u kriminalità organizzata b’200 jum.

Ir-riforma għandha tiġi implimentata bis-sħiħ sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment: C2.6.R1-I1: L-involviment tal-pubbliku ġenerali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni billi titqajjem kuxjenza pubblika dwar il-ħsara tal-korruzzjoni, il-ħtieġa tal-prevenzjoni u l-protezzjoni legali tal-persuni li jirrapportaw.

L-objettiv tal-investiment huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku ġenerali, tal-uffiċjali u tal-uffiċjali tal-amministrazzjoni pubblika dwar il-ħsara tal-korruzzjoni, il-ħtieġa li tiġi evitata u miġġielda, u dwar il-mezzi ta’ rapportar u l-mekkaniżmi eżistenti għall-protezzjoni tal-informaturi. Dan l-investiment għandu jinkludi kampanja ta’ informazzjoni nazzjonali bil-ħsieb li ċ-ċittadini jiġu mħeġġa jirrappurtaw l-irregolaritajiet. Il-kampanja ta’ informazzjoni għandha tinkludi kontenut li jippromwovi r-responsabbiltà u ħidma aktar trasparenti tal-amministrazzjoni pubblika u għandha tinkludi l-komunikazzjoni tal-istandards ta’ ħidma mistennija tal-istituzzjonijiet, il-mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni mal-istituzzjonijiet, l-azzjonijiet kontra l-korruzzjoni meħuda biex tinħoloq kultura ta’ intolleranza kontra l-korruzzjoni, u l-funzjonament ta’ mekkaniżmi kontra l-korruzzjoni.

Il-kampanja ta’ informazzjoni għandha tagħmel is-soluzzjonijiet eżistenti kontra l-korruzzjoni viżibbli u rikonoxxibbli għall-maġġoranza taċ-ċittadini Kroati l-eżistenza ta’ qafas legali għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-protezzjoni pprovduta minn dan il-qafas legali. Hija għandha tuża diversi mezzi ta’ komunikazzjoni, bħal kampanji tal-midja, konferenzi u avvenimenti oħra, round tables għal uffiċjali tal-gvern u NGOs, sessjonijiet ta’ ħidma għall-ġurnalisti u l-edukazzjoni skolastika.

L-investiment għandu jiġi implimentat bis-sħiħ sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment: C2.6.R1-I2: Id-diġitalizzazzjoni tas-Sistema tal-Etika tal-Impjegati taċ-Ċivil.

L-investiment għandu jinkludi l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ sistema elettronika ta’ ġestjoni tal-infrastruttura tal-etika biex timmodernizza u ttejjeb il-ħidma tal-Kummissarji tal-Etika, tal-Kummissjoni tal-Etika u tal-uffiċjali impjegati mis-Servizz tal-Etika u l-Integrità.

L-investiment għandu jiġi implimentat bis-sħiħ sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment: C2.6.R1-I3: Titjib fid-dikjarazzjonijiet tal-assi tas-sistema tal-IT tal-uffiċjali tal-istat.

L-objettiv tal-investiment huwa li jkompli jsaħħaħ il-proċedura għall-preżentazzjoni u l-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet tal-proprjetà tal-uffiċjali billi jawtomatizza wħud mill-proċessi fis-sistema tal-IT eżistenti għas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni tal-assi ta’ uffiċjal.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Investiment: C2.6.R1-I4: L-appoġġ għall-effiċjenza fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata.

L-objettiv tal-investiment huwa li tissaħħaħ l-effiċjenza fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata billi tissaħħaħ il-kapaċità umana u infrastrutturali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Pulizija għall-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (PNUSKOK). L-investiment għandu jinkludi r-rinnovazzjoni u t-tagħmir b’teknoloġija intelliġenti ta’ 4 ċentru reġjonali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Pulizija għall-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (PN USKOK). Ir-rinnovazzjoni tal-kapaċità ta’ akkomodazzjoni qadima u fi tmiem il-ħajja tal-faċilitajiet f’Zagreb u fi Split, għandha toħloq il-prekondizzjonijiet għall-funzjonament taċ-ċentri kollha fis-sistema ta’ ċentri reġjonali għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u serja u l-kriminalità ekonomika u l-korruzzjoni. It-taħriġ, l-ikkowċjar u l-iskambju tal-aħjar prattiki jsiru fil-bini li għadu kif inħoloq, bħala wieħed mill-komponenti tal-PNUSKOK, u permezz tat-taħriġ u l-ikkowċjar ta’ uffiċjali tal-pulizija kriminali mid-direttorati kollha tal-pulizija, u b’hekk jinħoloq livell ġdid ta’ approċċ fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata permezz ta’ aspett preventiv u punittiv.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Riforma: C2.6.R2: It-titjib tal-implimentazzjoni tal-Liġi dwar id-Dritt ta’ Aċċess għall-Informazzjoni.

Il-liġi dwar id-Dritt ta’ Aċċess għall-Informazzjoni hija l-istrument prinċipali għall-eżerċitar tad-dritt iggarantit kostituzzjonalment taċ-ċittadini li jaċċessaw informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw it-trasparenza u l-ftuħ tal-gvern u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Ir-riforma għandha tinkludi evalwazzjoni fil-fond tal-Liġi u l-effetti tagħha fuq l-eżerċizzju tad-dritt għall-informazzjoni, kemm mill-perspettiva tal-utenti kif ukoll tal-awtoritajiet pubbliċi, segwita mill-adozzjoni ta’ emendi għal-Liġi dwar id-Dritt ta’ Aċċess biex jirriflettu r-rakkomandazzjoni tal-evalwazzjoni.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Riforma: C2.6.R3: It-titjib tal-governanza korporattiva f’kumpaniji b’maġġoranza tal-ishma ta’ unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali.

L-għan tar-riforma huwa li ttejjeb l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-kumpaniji lokali li huma proprjetà tal-gvern permezz tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD dwar il-governanza korporattiva maħruġa lill-Kroazja, u li tivvaluta l-effetti tal-implimentazzjoni tal- “Programm Kontra l-Korruzzjoni 2021–2022 għall-kumpaniji b’maġġoranza tal-ishma ta’ unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali”.

Din ir-riforma għandha tinkludi:

-L-iżvilupp ta’ manwal għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD dwar il-governanza korporattiva f’kumpaniji li l-maġġoranza tagħhom huma proprjetà ta’ unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali.

-It-tisħiħ tal-kontrolli fuq il-konformità mal-obbligi legali eżistenti bil-għan li jiġi żgurat livell ogħla ta’ trasparenza fil-ħidma tal-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali, il-kumpaniji b’maġġoranza tal-ishma tal-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali u l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ funzjoni ta’ konformità fl-entitajiet legali kollha obbligati li jistabbilixxuha.

-L-għoti ta’ taħriġ lill-kumpaniji dwar l-importanza tal-implimentazzjoni ta’ politiki kontra l-korruzzjoni, l-introduzzjoni ta’ kodiċi ta’ etika u funzjoni ta’ konformità stabbilita aħjar, peress li dan jikkonferma li l-kumpanija timplimenta bir-reqqa l-prevenzjoni ta’ mġiba mhux etika, kif ukoll kultura organizzattiva li tinkoraġġixxi l-imġiba etika u l-konformità.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma: C2.6.R4: It-tisħiħ tal-kapaċità ta’ rimedju ġudizzjarju fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku.

L-għan tar-riforma huwa li ssaħħaħ il-protezzjoni ġudizzjarja fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku permezz ta’ sessjonijiet ta’ ħidma edukattivi għall-imħallfin li huma mistennija jżidu l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni tagħhom dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ korruzzjoni u r-rimedju ġudizzjarju fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Is-sessjonijiet ta’ ħidma għandhom jiġu organizzati mill-Akkademja Ġudizzjarja bħala parti mill-iżvilupp professjonali tul il-ħajja tal-uffiċjali ġudizzjarji.

Ir-riforma għandha tiġi implimentata sat-30 ta’ Ġunju 2024.

L.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Ħin

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

231

C2.6 R1

M

Adozzjoni ta’ strateġija ġdida kontra l-korruzzjoni għall-2021–2030

Strateġija Ġdida Kontra l-Korruzzjoni 2021–2030 adottata mill-Parlament u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali

 

 

 

Q3

2021

L-istrateġija għandha tinkludi miżuri għall-ġestjoni tar-riskji ta’ korruzzjoni f’oqsma ta’ prijorità u biex jintlaħqu l-ħames objettivi li ġejjin:
• It-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali u normattiv għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

• It-tisħiħ tat-trasparenza u l-ftuħ tal-ħidma tal-awtoritajiet pubbliċi.

• It-tisħiħ tal-integrità u s-sistemi tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess.

• It-tisħiħ tal-potenzjal kontra l-korruzzjoni fis-sistema tal-akkwist pubbliku.

• Iż-żieda fl-għarfien pubbliku dwar il-ħsara tal-korruzzjoni, il-ħtieġa li jiġu rrappurtati l-irregolaritajiet u li tiżdied it-trasparenza.

232

C2.6 R1

M

Adozzjoni tal-Liġi l-ġdida dwar il-Prevenzjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess

Dħul fis-seħħ tal-att li jemenda l-Liġi dwar il-Prevenzjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess

 

 

 

Q4

2021

L-att dwar il-Prevenzjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess għandu jiġi emendat biex i) jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att f’termini ta’ destinatarji, inklużi kumpaniji li huma proprjetà ta’ unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali u kumpaniji li huma proprjetà ta’ tali kumpaniji, ii) jobbliga ċerti kategoriji ta’ destinatarji tal-liġi biex jimlew id-dikjarazzjonijiet tal-assi kull sena u jagħmlu dikjarazzjonijiet fi żmien skadenzi speċifiċi, iii) jirrimedja kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali, iv) jirregola l-possibbiltà li jiġu ddeterminati aħjar il-penali għall-ksur billi jintroduċi l-prinċipju tal-proporzjonalità fil-liġi, u jirregola xi aspetti tal-perjodu ta’ riflessjoni, inkluż proposti mill-Kumitat tar-Riżoluzzjoni tal-Kunflitti ta’ Interess dwar kif il-liġi tista’ tittejjeb fil-prattika u v) jipprovdi bażi ġuridika għat-tfassil ta’ mudell ta’ kodiċi tal-etika għall-membri tal-korpi rappreżentattivi tal-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali, li l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u s-superviżjoni tiegħu tkun ir-responsabbiltà tal-korpi rappreżentattivi.

233

C2.6 R1

M

Adozzjoni tal-emendi għall-Att dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw irregolaritajiet

Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Persuni li Jirrapportaw Irregolaritajiet

 

 

 

Q4

2022

Il-liġi dwar il-Protezzjoni tal-Persuni li Jirrapportaw Irregolaritajiet għandha tiġi emendata biex i) ittejjeb id-dispożizzjonijiet tal-Att, ii) tiċċara l-kunċett ta’ persuna kunfidenzjali u iii) tagħmel dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni riċevut.

234

C2.6 R1

M

Adozzjoni ta’ kodiċi ta’ etika għall-membri parlamentari u kodiċi ta’ etika għall-uffiċjali fl-eżekuttiv

Dħul fis-seħħ ta’ Kodiċi ta’ Etika għall-Membri Parlamentari adottat u l-Kodiċi ta’ Etika għall-uffiċjali fl-eżekuttiv

 

 

 

Q4

2023

Il-kodiċi ta’ Etika għall-Membri Parlamentari u l-uffiċjali fl-eżekuttiv se jipprovdi gwida dwar il-kunflitti ta’ interess u kwistjonijiet oħra ta’ integrità.

235

C2.6 R1

T

Jiżdied il-baġit tal-persunal għall-impjegati tal-korpi kontra l-korruzzjoni fis-sistema ġudizzjarja.

 

Numru

100

110

Q2

2024

Żieda ta’ 10 fil-mija fil-baġit tal-persunal meta mqabbel mal-2020 (inkluż ir-reklutaġġ u l-mobbiltà fi ħdan is-sistema ġudizzjarja).

236

C2.6 R1

T

Żieda fil-baġit għall-akkwist ta’ għodod u tagħmir tal-IT mill-awtoritajiet ġudizzjarji biex jinvestigaw il-korruzzjoni u r-reati tal-kriminalità organizzata

 

Numru

100

120

Q2

2024

Żieda b’ 20 fil-mija tal-baġit meta mqabbel mal-2020 għas-servizzi tal-kompjuter u t-tagħmir tal-IT għall-awtoritajiet kontra l-korruzzjoni fis-sistema ġudizzjarja

237

C2.6 R1

M

It-twaqqif ta’ sistema ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ miżuri nazzjonali kontra l-korruzzjoni

Sistema ta’ informazzjoni ġdida operattiva għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ miżuri nazzjonali kontra l-korruzzjoni

 

 

 

Q4

2025

It-twaqqif ta’ sistema/pjattaforma ġdida ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ ta’ oqsma differenti tal-prevenzjoni tal-korruzzjoni: (1) il-protezzjoni tal-informaturi, (2) id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni, (3) il-lobbjar, (4) il-kunflitt ta’ interess, (5) in-networking u l-koordinazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għall-abbozzar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dokumenti strateġiċi u ta’ implimentazzjoni nazzjonali, (6) iż-żamma, l-aġġornament u l-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ kumpaniji tal-Istat u kumpaniji proprjetà tal-gvern lokali u unitajiet tal-gvern reġjonali, (7) ir-rapportar lill-Uffiċċju tal-Ombudsman, li jippermetti komunikazzjoni aktar rapida, kondiviżjoni tad-data u koordinazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet involuti fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ prevenzjoni kontra l-korruzzjoni u ċ-ċittadini dwar l-informazzjoni dwar il-korruzzjoni eżistenti.

238

C2.6 R1

T

Tnaqqis tat-tul medju tal-kawżi fil-qorti għal reati ta’ korruzzjoni u kriminalità organizzata

 

Numru

999

799

Q2

2026

Tnaqqis b’ 200 jum tat-tul medju tal-kawżi tal-qorti għal reati ta’ korruzzjoni u kriminalità organizzata meta mqabbel ma’ 1Q/2021 (999 jum).

239

C2.6 R1-I1

M

Evalwazzjoni tal-effetti tal-kampanja ta’ informazzjoni nazzjonali kontra l-korruzzjoni

Pubblikazzjoni tar-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika

 

 

 

Q2

2025

Ippubblikat studju b’rakkomandazzjonijiet dwar l-evalwazzjoni tal-effetti tal-kampanja tal-midja nazzjonali. Dan għandu jitwettaq b’enfasi partikolari fuq is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-ħsara tal-korruzzjoni, il-funzjonament tal-mekkaniżmi eżistenti kontra l-korruzzjoni, bil-ħsieb li jissaħħaħ ir-rwol taċ-ċittadini f’azzjonijiet sinerġistiċi kontra l-korruzzjoni.

240

C2.6 R1-I2

M

L-istabbiliment ta’ sistema ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tal-infrastruttura etika tal-ħaddiema taċ-ċivil

Is-sistema ta’ informazzjoni ġiet żviluppata kompletament u bdiet titħaddem

 

 

 

Q4

2025

-Għandha tiġi żviluppata u titħaddem Sistema Elettronika ta’ Ġestjoni tal-Infrastruttura Etika bil-ħsieb li tiġi modernizzata u mtejba l-ħidma tal-Kummissarji tal-Etika, tal-Kummissjoni tal-Etika u tal-uffiċjali li jaħdmu fis-Servizz tal-Etika u l-Integrità, li tinkludi funzjonalitajiet għall-ipproċessar tal-inqas tal-kategoriji ta’ lmenti li ġejjin:
- Ilmenti dwar il-mod kif iċ-ċittadini jiġu ttrattati mill-uffiċjali

- Ilmenti dwar imġiba f’dehriet pubbliċi.

- Ilmenti dwar il-kisba ta’ benefiċċji materjali jew benefiċċji oħra

- Ilmenti dwar kunflitti ta’ interess.

- Ilmenti minn uffiċjali pubbliċi dwar impjegati oħra taċ-ċivil, inkluż dwar l-imġiba ta’ superjuri.

241

C2.6 R1-I3

M

Sistemi mtejba ta’ informazzjoni dwar id-dikjarazzjoni tal-assi għall-uffiċjali tal-istat u l-uffiċjali ġudizzjarji

Is-sistemi ta’ informazzjoni ġew aġġornati u implimentati

 

 

 

Q2

2024

Is-sistema attwali għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni tal-assi tal-uffiċjali għandha tittejjeb billi tippermetti l-mili awtomatiku ta’ data minn sorsi pubbliċi disponibbli u t-titjib tal-prekondizzjonijiet għall-verifika tal-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni tal-assi tal-uffiċjali tal-istat u l-uffiċjali ġudizzjarji.

242

C2.6 R1-I4

T

Titjib u diġitalizzazzjoni intelliġenti ta’ 4 ċentri reġjonali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Pulizija għall-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (PN USKOK)

 

Numru

0

4

Q2

2025

Iċ-ċentri reġjonali PN USKOK f’Zagreb, Split, Rijeka u Osijek għandhom jiġu rinnovati, diġitalizzati kompletament u mgħammra b’teknoloġija intelliġenti u b’tagħmir funzjonali aġġornat biex b’hekk jiġu żgurati l-kundizzjonijiet funzjonali għax-xogħol u l-akkomodazzjoni tal-uffiċjali. Ir-rinnovazzjoni tinkludi wkoll ir-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini, iżda r-rekwiżit li jinkiseb minimu ta’ 30 % tal-iffrankar tal-enerġija mhuwiex obbligatorju. It-tagħmir tal-IT fl-erba’ ċentri reġjonali kollha għandu jiġi sostitwit b’tagħmir modern ġdid għall-użu ta’ għodod u soluzzjonijiet moderni tas-softwer u teknoloġiji intelliġenti. Barra minn hekk, għandhom jitwaqqfu laboratorji ġodda fiċ-ċentri ta’ Split u Zagreb li għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tekniku komplut u għodod tas-software b’liċenzji forensiċi diġitali. Sabiex jiġi mmodernizzat u mħaffef il-proċess tal-ħżin tal-evidenza, l-4 ċentri reġjonali kollha għandhom ikunu mgħammra b’servers tal-ħażna tal-evidenza diġitali li huma mistennija jikkontribwixxu għas-sistematizzazzjoni tal-evidenza u għar-razzjonalizzazzjoni tal-kostijiet, billi jiżguraw il-ħżin u l-użu ta’ evidenza diġitali minn post wieħed.

243

C2.6 R2

M

Evalwazzjoni tal-effetti tal-Liġi dwar id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni

Pubblikazzjoni tar-Rapport ta’ Evalwazzjoni dwar l-Att dwar id-Dritt ta’ Aċċess għall-Informazzjoni

 

 

 

Q4

2023

Ippubblikat studju b’rakkomandazzjonijiet dwar l-evalwazzjoni tal-effetti tal-Liġi dwar id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni u l-impatt tagħha fuq is-segment tal-eżerċizzju garantit kostituzzjonalment mill-perspettiva tal-utenti u l-awtoritajiet pubbliċi. Ser jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet fil-kuntest ta’ emendi futuri għall-Att dwar id-Dritt għall-Aċċess.

244

C2.6 R3

M

Applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD dwar il-governanza korporattiva dwar is-sjieda maġġoritarja tal-unitajiet lokali u reġjonali

Pubblikazzjoni ta’ manwal għall-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD dwar il-governanza korporattiva f’unitajiet lokali u reġjonali b’maġġoranza tal-ishma

 

 

 

Q1

2024

Ippubblikat manwal dwar:
-L-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD dwar il-governanza korporattiva bi sjieda maġġoritarja mill-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali.

-L-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ funzjoni ta’ konformità fl-entitajiet legali kollha obbligati li jistabbilixxuha. L-importanza tal-implimentazzjoni ta’ politiki kontra l-korruzzjoni, l-introduzzjoni ta’ kodiċi ta’ etika u funzjoni ta’ konformità stabbilita aħjar, sabiex jiġi kkonfermat li l-kumpanija timplimenta bir-reqqa l-prevenzjoni ta’ mġiba mhux etika, kif ukoll kultura organizzattiva li tinkoraġġixxi l-imġiba etika u l-konformità.

245

C2.6 R3

M

Valutazzjoni tal-effetti tal-implimentazzjoni tal-Programm Kontra l-Korruzzjoni 2021–2022 għall-kumpaniji b’maġġoranza tal-ishma tal-gvern lokali u l-unitajiet tal-gvern reġjonali

Pubblikazzjoni tar-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika

 

 

 

Q2

2026

Il-metodoloġija żviluppata fir-Rapport għandha tagħmilha possibbli li jiġu vvalutati l-effetti tal-implimentazzjoni tal-Programm Kontra l-Korruzzjoni għall-kumpaniji li huma proprjetà ta’ unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali u ta’ dokumenti futuri bħal dawn. Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Programm implimentat u tar-rakkomandazzjonijiet, ir-Rapport se jifformula wkoll il-prijoritajiet u l-azzjonijiet ta’ dokumenti futuri kontra l-korruzzjoni f’dan il-qasam.

246

C2.6 R4

T

Taħriġ tal-imħallfin dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ korruzzjoni fl-akkwist pubbliku u l-protezzjoni ġudizzjarja fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku

 

Numru

0

80

Q2

2024

80 imħallef tal-qrati amministrattivi għandhom jitħarrġu dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ korruzzjoni fl-akkwist pubbliku u r-rimedju ġudizzjarju fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku. Għal dak il-għan, għandhom jiġu organizzati 4 sessjonijiet ta’ ħidma mill-Akkademja Ġudizzjarja bħala parti mill-iżvilupp professjonali tul il-ħajja tal-uffiċjali ġudizzjarji, fil-forma ta’ taħriġ klassiku/regolari u tagħlim mill-bogħod skont iċ-ċirkostanzi, biex tissaħħaħ aktar il-protezzjoni ġudizzjarja fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku.

   M. KOMPONENT 2.7: TISĦIĦ TAL-QAFAS FISKALI

Dan il-komponent għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ il-qafas fiskali u d-dixxiplina fiskali billi jemenda l-Att tal-Baġit biex itejjeb il-proċessi baġitarji, itejjeb ir-rappurtar finanzjarju u jiżviluppa mudell ta’ projezzjoni makroekonomika.

It-tisħiħ tal-qafas fiskali huwa wieħed mill-elementi ewlenin fit-titjib tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li min-naħa tiegħu jikkontribwixxi għall-istabbiltà makroekonomika u joħloq il-prekundizzjonijiet biex jiżdiedu r-rati ta’ tkabbir potenzjali, kif ukoll l-irkupru ekonomiku u r-reżiljenza.

Il-komponent jindirizza r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar it-tisħiħ tal-qafas fiskali (rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 1 2019) u jsegwi politiki fiskali mmirati lejn il-kisba ta’ pożizzjonijiet fiskali prudenti fuq terminu medju (rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 1 2020).

M.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma 1 (C2.7.R1) It-titjib tal-ippjanar u r-rapportar fiskali

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi emendat l-Att dwar il-Baġit biex jittejbu l-proċessi baġitarji u d-dokumenti baġitarji relatati, kif ukoll ir-rappurtar finanzjarju, biex b’hekk jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ sistema effiċjenti u sostenibbli ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi.

Ir-riforma għandha tinkludi:

-L-abbozzar u l-adozzjoni tal-Att il-ġdid dwar il-Baġit.

-L-iżgurar tal-funzjonalità sħiħa tal-Kummissjoni għall-Politika Fiskali, permezz tal-ħatra ta’ president ġdid ibbażat fuq sejħa pubblika.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2022.

Riforma 2 (C2.7.R2) L-iżvilupp ta’ mudell makroekonomiku strutturali tal-ekonomija Kroata

L-għan tar-riforma huwa li jiġi żviluppat mudell makroekonomiku strutturali tal-ekonomija Kroata, li huwa adatt għall-produzzjoni ta’ previżjonijiet makroekonomiċi fuq terminu medju, li jissimula l-effetti tal-politiki ekonomiċi u l-valutazzjonijiet tal-impatt tax-xokkijiet, u fl-aħħar mill-aħħar li jsaħħaħ il-kapaċità tal-Ministeru tal-Finanzi li jħejji previżjonijiet baġitarji.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2022.

M.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

247

C2.7 R1

M

It-tisħiħ tal-qafas fiskali permezz tal-adozzjoni tal-Att tal-Baġit biex jittejbu l-proċessi baġitarji

Dħul fis-seħħ tal-Att tal-Baġit il-ġdid

 

 

 

Q4

2021

L-Att ġdid dwar il-Baġit għandu jistabbilixxi l-proċess u d-dokumenti ewlenin għat-tħejjija, l-adozzjoni u l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-istat, il-baġit tal-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali u l-utenti ekstrabaġitarji tagħhom, il-qafas ta’ self għall-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali, il-monitoraġġ tal-użu tad-dħul proprju u assenjat, il-previżjoni u l-kontroll tal-infiq futur inklużi impenji pluriennali, li jippermetti wkoll aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-UE u jiżgura l-konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85 sabiex tiġi stabbilita sistema aktar effiċjenti ta’ rappurtar finanzjarju u statistiku.

248

C2.7 R1

M

L-iżgurar tal-funzjonalità sħiħa tal-Kummissjoni għall-Politika Fiskali.

Ħatra mill-Parlament tal-President il-ġdid tal-Kummissjoni għall-Politika Fiskali,

 

 

 

Q4

2021

Il-ħatra ta’ president ġdid tal-Kummissjoni għall-Politika Fiskali għandha tiżgura l-funzjonalità sħiħa tal-Kummissjoni u l-implimentazzjoni tal-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali (OG 111/2018)

249

C2.7 R2

M

L-iżvilupp ta’ mudell makroekonomiku strutturali tal-ekonomija Kroata għall-produzzjoni ta’ previżjonijiet makroekonomiċi fuq medda medja ta’ żmien, ippjanar baġitarju
u analiżi tal-politika ekonomika

L-iżvilupp u l-użu ta’ mudell ta’ projezzjoni makroekonomika strutturali kompletament funzjonali tal-ekonomija Kroata biex jitfasslu projezzjonijiet sottostanti għall-baġit annwali.

 

 

 

Q3

2022

Għandu jiġi żviluppat mudell makroekonomiku strutturali tal-ekonomija Kroata għall-produzzjoni ta’ previżjonijiet makroekonomiċi fuq perjodu medju ta’ żmien, jissimula l-effetti tal-politiki ekonomiċi u l-impatt tax-xokkijiet, u fl-aħħar mill-aħħar isaħħaħ il-kapaċità tal-Ministeru tal-Finanzi għat-tħejjija tat-tbassir baġitarju. Il-mudell inizjali għandu jiġi żviluppat sa tmiem l-2021 u għandu jkun kompletament operattiv sa nofs l-2022, li jippermetti t-tfassil ta’ projezzjonijiet sottostanti għall-baġit tal-2023. Ir-riżultati tal-mudell għandhom jintużaw għat-tħejjija ta’ dokumenti baġitarji, tittejjeb l-kwalità tat-tbassir baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien u b’hekk is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

   N. KOMPONENT 2.8: TISĦIĦ TAL-QAFAS TAL-ĠLIEDA KONTRA L-ĦASIL TAL-FLUS

L-objettiv ta’ dan il-komponent huwa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet Kroati (l-awtoritajiet superviżorji, l-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi) biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, itejbu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tagħhom u jkomplu jqajmu kuxjenza għall-partijiet ikkonċernati kollha involuti.

Din ir-riforma hija konformi mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kroazja għall-parteċipazzjoni fil-Mekkaniżmu tar-Rati tal-Kambju II (ERM II).

N.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C2.8.R1 — Sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa li jiġi evitat il-ħasil tal-flus

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li tinżamm l-effiċjenza tas-sistema finanzjarja f’konformità mal-istandards internazzjonali filwaqt li jiġu evitati flussi finanzjarji illeġittimi billi titqajjem kuxjenza, permezz tal-istabbiliment ta’ qafas għal taħriġ regolari, fost l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet responsabbli kollha għall-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-ħasil tal-flus.

L-implimentazzjoni kellha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Riforma C2.8.R2 — Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-awtoritajiet superviżorji

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-awtoritajiet superviżorji. Dan għandu jinkiseb permezz tar-reviżjoni tal-memorandum ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji finanzjarji u l-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus u serje ta’ laqgħat regolari taħt il-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar is-superviżjoni tal-AML/CFT (MIRS) bil-għan li jitjieb l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Riforma C2.8.R3 — Implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta’ Azzjoni biex jitnaqqsu r-riskji identifikati tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

L-objettiv ġenerali ta’ din ir-riforma huwa li jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni biex jitnaqqsu r-riskji identifikati fil-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali tal-Ħasil tal-Flus u tal-Finanzjament tat-Terroriżmu fil-Kroazja adottat mill-Gvern. Il-pjan ta’ azzjoni fih miżuri mmirati biex, pereżempju, isaħħu l-kapaċità amministrattiva tal-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus, l-Ispettorat Finanzjarju u l-awtoritajiet superviżorji, iżidu l-għadd ta’ attivitajiet superviżorji, itejbu l-infrastruttura tal-IT u jipprovdu taħriġ lill-uffiċjali tal-entitajiet obbligati kollha bil-ħsieb li jsaħħu l-kooperazzjoni u l-kapaċità amministrattiva.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Riforma C2.8. R4 — Titjib tas-superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju fis-settur finanzjarju fil-Kroazja

L-objettiv ġenerali ta’ din ir-riforma huwa li ssaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva billi timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru taħt il-proġett tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) dwar l-iżvilupp ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u s-superviżjoni tal-finanzjament tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. 

Ir-riforma għandha tikkontribwixxi għat-titjib ġenerali tal-qafas għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu fil-Kroazja, filwaqt li tiffaċilita t-twettiq tal-obbligi skont il-Pjan ta’ Azzjoni għall-parteċipazzjoni fil-Mekkaniżmu Ewropew tar-Rata tal-Kambju II.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

N.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

250

C2.8 R1

M

Sensibilizzazzjoni fost il-partijiet responsabbli kollha permezz ta’ taħriġ regolari

Qafas fis-seħħ għat-taħriġ kontinwu tal-persunal obbligat li jirrapporta dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

 

 

 

Q4

2020

Stabbiliment tal-qafas għal taħriġ kontinwu mill-Korpi Superviżorji u l-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet kollha li jirrapportaw, inklużi l-uffiċjali tal-konformità kontra l-ħasil tal-flus u l-ġestjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. L-inizjattivi edukattivi previsti fil-qafas għandhom jiffukaw fuq is-sensibilizzazzjoni dwar l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għat-twettiq ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti u fuq l-obbligu li jiġu rrappurtati attivitajiet suspettużi. Bħala parti mill-qafas, il-korpi Superviżorji u l-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus għandhom jipprovdu regolarment lill-istituzzjonijiet u lill-awtoritajiet b’informazzjoni aġġornata dwar l-iżviluppi tal-ħasil tal-flus.

251

C2.8 R2

M

Kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-awtoritajiet superviżorji

Jiġi ffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni aġġornat bejn l-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-awtoritajiet superviżorji dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni

 

 

 

Q4

2020


Ftehim ta’ kooperazzjoni aġġornat bejn l-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-awtoritajiet superviżorji dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, u l-kooperazzjoni, li għandu jinkludi:
i) l-iskambju ta’
data u informazzjoni meħtieġa għall-proċeduri superviżorji,
ii) l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-irregolaritajiet identifikati fl-entitajiet li jirrapportaw,

iii) l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħħar tipoloġiji ta’ ħasil tal-flus/Finanzi tat-Terroriżmu identifikati mill-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-awtoritajiet superviżorji,

iv) iż-żieda fl-attivitajiet superviżorji bbażati fuq ir-riskji identifikati tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u

v) l-iskambju ta’ data statistika għall-fini tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali tal-Ħasil tal-Flus u tal-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-valutazzjoni tal-effettività tal-isforzi tas-sistema fil-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

252

C2.8 R2

T

It-tisħiħ tas-superviżjoni permezz ta’ laqgħat regolari tal-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar is-Superviżjoni

 

Numru

0

12

Q4

2024

Sabiex jiġu armonizzati l-prattiki superviżorji, jittejjeb l-iskambju tal-esperjenza u tal-għarfien bejn l-awtoritajiet superviżorji u tiġi skambjata l-informazzjoni, il-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar is-Superviżjoni (MIRS) għandu jkollu mill-inqas 12-il laqgħa bejn tmiem l-2020 u tmiem l-2024. Il-Grupp ta’ Ħidma interistituzzjonali dwar is-Superviżjoni għandu jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji kollha responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-miżuri u l-azzjonijiet tal-Att dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu. B’mod partikolari, il-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar is-Superviżjoni għandu jimmonitorja: i) l-iskambju effettiv ta’ data statistika dwar is-sorveljanza mwettqa, ii) l-iskambju ta’ esperjenzi ta’ sorveljanza (“l-aħjar prattiki”), (iii) l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-irregolaritajiet misjuba fl-applikazzjoni tal-Att, (iv) it-tisħiħ u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza, u (v) l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ sorveljanza.

253

C2.8 R3

M

Titlesta l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid biex jittaffew ir-riskji identifikati tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju nazzjonali aġġornata.

Titlesta l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid biex jittaffew ir-riskji identifikati tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu billi jissaħħu aktar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni

 

 

 

Q4

2021

Abbażi tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali tal-Ħasil tal-Flus u tal-Finanzjament tat-Terroriżmu fir-Repubblika tal-Kroazja, sal-31 ta’ Diċembru 2021 għandu jiġi implimentat bis-sħiħ Pjan ta’ Azzjoni biex jittaffew ir-riskji identifikati tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jkun fih miżuri biex jitnaqqsu r-riskji identifikati, il-liġi pubblika u korpi oħra maħtura mid-detenturi għall-implimentazzjoni tal-miżuri individwali, kif ukoll l-iskadenza għall-implimentazzjoni tal-miżuri. Il-pjan għandu jqis ir-riskji identifikati mis-superviżuri (il-Bank Nazzjonali Kroat, l-Ispettorat Finanzjarju, l-Aġenzija Superviżorja tas-Servizzi Finanzjarji Kroati), l-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus, l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja u l-entitajiet marbutin b’obbligu legali (banek u oħrajn). Għandu jkompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet responsabbli kollha.

254

C2.8 R4

M

It-tisħiħ tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju fil-qasam tal-AML/CFT

Implimentazzjoni sħiħa ta’ proċeduri u metodoloġiji msaħħa għas-superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, żviluppati taħt il-proġett tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) “Superviżjoni bbażata fuq ir-riskju kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fis-settur finanzjarju fil-Kroazja”, sabiex jiġu mitigati b’mod effettiv ir-riskji identifikati tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu

 

 

 

Q4

2023

L-awtoritajiet għandhom jieħdu miżuri, jekk ikun meħtieġ billi jadottaw leġiżlazzjoni, biex isaħħu s-superviżjoni tas-settur finanzjarju, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mill-Bank Nazzjonali Kroat u l-Aġenzija Superviżorja tas-Servizzi Finanzjarji Kroata u bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju żviluppat f’konformità mar-riżultati mill-assistenza teknika pprovduta taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku. L-azzjonijiet għandhom isaħħu l-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva u jikkontribwixxu għat-titjib tal-effettività tas-sistema kollha ta’ prevenzjoni tal-finanzjament tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra t-terroriżmu fil-Kroazja u fl-aħħar mill-aħħar biex itejbu l-qafas ġenerali kontra l-ħasil tal-flus fil-Kroazja.

255

C2.8 R4

T

Żieda fl-attivitajiet superviżorji fuq il-post ibbażata fuq riskji identifikati ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

 

% (Persentaġġ)

0

25

Q4

2025

Bħala parti minn approċċ aktar b’saħħtu bbażat fuq ir-riskju fil-prevenzjoni u s-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-awtoritajiet superviżorji għandhom iżidu b’ 25 % l-attivitajiet superviżorji tagħhom fuq il-post abbażi tar-riskji identifikati tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, meta mqabbla mal-2019.

   O. KOMPONENT 2.9: IT-TISĦIĦ TAL-QAFAS TAL-AKKWIST PUBBLIKU

Sabiex jissaħħaħ il-qafas tal-akkwist pubbliku u jiġi allinjat mal-aħjar prattiki tal-UE, dan il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri biex tittejjeb is-sistema ta’ taħriġ għall-akkwist pubbliku, tissaħħaħ is-sistema ta’ rieżami bl-introduzzjoni ta’ appelli elettroniċi obbligatorji u jitħeġġeġ l-użu ta’ akkwist innovattiv. Is-sistema msaħħa tal-akkwist pubbliku għandha, fost l-oħrajn, tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u twassal għal assorbiment aħjar tal-fondi tal-UE, li huma mistennija li jirriżultaw f’ambjent tan-negozju mtejjeb, żieda fl-investiment privat, produttività u ħolqien ta’ impjiegi ġodda.

Il-komponent jinkludi tliet riformi u investiment wieħed li għandu l-għan li jtejjeb it-trasparenza u l-effiċjenza tas-sistema tal-akkwist pubbliku fil-Kroazja. Dawn għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-prevenzjoni msaħħa tal-korruzzjoni, b’mod partikolari fil-livell lokali (CSR 2019) u jtejbu l-kapaċità u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika Kroata (CSR 2020).

O.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma: C2.9.R1: Għoti kontinwu ta’ taħriġ fl-akkwist pubbliku

L-għan tar-riforma huwa li ttejjeb is-sistema ta’ taħriġ fl-akkwist pubbliku billi tiżviluppa għodod ġodda biex jinkisbu għarfien teoretiku u prattiku, ħiliet u kompetenzi professjonali għall-implimentazzjoni professjonali, kosteffikaċi, effiċjenti u effettiva tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku fil-livelli kollha. Hija għandha tibni fuq approċċ komprensiv għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-partijiet interessati fis-sistema tal-akkwist pubbliku billi tintegra r-riżultati tal-analiżi tal-ammont ta’ xogħol taħt l-azzjoni ta’ investiment C2.9.R1-I1. B’mod partikolari, l-analiżi għandha tiddefinixxi l-ħtiġijiet għal taħriġ kontinwu u ppjanat tal-impjegati ewlenin tal-akkwist pubbliku abbażi tal-matriċi ta’ Kompetenza li tiddefinixxi 30 kompetenza u ħiliet.

Barra minn hekk, il-Qafas Ewropew ta’ Kompetenza għall-Professjonisti tal-Akkwist Pubbliku ProcurCompEU, li jservi bħala qafas ta’ referenza komuni għall-prattikanti tal-akkwist, għandu jiġi introdott fis-sistema ta’ taħriġ Kroata sal-31 ta’ Diċembru 2023. L-ewwel nett, għall-individwi, il-qafas jiffaċilita l-identifikazzjoni u t-tfassil tal-kompetenzi personali u professjonali. It-tieni, l-entitajiet kontraenti għandhom jużawh biex jivvalutaw u jtejbu l-effiċjenza tal-akkwist pubbliku fl-organizzazzjoni tagħhom. Fl-aħħar nett, il-fornituri tat-taħriġ fl-akkwist pubbliku għandhom ikunu jistgħu jużaw il-qafas ta’ ProcurCompEU biex jiżviluppaw programmi komprensivi ta’ tagħlim u taħriġ.

It-tielet, il-programmi ta’ taħriġ ġenerali, li għandhom ikunu miftuħa wkoll għall-offerenti, għandhom jgħollu l-livell ta’ għarfien u ħiliet fit-twettiq tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku min-naħa tal-offerenti, filwaqt li jtejbu l-livell ta’ parteċipazzjoni u s-suċċess tal-SMEs fl-akkwist pubbliku.

Din ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment: C2.9.R1-I1: Analiżi tal-ammont ta’ xogħol tal-impjegati ta’ istituzzjonijiet ewlenin fis-sistema tal-akkwist pubbliku

Dan l-investiment għandu jwassal għal analiżi tal-ammont ta’ xogħol biex jiġi ddeterminat l-għadd ta’ atturi, il-kompetenzi meħtieġa tal-persunal, u t-titjib meħtieġ fis-sistema ta’ kumpens. L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-analiżi hija mistennija li tikseb u żżomm għadd ottimu ta’ persunal b’livell għoli ta’ ħiliet u motivat, li jirreaġixxi għall-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet ewlenin tal-akkwist pubbliku.

Il-miżura tinkludi:

-l-analiżi tal-ammont ta’ xogħol fil-korpi tal-akkwist pubbliku, inkluża fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE;

-id-deskrizzjoni tal-kompiti li jwettqu;

-id-definizzjoni tal-kompetenzi meħtieġa.

L-analiżi tal-ammont ta’ xogħol għandha tkun ibbażata fuq data storika tal-ammont ta’ xogħol, filwaqt li jitqiesu wkoll ix-xejriet mistennija tal-ammont ta’ xogħol, inklużi l-ħtiġijiet għal taħriġ kontinwu u ppjanat tal-persunal dwar suġġetti speċifiċi relatati mal-akkwist bħal akkwist strateġiku, soċjalment responsabbli, akkwist sostenibbli, akkwist innovattiv u aċċess tal-SMEs għal dan is-suq tal-akkwist.

Ir-riżultati tal-analiżi għandhom jintużaw biex jiddefinixxu l-ħtiġijiet ta’ taħriġ kontinwi u ppjanati tal-persunal tal-istituzzjonijiet ewlenin fis-sistema tal-akkwist pubbliku (MINGOR - Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli, SAFU - l-Aġenzija Ċentrali għall-Finanzi u l-Kuntratti, u d-DKOM- Il-Kummissjoni Statali għas-Superviżjoni tal-Akkwist Pubbliku).

Din il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2022.

Riforma: C2.9.R2: It-tisħiħ tas-sistema ta’ rieżami fl-akkwist pubbliku

L-għan tar-riforma huwa li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv relatat mas-sistema ta’ rieżami u tgħin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni billi tqassar il-limitu ta’ żmien medju għall-appelli, u ttejjeb u tespandi aktar il-funzjonijiet tas-sistema attwali tal-akkwist pubbliku.

Ir-riforma tinkludi bidliet fil-qafas leġiżlattiv għall-akkwist pubbliku biex jiġi introdott l-appell elettroniku bħala għodda obbligatorja fis-sistema tal-akkwist pubbliku u biex jitnaqqsu l-limiti ta’ żmien medji biex jiġu ttrattati l-appelli. Il-miżura taħt dan il-komponent għandha ttejjeb il-funzjonament tas-sistema tal-appelli elettroniċi permezz tal-istandardizzazzjoni tad-data u l-iżvilupp ulterjuri tal-pjattaforma tal-IT eżistenti.

Din il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma: C2.9.R3: Akkwist Innovattiv

L-għan tar-riforma huwa li tinkoraġġixxi l-użu ta’ prodotti u servizzi innovattivi tal-akkwist pubbliku, li għandhom jikkontribwixxu għal trasparenza akbar fil-proċessi tal-akkwist pubbliku, jattiraw aktar partijiet interessati privati u finalment joħolqu sistema ta’ akkwist pubbliku aktar ġusta u kompetittiva fil-Kroazja.

Taħt din ir-riforma l-Ministeru tal-Ekonomija u HAMAG BICRO (Aġenzija Kroata għan-Negozji ż-Żgħar, l-Innovazzjoni u l-Investiment) għandhom:

-jadottaw pjan ta’ akkwist innovattiv li jipprovdi lill-akkwirenti bi pjan direzzjonali dwar kif jimplimentaw ir-rekwiżiti innovattivi permezz tal-akkwisti ppjanati tagħhom;

-jistabbilixxu sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għall-akkwist innovattiv;

-jadottaw manwal għall-entitajiet tal-akkwist bi gwida dwar kif għandhom iwettqu proċeduri ta’ akkwist relatati mal-innovazzjoni;

-isaħħu l-kapaċità tal-akkwirenti Kroati fi proċeduri ta’ akkwist relatati mal-innovazzjoni permezz tal-għoti ta’ taħriġ;

-jissensibilizzaw lill-partijiet interessati tas-settur privat dwar il-proċeduri tal-akkwist pubbliku relatati mal-innovazzjoni.

Din il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

O.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Ħin

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

256

C2.9 R1

M

Gwida dwar it-titjib tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku u l-akkomunament tagħhom

Pubblikazzjoni ta’ linji gwida fuq il-Portal tal-Akkwist Pubbliku

 

 

 

Q3

2022

Sabiex jitħeġġeġ aktar l-involviment tal-SMEs fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku, għandhom jiġu żviluppati u ppubblikati linji gwida għall-entitajiet kontraenti u l-offerenti biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku. Il-linji gwida għandhom jinkludu wkoll l-aktar dispożizzjonijiet importanti tal-Att dwar l-Akkwist Pubbliku li għandhom l-għan li jagħmluha aktar faċli għall-SMEs biex jikkompetu għall-kuntratti pubbliċi. Il-kooperazzjoni mal-assoċjazzjonijiet tan-negozju fl-għoti ta’ taħriġ immirat lill-offerenti fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku għandha tkompli. Il-gwida se titħejja abbażi tar-riżultat tal-proġett tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali.

257

C2.9 R1

M

Emenda għar-Regoli dwar it-taħriġ fl-akkwist pubbliku

Dħul fis-seħħ tal-emendi għar-Regoli dwar it-taħriġ fl-akkwist pubbliku

 

 

 

Q1

2023

L-emendi għall-qafas leġiżlattiv sabiex jittejjeb it-taħriġ fl-akkwist pubbliku għandhom jinkludu i) l-istabbiliment ta’ kurrikulu għall-Programmi ta’ Titjib tal-Ħiliet, id-definizzjoni tal-kompetenzi u l-objettivi tat-tagħlim, (ii) l-integrazzjoni ta’ ProcurCompEU fl-iskema obbligatorja ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni għall-akkwist pubbliku; (iii) rekwiżit biex titwettaq valutazzjoni kwalitattiva tat-taħriġ.
L-emendi huma mistennija jipprovdu approċċ komprensiv meħtieġ biex jiġi żgurat it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-persunal f’istituzzjonijiet ewlenin tal-akkwist pubbliku, bl-użu wkoll tar-rakkomandazzjonijiet mill-analiżi tal-ammont ta’ xogħol (R1-I1). Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni organizzattiva u l-prijoritajiet strateġiċi, għandha tingħata prijorità lit-taħriġ li jista’ jipprovdi l-akbar impatt fil-kisba ta’ objettivi bħal kwistjonijiet ta’ integrità u trasparenza, ippjanar xieraq tal-proċeduri, speċifikazzjonijiet tekniċi ġusti u miftuħa, kriterji ċari tal-għażla u tal-evalwazzjoni għas-sejħiet għall-offerti, il-ġestjoni tal-kuntratti u l-emendi.

258

C2.9 R1

M

Integrazzjoni ta’ qafas imfassal apposta għat-taħriġ kontinwu tal-uffiċjali tal-akkwist taħt ProcurCompEU fl-iskema obbligatorja ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni għall-akkwist pubbliku.

Id-dħul fis-seħħ tal-qafas għat-taħriġ kontinwu tal-uffiċjali tal-akkwist pubbliku allinjat ma’ ProcurCompEU;

 

 

 

Q4

2023

L-għodda ProcurCompEU għandha tiġi adattata għall-ispeċifiċitajiet tal-Kroazja u integrata fl-iskema ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni obbligatorja eżistenti dwar l-akkwist pubbliku. Se tinħoloq sottopaġna fuq il-Portal tal-Akkwist Pubbliku fejn l-għodod ta’ ProcurCompEU huma disponibbli u liberi li jintużaw mill-partijiet ikkonċernati kollha fis-sistema tal-akkwist pubbliku, u l-korp kompetenti tal-politika tal-akkwist pubbliku jappoġġja l-implimentazzjoni u s-superviżjoni prattika tiegħu.

259

C2.9 R1-I1

M

Pubblikazzjoni ta’ analiżi indipendenti u rakkomandazzjonijiet konkreti biex tittejjeb il-ġestjoni tal-piż tal-persunal kollu tal-istituzzjonijiet ewlenin fis-sistema tal-akkwist (MINGOR, SAFU, DKOM).

Pubblikazzjoni tal-analiżi tal-ammont ta’ xogħol tal-impjegati ta’ istituzzjonijiet ewlenin fis-sistema tal-akkwist pubbliku (MINGOR, SAFU u DKOM) inkluż pjan ta’ azzjoni biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri tar-riżorsi umani

 

 

 

Q3

2022

Għandha titwettaq analiżi komprensiva minn esperti esterni indipendenti tal-ammont ta’ xogħol tal-persunal tal-istituzzjonijiet ewlenin fis-sistema tal-akkwist pubbliku inklużi fil-fondi tal-UE, inkluża d-deskrizzjoni tal-kompiti li jwettqu u s-sistemi ta’ kompetenzi u kumpens meħtieġa. Ir-rapport indipendenti ppubblikat se jkun ibbażat fuq analiżi komprensiva tar-rwoli fis-sistema tal-akkwist pubbliku u l-ammont ta’ xogħol, b’kont meħud tad-data storika dwar l-ammont ta’ xogħol u t-tqabbil tagħhom max-xejriet fl-ammont ta’ xogħol li qed jiżdied, inklużi l-ħtiġijiet ta’ taħriġ dwar suġġetti speċifiċi bħall-akkwist sostenibbli u l-aċċess għall-SMEs. Ir-rapport għandu jinkludi pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni ta’ miżuri u rakkomandazzjonijiet għal titjib biex jiġu żgurati r-reklutaġġ u ż-żamma ta’ persunal b’ħiliet għolja.

260

C2.9 R2

M

Emenda tal-qafas leġiżlattiv tal-akkwist pubbliku li tagħmel l-użu tal-appelli elettroniċi mezz obbligatorju għall-preżentazzjoni ta’ appell

Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att dwar l-Akkwist Pubbliku u l-liġijiet sekondarji (l-Ordinanza dwar l-Appelli fil-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku)

 

 

 

Q3

2022

Il-qafas leġiżlattiv tal-akkwist pubbliku (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku u l-liġijiet sekondarji rilevanti) għandu jiġi emendat biex jintroduċi l-appelli elettroniċi bħala mezz obbligatorju biex jinkiseb rimedju fis-sistema tal-akkwist pubbliku.

261

C2.9 R2

T

It-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien medji biex jiġu ttrattati l-appelli u d-deċiżjonijiet għal 28 jum mid-data tal-wasla tal-appell

 

Numru

34

28

Q2

2026

L-introduzzjoni ta’ appell elettroniku obbligatorju hija mistennija li tqassar il-limiti ta’ żmien medji għat-trattament ta’ każijiet ta’ appell u abbużi proċedurali mid-DKOM (Il-Kummissjoni tal-Istat għas-Superviżjoni tal-Akkwist Pubbliku). Dan jissimplifika u jħaffef in-notifika tad-dokumenti permezz ta’ komunikazzjoni elettronika diretta mal-partijiet, u b’hekk joħloq il-prekundizzjonijiet għat-titjib tal-effiċjenza u t-tnaqqis tat-tul tal-proċeduri ta’ appell, mingħajr ma taffettwa l-kwalità tad-deċiżjonijiet tad-DKOM (il-Kummissjoni tal-Istat għas-Superviżjoni tal-Akkwist Pubbliku). Bħala tali, l-għadd ta’ jiem mid-data tal-wasla tal-appell għandu jitnaqqas b’mill-inqas 6 ijiem mil-linja bażi ta’ 34 jum.

262

C2.9 R2

T

It-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien medji għal 14-il jum mid-data tal-preżentata tal-fajl tal-appell

 

Numru

16

14

Q2

2026

L-introduzzjoni ta’ appell elettroniku obbligatorju hija mistennija li tqassar il-limiti ta’ żmien medji għat-trattament ta’ każijiet ta’ appell u abbużi proċedurali mid-DKOM (Il-Kummissjoni tal-Istat għas-Superviżjoni tal-Akkwist Pubbliku). Dan jissimplifika u jħaffef in-notifika tad-dokumenti permezz ta’ komunikazzjoni elettronika diretta mal-partijiet, u b’hekk joħloq il-prekundizzjonijiet għat-titjib tal-effiċjenza u t-tnaqqis tat-tul tal-proċeduri ta’ appell, mingħajr ma jaffettwa l-kwalità tad-deċiżjonijiet tad-DKOM, u b’hekk inaqqas l-għadd ta’ jiem mid-data tal-wasla tal-appell b’mill-inqas 6 ijiem.

263

C2.9 R3

M

Programmi u attivitajiet immirati lejn it-tfassil u l-ġestjoni ta’ akkwist pubbliku innovattiv

Programm fis-seħħ biex jipprovdi assistenza professjonali u taħriġ lix-xerrejja fl-akkwist tal-innovazzjoni

 

 

 

Q1

2024

Bl-użu tal-appoġġ għall-assistenza teknika l-istituzzjonijiet Kroati għandhom jistabbilixxu programmi biex jipprovdu assistenza professjonali lill-akkwirenti fi proċeduri ta’ akkwist relatati mal-innovazzjoni. Iċ-Ċentru għall-Kompetizzjoni għall-Akkwist Pubbliku Innovattiv stabbilit f’HAMAG-BICRO (l-Aġenzija Kroata għan-Negozji ż-Żgħar, l-Innovazzjoni u l-Investiment) għandu jissaħħaħ u l-persunal tiegħu għandu jiġi mħarreġ biex jipprovdi taħriġ dwar l-akkwist pubbliku tal-innovazzjoni waħdu. Il-kapaċità amministrattiva tal-MINGOR (il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli) għandha wkoll tissaħħaħ bl-istess mod. Rapport ta’ progress dwar dan it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għandu jitħejja sat-tielet kwart tal-1 2024.

264

C2.9 R3

T

Taħriġ tal-uffiċjali tal-akkwist dwar proċeduri innovattivi tal-akkwist pubbliku

 

% (Persentaġġ)

0

75

Q4

2025

Abbażi tal-materjali ta’ taħriġ għall-assistenza teknika mħejjija, kif ukoll taħriġ imwettaq minn esperti esterni taħt l-objettiv intermedju 252, HAMAG-BICRO (l-Aġenzija Kroata għan-Negozji ż-Żgħar, l-Innovazzjoni u l-Investiment) f’kooperazzjoni mal-MINGOR (il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli), għandha tħarreġ mill-inqas 75 % tal-uffiċjali tal-akkwist tal-entitajiet kontraenti elenkati fil-Pjan, abbażi tal-Pjan ta’ Implimentazzjoni tat-Taħriġ 2024–2025.

   P. KOMPONENT 3.1: RIFORMA TAS-SISTEMA EDUKATTIVA

Is-sistema edukattiva fil-Kroazja qed tiffaċċja għadd ta’ sfidi sinifikanti. L-attendenza fl-indukrar formali tat-tfal u l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (ECEC) huma fost l-aktar baxxi fl-UE, li fil-biċċa l-kbira jirriżultaw minn nuqqas ta’ infrastrutturi tal-ECEC u nuqqas ta’ għalliema, b’disparitajiet reġjonali kbar li jaggravaw l-inugwaljanzi. Iċ-ċiklu tal-iskola obbligatorju (li jdum tmien snin) huwa sena iqsar mill-istandard tal-UE. Il-ħin ta’ tagħlim annwali fl-iskejjel primarji huwa wkoll inqas mill-medja tal-UE, peress li ħafna skejjel joperaw f’xiftijiet minħabba nuqqas ta’ infrastruttura. Il-prestazzjoni tal-istudenti fil-ħiliet bażiċi kollha hija taħt il-medja tal-UE. Il-kisba ta’ edukazzjoni terzjarja hija fost l-iktar baxxi fl-UE. Il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni għall-adulti wkoll hija baxxa ħafna.

L-objettiv ta’ dan il-komponent huwa li jiġu indirizzati dawk l-isfidi kollha. Jinkludi riforma komprensiva tas-sistema edukattiva, li għandha l-għan li tappoġġa l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kwalità tagħha fil-livelli kollha tal-edukazzjoni. Jinkludi wkoll investimenti komplementari fl-infrastruttura tal-ECEC, fl-iskejjel u fl-infrastrutturi diġitali tal-edukazzjoni għolja.

Dan il-komponent jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi indirizzati lill-Kroazja f’dawn l-aħħar sentejn, dwar il-ħtieġa li “twettaq ir-riforma tal-edukazzjoni u ttejjeb kemm l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha u l-kwalità tagħhom kif ukoll ir-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol” (CSR 2 2019) u li “tippromwovi l-akkwist ta’ ħiliet” (CSR 2 2020).

P.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C3.1 R1: Riforma strutturali tas-sistema edukattiva

Din ir-riforma għandha l-għan li tappoġġa l-aċċess għall-edukazzjoni, kif ukoll il-kwalità tagħha, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni.

·L-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal

L-għan tar-riforma huwa li jittejjeb l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (ECEC) għal tfal mill-età ta’ tliet snin sa ma jibdew l-edukazzjoni primarja. L-objettiv huwa li jiġi żgurat li t-tfal kollha, speċjalment dawk minn gruppi soċjoekonomikament żvantaġġati 18 , ikunu jistgħu jattendu l-edukazzjoni bikrija tat-tfal.

Ir-riforma hija maħsuba biex tipprovdi għalliema addizzjonali għall-ECEC imħarrġa speċifikament għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u għandha tikkontribwixxi biex jiġi żgurat għadd adegwat ta’ għalliema għal perjodu medju ta’ żmien. Ir-riforma għandha tinkludi wkoll mudell ġdid ta’ finanzjament biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzjament tal-KEBT, b’kontribuzzjoni akbar tal-Istat fil-finanzjament tal-ECEC, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet finanzjarji tal-muniċipalitajiet lokali, li huwa mistenni li jkollu wkoll impatt pożittiv fuq l-affordabbiltà tal-ECEC.

Ir-riforma hija mistennija li żżid in-numru ta’ sigħat ta’ programmi ta’ edukazzjoni bikrija tat-tfal għal tfal ta’ sena qabel ma jibdew l-edukazzjoni primarja, kif ukoll li tintroduċi d-dritt għal post garantit fl-ECEC għal tfal bejn l-età ta’ erba’ snin u l-età tal-iskola primarja.

·Skejjel primarji

L-għan tar-riforma huwa li tiżdied il-kwalità tal-eżiti tat-tagħlim u tat-tagħlim, speċjalment għal tfal minn sfondi soċjo-ekonomiċi żvantaġġati, billi jiġi implimentat tagħlim fuq ġurnata sħiħa u b’xift wieħed fl-iskejjel primarji u jiżdied l-għadd ta’ sigħat ta’ tagħlim obbligatorji. Ir-riforma għandha wkoll l-għan li tappoġġa l-iżvilupp kontinwu tal-għalliema u l-evalwazzjoni sistematika esterna tar-riżultati tat-tagħlim fl-iskejjel primarji.

Ir-riforma għandha temenda l-Att dwar l-Edukazzjoni biex tintroduċi l-mudell il-ġdid ta’ tagħlim ta’ ġurnata sħiħa fl-iskejjel primarji, temenda l-għadd minimu ta’ sigħat ta’ tagħlim obbligatorji u l-kurrikulu għall-iskejjel primarji, u għandha tkun akkumpanjata minn programmi ta’ żvilupp tal-għalliema sistematiċi.

Dan is-subsett ta’ miżuri tar-riforma għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

·Skejjel sekondarji

L-għan tar-riforma huwa li żżid ir-rilevanza tal-edukazzjoni sekondarja, billi żżid ir-reġistrazzjoni tal-istudenti fl-edukazzjoni sekondarja ġenerali (programmi “gimnazija”), filwaqt li tnaqqas is-sehem tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u ttejjeb ir-rilevanza għas-suq tax-xogħol tal-programmi vokazzjonali.

Ir-riforma għandha tikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-bosta programmi vokazzjonali sekondarji eżistenti, billi tnaqqas il-programmi vokazzjonali żejda u żżid ir-rilevanza tal-programmi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Ir-riforma għandha tintroduċi kurrikuli ġodda bbażati fuq kwalifiki u standards okkupazzjonali tal-Qafas Kroat tal-Kwalifiki (CROQF), li għandhom ikunu akkumpanjati mill-iżvilupp ta’ materjal ta’ tagħlim ġdid u taħriġ professjonali tal-għalliema tal-edukazzjoni vokazzjonali.

Dan is-subsett ta’ miżuri tar-riforma għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

·Edukazzjoni għall-Adulti

L-għan tar-riforma huwa li tiżdied il-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni għall-adulti. L-Att dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti l-ġdid għandu jallinja l-programmi tal-edukazzjoni għall-adulti mal-istandards tal-kwalifiki tal-Qafas Kroat tal-Kwalifiki (CROQF), li huwa mistenni li jiffaċilita r-rikonoxximent tal-għarfien u l-ħiliet miksuba. Ir-riforma għandha tipprevedi wkoll l-introduzzjoni ta’ kontijiet individwali tal-edukazzjoni biex kull persuna tkun tista’ tipparteċipa fit-tagħlim tul il-ħajja. Ir-riforma għandha tintroduċi wkoll sistema ta’ evalwazzjoni tal-fornituri tal-edukazzjoni għall-adulti.

Dan is-subsett ta’ miżuri tar-riforma għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Din ir-riforma hija appoġġata minn tliet investimenti (C3.1 R1-I1, C3.1 R1-I2 u C3.1 R1-I3).

Investiment C3.1 R1-I1: Kostruzzjoni, titjib, rikostruzzjoni u tagħmir ta’ faċilitajiet ECEC

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jappoġġa l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal fil-Kroazja. Dan jinkludi l-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet ECEC ġodda u r-rinnovazzjoni ta’ dawk eżistenti, bil-għan li jinħolqu 22 500 post ġdid fl-ECEC. L-investiment huwa mistenni li jnaqqas l-inugwaljanzi reġjonali fid-disponibbiltà tal-ECEC.

Il-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-faċilitajiet ECEC għandhom ikunu bbażati fuq ir-riżultati ta’ analiżi tal-ħtiġijiet, b’kont meħud tal-kapaċità tal-infrastruttura eżistenti u l-iżviluppi demografiċi, bi mmappjar dettaljat tan-netwerk eżistenti ta’ faċilitajiet ECEC u projezzjoni tal-ħtiġijiet futuri.

L-implimentazzjoni tal-investimenti għandha ssir fil-livell lokali, u l-bliet u l-muniċipalitajiet huma mistennija jipparteċipaw f’sejħiet għat-twettiq ta’ proġetti infrastrutturali fit-territorju tagħhom.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C3.1 R1-I2: Kostruzzjoni, titjib, rikostruzzjoni u tagħmir ta’ skejjel primarji għal tagħlim ta’ ġurnata sħiħa b’xift wieħed

L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-bidla għal tagħlim ta’ ġurnata sħiħa għall-iskejjel primarji fil-Kroazja. Dan jinkludi l-kostruzzjoni ta’ skejjel primarji ġodda u l-aġġornament ta’ dawk eżistenti, bl-objettiv li l-istudenti kollha tal-iskola primarja jkunu jistgħu jingħataw ġurnata sħiħa ta’ tagħlim.

Il-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-iskejjel primarji għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-investimenti fl-infrastruttura, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet tal-iskejjel u l-iżviluppi demografiċi. L-implimentazzjoni ta’ dawn l-investimenti għandha sseħħ fil-livell lokali, u l-bliet u l-muniċipalitajiet huma mistennija jipparteċipaw f’sejħiet għat-twettiq ta’ proġetti infrastrutturali fit-territorju tagħhom.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C3.1 R1-I3: Kostruzzjoni, titjib, rinnovament u tagħmir għall-iskejjel sekondarji

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tiżdied ir-reġistrazzjoni tal-istudenti fl-edukazzjoni sekondarja ġenerali (programmi “gimnazija”) billi jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura fiżika. Dan jinkludi l-kostruzzjoni ta’ skejjel sekondarji ġodda u l-aġġornament ta’ dawk eżistenti, inklużi l-infrastrutturi sportivi tal-iskejjel, biex jiġi appoġġat l-objettiv li 9 000 student addizzjonali jattendu l-edukazzjoni sekondarja ġenerali.

Il-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ skejjel li jmexxu programmi ta’ edukazzjoni sekondarja għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tal-kapaċitajiet u l-ħtiġijiet eżistenti għal infrastruttura fiżika addizzjonali.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C3.1 R2: L-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja

Din ir-riforma għandha l-għan li ttejjeb id-disponibbiltà, il-kwalità u r-rilevanza għas-suq tax-xogħol tal-edukazzjoni għolja, kif ukoll li żżid is-sehem tal-gradwati tal-edukazzjoni għolja, b’mod partikolari minn gruppi vulnerabbli u sottorappreżentati.

Ir-riforma għandha tinkludi l-adozzjoni ta’ Att ġdid dwar ix-Xjenza u l-Edukazzjoni Għolja u Liġi ġdida dwar l-Assigurazzjoni tal-Kwalità fix-Xjenza u l-Edukazzjoni Għolja, sabiex jiġi stabbilit mudell ta’ finanzjament effiċjenti ġdid għall-universitajiet pubbliċi u istituzzjonijiet pubbliċi oħra tal-edukazzjoni għolja. Il-mudell ta’ finanzjament il-ġdid għandu jkun ibbażat fuq kriterji trasparenti u indikaturi tal-prestazzjoni marbuta mal-objettivi tal-iżvilupp tal-istituzzjoni. L-introduzzjoni tal-mudell ta’ finanzjament il-ġdid hija mistennija li tiġi implimentata permezz ta’ ftehimiet dwar il-programmi li jkopru r-riċerka xjentifika u l-attivitajiet ta’ tagħlim tal-università/tal-istituzzjoni għal perjodu ta’ sentejn.

Ir-riforma għandha wkoll l-għan li tallinja aħjar l-edukazzjoni mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Hija għandha tkompli tistabbilixxi standards tal-kwalifiki għall-kwalifiki kollha tal-edukazzjoni għolja u tinkludihom fir-Reġistru tal-Qafas tal-Kwalifiki Kroat (CROQF), li huwa mistenni li jallinja aħjar il-kwalifiki tal-edukazzjoni għolja mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Ir-riforma għandha tistabbilixxi wkoll reġistru diġitali tad-diplomi, li huwa pass lejn l-iżvilupp ta’ sistema ta’ stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati biex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-impjegabbiltà tal-gradwati.

Ir-riforma għandha tappoġġa wkoll rabtiet aktar mill-qrib bejn l-attivitajiet ta’ tagħlim u ta’ riċerka xjentifika, l-internazzjonalizzazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-universitajiet Kroati f’alleanzi tal-universitajiet Ewropej tal-futur, u tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-edukazzjoni għolja.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C3.1 R2-I1: Trasformazzjoni diġitali tal-edukazzjoni għolja

L-objettiv tal-investiment huwa li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-edukazzjoni għolja u jiffaċilita t-tagħlim elettroniku. Dan jinkludi investimenti f’infrastrutturi diġitali għat-tagħlim u għodod tat-tagħlim diġitali.

L-investiment jinkludi wkoll ix-xiri ta’ tagħmir għall-klassijiet (bħal projetturi, sistemi tal-irrekordjar tal-video, sistemi tal-awdjo, kameras u tagħmir tal-awdjo biex jiġu rrekordjati l-lezzjonijiet, tagħmir ta’ software għall-arkivjar ta’ riżorsi diġitali għat-tagħlim) u jkopri tagħmir infrastrutturali sottostanti (bħal elettroinstallazzjonijiet, LAN, WLAN) meħtieġ biex jintuża t-tagħmir tat-tagħlim diġitali.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

P.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Ħin

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

265

C3.1 R1

M

Adozzjoni tal-qafas legali rivedut għat-tagħlim għall-adulti

Dħul fis-seħħ tal-qafas legali rivedut li jirregola t-tagħlim għall-adulti

 

 

 

Q4

2021

Il-qafas legali rivedut li jirregola l-edukazzjoni għall-adulti għandu jappoġġa tqabbil aħjar bejn l-offerta tal-programmi u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, billi jallinja l-programmi tal-edukazzjoni għall-adulti mal-kontenut tal-istandards tal-kwalifiki tal-Qafas Kroat tal-Kwalifiki (CROQF) u jippermetti r-rikonoxximent tat-tagħlim informali u mhux formali.

266

C3.1 R1

M

Analiżi komprensiva tal-ħtiġijiet tal-edukazzjoni sekondarja

Pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Ministeru tax-Xjenza u l-Edukazzjoni tar-riżultati tal-analiżi komprensiva mwettqa fuq il-ħtiġijiet tal-edukazzjoni sekondarja

 

 

 

Q1

2022

Għandha titwettaq analiżi komprensiva tal-ħtiġijiet tal-edukazzjoni sekondarja biex tappoġġja miżuri biex jiżdied is-sehem ta’ studenti rreġistrati fi programmi ta’ edukazzjoni sekondarja ġenerali, biex jitnaqqas is-sehem ta’ studenti rreġistrati fi programmi vokazzjonali żejda u biex il-programmi vokazzjonali jiġu allinjati mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

267

C3.1 R1

M

Adozzjoni tal-Mudell għall-Finanzjament tal-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal

Dħul fis-seħħ tal-mudell ta’ finanzjament għall-ECUC

 

 

 

Q1

2023

Il-Gvern Kroat għandu jadotta mudell għall-finanzjament tal-kostijiet operazzjonali tal-faċilitajiet tal-ECEC għall-muniċipalitajiet/unitajiet tal-gvern lokali b’inqas kapaċità finanzjarja, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-investiment wara r-rinnovazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ECEC eżistenti jew il-bini ta’ faċilitajiet tal-ECEC ġodda.

268

C3.1 R1

M

Adozzjoni tal-emendi għal mudell ta’ ġurnata sħiħa ta’ tagħlim

Dħul fis-seħħ tal-emendi adottati għal-liġi li tirregola l-edukazzjoni primarja u sekondarja għat-tagħlim fuq ġurnata sħiħa

 

 

 

Q4

2023

L-emendi għal-liġi li tirregola l-edukazzjoni primarja u sekondarja għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni ta’ tagħlim fuq ġurnata sħiħa.

269

C3.1 R1

T

il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal,

Rapport mill-Ministeru tax-Xjenza u l-Edukazzjoni (MZO)

% (Persentaġġ)

76,3

90

Q2

2026

Tiżdied il-kopertura ta’ tfal ta’ 3-il sena sal-età tal-iskola li jattendu l-ECEC għal 90 % (meta mqabbla mal-2018).

270

C3.1 R1-I1

T

Għadd ta’ postijiet mibnija fl-ECEC

Pubblikazzjoni mill-Ministru tax-Xjenza u l-Edukazzjoni (MZO) tar-rapporti tal-proġetti infrastrutturali, inkluż rapport sommarju li jipprovdi ħarsa ġenerali.

Numru

0

22 500

Q2

2026

Mill-inqas 22 500 post ġdid fl-ECEC għandhom jinħolqu bħala riżultat tal-investimenti infrastrutturali fil-kostruzzjoni, it-titjib u r-rikostruzzjoni tal-faċilitajiet ECEC, li għandhom jippermettu żieda sinifikanti fis-sehem tat-tfal (minn 3 sa età tal-iskola) li jipparteċipaw fl-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal.

271

C3.1 R1-I2

T

Perċentwal ta’ studenti li jattendu skejjel primarji b’xift wieħed

Pubblikazzjoni ta’ data mill-Ministeru tax-Xjenza u l-Edukazzjoni (MZO)

% (Persentaġġ)

40

70

Q2

2026

Il-proporzjon ta’ studenti tal-iskola primarja li jattendu skejjel b’xift wieħed għandu jiżdied għal 70 %.

272

C3.1 R1-I3

T

Reġistrazzjoni fi programmi ġenerali ta’ edukazzjoni sekondarja

Pubblikazzjoni ta’ data mill-Ministeru tax-Xjenza u l-Edukazzjoni (MZO)

% (Persentaġġ)

30

35

Q2

2026

Il-perċentwal ta’ studenti tal-edukazzjoni sekondarja li jattendu edukazzjoni sekondarja ġenerali (programmi “gimnazija”) għandu jiżdied għal 35 %.

273

C3.1 R2

M


Adozzjoni tal-Att il-ġdid dwar l-Attività Xjentifika u l-Edukazzjoni Għolja

Dħul fis-seħħ tal-Att ġdid dwar ix-Xjenza u l-Edukazzjoni Għolja

 

 

 

Q3

2022

Il-qafas il-ġdid għandu jippermetti r-riforma organizzazzjonali tal-universitajiet pubbliċi u l-istituti xjentifiċi u jintroduċi mudell ta’ finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni.

274

C3.1 R2-I1

T

Is-sehem tal-istituzzjonijiet pubbliċi tal-edukazzjoni għolja mgħammra b’infrastruttura diġitali

Rapporti dwar l-investimenti mill-Ministeru għax-Xjenza u l-Edukazzjoni (MZO), inkluż rapport sommarju li jipprovdi ħarsa ġenerali.

% (Persentaġġ)

0

90

Q2

2026

Mill-inqas 90 % tal-istituzzjonijiet pubbliċi ogħla għandhom itejbu l-infrastruttura u t-tagħmir diġitali tagħhom permezz tax-xiri ta’ tagħmir attiv (bħal tagħmir ta’ klassijiet bi projettur, kompjuter, sistemi ta’ ħoss, rekording tal-vidjo) u t-titjib tan-netwerk passiv (bħal installazzjonijiet elettriċi, bordijiet ta’ ċirkwiti, konnetturi) li jappoġġaw teknoloġiji ġodda u riżorsi tat-tagħlim diġitali.
L-istituzzjonijiet pubbliċi tal-edukazzjoni għolja li jibbenefikaw minn dan it-titjib jinkludu l-universitajiet pubbliċi, il-politekniċi u l-kulleġġi, inklużi l-kampusijiet tal-istudenti.

   Q. KOMPONENT 3.2: SPINTA LILL-KAPAĊITÀ TAR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

Ix-xenarju tar-riċerka u l-innovazzjoni pubbliċi tal-Kroazja huwa frammentat ħafna. Investiment insuffiċjenti fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, b’mod partikolari mis-settur tan-negozju, flimkien ma’ finanzjament inadegwat u mudell organizzattiv ta’ universitajiet u istituti xjentifiċi, ifixklu l-potenzjal sħiħ tas-settur tar-riċerka Kroat. B’riżultat ta’ dan, il-produttività xjentifika, l-effiċjenza u t-trasferiment tal-għarfien għadhom limitati. Il-prekundizzjonijiet għall-iżvilupp tar-riżorsi umani fl-oqsma tax-Xjenza, l-Inġinerija tat-Teknoloġija, u l-Matematika (STEM) u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), li jippermettu li tiżdied ir-rieda tas-soċjetà għat-tranżizzjoni diġitali, mhumiex żviluppati biżżejjed. Il-frammentazzjoni u l-ineffiċjenzi tal-politiki tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u n-nuqqas ta’ riżultati mill-investimenti fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni huma wħud mill-kawżi ewlenin tat-tkabbir imxekkel fil-produttività u l-kompetittività.

Dan il-komponent għandu l-għan li jindirizza dawn l-isfidi billi jsegwi l-objettivi li ġejjin:

-It-titjib tas-sistema ta’ finanzjament istituzzjonali għall-universitajiet u l-istituti xjentifiċi biex jimmotivaw il-produttività xjentifika, l-effiċjenza u t-trasferiment tal-għarfien permezz ta’ investiment dirett u żieda fil-finanzjament tar-riċerka xjentifika.

-Żieda fl-investiment fl-infrastruttura tar-riċerka u l-kapaċitajiet organizzattivi tal-universitajiet u l-istituti xjentifiċi, li għandhom jippermettu kwalità ogħla tar-riċerka xjentifika kif ukoll itejbu l-attraenza tal-karrieri fir-riċerka fil-Kroazja.

-L-introduzzjoni ta’ qafas ta’ abilitazzjoni ġdid għall-avvanz u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, f’konformità mal-ispeċifiċitajiet ta’ oqsma xjentifiċi, li jattira u jżomm xjenzati żgħażagħ Kroati u xjenzati barranin ta’ kwalità għolja.

-L-introduzzjoni ta’ qafas istituzzjonali u ta’ programmar aktar effiċjenti għall-iskemi ta’ finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp.

Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż dwar il-politika ekonomika relatata mal-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 3, 2019).

Q.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C3.2 R1 — Riforma u tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ riċerka u żvilupp tas-settur tar-riċerka pubblika

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li żżid il-kwalità u l-viżibbiltà internazzjonali tar-riċerka pubblika, issaħħaħ ir-riċerka mmirata u l-impatt tax-xjenza fuq l-iżvilupp ulterjuri tal-innovazzjoni, l-ekonomija u s-soċjetà permezz tar-riorganizzazzjoni tas-settur pubbliku tar-riċerka. Ir-riforma għandha tinkludi l-azzjonijiet li ġejjin:

-L-adozzjoni ta’ mudell ġdid ta’ ftehimiet ta’ programmi għall-finanzjament tas-sistema ta’ riċerka xjentifika,

-Żieda fil-baġit tal-istituzzjonijiet xjentifiċi għal riċerka b’impatt akbar,

-It-tnaqqis tal-frammentazzjoni tas-sistema ta’ riċerka xjentifika permezz tal-integrazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ riċerka xjentifika bil-ħsieb ta’ tranżizzjoni lejn organizzazzjoni aktar effiċjenti ta’ universitajiet u istituti ta’ riċerka,

-It-titjib tal-kwalità tal-ħidma tar-riċerka xjentifika billi titrawwem tranżizzjoni lejn sistema ta’ finanzjament ibbażata fuq il-prestazzjoni.

L-implimentazzjoni tar-riforma għandha tinkludi l-adozzjoni ta’ Att ġdid dwar l-Attività Xjentifika u l-Edukazzjoni Għolja li jipprovdi qafas legali u finanzjarju għall-integrazzjoni organizzattiva u funzjonali tal-universitajiet u l-istituti xjentifiċi, kif ukoll djalogu dwar objettivi istituzzjonali u qafas ġdid ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-riżultati. Il-qafas legali u finanzjarju l-ġdid huwa mistenni li jwassal għal pubblikazzjonijiet aktar influwenti, proġetti aktar kompetittivi, kooperazzjoni internazzjonali aktar b’saħħitha, u għadd akbar ta’ proġetti f’kooperazzjoni man-negozji.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2022.

Investiment C3.2 R1-I1 — Żvilupp ta’ sistema ta’ ftehimiet dwar il-programmi għall-finanzjament ta’ universitajiet u istituti ta’ riċerka ffukati fuq l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li tittejjeb is-sistema ta’ finanzjament għall-ħidma xjentifika tal-universitajiet u l-istituti xjentifiċi bil-għan li jinkisbu kwalità ogħla u rilevanza akbar tar-riżultati tar-riċerka għall-iżvilupp tal-ekonomija u tas-soċjetà.

L-investiment għandu jinkludi l-kisba ta’ assistenza konsultattiva minn esperti esterni għat-tħejjija ta’ proposta għal qafas ġdid ta’ ftehimiet ta’ programmi, stabbilit bejn il-Ministeru tax-Xjenza u l-universitajiet u l-istituti ta’ riċerka, li jippermetti tranżizzjoni lejn sistema ta’ finanzjament iffokata fuq ir-riżultati tal-universitajiet u l-istituti ta’ riċerka, u għall-proċess ta’ negozjar mal-partijiet interessati. Dan għandu jinkludi analiżi tal-qafas attwali, analiżi tal-arranġamenti f’pajjiżi oħra, proposti għat-tfassil tal-ftehimiet tal-programm u l-komunikazzjoni tal-użu tagħhom, kif ukoll it-tħejjija tal-emendi legali u d-dokumentazzjoni teknika tal-proġett.

Għandha titnieda skema ta’ appoġġ biex jitwassal finanzjament istituzzjonali għall-universitajiet u l-istituti ta’ riċerka li ffirmaw il-ftehimiet tal-programm li jippermettu użu aktar effiċjenti tar-riżorsi u prestazzjoni akbar tar-riċerka. Bħala parti mir-riforma, għandhom jiġu implimentati żewġ ċikli ta’ finanzjament tal-ftehimiet tal-programmi, li għandhom ikunu akkumpanjati minn sistema ġdida ta’ monitoraġġ permezz ta’ qafas ta’ prestazzjoni annwali. Il-ftehimiet tal-programm għandhom ikomplu jiġu ffinanzjati mill-baġit nazzjonali wara l-2026, peress li l-mudell ta’ finanzjament il-ġdid għandu jippermetti ffrankar kbir fit-tul.

Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu f’termini ta’ referenza għal sejħiet għal proġetti li ġejjin għandhom jeskludu l-lista ta’ attivitajiet li ġejja: (i) attivitajiet relatati mal-karburanti fossili, inkluż l-użu downstream 19 ; (ii) attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti 20 ; (iii) attivitajiet relatati mal-landfills, inċineraturi 21 u impjanti tat-trattament mekkaniku u bijoloġiku 22 ; u (iv) attivitajiet fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent. It-termini ta’ referenza għandhom jeħtieġu wkoll li jintgħażlu biss attivitajiet li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Investiment C3.2 R1-I2 — It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-universitajiet u l-istituti tar-riċerka għall-innovazzjoni

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li jgħin biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-sistema xjentifika permezz tal-bini ta’ infrastruttura li tippermetti l-konsolidazzjoni ta’ universitajiet u istituti xjentifiċi. Il-finanzjament għall-infrastruttura tar-riċerka xjentifika għandu jingħata biss lil dawk l-istituzzjonijiet li se jintroduċu l-ftehimiet ġodda tal-programm, kif indikat fl-investiment C3.2 R1-I1.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma C3.2 R2 — Ħolqien ta’ qafas biex jiġu attirati studenti u riċerkaturi lejn l-oqsma STEM u ICT

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li jiġi introdott qafas ta’ abilitazzjoni ġdid għall-avvanz u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi fl-oqsma STEM u ICT sabiex jiżdiedu n-numru u l-kwalità tar-riċerkaturi u l-professjonisti fis-setturi xjentifiċi u tan-negozju u biex jissaħħaħ il-potenzjal għall-innovazzjoni. Fuq medda twila ta’ żmien, ir-riforma hija mistennija li tippermetti li l-kapital uman jidħol mill-istituzzjonijiet xjentifiċi għall-ekonomija permezz tat-trasferiment ta’ għarfien speċjalizzat, teknoloġiji avvanzati, kollaborazzjoni bejn l-akkademja u n-negozju permezz ta’ pjattaformi tat-teknoloġija u l-iżvilupp ta’ start-ups u spin-offs ta’ teknoloġija avvanzata, kif ukoll infrastrutturi miftuħa tar-riċerka u t-teknoloġija.

Il-karrieri xjentifiċi għandhom isiru aktar attraenti permezz ta’ politika ta’ reklutaġġ ċara, trasparenti u bbażata fuq il-mertu fl-oqsma ewlenin tar-riċerka xjentifika. Il-karrieri fix-xjenza fis-STEM u l-ICT għandhom jiġu promossi mill-aktar livelli bikrija ta’ edukazzjoni. Il-qafas leġislattiv għandu jiġi emendat biex jindirizza l-mudell ta’ reklutaġġ u promozzjoni mhux kompetittiv u ta’ piż amministrattiv fis-sistema ta’ riċerka xjentifika tal-Kroazja.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2022.

Investiment C3.2 R2-I1 — Żvilupp ta’ mudell abilitanti għall-progress fil-karriera tar-riċerkaturi u t-twettiq ta’ riċerka xjentifika avvanzata fl-oqsma STEM u ICT

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li jiżviluppa u jintroduċi qafas ġdid ta’ abilitazzjoni u sistema ta’ inċentivi għall-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi. L-investiment għandu jinkludi:

-L-istabbiliment ta’ qafas ġdid għall-finanzjament ta’ programmi ta’ riċerka għall-appoġġ tal-avvanz u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, abbażi ta’ analiżi dettaljata u rakkomandazzjonijiet ta’ studju espert. Il-qafas għandu jiffoka fuq l-ippremjar tal-eċċellenza fir-riċerka, il-kooperazzjoni mal-industrija, u l-kooperazzjoni internazzjonali.

-L-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid ta’ finanzjament ta’ programmi ta’ riċerka għat-tisħiħ, l-attrazzjoni u ż-żamma ta’ talent fir-riċerka, it-tisħiħ tal-ħiliet STEM u ICT, it-trawwim tal-mobbiltà lejn u minn istituzzjonijiet internazzjonali u l-industrija, l-inkoraġġiment ta’ negozji ġodda, u l-istabbiliment ta’ karrieri ta’ riċerka indipendenti għax-xjenzati f’riċerka kompetittiva u mmirata internazzjonalment f’livelli ta’ tħejjija teknoloġika għolja. Il-qafas għandu jinkludi għotjiet għal: (i) Boroż ta’ studju STEM u ICT; (ii) Programm għal Riċerkaturi Żgħażagħ; (iii) programm tenure track; (iv) skema ta’ mobbiltà; (v) kumpaniji start-up/spin-off ta’ riċerkaturi żgħażagħ; u (vi) Programm ta’ Traineeships Intraprenditorjali.

Is-sostenibbiltà tal-programmi ta’ finanzjament wara l-2026 għandha tiġi żgurata permezz tal-baġit tal-istat, l-iffrankar mistenni mill-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-programmi għall-universitajiet u l-istituti, u permezz taż-żieda mistennija fl-għotjiet għar-riċerka mogħtija lill-komunità xjentifika mill-Fondi tal-UE.

Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu f’termini ta’ referenza għal sejħiet għal proġetti li ġejjin għandhom jeskludu l-lista ta’ attivitajiet li ġejja: (i) attivitajiet relatati mal-karburanti fossili, inkluż l-użu downstream 23 ; (ii) attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti 24 ; (iii) attivitajiet relatati mal-landfills, inċineraturi 25 u impjanti tat-trattament mekkaniku u bijoloġiku 26 ; u (iv) attivitajiet fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent. It-termini ta’ referenza għandhom jeħtieġu wkoll li jintgħażlu biss attivitajiet li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

L-investiment għandu jiġi implimentat sat-30 ta’ Marzu 2025.

Investiment C3.2 R2-I2 — Investiment fir-riċerka — infrastruttura teknoloġika fl-oqsma STEM u ICT

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali permezz ta’ investimenti fi proġetti ta’ infrastruttura ewlenin għal riċerka applikata u mmirata, biex jippermetti lir-riċerkaturi żgħażagħ jiżviluppaw karrieri f’kooperazzjoni mas-settur tan-negozju u jipprovdu pjattaforma kollaborattiva għal attivitajiet ta’ innovazzjoni lir-riċerkaturi b’esperjenza.

Din il-miżura għandha tistabbilixxi u tgħammar l-infrastruttura xjentifika, teknoloġika u tal-innovazzjoni ta’ importanza strateġika b’potenzjal għoli ta’ riċerka għal STEM u ICT, li għandha ssaħħaħ il-kapaċità umana għal riċerka xjentifika avvanzata u kooperazzjoni mas-settur tan-negozju. L-infrastruttura għandha tkun ibbażata fuq prinċipji ta’ innovazzjoni miftuħa u tappoġġa direttament oqsma ta’ teknoloġija nadifa u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C3.2 R3 — Titjib tal-    effiċjenza tal-investiment pubbliku fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li jiġi implimentat mudell ta’ governanza aktar funzjonali u effiċjenti għal riċerka kompetittiva u li jiġu stabbiliti skemi ta’ żvilupp u innovazzjoni li jippermettu proċess ta’ għażla ta’ proġetti ta’ riċerka aktar rapidu u bbażat fuq il-mertu.

Ir-riforma għandha tinkludi l-adozzjoni ta’ Att ġdid dwar il-Fondazzjoni Kroata tax-Xjenza biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Fondazzjoni Kroata tax-Xjenza u jitnaqqas l-għadd ta’ istituzzjonijiet attwalment involuti fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni. Dan il-qafas legali ġdid għandu jippermetti li l-kapaċità tal-Fondazzjoni tiġi ttrasformata u msaħħa f’korp li, minbarra l-kompetenzi maqbula u definiti b’mod ċar fil-qafas tal-koordinazzjoni interistituzzjonali fi ħdan il-Kunsill Nazzjonali tal-Innovazzjoni, għandu jiżgura approċċ simplifikat u sistematiku għall-ġestjoni tal-finanzjament tal-proġetti.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2022.

Investiment C3.2 R3-I1 — Introduzzjoni ta’ qafas ta’ programmazzjoni ta’ proġetti ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni aktar funzjonali

L-għan ta’ din il-miżura huwa li ttejjeb is-sistema eżistenti tal-finanzjament tar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni (RŻI) li tiffinanzja u tappoġġa l-iżvilupp ta’ riċerka u prodotti mill-aktar avvanzati. L-investiment għandu jinkludi:

-L-istabbiliment ta’ qafas ġdid għat-twettiq tal-politiki tar-RŻI billi jitfasslu programmi ġodda ta’ finanzjament għall-appoġġ tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll it-titjib tal-kapaċitajiet tal-Fondazzjoni Kroata tax-Xjenza, abbażi ta’ analiżijiet u studji dettaljati minn esperti esterni.

-L-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament (proġetti ta’ innovazzjoni fir-riċerka) permezz tal-qafas il-ġdid, li tirrappreżenta “fażi pilota” bl-għan fit-tul li tiġi replikata l-mentalità l-ġdida fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi RŻI, irrispettivament mis-sors ta’ finanzjament.

Is-sostenibbiltà tal-qafas ta’ programmazzjoni l-ġdid wara l-2026 għandha tiġi żgurata permezz ta’ finanzjament mill-baġit tal-Istat, filwaqt li titqies ukoll il-komplementarjetà mal-programmi ffinanzjati mill-FSIE.

Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu f’termini ta’ referenza għal sejħiet għal proġetti li ġejjin għandhom jeskludu l-lista ta’ attivitajiet li ġejja: (i) attivitajiet relatati mal-karburanti fossili, inkluż l-użu downstream 27 ; (ii) attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti 28 ; (iii) attivitajiet relatati mal-landfills, inċineraturi 29 u impjanti tat-trattament mekkaniku u bijoloġiku 30 ; u (iv) attivitajiet fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent. It-termini ta’ referenza għandhom jeħtieġu wkoll li jintgħażlu biss attivitajiet li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

 

 

Q.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Ħin

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

275

C3.2 R1

M

Att Ġdid dwar ix-Xjenza u l-Edukazzjoni Għolja

Dħul fis-seħħ tal-Att ġdid dwar ix-Xjenza u l-Edukazzjoni Għolja

 

 

 

Q3

2022

L-att leġislattiv il-ġdid għandu joħloq il-kondizzjonijiet legali u finanzjarji għal riforma organizzattiva u funzjonali ta’ universitajiet pubbliċi u istituti xjentifiċi u finanzjament immirat lejn il-kisba ta’ objettivi ta’ żvilupp istituzzjonali.

276

C3.2 R1-I1

T

Finanzjament allokat għal proġetti ta’ riċerka bbażati fuq sejħiet interni minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka matul l-ewwel ċiklu ta’ sentejn tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-programmi

 

Numru (Ammont)

 

17 619 079

Q1

2023

EUR 17 619 079 għandhom ikunu ngħataw għal proġetti ta’ riċerka mwettqa minn universitajiet u istituti ta’ riċerka li ffirmaw il-ftehimiet dwar il-programm. Il-proġetti għandhom jappoġġaw attivitajiet diretti xjentifiċi u ta’ riċerka (proġetti ta’ riċerka) u jkunu bbażati fuq speċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti ppubblikati, b’termini ta’ referenza inklużi kriterji ta’ eliġibbiltà li jiżguraw li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

277

C3.2 R1-I1

T

Sehem ta’ universitajiet jew istituti ta’ riċerka li ffirmaw ftehimiet ta’ programmi

 

% (Persentaġġ)

0

65

Q3

2024

Mill-inqas 65 % tal-universitajiet pubbliċi u l-istituti xjentifiċi għandhom ikunu ffirmaw ftehimiet ta’ programmi ġodda skont id-dispożizzjonijiet tal-Att il-ġdid dwar l-Attività Xjentifika u l-Edukazzjoni Għolja li għandhom jintroduċu sistema bbażata fuq il-prestazzjoni ta’ miri ta’ finanzjament għall-organizzazzjonijiet xjentifiċi pubbliċi.

278

C3.2 R1-I1

T

Proġetti ta’ riċerka kkompletati, fil-qasam ‘Aħdar’, minn organizzazzjonijiet xjentifiċi li ffirmaw Ftehimiet ta’ Programm ġodda

 

Numru


0

4

Q1

2025

Mill-inqas 4 proġetti ta’ riċerka li jappoġġaw direttament it-tranżizzjoni ekoloġika, imwettqa minn organizzazzjonijiet xjentifiċi li ffirmaw il-Ftehimiet tal-Programm il-ġodda, għandhom ikunu tlestew abbażi ta’ sejħa għal proġetti bbażata fuq speċifikazzjonijiet tal-offerti ppubblikati, b’termini ta’ referenza li jinkludu kriterji ta’ eliġibbiltà li jiżguraw li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

279

C3.2 R1-I1

T

Finanzjament allokat għal proġetti ta’ riċerka bbażati fuq sejħiet interni minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka

 

Numru (Ammont)

 

58 730 264

Q2

2025

EUR 58 730 264 għandhom ikunu ngħataw għal proġetti ta’ riċerka mwettqa minn universitajiet u istituti ta’ riċerka li ffirmaw il-ftehimiet dwar il-programm. Il-proġetti għandhom jappoġġaw attivitajiet diretti xjentifiċi u ta’ riċerka (proġetti ta’ riċerka) u jkunu bbażati fuq speċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti ppubblikati, b’termini ta’ referenza inklużi kriterji ta’ eliġibbiltà li jiżguraw li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

280

C3.2 R1-I2

T

Riorganizzazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u istituti xjentifiċi

 

Numru

0

6

Q4

2025

Abbażi tal-mudell għar-riorganizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u istituti xjentifiċi żviluppati minn esperti esterni indipendenti u adottati mill-Ministeru tax-xjenza u l-edukazzjoni fi djalogu mal-akkademja u s-sħab soċjali, għandhom jiġu ffinalizzati mill-inqas sitt (6) riorganizzazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u istituti xjentifiċi li jinvolvu mill-inqas 12-il organizzazzjoni ta’ riċerka xjentifika. L-implimentazzjoni ta’ riorganizzazzjoni partikolari tista’ tinvolvi fużjonijiet formali, integrazzjoni funzjonali u/jew konsolidazzjoni istituzzjonali (eż. konsolidazzjoni ta’ diversi komponenti tal-Università, integrazzjoni ta’ istituti li qabel kienu indipendenti f’università, fużjoni ta’ żewġ istituti jew aktar). Riorganizzazzjoni titqies li tinvolvi bidla fl-istatus ta’ żewġ istituzzjonijiet jew aktar, u din il-miżura għandha għalhekk tirriżulta fl-integrazzjoni/konsolidazzjoni ta’ mill-inqas 12-il organizzazzjoni ta’ riċerka xjentifika.

281

C3.2 R2

M

Qafas legali ġdid li jirregola r-rekwiżiti tal-kwalità għall-programmi ta’ studju, l-istudji dottorali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-istituzzjonijiet xjentifiċi

Dħul fis-seħħ ta’ qafas legali ġdid

 

 

 

Q3

2022

Il-qafas legali l-ġdid għandu jipprovdi bażi għal sistema ġdida ta’ promozzjoni bbażata fuq l-eċċellenza u regolamentazzjoni aħjar tal-iżvilupp tal-karriera, u b’hekk jippermetti kundizzjonijiet biex jiġu attratti u miżmuma riċerkaturi ta’ kwalità. Il-qafas legali l-ġdid għandu jippermetti lix-xjenzati żgħażagħ jirnexxu fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ kwalità xjentifika rikonoxxuti internazzjonalment u b’inqas ostakli amministrattivi. Dan għandu jinkludi arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-promozzjoni tar-reklutaġġ ta’ riċerkaturi b’responsabbiltajiet ta’ kura.
Il-qafas legali l-ġdid jikkonsisti fi:

1) Att ġdid dwar l-Assigurazzjoni tal-Kwalità fix-Xjenza u l-Edukazzjoni Għolja

2) Ordinanza dwar il-kundizzjonijiet għall-għażla f’titoli xjentifiċi

282

C3.2 R2-I1

T

Għotjiet mogħtija taħt il-qafas ta’ programmazzjoni biex tiżdied id-disponibbiltà u l-impjegabbiltà tal-gradwati fl-oqsma STEM/ICT u tittejjeb il-mobbiltà tagħhom għall-kooperazzjoni nazzjonali u internazzjonali

 

Numru

0

3 354

Q1

2025

Abbażi ta’ servizzi ta’ konsulenza minn esperti esterni li għandhom ikunu involuti fit-tħejjija tal-qafas il-ġdid ta’ strumenti għall-promozzjoni u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, għandhom jingħataw mill-inqas 3 354 għotja, taħt il-qafas il-ġdid. Is-sejħiet għal proġetti għandhom ikunu bbażati fuq speċifikazzjonijiet tal-offerti ppubblikati, b’termini ta’ referenza inklużi kriterji ta’ eliġibbiltà li jiżguraw li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

283

C3.2 R2-I2

T

Proġetti ta’ infrastruttura għal riċerka applikata u mmirata

 

Numru

0

4

Q2

2026

Erba’ proġetti ta’ infrastruttura tat-teknoloġija xjentifika għal riċerka applikata u mmirata għandhom jiġu ffinalizzati, sabiex ir-riċerkaturi żgħażagħ ikunu jistgħu jiżviluppaw karriera f’kollaborazzjoni mas-settur tan-negozju u r-riċerkaturi b’esperjenza, u biex jiġi appoġġat il-proċess ta’ trasformazzjoni diġitali.

284

C3.2 R3

M

Liġi ġdida dwar il-Fondazzjoni Kroata tax-Xjenza

Dħul fis-seħħ tal-Att il-ġdid dwar il-Fondazzjoni Kroata tax-Xjenza.

 

 

 

Q3

2022

L-att il-ġdid dwar il-Fondazzjoni Kroata tax-Xjenza għandu jiddefinixxi missjoni ċara tal-Fondazzjoni għat-Tmexxija, il-Koordinazzjoni, id-Disinn, il-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni tal-Programm u l-Evalwazzjoni tal-programmi u l-politiki ta’ finanzjament tal-proġetti R&Ż, filwaqt li joħloq sistema b’saħħitha u indipendenti għall-implimentazzjoni tal-għażla, il-finanzjament u l-monitoraġġ tal-effetti tal-proġett R&Ż.

285

C3.2 R3-I1

T

Għotjiet mogħtija taħt “programm pilota” li jappoġġa l-istabbiliment ta’ qafas riformat RŻI.

 

Numru

0

300

Q4

2025

Abbażi tal-assistenza konsultattiva minn esperti esterni mqabbdin għall-istabbiliment tal-qafas istituzzjonali u ta’ programmazzjoni l-ġdid tar-RŻI u t-tfassil ta’ programmi ġodda tar-R&Ż, mill-inqas 300 għotja għandhom ikunu ngħataw għal proġetti mmirati lejn il-kooperazzjoni bejn intrapriżi u organizzazzjonijiet ta’ riċerka jew trasferimenti ta’ għarfien u teknoloġija taħt “programm pilota” biex jiġi appoġġat l-istabbiliment ta’ qafas riformat tar-RŻI. Dawn il-proġetti għandhom ikunu bbażati fuq speċifikazzjonijiet tal-offerti ppubblikati, b’termini ta’ referenza inklużi kriterji ta’ eliġibbiltà li jiżguraw li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

   R. KOMPONENT 4.1: IT-TITJIB TAL-MIŻURI DWAR L-IMPJIEGI U L-QAFAS LEGALI GĦAL SUQ TAX-XOGĦOL MODERN U L-EKONOMIJA TAL-FUTUR

Dan il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizza kwistjonijiet tas-suq tax-xogħol, jiġifieri permezz tal-immodernizzar tar-regolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-iżvilupp ta’ politiki attivi mmirati tas-suq tax-xogħol. L-objettiv ġenerali tar-riformi u l-investimenti f’dan il-komponent huwa li jgħinu biex jiżdiedu l-impjiegi fil-Kroazja, li għadu ferm taħt il-medja tal-UE minkejja t-titjib f’dawn l-aħħar snin.

L-objettivi speċifiċi segwiti minn dan il-komponent huma dawn li ġejjin:

-L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki attivi ġodda tas-suq tax-xogħol li jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi f’oqsma ekoloġiċi u diġitali

-Titjib fis-sistema ta’ inklużjoni u monitoraġġ ta’ gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol

-L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ kupuni għall-edukazzjoni u t-titjib tal-ħiliet għall-adulti, b’mod partikolari l-akkwist ta’ ħiliet relatati mat-teknoloġiji ekoloġiċi u diġitali

-Titjib fil-liġi tax-xogħol

Dan il-komponent jindirizza r-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż biex jissaħħu l-miżuri u l-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol u l-koordinazzjoni tagħhom mas-servizzi soċjali (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 2, 2019), kif ukoll ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż biex jiġi promoss l-akkwist ta’ ħiliet (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 2.4, 2020). 

R.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C4.1 R1 — Żvilupp u implimentazzjoni ta’ politiki attivi ġodda mmirati għas-suq tax-xogħol għall-finijiet ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tas-suq tax-xogħol

L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li jiġu adottati politiki attivi ġodda tas-suq tax-xogħol (ALMP) biex tingħata spinta lill-impjiegi u l-impjiegi indipendenti marbuta mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u tiżdied il-kompetittività u l-impjegabbiltà tal-forza tax-xogħol f’konformità mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u b’enfasi partikolari fuq l-attivazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul.

Il-miżura għandha tiżviluppa u tiffinanzja tliet miżuri ġodda ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol li jiffukaw fuq it-tranżizzjoni doppja, jiġifieri:

-Għoti ta’ appoġġ għall-impjiegi f’xogħlijiet relatati mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali

-Għoti ta’ appoġġ għal traineeships relatati mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali

-Għoti ta’ appoġġ għall-impjieg indipendenti relatat mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali

Fil-każ ta’ appoġġ għall-impjiegi u t-traineeships, l-impjiegi fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali għandhom jiġu definiti mis-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Kroat f’konformità mal-aħjar prattiki bħad-definizzjoni ta’ impjiegi ekoloġiċi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.

Fil-każ ta’ impjieg indipendenti, is-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Kroat (PES) għandu jiżviluppa kriterji, f’konformità mal-aħjar prattiki, għall-valutazzjoni tal-konsistenza tal-pjanijiet tan-negozju tal-applikanti mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, f’liema każijiet l-ammont tal-għotja ta’ appoġġ ikun ogħla.

Sabiex tiżdied il-kopertura tal-miżuri ALMP, b’mod partikolari lejn gruppi vulnerabbli ta’ benefiċjarji żvantaġġati ħafna fis-suq tax-xogħol, it-tul ta’ żmien tal-għotjiet ta’ appoġġ għall-impjiegi għandu jiġi estiż għal sentejn għal rekluti ġodda.

Miżuri ġodda għall-persuni qiegħda fit-tul u għall-persuni inqas impjegabbli minn gruppi vulnerabbli għandhom jiġu kkombinati mal-użu ta’ kupuni tal-ħiliet biex jipprovdu ħiliet relatati mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Il-finanzjament tal-għotjiet biex jappoġġaw l-impjiegi f’xogħlijiet relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika huwa mistenni li jammonta għal 70 % tal-allokazzjoni ġenerali filwaqt li t-30 % li jifdal huma maħsuba għall-finanzjament ta’ għotjiet biex jappoġġaw l-impjiegi f’xogħlijiet relatati mat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma C.4.1 R2 — Tisħiħ tas-sistema ta’ inklużjoni u monitoraġġ ta’ gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol permezz ta’ titjib fil-proċessi tas-servizzi tal-impjiegi

L-għan ta’ din il-miżura huwa li jissaħħaħ l-appoġġ għal persuni qiegħda u gruppi vulnerabbli permezz ta’:

-It-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u l-ħiliet tal-persunal biex jaħdmu ma’ gruppi vulnerabbli

-It-titjib tas-sistemi ta’ tfassil ta’ profili u s-segmentazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli

-L-introduzzjoni ta’ pjanijiet ta’ integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u programmi ta’ attivazzjoni għal gruppi vulnerabbli

-L-iżvilupp ta’ sistema ta’ monitoraġġ għall-eżiti tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol permezz ta’ miżuri ta’ politika attiva dwar l-impjiegi fil-livell tal-benefiċjarju

-L-espansjoni u l-organizzazzjoni mill-ġdid tan-network eżistenti taċ-ċentri ta’ orjentazzjoni tal-karriera tas-CISOK, b’enfasi fuq ir-rwol tagħhom li jattiraw liż-żgħażagħ barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew it-taħriġ

-Żieda fl-ammont u t-tul tal-benefiċċju tal-qgħad f’konformità mar-riżultati ta’ analiżi.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Riforma C4.1 R3 — Twaqqif ta’ sistema ta’ kupuni għall-edukazzjoni, it-taħriġ u t-titjib tal-ħiliet għall-adulti

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li żżid l-impjegabbiltà tal-ħaddiema u tqabbel aħjar il-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol billi tappoġġa t-tagħlim tul il-ħajja u l-akkwist ta’ ħiliet ġodda, b’mod partikolari ħiliet ekoloġiċi u diġitali.

Ir-riforma għandha tinkludi:

-L-adozzjoni ta’ Att ġdid dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti, li għandu jkollu l-għan li jtejjeb il-kwalità tat-tagħlim għall-adulti permezz ta’ akkreditazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni mtejba tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti, l-introduzzjoni ta’ kupuni għall-edukazzjoni għall-adulti u l-allinjament tagħhom mal-Qafas Kroat tal-Kwalifiki fis-sistema tal-edukazzjoni għall-adulti.

-L-immappjar tal-ħiliet, b’enfasi fuq il-ħiliet ta’ prijorità fis-suq tax-xogħol, inklużi ħiliet f’nuqqas ta’ ħiliet, ħiliet ekoloġiċi u diġitali, li se jintużaw biex jiġi aġġornat il-katalogu tal-ħiliet u jiġu definiti l-ħiliet u l-programmi edukattivi relatati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-kupuni.

-L-iżvilupp ta’ għodda tal-IT għal valutazzjoni komprensiva tal-ħiliet tal-benefiċjarji potenzjali.

-Komunikazzjoni ma’ gruppi vulnerabbli bl-użu ta’ orjentazzjoni u konsulenza biex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom f’inizjattivi ta’ titjib tal-ħiliet, inklużi kupuni.

-L-operazzjonalizzazzjoni tal-applikazzjoni għall-użu ta’ kupuni mill-benefiċjarji, il-fornituri tal-edukazzjoni, il-konsulenti u l-impjegaturi.

Ir-riforma għandha tiġi implimentata sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Investiment C4.1 R3-I1 — Implimentazzjoni ta’ kupuni għall-edukazzjoni, it-taħriġ u t-titjib tal-ħiliet għall-adulti

Dan l-investiment għandu jinkludi l-finanzjament ta’ kupuni għal programmi akkreditati ta’ edukazzjoni, taħriġ u titjib tal-ħiliet għall-adulti biex jinkisbu l-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol, u b’mod partikolari fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u diġitali. Il-finanzjament għal programmi relatati mal-ħiliet meħtieġa fit-tranżizzjoni ekoloġika huwa mistenni li jammonta għal 70 % tal-allokazzjoni globali tal-investiment filwaqt li t-30 % li jifdal huwa previst għal programmi ta’ finanzjament relatati mal-kisba ta’ ħiliet diġitali.

L-investiment għandu jiġi implimentat kontinwament mit-30 ta’ Ġunju 2022, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C4.1 R4 — Titjib fil-leġiżlazzjoni tax-xogħol

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li jinħoloq qafas leġiżlattiv ċar u modern immirat lejn it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, ir-regolamentazzjoni aħjar ta’ forom ġodda ta’ xogħol u l-inkoraġġiment tat-tranżizzjonijiet minn kuntratti fissi għal kuntratti indefiniti u minn xogħol mhux iddikjarat għal xogħol iddikjarat.

Ir-riforma għandha tinkludi emendi għall-Att tax-Xogħol, jiġifieri:

(1)Ir-regolazzjoni tax-xogħol imwettaq mid-dar bil-għan li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-partijiet għar-relazzjoni ta’ impjieg f’ċirkostanzi eċċezzjonali u regolari.

(2)Diżinċentivi għall-użu ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien fiss mhux ġustifikati, b’mod partikolari dawk ta’ żmien qasir ħafna u li jillimitaw l-għadd ta’ kuntratti temporanji suċċessivi possibbli u jipprevjenu l-abbuż ta’ tali kuntratti, b’mod partikolari fir-rigward tar-reklutaġġ minn impjegaturi relatati, u jiddefinixxu aħjar il-kunċett ta’ “suċċessività”.

(3)It-tisħiħ tad-dritt għal xogħol addizzjonali għal impjegaturi oħra.

(4)Il-ħolqien ta’ qafas legali li jirregola x-xogħol permezz ta’ pjattaformi online bħala forma ta’ ħidma speċifika, billi jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi soġġettivi li jirriżultaw minn din ir-relazzjoni legali speċifika — id-drittijiet u l-obbligi fundamentali abbażi tax-xogħol, l-assigurazzjoni obbligatorja, is-sikurezza u s-sigurtà, il-perjodi ta’ mistrieħ, it-terminazzjoni tal-kuntratti, il-kodeċiżjoni u l-assoċjazzjoni u d-drittijiet fir-relazzjonijiet kollettivi ta’ impjieg.

(5)Reviżjonijiet tad-dispożizzjoni legali dwar it-terminazzjoni awtomatika tal-impjieg fil-bidu tal-età tal-irtirar u r-reviżjoni tad-dispożizzjoni ta’ terminazzjoni obbligatorja f’każijiet ta’ impjegati li jilħqu l-età tal-irtirar, bil-għan li l-ħaddiema jiġu inċentivati jibqgħu attivi, filwaqt li jiġi evitat piż żejjed fuq l-impjegaturi.

(6)Id-definizzjoni adegwata tal-kunċett ta’ paga u l-komponenti kollha tagħha, sabiex tintrabat aħjar mal-paga minima u tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-regolamenti u r-regoli tax-xogħol dwar it-tassazzjoni tad-dħul mill-impjieg.

(7)Id-definizzjoni tal-kopertura tad-drittijiet tal-ftehim kollettiv permezz ta’ rabta aħjar mas-sħubija, sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni baxxa tal-ħaddiema fit-trade unions u n-negozjar kollettiv u b’hekk jissaħħaħ id-djalogu soċjali.

Ir-riforma għandha temenda l-Liġi dwar l-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja billi tittrasferixxi l-ispiża tal-liv minħabba mard għall-ħaddiema attivi li huma eliġibbli għal irtirar tax-xjuħija lill-Istitut tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Kroat.

Ir-riforma għandha tinkludi emendi għal-liġijiet eżistenti li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-impjieg u l-adozzjoni ta’ liġi ġdida dwar l-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat, kif ukoll azzjonijiet mhux leġiżlattivi biex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat, jiġifieri:

(1)It-tisħiħ tal-għarfien u l-kompetenzi tal-partijiet ikkonċernati u tal-istituzzjonijiet li jissorveljawhom

(2)Il-ħolqien ta’ bażijiet tad-data komuni għall-monitoraġġ effettiv tal-infurzar

(3)Definizzjoni mill-ġdid u armonizzazzjoni aħjar tal-penali imposti għal xogħol mhux iddikjarat

(4)Tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-benefiċċji tax-xogħol legali u l-iżvantaġġi tax-xogħol mhux iddikjarat, inkluż permezz ta’ kampanji li jirreklamaw ukoll il-possibbiltajiet li jintużaw miżuri attivi tas-suq tax-xogħol marbuta mal-impjieg indipendenti, kif ukoll taħriġ dwar il-modi differenti ta’ kif jiġi rreġistrat sengħa tan-negozju li għalihom il-benefiċċji pubbliċi jitħallsu f’somom f’daqqa f’konformità mar-regoli tat-taxxa.

(5)L-istabbiliment ta’ rekords elettroniċi tal-ħaddiema u tal-ħin tax-xogħol fis-settur tal-kostruzzjoni, u mbagħad b’mod gradwali f’attivitajiet oħra.

(6)Regolamentazzjoni usa’ tar-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ ħlas tal-pagi fil-katina kuntrattwali fil-każ ta’ sottokuntrattar.

(7)Id-definizzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat fil-manifestazzjonijiet kollha tiegħu, it-tisħiħ tal-ispezzjonijiet u l-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet u r-regolamentazzjoni tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet involuti fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat.

(8)Id-definizzjoni tal-proċess ta’ tranżizzjoni minn xogħol mhux iddikjarat għal xogħol iddikjarat, billi min iħaddem jingħata l-mandat biex jirreġistra impjegat b’mod retroattiv mill-ewwel jum tax-xogħol tiegħu (u minimu ta’ tliet xhur) fi żmien tlett ijiem wara li l-ispezzjoni tidentifika xogħol mhux iddikjarat. Barra minn hekk, il-ksur iġib miegħu penali fl-ammont preskritt għal kull ħaddiem mhux iddikjarat u obbligu li jitħallsu s-salarju u l-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-ħaddiem.

Ir-riforma għandha tinkludi emendi għall-Att dwar il-Paga Minima, jiġifieri:

(1)L-esklużjoni tal-maġġoranza tas-supplimenti tal-paga mill-ammont tal-paga minima u l-għoti ta’ mandat għal żidiet minimi għas-sahra, ix-xogħol billejl u x-xogħol fil-Ħdud u fil-btajjel.

(2)Tiġi eskluża l-possibbiltà li l-paga minima tiġi rrinunzjata sabiex jiġu evitati abbużi possibbli minn min iħaddem.

(3)It-tisħiħ tal-kontrolli mill-awtoritajiet ta’ spezzjoni u d-definizzjoni mill-ġdid tal-penali għan-nuqqas ta’ ħlas tal-pagi minimi.

(4)It-tisħiħ tar-rwol tal-Kummissjoni Esperta għall-Monitoraġġ u l-Analiżi ta’ Żviluppi fil-Pagi Minimi billi tiġi fdata b’analiżi tal-impatt potenzjali taż-żidiet fil-paga minima fuq l-ekonomija, l-impjiegi, l-istandard tal-għajxien u segmenti oħra tal-ħajja u tax-xogħol, u, għaldaqstant, biex tirrakkomanda linji gwida.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

R.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Ħin

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

286

C4.1 R1

M

Is-supplimentar tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol

Ġew adottati tliet miżuri ġodda ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol

 

 

 

Q1

2022

Is-servizz tal-Impjiegi Kroat għandu jadotta tliet miżuri ġodda biex jappoġġa l-ħolqien tal-impjiegi fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-użu tal-fondi taħt dawn il-miżuri, kif ukoll l-attivitajiet tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Kroat, għandhom jitfasslu biex jipprijoritizzaw ir-riattivazzjoni u l-impjieg (indipendenti) ta’ persuni inattivi, qiegħda fit-tul u żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET).

287

C4.1 R1

T

Għadd ta’ benefiċjarji tal-miżuri attivi ġodda tal-politika tas-suq tax-xogħol

 

Numru

0

26 400

Q4

2025

Mill-inqas 26 400 jibbenefikaw mill-politiki attivi l-ġodda tas-suq tax-xogħol, li minnhom mill-inqas 13 000 għandhom ikunu qiegħda fit-tul, inattivi u żgħażagħ NEET.

288

C4.1 R2

M

Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att dwar is-Suq tax-Xogħol

Dħul fis-seħħ tal-att li jemenda l-Att dwar is-Suq tax-Xogħol

 

 

 

Q4

2023

Id-dħul fis-seħħ ta’ Att dwar is-Suq tax-Xogħol emendat jew ġdid li jżid l-ammont u jtawwal id-durata tal-benefiċċji tal-qgħad, inaqqas ir-rekwiżiti għal ħaddiema vulnerabbli u jiddiġitalizza l-proċess ta’ applikazzjoni għall-benefiċċji tal-qgħad f’konformità mal-analiżi mwettqa.

289

C4.1 R2

M

Kwalità aħjar ta’ appoġġ għal gruppi vulnerabbli

Id-dħul fis-seħħ ta’ att delegat jew l-adozzjoni ta’ ġabra ta’ regoli interni dwar proċessi mtejba għall-ħidma tas-CES għat-tfassil ta’ profili, is-segmentazzjoni, l-integrazzjoni u l-attivazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli

 

 

 

Q4

2024

Il-proċessi l-ġodda tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Kroat huma operattivi għat-tfassil ta’ profili, is-segmentazzjoni, l-integrazzjoni u l-attivazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli, l-iżvilupp ta’ għodod għat-tlaqqigħ ta’ persuni qiegħda ma’ postijiet tax-xogħol battala u l-operazzjonalizzazzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-ALMP.

290

C4.1 R2

T

Kwalità aħjar ta’ appoġġ għal mill-inqas 5 000 persuna minn gruppi vulnerabbli

 

Numru

0

5 000

Q2

2025

L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni lejn gruppi vulnerabbli għandhom jippermettu l-inklużjoni ta’ 5 000 utent ġdid.

291

C4.1 R3

M

L-iżvilupp ta’ ħiliet skont il-ħtiġijiet tas-suq

Sistema ta’ kupuni fl-użu

 

 

 

Q1

2022

Is-sistema ta’ kupuni hija operattiva u qed tintuża biex tiffinanzja l-parteċipazzjoni esklussivament fi programmi edukattivi żviluppati abbażi tal-Qafas Kroat tal-Kwalifiki u implimentati permezz ta’ istituzzjonijiet akkreditati skont l-Att dwar l-Edukazzjoni tal-Adulti l-ġdid adottat. Huma involuti mill-inqas 25 programm edukattiv. Is-sistema għandu jkun fiha katalgu tal-ħiliet li jimmappja l-ħiliet eżistenti u meħtieġa fis-suq tax-xogħol, kif ukoll applikazzjoni tal-IT għall-ġestjoni u l-għoti ta’ kupuni. Is-sistema ta’ kupuni għandha tkun ta’ benefiċċju għall-persuni impjegati u dawk qiegħda, b’enfasi partikolari fuq gruppi vulnerabbli (persuni qiegħda fit-tul, NEET inattivi jew żgħażagħ).

292

C4.1 R3-I1

T

L-użu ta’ kupuni tal-edukazzjoni

 

Numru

0

30 000

Q2

2026

Vawċers mogħtija lil mill-inqas 30 000 benefiċjarju uniku, li minnhom mill-inqas 12 000 persuna qiegħda fit-tul, NEETs inattivi jew żgħażagħ.

293

C4.1 R4

M

Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att dwar il-Paga Minima

Dħul fis-seħħ tal-att li jemenda l-Att dwar il-Paga Minima

 

 

 

Q4

2021

L-att il-ġdid dwar il-Paga Minima għandu jeskludi d-diversi supplimenti tal-paga mill-paga minima u jordna żidiet minimi għas-sahra, ix-xogħol ta’ billejl, il-Ħdud u l-festi pubbliċi. Għandu wkoll jipprojbixxi il-possibbiltà li l-paga minima tiġi rinunzjata sabiex jiġi evitat l-abbuż, jissaħħaħ il-kontroll tal-korpi ta’ spezzjoni u jiġu definiti mill-ġdid il-pieni għat-trasgressuri.

294

C4.1 R4

M

Adozzjoni tal-Liġi dwar l-Indirizzar ta’ Xogħol Mhux Iddikjarat u l-Liġi tax-Xogħol il-ġdida

Dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-Indirizzar ta’ Xogħol Mhux Iddikjarat u l-Att li jemenda l-Liġi tax-Xogħol

 

 

 

Q4

2022

Il-liġi tax-Xogħol emendata jew ġdida għandha tirregola x-xogħol outplace u x-xogħol fuq pjattaforma diġitali, tillimita l-għadd ta’ kuntratti temporanji suċċessivi, issaħħaħ id-dritt għax-xogħol għal impjegaturi oħra u tirrevedi l-klawżola tal-irtirar ta’ 65 sena, tibdel id-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament tal-liv minħabba mard u s-sensja għall-ħaddiema fl-età tal-irtirar, tinkoraġġixxi impjieg addizzjonali u impjieg part-time u tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol u l-post tax-xogħol u tnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa. Il-liġi l-ġdida jew emendata dwar l-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat għandha tiddefinixxi x-xogħol mhux iddikjarat u l-manifestazzjonijiet kollha tiegħu, issaħħaħ l-ispezzjonijiet u tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-imġiba ħażina, tirregola l-proċess tat-trasferiment tal-ħaddiema mix-xogħol mhux iddikjarat għal dak iddikjarat.

295

C4.1 R4

T

Iż-żieda tal-proporzjon tal-paga minima mal-paga grossa medja fl-2024 għal 50 % fi

 

% (Persentaġġ)

46,29

50

Q1

2025

F’konsultazzjoni mas-sħab soċjali u f’kooperazzjoni mal-Bord ta’ Esperti dwar il-Monitoraġġ u l-Analiżi tal-Iżviluppi fil-Pagi Minimi, il-paga minima għandha tiżdied għal 50 % tal-paga medja mis-sena preċedenti.

296

C4.1 R4

T

Tnaqqis tas-sehem ta’ kuntratti temporanji għal 17 %

 

% (Persentaġġ)

18,1

17

Q2

2026

L-emendi għal-Liġi tax-Xogħol għandhom joħolqu l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tal-għadd ta’ kuntratti temporanji, li huwa mistenni li jonqos minn 18,1 % għal mhux aktar minn 17 %.

   S. KOMPONENT 4.2: TITJIB TAS-SISTEMA TAL-PENSJONIJIET PERMEZZ TA’ ŻIEDA FL-ADEGWATEZZA TAL-PENSJONIJIET

Dan il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ is-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet, billi jinċentiva ħajjiet tax-xogħol itwal, isaħħaħ it-tieni pilastru tal-pensjonijiet u jżid il-pensjonijiet l-aktar baxxi. L-objettiv ġenerali tar-riforma f’dan il-komponent huwa li jittejbu l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet.

S.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C4.2 R1 — Żieda fl-adegwatezza tal-pensjonijiet permezz ta’ riforma kontinwa tal-pensjonijiet

L-għan ta’ din ir-riforma huwa maqsum fi tlieta: i) it-titjib tal-adegwatezza tal-pensjonijiet, b’mod partikolari għall-benefiċjarji bl-inqas introjtu, ii) it-titjib tas-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet permezz tat-tisħiħ tat-tieni pilastru tal-pensjonijiet u iii) it-tisħiħ tal-isforzi ta’ riforma fit-tul b’mod soċjalment inklużiv billi jiġi ffurmat Grupp ta’ Ħidma li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali ewlenin kollha.

Biex titjieb l-adegwatezza tal-pensjonijiet, ir-riforma għandha tinkludi:

-Żieda fil-pensjoni minima b’minimu ta’ 3 % f’termini reali (jiġifieri aktar mill-indiċjar regolari);

-Modifiki fil-kalkolu tal-pensjoni tas-superstiti, li jirriżultaw f’żieda fid-dħul totali tal-pensjoni ta’ mill-inqas 10 % għall-benefiċjarji ta’ pensjoni tas-superstiti u l-introduzzjoni tal-possibbiltà li tintuża parti mill-pensjoni tas-superstiti flimkien ma’ pensjoni personali għal benefiċjarji tal-pensjoni aktar baxxi (kemm tal-pensjoni tax-xjuħija kif ukoll tal-invalidità) taħt kundizzjonijiet relatati mal-età u d-dħul.

Għat-tisħiħ tat-tieni pilastru tal-pensjonijiet, ir-riforma għandha tinkludi:

-It-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-investimenti eliġibbli għall-fondi tal-pensjonijiet tat-tieni pilastru;

-L-adozzjoni mill-gvern ta’ konklużjoni dwar ir-Rapport dwar l-analiżi tal-kosteffettività tal-investimenti obbligatorji tal-fondi tal-pensjonijiet f’intrapriżi tal-istat.

Sabiex tingħata spinta ġdida lill-isforzi ta’ riforma fis-sistema tal-pensjonijiet, ir-riforma għandha tinkludi:

-It-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ħidma biex janalizza s-sitwazzjoni tas-sistema tal-pensjonijiet, bil-għan li jtejjeb l-adegwatezza tal-pensjonijiet u jiżgura s-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet.

-Implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma permezz ta’ bidliet leġiżlattivi.

Il-miżuri ta’ din ir-riforma għandhom jiġu implimentati permezz ta’ emendi għall-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.

 

S.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Ħin

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

297

C4.2 R1

M

Adozzjoni tal-emendi għall-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni l-ġdid jew emendat.

 

 

 

Q1

2023

L-emendi għall-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni għandhom iżidu l-pensjoni minima u l-fattur tal-pensjoni użat biex jiġi kkalkulat l-ammont tal-pensjoni tas-superstiti biex ikun possibbli li tintuża parti mill-pensjoni tas-superstiti flimkien ma’ pensjoni personali (anzjana/invalidità) taħt kondizzjonijiet relatati mal-età u d-dħul, għal pensjonanti bi dħul aktar baxx.

298

C4.2 R1

M

Adozzjoni tal-Konklużjonijiet dwar l-Aċċettazzjoni tar-Rapport dwar l-analiżi tal-kosteffettività tal-investimenti obbligatorji tal-fondi tal-pensjonijiet f’intrapriżi tal-istat.

L-adozzjoni mill-Gvern tal-Konklużjoni dwar l-Aċċettazzjoni tar-Rapport dwar l-Analiżi tal-Profittabbiltà tal-Investimenti Obbligatorji tal-Fondi tal-Pensjoni fl-SOEs.

 

 

 

Q1

2024

Għandha titwettaq analiżi esperta, segwita minn Rapport dwar l-analiżi mwettqa u approvata mill-Gvern, u biex jiġi ddeterminat jekk bidla fil-qafas leġiżlattiv fil-forma ta’ tfaddil kapitalizzat hijiex meħtieġa sabiex tiżdied l-adegwatezza tal-pensjonijiet taħt it-2ni pilastru tal-pensjonijiet.

299

C4.2 R1

T

Żieda ta’ bejn 10 % u 15 % fid-dħul totali tal-pensjoni għall-benefiċjarji tal-forma definita mill-ġdid tal-pensjoni tas-superstiti (minimu ta’ 10 %).

 

% (Persentaġġ)

0

10-15

Q1

2025

Definizzjoni mill-ġdid tal-mudell tal-pensjoni tas-superstiti għandha żżid il-pensjoni tas-superstiti bejn 10 % u 15 % b’mod globali meta mqabbla mal-livelli tal-2014.

300

C4.2 R1

M

Adozzjoni tal-emendi għall-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni

Id-dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni l-ġdid jew emendat, li għandu jinkludi miżuri, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-analiżi tas-sitwazzjoni tas-sistema tal-pensjonijiet, biex jittejbu l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet tas-sistema tal-pensjonijiet. (pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali)

 

 

 

Q4

2025

Għandu jitwaqqaf Grupp ta’ Ħidma bil-kompitu li janalizza s-sitwazzjoni tas-sistema tal-pensjonijiet u jiddiskuti aktar għażliet għat-titjib tal-adegwatezza u s-sostenibbiltà tagħha. Għandu jkun magħmul minn imsieħba soċjali, assoċjazzjonijiet tal-pensjonijiet, akkademiċi, konsulenti speċjalizzati u partijiet interessati oħra. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma għandhom jitqiesu kemm jista’ jkun meta jiġi emendat il-qafas leġiżlattiv, li għandu jkun soġġett għal konsultazzjonijiet pubbliċi.

301

C4.2 R1

T

Żieda tal-pensjoni minima bi 3 %

 

% (Persentaġġ)

0

3

Q1

2026

Żieda fil-pensjoni minima ta’ mill-inqas 3 % b’mod ġenerali f’termini reali (jiġifieri aktar mill-indiċjar regolari) meta mqabbla mal-2020.

   T. KOMPONENT 4.3: IT-TITJIB TAS-SISTEMA TA' PROTEZZJONI SOĊJALI

Dan il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizza l-isfidi li jikkonċernaw is-sistema tas-sigurtà soċjali, kemm fir-rigward tal-benefiċċji soċjali kif ukoll tas-servizzi soċjali. L-objettiv ġenerali tar-riformi u l-investimenti f’dan il-komponent huwa li jitnaqqas il-faqar, tiġi evitata l-esklużjoni soċjali u jiġu żviluppati servizzi soċjali mfassla għal gruppi vulnerabbli, biex b’hekk tinbena soċjetà aktar reżiljenti.

Il-komponent għandu jinkludi l-miżuri li ġejjin:  

-It-titjib tal-qafas leġiżlattiv permezz tal-adozzjoni tal-Att il-ġdid dwar is-Sistema ta’ Protezzjoni Soċjali u tliet dokumenti strateġiċi;

-Iż-żieda fl-adegwatezza u l-kopertura tal-Benefiċċju Minimu Garantit, il-benefiċċju ewlieni għat-tnaqqis tal-faqar fil-livell nazzjonali;

-Il-konsolidazzjoni teknika u funzjonali tal-benefiċċji soċjali, fil-livelli nazzjonali u lokali, bl-introduzzjoni ta’ indiċjar u adattament regolari tal-kriterji ta’ eliġibbiltà;

-L-armonizzazzjoni tal-ipprezzar tas-servizzi soċjali fost diversi fornituri eżistenti;

-L-iżvilupp ta’ servizzi soċjali ġodda (mentoraġġ soċjali u assistenti tal-familja) bil-għan li jiġu evitati l-istituzzjonalizzazzjoni u l-esklużjoni soċjali;

-It-trawwim tat-tranżizzjoni għall-kura fit-tul ibbażata fid-djar u fil-komunità għall-anzjani permezz tal-iżvilupp ta’ servizzi mhux istituzzjonali, filwaqt li jiġu pprovduti kapaċitajiet ta’ akkomodazzjoni suffiċjenti esklużivament għal persuni li jeħtieġu kura fit-tul mingħajr alternattiva vijabbli fid-dar u fil-komunità.

Il-komponent jindirizza r-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż biex jiġu kkonsolidati l-benefiċċji soċjali u titjieb il-kapaċità tagħhom li jnaqqsu l-faqar (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 2.2, 2019), dwar l-adegwatezza tal-benefiċċji tal-qgħad u t-titjib tal-iskemi ta’ introjtu minimu (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 2.2, 2020), kif ukoll dwar il-kontribut biex jiżdied l-aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi diġitali (rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 2.3, 2020), u l-promozzjoni tal-akkwist tal-ħiliet (rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 2.4, 2020).

T.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C4.3 R1 — Trasparenza u adegwatezza tal-benefiċċji soċjali fis-sistema tal-protezzjoni soċjali

L-għan ta’ din il-miżura huwa li żżid l-adegwatezza tal-benefiċċji soċjali ewlenin immirati lejn il-gruppi l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi, il-piż amministrattiv u żżid it-trasparenza tas-sistema. Barra minn hekk, ir-riforma għandha tippermetti provvediment aktar mgħaġġel u effiċjenti tal-benefiċċji billi l-benefiċċji soċjali eżistenti jingħaqdu f’benefiċċju uniku. Il-miżura ta’ riforma għandu jkollha l-għan li tikseb kopertura u ġustizzja aħjar billi ttejjeb l-eliġibbiltà, l-ugwaljanza u l-adegwatezza fl-applikazzjoni tal-benefiċċji. Xi aspetti ta’ din ir-riforma huma previsti li jiddaħħlu gradwalment fuq perjodu itwal, filwaqt li oħrajn jistgħu jiġu implimentati aktar fil-pront. Għal din ir-raġuni, ir-riforma se teħtieġ bidliet f’xi leġiżlazzjoni f’żewġ punti ta’ żmien.

Ir-riforma għandha tinvolvi l-bidliet li ġejjin għall-benefiċċji soċjali, li għandhom jiġu inklużi fl-Att il-ġdid dwar il-Protezzjoni Soċjali:

-L-ikkombinar tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u l-benefiċċji għat-tisħin;

-Iż-żieda tal-ammont bażiku tal-Benefiċċju Minimu Garantit għal HRK 1 000 u b’ 25 % għat-tfal, u l-illaxkar tal-kriterji tal-eliġibbiltà l-aktar diffiċli inkluża żieda fil-limitu tal-introjtu għall-eliġibbiltà għal HRK 1 000.

Ir-riforma għandha tinkludi wkoll l-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2021–2027 biex:

-Tiddefinixxi mira biex tnaqqas ir-rata ta’ riskju ta’ faqar għal inqas minn 15 % minn linja bażi ta’ 18,3 % għall-2019 u l-pjan ta’ implimentazzjoni;

-Tiżgura kundizzjonijiet li jnaqqsu b’mod effettiv il-faqar u l-esklużjoni soċjali u jtejbu l-ħajja ta’ kuljum tal-persuni fir-riskju tal-faqar, speċjalment għal dawk li jesperjenzaw deprivazzjoni materjali estrema.

-Jiġu identifikati prijoritajiet ta’ żvilupp għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u jiġu rikonoxxuti rekwiżiti speċjali rilevanti għas-sistema fir-rigward ta’ gruppi vulnerabbli.

Ir-riforma għandha tinkludi l-adozzjoni tal-Att li Jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni Soċjali jew l-Att dwar is-Suppliment Inklużiv dwar il-benefiċċji soċjali integrati biex:

-Jiġi emendat il-Benefiċċju Minimu Garantit billi jiżdied l-ammont bażiku għal HRK 1 200 u b’mill-inqas 25 % għall-unitajiet domestiċi bit-tfal, u tiġi żgurata l-integrazzjoni sħiħa tal-Benefiċċju Minimu Garantit ma’ benefiċċji soċjali oħra, id-dħul fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2025;

-Abbażi tar-riżultati tal-analiżi esperta, jiġi speċifikat l-ambitu tal-amalgamazzjoni tal-benefiċċji mal-istess funzjonijiet u tinkludi miżuri biex jittejbu l-kopertura, l-adegwatezza u l-immirar tal-benefiċċji soċjali, b’enfasi partikolari fuq persuni li jbatu minn faqar persistenti

-L-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-effikaċja u l-adegwatezza tal-benefiċċji soċjali;

-Introduzzjoni tal-indiċjar bħala karatteristika standard tal-benefiċċji soċjali.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024. 

Investiment C4.3 R1-I1 — Titjib tad-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-benefiċċji soċjali bejn il-livelli nazzjonali u lokali

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li jkompli jiġi żviluppat l-aċċess funzjonali għad-data kollha disponibbli dwar il-benefiċċji soċjali għal kull benefiċjarju individwali. F’kooperazzjoni mal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, l-irkupru tal-introjtu soġġett għar-rekords tat-taxxa u tal-introjtu gross (EDIP) u l-estensjoni tar-rapport dwar l-introjtu gross, it-taxxa fuq l-introjtu u l-kodiċi tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni obbligatorji (JOPPD) dwar il-parti tal-benefiċċji soċjali tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali għandhom jagħmluha possibbli li tiġi kkonsultata d-data dwar il-benefiċċji soċjali għal kull benefiċjarju individwali lill-unitajiet lokali u reġjonali kollha kif ukoll lis-servizzi fil-livell nazzjonali.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025. 

Investiment C4.3 R1-I2 — Żvilupp ta’ applikazzjoni web dwar il-possibbiltà li wieħed jirċievi benefiċċji soċjali fil-livell nazzjonali

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li tinħoloq applikazzjoni web aċċessibbli għaċ-ċittadini li tiġbor flimkien il-benefiċċji soċjali fis-sistema tal-protezzjoni soċjali fil-livell nazzjonali u l-kundizzjonijiet għall-forniment tagħhom. Il-kundizzjonijiet biex jinkisbu 12-il tip ta’ benefiċċji soċjali f’sistema ta’ protezzjoni soċjali fil-livell nazzjonali għandhom ikunu disponibbli fl-applikazzjoni.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024. 

Riforma C4.3 R2 — Żvilupp ta’ servizz ta’ mentoraġġ soċjali

L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi żgurata kapaċità umana suffiċjenti biex jitwettqu servizzi soċjali, permezz ta’ kooperazzjoni u kondiviżjoni tad-data aħjar, għall-benefiċjarji ta’ benefiċċji minimi garantiti u gruppi żvantaġġati ta’ benefiċjarji. Ir-riforma għandha tintroduċi servizz ġdid ta’ mentoraġġ soċjali mmirat lejn individwi f’riskju jew li diġà jinsabu f’pożizzjoni emarġinata fis-soċjetà, li għandu jiġi inkluż fl-Att il-ġdid dwar l-Għajnuna Soċjali.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025. 

Investiment C4.3 R2-I1 — Introduzzjoni ta’ servizzi ta’ mentoraġġ soċjali

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jagħmel is-servizz il-ġdid ta’ mentoraġġ soċjali disponibbli għall-benefiċjarji potenzjali kollha, b’mod partikolari l-benefiċjarji ta’ Benefiċċju Minimu Garantit, persuni b’diżabbiltà, vittmi ta’ vjolenza, persuni mingħajr dar, migranti, Rom u żgħażagħ li jitilqu mis-sistema ta’ protezzjoni soċjali, persuni li jiskontaw sentenzi ta’ ħabs u membri ta’ gruppi soċjalment vulnerabbli oħra. Għal sistema ta’ mentoraġġ soċjali aktar effettiva u b’impatt akbar, l-investiment għandu jinkludi t-tħejjija ta’ protokoll dwar il-kooperazzjoni u l-impenji bejn iċ-ċentri tal-assistenza soċjali u l-impjiegi li jistabbilixxi ġestjoni konġunta tal-każijiet u l-kondiviżjoni tad-data.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Ir-riforma C4.3 R3 — L-iżvilupp ta’ servizzi bbażati fil-komunità għall-prevenzjoni tal-istituzzjonalizzazzjoni

L-għan ta’ din ir-riforma huwa li jiġi adottat il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Servizzi Soċjali 2021–2027, li għandu:

-Jidentifika l-prijoritajiet għall-iżvilupp tas-servizzi soċjali;

-Jirrieżamina l-ħtiġijiet għal forom differenti ta’ kura soċjali, kemm mhux istituzzjonali kif ukoll istituzzjonali, b’enfasi partikolari fuq il-persuni qiegħda fit-tul, il-persuni b’diżabbiltà, il-benefiċjarji ta’ Benefiċċji Minimi Garantiti, il-vittmi tal-vjolenza u t-traffikar tal-bnedmin, iż-żgħażagħ mingħajr kura, il-persuni mingħajr dar, il-migranti, ir-Rom u l-persuni li qed jiskontaw sentenzi ta’ ħabs;

-Jistabbilixxi pjan sistematiku ta’ kura fit-tul li jkun imfassal għar-rekwiżiti speċifiċi tal-benefiċjarji;

-Jelenka l-objettivi u l-kriterji għall-iżvilupp ta’ servizzi ta’ residenza għall-utenti li funzjonalment jiddependu għalkollox mill-kura istituzzjonali u li l-ħtiġijiet tagħhom ma jistgħux jiġu pprovduti permezz ta’ servizzi mhux istituzzjonali, servizzi ta’ għajnuna komunitarja u fid-dar kif ukoll servizzi oħra li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u jippermettu lill-utenti jgħixu aktar fi djarhom u fil-komunità tagħhom;

-Jadattaw is-servizzi biex jiffukaw fuq l-awtonomizzazzjoni lill-individwi biex jinfluwenzaw l-istatus soċjali tagħhom billi jimxu mill-esklużjoni għall-inklużjoni u jaħdmu lejn l-espansjoni tan-network soċjali tagħhom;

-Jiżviluppa kura fit-tul sistematika u integrata għall-anzjani li għandha tipprijoritizza t-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonalizzata għall-kura fid-dar u dik ibbażata fil-komunità;

-Jappoġġa l-iżvilupp ta’ servizzi fid-djar u servizzi bbażati fil-komunità għall-kura fit-tul;

-Jiżgura d-disponibbiltà ta’ servizzi istituzzjonali biss għal dawk il-persuni anzjani li funzjonalment jiddependu kompletament mill-kura istituzzjonali, u li l-ħtiġijiet tagħhom ma jistgħux jiġu pprovduti permezz ta’ servizzi barra mill-istituzzjonijiet;

-Pjan ta’ ħin ta’ kura semiresidenzjali jew residenzjali, bil-preferenza qawwija għal servizzi ta’ kura fid-djar b’kont meħud tad-disponibbiltà tas-servizzi u l-ħtiġijiet tal-utenti.

Barra minn hekk, bħala parti mir-riforma, għandhom jiġu żviluppati l-istandards tat-trattament għall-Assistenti tal-Familja. L-istandardizzazzjoni tal-prattiki professjonali fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-familja għandha tikkontribwixxi għat-titjib tal-protezzjoni tat-tfal, tal-adulti b’diżabbiltà u tal-anzjani, għall-ugwalizzazzjoni tal-kwalità tas-servizz ipprovdut u għall-prevenzjoni tal-istituzzjonalizzazzjoni billi tipprovdi servizzi direttament fid-dar tal-utenti f’kooperazzjoni ma’ partijiet interessati rilevanti oħra fil-livell lokali.

Ir-riforma għandha tinkludi emendi għall-Att il-ġdid dwar l-Għajnuna Soċjali biex:

-Jipprijoritizzaw id-deistituzzjonalizzazzjoni fil-kura fit-tul biex iwasslu għal bidliet strutturali f’dan il-qasam ta’ politika soċjali;

-Jippermettu u jippromwovu l-koordinazzjoni bejn is-servizzi soċjali u jiżguraw approċċ koordinat fil-firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ kwalità li jipprovdu.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022. 

Investiment C4.3 R3-I1 — It-tisħiħ tal-kapaċità tal-professjonisti tas-servizzi tal-komunità

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tittejjeb il-kapaċità umana biex jitwasslu servizzi soċjali permezz ta’ attivitajiet edukattivi u r-reklutaġġ ta’ professjonisti. L-investiment għandu jiffinanzja t-taħriġ u l-liċenzjar ta’ 750 Konsulent dwar miżuri legali għall-protezzjoni tal-familja u 40 Assistenti tal-Familja. Barra minn hekk, 400 ħaddiem professjonali f’istituzzjonijiet tal-kura soċjali għandhom jiġu reklutati biex jipprovdu servizzi barra l-istituzzjonijiet. L-investiment għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-aċċessibbiltà reġjonali ta’ servizzi soċjali bbażati fil-komunità u jsaħħaħ il-kompetenzi tal-professjonisti għal trattament standardizzat fil-ħidma ta’ protezzjoni tal-familja u legali biex tiġi evitata l-istituzzjonalizzazzjoni tat-tfal, iż-żgħażagħ, u gruppi soċjalment vulnerabbli oħra.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024. 

Investiment C4.3 R3-I2 — Titjib tad-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-assistenza soċjali u l-konnessjoni taċ-ċentri tal-assistenza soċjali mal-fornituri tas-servizzi soċjali

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jtejjeb l-applikazzjoni tal-kura soċjali fid-dar li timmaniġġja u tirreġistra l-proċeduri relatati mar-rikonoxximent tad-drittijiet għas-servizzi soċjali minn fornituri ta’ servizzi individwali. L-investiment għandu jinkludi l-integrazzjoni tal-applikazzjoni fis-sistema tal-IT tal-protezzjoni soċjali unika li tipprovdi pjattaforma diġitali unika għall-monitoraġġ u l-analiżi tad-data dwar l-utenti u s-servizzi ta’ assistenza soċjali.

L-investiment għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024. 

Investiment C4.3 R3-I3 — Titjib tad-diġitalizzazzjoni tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali u sistema ta’ implimentazzjoni dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tal-prezzijiet tas-servizzi soċjali

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tiġi żviluppata soluzzjoni ġdida għall-ġestjoni tad-data għall-fornituri tas-servizzi soċjali ffinanzjati mill-baġit tal-Istat. Il-funzjonalità ewlenija tas-soluzzjoni żviluppata għall-ġestjoni tad-data għandha tkun il-ġbir awtomatizzat tad-data, l-analiżi tal-kwalità u l-kalkolu tal-prezzijiet tas-servizzi soċjali. L-investiment għandu jiffinanzja software, hardware u rekwiżiti edukattivi li jippermettu l-funzjonalità sħiħa tas-soluzzjoni.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023. 



 Investiment C4.3 R3-I4 — Kostruzzjoni u tagħmir ta’ ċentri għall-kura tal-anzjani (servizzi fid-djar u fil-komunità u servizzi istituzzjonali)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li jinbnew tmien ċentri għall-anzjani li għandhom jakkomodaw 800 adult akbar fl-età li funzjonalment jiddependu kompletament mill-kura istituzzjonali u li l-ħtiġijiet tagħhom ma jistgħux jiġu pprovduti permezz ta’ servizzi barra mill-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, iċ-ċentri għall-anzjani għandhom joħolqu kundizzjonijiet biex jipprovdu kura integrata lill-anzjani billi jipprovdu kura fil-komunità u servizzi mhux istituzzjonali lill-anzjani li jgħixu d-dar. Il-postijiet taċ-ċentri tal-kura tal-anzjani għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ sejħa pubblika biex il-bliet u l-kontej ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-bini u t-tagħmir ta’ ċentri għall-anzjani, filwaqt li l-kriterji tal-għażla għandhom ikunu bbażati fuq il-kapaċità li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-investimenti, id-dimensjoni reġjonali biex tinkiseb kopertura tal-kapaċità territorjali, ibbażata fuq l-analiżi tal-immappjar.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026. 

T.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Ħin

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

302

C4.3 R1

M

Adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2021–2027

Adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali adottat 2021–2027

 

 

 

Q4

2021

Pjan Nazzjonali kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali adottat fl-2021–2027, li għandu:

— Jiddefinixxi l-mira li titnaqqas ir-rata ta’ riskju ta’ faqar għal inqas minn 15 % minn linja bażi ta’ 18,3 % għall-2019 u l-pjan ta’ implimentazzjoni;

— Jiżgura kundizzjonijiet li jnaqqsu b’mod effettiv il-faqar u l-esklużjoni soċjali u jtejbu l-ħajja ta’ kuljum tal-persuni fir-riskju tal-faqar, kif ukoll ta’ dawk li jesperjenzaw privazzjoni materjali severa.

— Jiġu identifikati l-prijoritajiet ta’ żvilupp għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u jiġu identifikati l-ħtiġijiet fir-rigward ta’ gruppi vulnerabbli fis-sistemi.

303

C4.3 R1

M

Adozzjoni tal-Att il-ġdid dwar il-Protezzjoni Soċjali

Dħul fis-seħħ tal-Att il-ġdid dwar il-Protezzjoni Soċjali

 

 

 

Q1

2022

L-att il-ġdid dwar il-Protezzjoni Soċjali għandu jintroduċi l-bidliet li ġejjin:
— L-ikkombinar tal-ispejjeż eżistenti tal-akkomodazzjoni u l-allowances għat-tisħin f’allowance waħda integrata;

— Id-dispożizzjoni dwar il-Benefiċċju Minimu Garantit għandha tinbidel billi jiżdied l-ammont bażiku għal HRK 1 000 u tiżdied għal mill-inqas 25 % għall-unitajiet domestiċi bit-tfal billi jiġu llaxkati l-kriterji tal-eliġibbiltà l-aktar diffiċli, inkluża żieda fil-limitu tal-introjtu għal HRK 1 000;

— L-introduzzjoni ta’ servizz ġdid ta’ mentoraġġ soċjali;

— Bidliet strutturali introdotti fil-kura fit-tul li jiżguraw il-faċilitazzjoni tad-deistituzzjonalizzazzjoni u t-tranżizzjoni għal servizzi bbażati fid-djar u fil-komunità;

— Dispożizzjoni li tobbliga l-kooperazzjoni u l-iskambju regolari ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi soċjali u benefiċċji soċjali biex jiġi żgurat approċċ koordinat fil-firxa kollha ta’ servizzi mwassla.

304

C4.3 R1

T

Benefiċjarji tal-Benefiċċju Minimu Garantit

 

Numru

56 905

68 000

Q4

2023

- 

305

C4.3 R1

M

Adozzjoni ta’ regola normattiva dwar benefiċċji soċjali funzjonalment integrati

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Għajnuna Soċjali jew l-Att dwar is-Suppliment Inklużiv

 

 

 

Q4

2024

Emendi għall-Att dwar l-Għajnuna Soċjali jew is-Suppliment Inklużiv ta’ benefiċċji soċjali integrati li għandhom:
-Jemendaw il-Benefiċċju Minimu Garantit billi jżidu l-ammont bażiku għal HRK 1 200 u mill-inqas b’25 % għal unitajiet domestiċi bit-tfal, u tiżgura l-integrazzjoni sħiħa tal-Benefiċċju Minimu Garantit (GMB) ma’ benefiċċji soċjali oħra.

-Jiddefinixxu l-integrazzjoni (funzjonali) tal-benefiċċji soċjali abbażi ta’ analiżi esperta;

-Isaħħu d-dispożizzjonijiet dwar l-eliġibbiltà biex wieħed jirċievi benefiċċji soċjali fost l-oħrajn permezz ta’ użu aħjar tal-ittestjar tal-mezzi u tal-introjtu;

-Jinkludu miżuri u dispożizzjonijiet biex itejbu l-kopertura, l-adegwatezza u l-immirar tal-benefiċċji soċjali, abbażi ta’ analiżi esperta u b’enfasi partikolari fuq persuni li jbatu minn faqar persistenti;

-Ikun fihom dispożizzjonijiet dwar il-proċess ta’ monitoraġġ u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti matul l-implimentazzjoni;

-L-introduzzjoni ta’ indiċjar tal-benefiċċji soċjali.

306

C4.3 R1

T

Rata ta' riskju ta' faqar wara t-trasferimenti soċjali

 

Persentaġġ

18,3 (2019)

16,5

Q4

2025

 

307

C4.3 R1-I1

T

Aċċess għad-data tal-unitajiet tal-gvern lokali dwar il-benefiċċji soċjali għal kull benefiċjarju individwali

 

Persentaġġ

0

1

Q4

2025

L-unitajiet kollha tal-gvern lokali u reġjonali għandu jkollhom aċċess funzjonali għad-data kollha disponibbli dwar il-benefiċċji soċjali għal kull benefiċjarju individwali. F’kooperazzjoni mal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, l-irkupru tal-introjtu soġġett għar-rekords tat-taxxa u tal-introjtu gross (EDIP) u l-estensjoni tar-rapport dwar l-introjtu gross, it-taxxa fuq l-introjtu u l-kodiċi tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni obbligatorji (JOPPD) dwar il-parti tal-benefiċċji soċjali tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali għandhom jippermettu li tiġi kkonsultata d-data dwar il-benefiċċji soċjali għal kull benefiċjarju individwali lill-unitajiet lokali u reġjonali kollha kif ukoll lis-servizzi fil-livell nazzjonali;

308

C4.3 R1-I2

M

Disponibbiltà diġitali ta’ informazzjoni dwar il-benefiċċji tal-protezzjoni soċjali fil-livell nazzjonali

Applikazzjoni web żviluppata u funzjonali biex tipprovdi informazzjoni dwar il-benefiċċji soċjali bi kriterji u kundizzjonijiet implimentati għall-kisba ta’ 12-il tip ta’ benefiċċji soċjali f’sistema ta’ protezzjoni soċjali fil-livell nazzjonali

 

 

 

Q4

2024

Abbażi ta’ fajl tal-proġett u speċifikazzjoni teknika, għandha tiġi żviluppata applikazzjoni web u tkun aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha. L-applikazzjoni għandha tipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar il-benefiċċji kollha eżistenti tas-sigurtà soċjali fis-sistema tal-protezzjoni soċjali u l-possibbiltà indikattiva li dawn jinkisbu fil-livell nazzjonali. Il-kriterji u l-kundizzjonijiet biex jinkisbu 12-il tip ta’ benefiċċji soċjali f’sistema ta’ protezzjoni soċjali fil-livell nazzjonali għandhom ikunu disponibbli fl-applikazzjoni.

309

C4.3 R2

T

Taħriġ tal-professjonisti tal-mentoraġġ soċjali

 

Numru

0

220

Q2

2022

It-taħriġ tal-mentors soċjali għandu jitwettaq permezz ta’ 15-il modulu u għandu jitlesta minn 220 professjonist. Dan is-servizz għandu jsegwi l-prinċipji tal-professjoni tax-xogħol soċjali u jikkomplementa l-attivitajiet diġà eżistenti taċ-ċentri tas-sigurtà soċjali. Hija għandha tindirizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni ma’ fornituri oħra ta’ servizzi soċjali bbażati fil-komunità u l-ħtieġa li jiġu involuti b’mod attiv il-benefiċjarji tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali biex jegħlbu l-esklużjoni soċjali tagħhom stess.

310

C4.3 R2

T

Impjieg ta’ professjonisti tal-mentoraġġ soċjali

 

Numru

0

220

Q4

2025

L-impjieg ta’ 220 professjonist ta’ mentoring soċjali li temmew it-taħriġ fil-mentoring soċjali għandu joħloq prerekwiżit għat-twaqqif ta’ servizz ta’ mentoraġġ soċjali għal gruppi ta’ benefiċjarji żvantaġġati u soċjalment esklużi li għandhom jirċievu approċċ individwalizzat u l-awtonomizzazzjoni fil-forma ta’ żvilupp tal-ħiliet meħtieġa għall-inklużjoni attiva fis-suq tax-xogħol u l-ħajja fil-komunità.

311

C4.3 R2-I1

T

Servizzi ta’ mentoring soċjali pprovduti lill-benefiċjarji

 

Numru

0

30 000

Q4

2025

L-introduzzjoni ta’ servizz ta’ mentoraġġ soċjali għandha tikkontribwixxi għar-reklutaġġ ta’ persuni qiegħda fit-tul u gruppi soċjalment esklużi oħrajn. Permezz tal-introduzzjoni gradwali tas-servizz ta’ mentoraġġ soċjali li għandu jkun disponibbli fil-118-il Ċentru ta’ Assistenza Soċjali inklużi s-sussidjarji tagħhom, u fl-aħħar mill-aħħar biex is-servizz ikun ta’ benefiċċju attiv għal mill-inqas 30 000 utent.

312

C4.3 R3

M

Adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Servizzi Soċjali 2021–2027

Adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Servizzi Soċjali 2021–2027

 

 

 

Q3

2021

-Il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Servizzi Soċjali 2021–2027 għandu jidentifika l-prijoritajiet għall-iżvilupp tas-servizzi soċjali u jiddeskrivi l-ħtiġijiet tal-gruppi kollha ta’ utenti għal forom differenti ta’ kura, kemm dawk mhux istituzzjonali kif ukoll dawk istituzzjonali, bil-ħsieb li jinkiseb pjan ta’ kura sistematiku u olistiku li jkun imfassal għall-ħtiġijiet tal-utenti. Il-pjan għandu wkoll jiddefinixxi u jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa biex jiġu żviluppati servizzi ta’ residenza, servizzi bbażati fid-djar u fil-komunità kif ukoll servizzi oħra li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u jippermettu lill-utenti jibqgħu għal żmien itwal fi djarhom u fil-komunità tagħhom. Il-pjan għandu jiddeskrivi wkoll l-introduzzjoni ta’ servizz ta’ mentoraġġ soċjali, kif ukoll it-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal servizzi bbażati fid-dar u dawk ibbażati fil-komunità fil-kura tal-anzjani, li għandhom:
-Jappoġġaw l-iżvilupp ta’ servizzi fid-djar u servizzi bbażati fil-komunità għal kura fit-tul;

-Jiżguraw id-disponibbiltà ta’ servizzi istituzzjonali biss għal dawk il-persuni anzjani li funzjonalment jiddependu għalkollox mill-kura istituzzjonali, u li l-ħtiġijiet tagħhom ma jistgħux jiġu pprovduti permezz ta’ servizzi barra mill-istituzzjonijiet;

-Jintroduċu ppjanar ta’ tip ta’ kura semiresidenzjali jew residenzjali, bi preferenza qawwija għal servizzi ta’ kura fid-djar b’kont meħud tad-disponibbiltà tas-servizzi u l-ħtiġijiet tal-utenti.

313

C4.3 R3

M

Adozzjoni ta’ standards ta’ trattament għall-assistenti tal-familja

Adozzjoni ta’ standards ta’ trattament għall-assistenti tal-familja

 

 

 

Q4

2022

Standards żviluppati għar-regolamentazzjoni tal-azzjonijiet tal-assistenti tal-familja għandhom jippermettu l-provvista armonizzata ta’ servizzi fuq il-post fid-dar tal-benefiċjarju f’kooperazzjoni ma’ partijiet interessati oħra fil-livell tal-komunità lokali.

314

C4.3 R3-I1

T

It-tisħiħ tal-kapaċità umana biex jitwasslu servizzi fil-komunità

 

Numru

0

400

Q4

2024

Il-prevenzjoni tal-istituzzjonalizzazzjoni għandha tinkiseb permezz tar-reklutaġġ ta’ professjonisti ġodda fis-servizz soċjali biex jipprovdu servizzi barra l-istituzzjonijiet u t-taħriġ u l-liċenzjar ta’ konsulenti dwar miżuri legali għall-protezzjoni tal-familja. B’mod partikolari, għandhom jitwettqu taħriġ u liċenzjar kontinwi u mmirati għall-professjonisti tal-istituzzjonijiet tal-assistenza soċjali għall-implimentazzjoni ta’ miżuri legali għall-protezzjoni tal-familja għat-tfal (edukazzjoni u liċenzjar għal total ta’ 750 professjonist fis-servizzi soċjali — Konsulenti dwar miżuri legali għall-protezzjoni tal-familja u taħriġ ta’ 30 Assistent tal-Familja). Għandhom jiġu reklutati 400 ħaddiem professjonist f’istituzzjonijiet tal-kura soċjali u tal-fornituri tas-servizzi soċjali.

315

C4.3 R3-I2

T

Sistema Unika ta’ Informazzjoni (sistema ta' informazzjoni SocSkrb)

 

Persentaġġ

0

1

Q4

2024

L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jtejjeb l-applikazzjoni tal-kura soċjali li timmaniġġja u tirreġistra l-proċeduri relatati mar-rikonoxximent tad-drittijiet għas-servizzi soċjali f’sistema tal-IT funzjonali unika li se tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha fil-proċess tar-rikonoxximent tad-drittijiet u tal-forniment ta’ servizzi lill-utent, u b’hekk għandu jippermetti l-monitoraġġ u l-analiżi tad-data dwar l-utenti u s-servizzi fis-sistema tal-protezzjoni soċjali, bħal informazzjoni dwar il-postijiet disponibbli mal-fornituri tas-servizzi u l-prezzijiet tas-servizzi tagħhom. Is-soluzzjoni tas-software żviluppata għandha tiġi integrata fis-sistema ta’ informazzjoni SocSkrb eżistenti użata miċ-ċentri tal-assistenza soċjali. Finalment, dan għandu jippermetti l-konnessjoni tal-IT taċ-ċentri kollha tas-sigurtà soċjali mal-fornituri tas-servizzi soċjali ffinanzjati mill-baġit tal-Istat.

316

C4.3 R3-I3

M

Kalkolu tas-sistema tal-IT tal-prezzijiet għas-servizzi soċjali u l-fornituri tas-servizzi fin-network

Sistema tal-IT żviluppata u funzjonali għall-kalkolu tal-prezzijiet għas-servizzi soċjali kollha u għall-fornituri tas-servizzi kollha fin-network

Numru

0

1

Q2

2023

Sistema tal-IT għall-ġestjoni tad-data żviluppata biex tiġbor u tanalizza awtomatikament id-data u tikkalkula l-prezzijiet għat-tipi kollha ta’ servizzi soċjali pprovduti u l-fornituri kollha tas-servizzi soċjali fin-netwerk. L-investiment għandu jiffinanzja software, hardware u rekwiżiti edukattivi li jippermettu l-funzjonalità sħiħa tas-soluzzjoni.

317

C4.3 R3-I4

T

Bini ta’ ċentri għall-kura istituzzjonali, fid-djar u fil-komunità tal-anzjani

 

Numru

0

8

Q2

2026

Il-bini u l-bidu tat-tħaddim ta’ ċentri għall-anzjani għandhom joħolqu kondizzjonijiet għall-għoti ta’ kura integrata. Abbażi tad-data miksuba mill-analiżi, qed issir dispożizzjoni għall-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni ta’ tmien ċentri għal 800 benefiċjarju esklussivament għal persuni li funzjonalment jiddependu għalkollox mill-kura istituzzjonali u li l-ħtiġijiet tagħhom ma jistgħux jiġu pprovduti fil-livell domestiku jew komunitarju. Il-postijiet taċ-ċentri tal-kura tal-anzjani għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ sejħa pubblika biex il-bliet u l-kontej ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-bini u t-tagħmir ta’ ċentri għall-anzjani, filwaqt li l-kriterji tal-għażla għandhom ikunu ggwidati mill-kapaċità li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-investimenti, id-dimensjoni reġjonali biex tinkiseb kopertura tal-kapaċità territorjali, ibbażata fuq l-analiżi tal-immappjar. Il-kostruzzjonijiet il-ġodda kollha jridu jkunu binjiet b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero skont id-Direttiva dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (EPBD), filwaqt li r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti għandha tikseb bħala medja, mill-inqas rinnovazzjoni ta’ fond medju, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini, jew bħala medja tikseb tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % fl-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-emissjonijiet ex ante. Għall-binjiet kollha, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu żgurati kundizzjonijiet klimatiċi ta’ ġewwa tajbin għas-saħħa, is-sikurezza kontra n-nirien u r-riskji assoċjati ma’ żieda fl-attività siżmika.

   U. KOMPONENT 5.1: IT-TISĦIĦ TAR-REŻILJENZA TAS-SISTEMA TAL-KURA TAS-SAĦĦA

Dan il-komponent tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jindirizza l-isfidi, aggravati mill-pandemija tal-COVID-19, li jikkonċernaw ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistema tal-kura tas-saħħa b’rabta ma’ stennija tal-għomor anqas mill-medja tal-UE, u kura preventiva, kronika u fit-tul dgħajfa. L-objettiv ġenerali tar-riformi u l-investimenti f’dan il-komponent huwa li jittejbu l-effiċjenza, il-kwalità, l-aċċessibbiltà u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema tas-saħħa.

Il-komponent għandu jinkludi l-miżuri li ġejjin:

-L-introduzzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ kura għall-pazjenti, b’enfasi partikolari fuq il-kura preventiva u kronika tal-pazjenti bil-kanċer;

-L-integrazzjoni funzjonali tal-isptarijiet u t-tisħiħ tal-isptarijiet ta’ matul il-jum fil-livell sekondarju u terzjarju (orizzontali u vertikali);

-Jiżdied is-sehem ta’ speċjalisti tal-familja fl-għadd totali ta’ tobba kkuntrattati f’timijiet ġenerali u tal-familja;

-It-titjib tas-sistema diġitalizzata ta’ akkwist konġunt biex jiġu inklużi sptarijiet li huma proprjetà tal-kontea, bil-ħsieb li jsir iffrankar sinifikanti fis-sistema u titjieb il-kwalità;

-L-użu wiesa’ ta’ sistema ta’ preparazzjoni ċentrali fi 8 sptarijiet u l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ distribuzzjoni ta’ terapija tal-unità f’ 40 sptar.

Il-komponent għandu jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata r-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż dwar it-titjib tar-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa, id-distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata tal-ħaddiema u l-faċilitajiet tas-saħħa, kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-livelli kollha tal-amministrazzjoni u l-investimenti fis-saħħa elettronika (ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 1.2, 2020), kif ukoll il-kontribut biex jiżdied l-aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi diġitali (rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 2.3, 2020), u l-promozzjoni tal-akkwist tal-ħiliet (rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż 2.4, 2020).

Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

U.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C5.1 R1 — Titjib tal-effiċjenza, il-kwalità u l-aċċessibbiltà tas-sistema tas-saħħa

L-għan ta’ din il-miżura huwa li jiżdied l-aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa primarja, speċjalment fiż-żoni rurali, remoti, u l-gżejjer, billi jittejbu l-firxa u l-kwalità tas-servizzi fil-livell tat-tobba tal-familja (tobba tal-familja), u b’hekk jitnaqqas il-piż fuq l-isptarijiet. Sabiex ir-riżultati tas-saħħa jiġu segwiti aħjar, għandu jiġi stabbilit il-qafas tal-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-Sistema tas-Saħħa (HSPA) biex jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni skont metodoloġija definita bl-intenzjoni li l-miżuri jintrabtu mal-objettivi stabbiliti fid-dokumenti ta’ strateġija u r-riformi nazzjonali, filwaqt li tittejjeb il-puntwalità tad-data dwar is-saħħa disponibbli għall-analiżi strateġika u politika.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2022.



Investiment C5.1 R1-I1 — Introduzzjoni ta’ spiżeriji mobbli fil-kura primarja

L-għan ta’ dan l-investiment huwa li tiġi pprovduta medikazzjoni f’żoni li ma għandhomx spiżeriji jew depots tal-farmaċija billi jiġu akkwistati erba’ spiżeriji mobbli fil-forma ta’ karavans u erba’ spiżeriji fil-forma ta’ dgħajjes. Dan l-investiment huwa mistenni li jkollu effetti pożittivi fuq id-demografija u l-kwalità tal-ħajja f’żoni periferiċi. Din il-miżura għandha tiffoka fuq il-kopertura ta’ ċerti żoni remoti, b’mod partikolari fuq gżejjer u żoni rurali kontinentali, biex tinkiseb kopertura sħiħa tas-servizz farmaċewtiku fil-Kroazja. Barra minn hekk, għandha żżid id-disponibbiltà ta’ servizzi farmaċewtiċi kemm għar-residenti kif ukoll għat-turisti (matul il-qċaċet staġjonali), biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja u tikkontribwixxi għat-tkabbir tal-popolazzjoni f’żoni rurali, remoti u l-gżejjer.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2024.

Investiment C5.1 R1-I2 — Unitajiet mobbli għall-kura outpatient

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tiġi stabbilita sistema ta’ kura ambulatorja primarja mobbli f’żoni rurali, remoti u gżejjer, ġestita mill-Ministeru tas-Saħħa f’kooperazzjoni mal-gvern lokali u reġjonali, kif ukoll Ċentri tas-Saħħa. L-investiment għandu jinkludi l-immappjar tal-kapaċitajiet meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ta’ kopertura ta’ 80 % ta’ servizzi ta’ kura primarja ambulanti ta’ żoni rurali, remoti u gżejjer. Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit mudell ta’ kuntrattar biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tas-servizz. Barra minn hekk, l-investiment għandu jiżviluppa standards speċifiċi tas-saħħa għall-ispeċifiċitajiet rurali, remoti u tal-gżejjer, b’kont meħud tal-ħtiġijiet tal-abitanti kollha ta’ dawn iż-żoni, inkluża l-popolazzjoni aktar anzjana u dik inqas mobbli. Il-Ministeru tas-Saħħa għandu jamministra t-taħriġ biex iżid il-kapaċità ta’ timijiet mobbli biex jipprovdu kura tas-saħħa primarja għal pazjenti ta’ barra.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Investiment C5.1 R1-I3 — Kostruzzjoni u tagħmir ta’ unitajiet ta’ iżolament kliniku (3, 4 u 1/5 tal-bini) Klinika tal-Mard Infettiv “Dr Fran Mihaljević”

L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li jinbnew kapaċitajiet moderni għall-Klinika tal-Mard Infettiv “Dr Fran Mihaljević”, l-istituzzjoni primarja inkarigata mill-isforzi ewlenin fil-ġlieda kontra l-pandemiji tal-COVID-19 u li l-bini tiegħu saritlu ħsara fit-terremoti tal-2020, li wħud minnhom għandhom jitwaqqgħu. Fl-istess ħin, l-għan huwa li jinkiseb trattament ta’ mard infettiv bl-użu ta’ teknoloġiji aġġornati u innovattivi biex jitnaqqas il-ħin u l-kost tat-trattament, u tingħata kura ta’ kwalità għolja lill-pazjenti. Sabiex jintlaħaq l-objettiv u tiżdied ir-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa fi ħdan il-mandat tagħha u l-funzjonalità meħtieġa, il-proġett għandu jinkludi l-azzjonijiet meħtieġa ta’ sostituzzjoni tat-tagħmir. Barra minn hekk, il-bini l-ġdid għandu jkun mgħammar b’għodod dijanjostiċi moderni.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.

Investiment C5.1 R1-I4 — Djanjostika tal-immaġni diġitali taċ-Ċentru tal-Isptarijiet Kliniċi “KBC Split”

L-għan ta’ din il-miżura huwa li ttejjeb id-dijanjożi tal-immaġini diġitali ta’ KBC Split, u b’hekk ittejjeb il-kura tas-saħħa fil-qasam tal-prevenzjoni, it-trattament u d-dijanjożi tal-mard. L-investiment għandu jimmira li jżid il-kwalità u l-aċċessibilità tal-kura tas-saħħa għall-kategoriji kollha ta’ pazjenti, itejjeb ir-riżultati kliniċi, u jipprovdi dijanjostika ta’ kwalità aħjar u aktar bikrija, speċjalment f’pazjenti pedjatriċi u onkoloġiċi. B’mod partikolari, għandu jiddiġitalizza s-servizzi u l-proċessi tas-saħħa, jiżgura t-trasparenza fit-twassil tas-servizzi tas-saħħa, jottimizza l-użu tar-riżorsi tas-sistema tal-isptarijiet u jiżgura stabbiltà finanzjarja futura. L-investiment għandu jadatta l-ispazju biex jospita t-tagħmir mediku li jkun għadu kif inkiseb, inkluż ir-Reżonanza Manjetika 3T, kamra tal-anġjografija ta’ newrointervent DSA, il-makkinarju diġitali dijaskopiku diġitali RTG u l-kamra gastroenteroloġika endoskopika.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Investiment C5.1 R1-I5 — Kostruzzjoni u tgħammir tal-blokka operattiva ċentrali tal-Isptar Ġenerali “Ob Varaždin”

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tinbena u tiġi mgħammra blokka operattiva ċentrali b’unità ta’ trattament intensiv (JIL), sterilizzazzjoni ċentrali, dijanjostika RTG, trasfużjonijiet u laboratorji mediċi-bijokimiċi, u l-kostruzzjoni ta’ kurituri ta’ konnessjoni ma’ faċilitajiet mediċi eżistenti. Dan l-investiment huwa mistenni li jottimizza r-riżorsi tas-sistema tal-kura tas-saħħa fl-isptarijiet, iżid is-sikurezza tal-pazjenti u jipprovdi kundizzjonijiet adegwati għax-xogħol tal-persunal tal-kura tas-saħħa. Barra minn hekk, billi jiġbor flimkien spazji moderni u funzjonali tal-operazzjonijiet anċillari kollha tal-blokka operattiva, huwa mistenni li jżid il-kwalità u s-sikurezza tal-pazjenti meta jiċċaqilqu minn dipartiment għal ieħor. L-isptar Ġenerali (OB) Varaždin għandu jittrasforma mill-isptar tat-tip ta’ paviljun għal bini wieħed konness funzjonalment b’mod ġenerali u dan huwa mistenni wkoll li jiżgura s-sostenibbiltà finanzjarja.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C5.1 R1-I6 — Dijanjostika ta’ immaġni diġitali Sptar Kliniku “KB Dubrava”

L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li jinxtara tagħmir radjoloġiku diġitali għall-Istitut Kliniku KB Dubrava għar-Radjoloġija Dijanjostika u ta’ Intervent li jipprovdi servizz lil aktar minn 350 000 pazjent. B’mod ġenerali, dan l-investiment huwa mistenni li jtejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-kura tas-saħħa għall-kategoriji kollha ta’ pazjenti, itejjeb id-dijanjożi, it-trattament u l-monitoraġġ ta’ wara t-trattament, u b’hekk ir-riżultati kliniċi għall-gruppi kollha ta’ pazjenti, inkluż għal pazjenti li jeħtieġu l-aktar trattament kumpless fi kliniċi u unitajiet organizzattivi tal-isptar. B’riżultat ta’ dan, it-tul ta’ żmien fl-isptar, kumplikazzjonijiet, rikoveru fl-isptar f’unitajiet ta’ kura intensiva, spejjeż ta’ trattament u listi ta’ stennija huma mistennija li jitnaqqsu. L-investiment għandu jinkludi x-xiri ta’ tagħmir tal-ogħla livell.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Investiment C5.1 R1-I7 — Tagħmir ta’ faċilitajiet ġodda għal sptar ta’ ġurnata u kirurġija ta’ ġurnata u ammissjoni integrata ta’ emerġenza fl-isptar u l-adattament tal-Klinika tan-Newrokirurġija fiċ-Ċentru tal-Isptarijiet Kliniċi “KBC Sestre milosrdnice” L-għan ta’ din il-miżura huwa li żżid il-kapaċità għall-kura tal-pazjenti b’mill-inqas 22 % meta mqabbel mal-għadd ta’ pazjenti li bħalissa qed jiġu kkurati. L-investiment huwa mistenni li jtejjeb b’mod konsiderevoli l-kwalità tal-kura tas-saħħa għal madwar 700 000 pazjent ikkurati minn KBC, li minnhom madwar 300 000 jirrappreżentaw emerġenzi u madwar 40 000 pazjent jiġu kkurati fi sptar u kirurġija ta’ matul il-jum. Il-miżura għandha tgħammar faċilitajiet ġodda għall-ammissjoni fl-isptar ta’ matul il-jum u l-kirurġija ta’ ġurnata u d-dħul integrat ta’ emerġenza fl-isptar u tadatta l-Klinika tan-Newrokirurġija fil-KBC Sestre Milosrdnice.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C5.1 R1-I8 — Trattament u trattament preoperazzjonali ta’ pazjenti b’epilessija farmakoreżistenti fl-Isptar Ġenerali “KB Dubrava”

L-objettiv ta’ din il-miżura huwa l-iżvilupp ulterjuri tal-Istitut tan-Newroloġija KB Dubrava kif ukoll il-metodi u l-kuri preoperattivi tal-epilessija f’pazjenti farmakoreżistenti. L-investiment għandu jinkludi l-akkwist ta’ tagħmir tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-adattament tal-kapaċità spazjali.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Investiment C5.1 R1-I9 — Żvilupp ta’ Ċentru Kliniku tal-Isptar “KBC Zagreb”, Stadju III — tagħmir b’tagħmir mediku u mhux mediku

L-għan ta’ din il-miżura huwa li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tekniċi meħtieġa jkunu fis-seħħ biex jottimizzaw l-implimentazzjoni ta’ forom eżistenti ta’ kura u l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda, il-faċilitazzjoni tal-applikazzjoni ta’ teknoloġiji moderni u ż-żieda tal-aċċess għall-kura fil-livelli terzjarji u kwaternarji tal-kura tas-saħħa. Bħala parti mill-Proġett ta’ Żvilupp taċ-Ċentru Kliniku tal-Isptar (KBC) Zagreb, l-investiment għandu jixtri t-tagħmir mediku u mhux mediku. Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.

Riforma C5.1 R2 — Introduzzjoni ta’ mudell ġdid ta’ kura għal sfidi ewlenin tas-saħħa

L-għan ta’ din il-miżura huwa li ttejjeb u tarmonizza l-kwalità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa billi tiżviluppa Linji Gwida Kliniċi integrati. Is-sistema għandu jkollha organizzazzjoni ta’ trattament definita sew permezz ta’ network nazzjonali, kif ukoll linji gwida kliniċi ewlenin u t-traċċar tal-pazjenti li għandhom jiddeterminaw il-passi konkreti fit-trattament u l-ħinijiet ta’ stennija aċċettabbli.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2025.

Investiment (C5.1 R2-I1) — Xiri ta’ tagħmir għall-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament tal-pazjenti bil-kanċer

L-għan ta’ din il-miżura huwa li jiġi żgurat trattament ottimali għall-pazjenti onkoloġiċi kollha fil-Kroazja mingħajr dewmien fit-trattament, bl-użu ta’ tekniki moderni tar-radjoterapija biex jiġi ottimizzat l-użu tat-tagħmir u tiġi kkontrollata l-kwalità tal-proċess ta’ radjoterapija, biex b’hekk tittejjeb il-kwalità tas-servizzi u jitjiebu r-riżultati tas-saħħa meta jiġu ttrattati pazjenti onkoloġiċi. Il-miżura tinvolvi dan li ġej li għandu jiġi implimentat: Kostruzzjoni ta’ 14-il bunker għall-aċċeleraturi lineari, tagħmir tar-radjoterapija, 23 aċċeleratur lineari tal-VMAT, tliet aċċeleraturi ta’ l-SBRT lineari, ħames brachytherapy HDR, sitt simulaturi CT, tagħmir tan-network tar-radjoterapija, tagħmir tad-dożimetrija, tagħmir ta’ fissazzjoni.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment (C5.1 R2-I2) — Akkwist u implimentazzjoni ta’ tagħmir għall-istabbiliment tan-Network Onkoloġiku Nazzjonali u l-Bażi tad-Data Onkoloġika Nazzjonali

L-għan ta’ din il-miżura huwa li jinħoloq network nazzjonali għall-Bażi tad-Data Onkoloġika Nazzjonali, li jgħaqqad u jirreġistra data minn sistemi ta’ informazzjoni tal-isptarijiet u sistemi oħra permezz tal-awtomatiżmu, kompatibbli u paralleli mas-sistemi tal-IT tal-isptarijiet, u piż addizzjonali fuq il-professjonisti tal-kura tas-saħħa. Barra minn hekk, hija għandha tistabbilixxi pjattaforma tal-IT unika u uniformi għall-konnessjoni, il-monitoraġġ u l-aħjar trattament ta’ pazjenti onkoloġiċi, tippermetti l-ippjanar ta’ bidliet organizzattivi u strutturali, tidentifika r-riskji u l-bażi għall-implimentazzjoni ta’ passi ulterjuri tal-istrateġija, inkluż l-istabbiliment ta’ netwerk ta’ radjoterapija. Fin-netwerk Nazzjonali komprensiv ta’ Data Onkoloġika fuq il-pjattaforma tal-IT, il-pazjenti kollha għandhom jirċievu kura onkoloġika skont linji gwida u bażi tad-data unika/komplementari dwar il-kwalità tal-kura onkoloġika.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma C5.1 R3 — Introduzzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni strateġika tar-riżorsi umani fis-saħħa

Din ir-riforma għandha l-għan li żżid l-aċċess għall-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini, speċjalment dawk f’żoni rurali u inqas popolati filwaqt li ttejjeb l-effettività tal-mediċina ta’ emerġenza u tiżgura sistema tas-saħħa ta’ kwalità għolja u effiċjenti. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, għandu jiġi pprovdut taħriġ speċjalizzat għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari t-tobba fil-livell tal-kura tas-saħħa primarja kif ukoll għall-infermiera u t-tekniċi fil-qasam tal-mediċina ta’ emerġenza, biex b’hekk tinkiseb distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata tal-professjonisti tas-saħħa u okkupazzjoni suffiċjenti tan-Newtork tas-Servizzi tas-Saħħa Pubblika. Barra minn hekk, ir-riforma tipprevedi l-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Saħħa 2021–2027 li għandu:

-Jiddefinixxi l-ħtiġijiet ta’ żvilupp għall-kisba ta’ sistema tal-kura tas-saħħa flessibbli, effiċjenti u ġestita b’mod olistiku;

-Jindika miżuri dwar il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard li jirnexxu;

-Jintroduċi l-koordinazzjoni tal-fornituri tal-kura tas-saħħa u t-trasformazzjoni ta’ mudelli ta’ trattament u riabilitazzjoni lejn ġestjoni attiva tal-proċessi tal-kura fl-istadji u fil-livelli kollha;

- Jiddefinixxi l-integrazzjoni tas-servizzi tas-saħħa u l-kura soċjali u l-iżvilupp ta’ mudelli integrati ta’ kura fit-tul;

-Jintroduċi miżuri għall-kontroll u t-titjib tal-kwalità tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti;

-Ittejjeb id-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-persunal.

-Jintroduċi objettivi speċifiċi li jikkontribwixxu indirettament għall-kisba tal-objettiv strateġiku stabbilit fl-Istrateġija Nazzjonali ta’ Riforma (NRS) sal-2030. Għandu jsir kontribut għas-snin ta’ saħħa tal-istennija tal-għomor minn:

-Il-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard li huma problema ewlenija tas-saħħa pubblika;

-It-titjib tal-kwalità tal-kura tas-saħħa permezz ta’ titjib fl-effikaċja, is-sikurezza, l-aċċessibbiltà u l-integrazzjoni funzjonali tal-livelli u l-partijiet kollha tal-kura tas-saħħa;

-Introduzzjoni tal-mudell il-ġdid tal-kura għal sfidi ewlenin tas-saħħa bħall-mard kardjovaskulari, onkoloġiku u rari, u d-dijabete, biex itawwal il-ħajja u jtejjeb il-kwalità tagħha

-Is-sistema tas-saħħa ssir post ta’ impjieg ta’ min jixtiequ permezz ta’ governanza strateġika, biex b’hekk jiġu żgurati l-aħjar numru u distribuzzjoni ta’ impjegati fis-sistema tas-saħħa;

- Titjib tal-mudell ta’ finanzjament u ġestjoni tas-sistema tas-saħħa.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2021.

Investiment C5.1 R3-I1 — Finanzjament ċentrali għall-ispeċjalizzazzjonijiet

L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li jiġi żgurat li s-servizzi tas-saħħa kollha jkunu aċċessibbli b’mod adegwat għall-pubbliku wkoll fid-dawl tan-nuqqas ta’ tobba, minħabba l-irtirar tat-tobba, in-nuqqas ta’ interess fl-aċċettazzjoni ta’ impjiegi f’ambjenti rurali u żvantaġġati, inklużi l-gżejjer, u l-eżodu ta’ tobba żgħażagħ. L-investiment għandu jipprovdi taħriġ speċjalizzat għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, it-tobba tal-mediċina fil-livell primarju bażiku tal-kura tas-saħħa, kif ukoll fil-qasam tas-saħħa pubblika.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C5.1 R3-I2 — Taħriġ speċjalizzat ta’ infermiera u tekniċi fil-mediċina ta’ emerġenza

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tipprovdi taħriġ speċjalizzat għall-infermiera u t-tekniċi fil-mediċina ta’ emerġenza, li jippermettilhom jaħdmu b’mod indipendenti fis-servizzi mediċi ta’ emerġenza. It-taħriġ għandu jippermetti l-provvista ta’ firxa usa’ ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa lejn pazjenti ta’ emerġenza, u għadd kbir ta’ interventi ma jkunux jeħtieġu l-preżenza diretta ta’ tabib. Barra minn hekk, il-miżura għandha tippermetti t-tneħħija gradwali tat-tobba li jaħdmu fis-servizz mediku ta’ emerġenza outpatient, biex b’hekk jiġi kopert in-nuqqas ta’ tobba fis-sistema tal-isptarijiet li jwassal għal razzjonalizzazzjoni aħjar tas-sistema medika ta’ emerġenza.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Riforma C5.1 R4 — Żgurar tas-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema tas-saħħa

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tindirizza ż-żieda insostenibbli fl-arretrati, proċeduri inkonsistenti u l-akkwist ta’ mediċini għoljin fis-sistema tas-saħħa, bil-għan li tinkiseb sistema tas-saħħa pubblika finanzjarjament sostenibbli, billi jitwettaq standard uniformi ta’ proċeduri ta’ tħejjija, kuntrattar, ta’ implimentazzjoni li jinfluwenzaw il-modi u l-possibbiltajiet tal-għoti tal-kura tas-saħħa. Ir-riforma għandha tinkludi r-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv li jikkonsisti fl-Att dwar il-Kura tas-Saħħa u l-Att dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa Obbligatorja bl-elementi li ġejjin:

-It-titjib tal-organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-mediċina ta’ emerġenza tal-Istitut għall-Mediċina ta’ Emerġenza u t-twettiq ta’ kompiti operazzjonali permezz ta’ unitajiet organizzattivi definiti;

-Ir-riorganizzazzjoni tas-servizz tas-saħħa pubblika bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tiegħu, b’enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni u d-dijanjożi bikrija, rispons imtejjeb f’emerġenza u ċirkostanzi speċjali (pandemiji);

-It-trasferiment tad-drittijiet tal-ġestjoni tal-isptarijiet mill-kontej u l-Belt ta’ Zagreb lejn ir-Repubblika tal-Kroazja, sabiex jinkiseb użu effiċjenti u effettiv tal-kapaċitajiet eżistenti, u t-titjib tad-disponibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa permezz ta’ riorganizzazzjoni tal-mudell ta’ ġestjoni tal-isptarijiet;

-It-tqassir tal-ħin fil-listi ta’ stennija għas-servizzi mediċi individwali, l-ottimizzazzjoni u d-distribuzzjoni aħjar tar-riżorsi disponibbli tal-kura tas-saħħa mill-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja biex jinkisbu servizzi tas-saħħa aktar aċċessibbli għall-persuni assigurati;

-It-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja filwaqt li jiġi garantit kapital finanzjarju bil-għan li tinkiseb l-istabbiltà finanzjarja tas-sistema tas-saħħa pubblika;

-Bidliet leġiżlattivi biex jiġi żgurat it-twettiq fil-ħin tal-obbligi ta’ pagament tal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Kroat (HZZO).

Ir-riforma għandha tilħaq il-miri li ġejjin:

-Għandha titlesta l-integrazzjoni funzjonali ta’ mill-inqas 8 sptarijiet;

-Mill-inqas 85 % tal-kategoriji tax-xiri, li jirrappreżentaw mill-inqas 80 % tal-infiq totali tal-isptarijiet ġestiti mill-gvern, akkwistati permezz ta’ proċedura ta’ akkwist konġunt.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C5.1 R4-I1 — Preparazzjoni ċentrali ta’ preparazzjonijiet parenterali fi tmien sptarijiet Kroati

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tiġi implimentata sistema ta’ preparazzjoni ċentrali għal mill-inqas 75 % tal-preparazzjonijiet parenterali fi 8 sptarijiet, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġi pprovdut l-ogħla livell ta’ sikurezza fl-użu ta’ mediċini parenterali, jiġu evitati żbalji ta’ medikazzjoni, jiem addizzjonali ta’ rikoveru fl-isptar u jitnaqqas il-piż fuq it-tobba u l-infermiera fid-dipartiment tal-isptar. Il-miżura għandha tiżgura t-traċċabbiltà tal-mediċina mill-preskrivent għall-pazjent u l-awtomatizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tad-data dwar it-trattament bħala bażi għall-monitoraġġ tal-eżiti tat-trattament.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C5.1 R4-I2 — Introduzzjoni ta’ sistema ta’ distribuzzjoni ta’ terapija ta’ unità f’40 sptar Kroat

L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li tikkontribwixxi biex tiżdied is-sikurezza tal-pazjenti, jiġu evitati l-iżbalji fil-medikazzjoni, il-kontroll tal-istokkijiet tal-mediċini u tiżdied l-avokatura tal-pazjenti, li jwasslu għal titjib fir-riżultati ġenerali tal-kura. L-investiment għandu jintroduċi sistema ta’ distribuzzjoni ta’ terapija ta’ unità f’ 40 sptar u jtejjeb il-kwalità u l-preċiżjoni tal-kura, b’kont meħud tar-riżultati farmakoekonomiċi dejjem aktar importanti li jippermettu ż-żamma u t-titjib ulterjuri tal-kwalità tad-distribuzzjoni tat-terapija.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Investiment C5.1 R4-I3 — Id-diġitalizzazzjoni tat-traċċar tal-mediċini permezz tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa fil-livelli sekondarji u terzjarji tal-kura tas-saħħa

L-objettiv ta’ din il-miżura huwa d-diġitalizzazzjoni tal-mogħdija tad-droga biex is-sistema tas-saħħa Kroata tkun tista’ timmonitorja l-konsum tal-mediċini. Dan l-investiment huwa mistenni li jnaqqas il-piż amministrattiv u finanzjarju tas-sistema billi jelimina l-ħtieġa għad-dokumenti stampati kollha li jakkumpanjaw il-prodott mediċinali, inaqqas l-ispejjeż amministrattivi u l-użu tal-mediċini fid-dipartimenti. Għandu jippermetti l-ġenerazzjoni ta’ data farmakoepidemjoloġika biex tappoġġa ppjanar, monitoraġġ u evalwazzjoni aktar sistematiċi tal-proċessi kollha relatati mas-saħħa.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C5.1 R4-I4 — Żvilupp ta’ sistema ta’ monitoraġġ u prevenzjoni tan-nuqqas ta’ mediċini fil-Kroazja

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tintroduċi ġestjoni mmirata tad-data dwar il-ħażna tal-mediċini li għandha tippermetti aktar effiċjenza fl-akkwist tal-mediċini u tiżgura d-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali bl-aħjar prezz disponibbli. Barra minn hekk, il-miżura għandha tistabbilixxi sistema operattiva preċiża għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-fatturat ta’ ċerti mediċini li għandhom jipprovdu lill-Kroazja b’mudell u għodda għall-antiċipazzjoni u l-prevenzjoni ta’ skarsezzi tal-mediċini.

Il-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Investiment C5.1 R4-I5 — Introduzzjoni ta’ sistema ta’ monitoraġġ tal-eżitu tat-trattament għall-kura outpatient b’enfasi fuq pazjenti kroniċi fl-ispiżeriji pubbliċi

L-għan ta’ din il-miżura huwa li jinkisbu ppjanar, monitoraġġ u evalwazzjoni aktar sistematiċi tal-kosteffettività tal-investimenti fil-farmakoterapija ta’ pazjenti mhux fl-isptar. Għandha tiġi introdotta s-sistema għall-monitoraġġ tar-riżultati ta’ pazjenti kroniċi mhux fl-isptar fl-ispiżeriji pubbliċi. Il-mudell għandu jippermetti lis-sistema tas-saħħa Kroata timmonitorja b’mod sħiħ u trasparenti r-riżultati tat-trattamenti u ttejjeb il-fehim tar-riżultati differenti tal-mediċini mixtrija. Barra minn hekk, għandu jippermetti l-ħolqien ta’ bażijiet ta’ data farmako-epidemjoloġiċi ta’ valur.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Investiment C5.1 R4-I6 — Ġestjoni tal-iskart f’KBC Zagreb

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tnaqqas b’mod konsiderevoli l-ispejjeż tar-rimi u t-trasport tal-iskart mediku, iżżid il-kwalità tal-iġjene, ittejjeb is-sikurezza tal-persunal u tnaqqas il-piż u l-volum tal-iskart mediku pproċessat. Barra minn hekk, għandha tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-impatt negattiv fuq l-ambjent, billi tnaqqas l-emissjonijiet fl-ambjent u ttaffi r-riskji li jirriżultaw mit-trasport ta’ skart infettiv. L-investiment għandu jibni, f’konformità mal-fatt li ma ssir l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi klimatiċi, faċilitajiet ta’ inċinerazzjoni u ta’ appoġġ għar-rimi u t-trattament ta’ skart mediku perikoluż mhux riċiklabbli ġġenerat fuq il-post minn KBC Zagreb. Dan il-proġett ikopri l-kostruzzjoni ta’ faċilità moderna għall-immaniġġjar tal-iskart mediku li tikkonsisti minn:

-Ħżin refriġerat ta’ skart mediku perikoluż mhux riċiklabbli konformi mar-regolamenti kollha għall-ħżin ta’ dan it-tip ta’ skart;

-Linji tal-maniġġ tal-iskart mediku perikoluż mhux riċiklabbli;

-Linji għall-irkupru tal-enerġija ta’ skart mediku perikoluż mhux riċiklabbli b’sistema ta’ tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija u sistema ta’ monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet;

-Linji awtomatiċi moderni għall-ħasil tal-kontenituri;

Huwa mistenni li din il-miżura ma tagħmel l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Riforma C5.1 R5 — e-Saħħa

L-għan ta’ din il-miżura huwa li ttejjeb il-kapaċità ta’ ġestjoni permezz ta’ użu aktar effiċjenti tad-data u tinkoraġġixxi soluzzjonijiet innovattivi tas-saħħa biex tittejjeb il-ġestjoni tas-sistema tas-saħħa. Ir-riforma tas-saħħa elettronika għandha tappoġġa l-isforzi biex jiġi żgurat li n-nies kollha jkollhom aċċess għas-servizzi tas-saħħa meħtieġa (inklużi l-prevenzjoni, it-trattament, ir-riabilitazzjoni u l-kura palljattiva) ta’ kwalità suffiċjenti. Ir-riforma għandha tinkludi l-adozzjoni tal-qafas telemediku nazzjonali bil-ħsieb li:

-Testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi telemediċi u l-iżgurar tal-interoperabbiltà mas-sistema nazzjonali ta’ informazzjoni dwar is-saħħa u l-adegwatezza għall-iskambju transfruntier futur;

-It-trażmissjoni tal-parametri vitali tal-pazjenti mis-Servizz tas-Saħħa ta’ Emerġenza (HMS) għas-Servizz tal-Isptar ta’ Emerġenza Konġunt (OHBP) u l-monitoraġġ remot tal-outpatients.

-L-istabbiliment ta’ sorveljanza remota tas-Servizz tal-Kura tas-Saħħa ta’ Emerġenza (HMS) u pjan ta’ azzjoni għall-introduzzjoni ta’ superviżjoni u qafas għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, abbażi ta’ Dokumenti Analiżi tas-Sitwazzjoni, Qafas Nazzjonali u Pjan ta’ Azzjoni mwassla taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku assoċjat.

Is-sistema nazzjonali ta’ ġestjoni tal-informazzjoni dwar l-e-Saħħa għandha tinkludi l-funzjonalitajiet li ġejjin:

-Rappurtar regolari dwar is-saħħa tal-popolazzjoni bħala bażi għal attivitajiet immirati għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard;

-Bini ta’ kapaċitajiet nazzjonali għall-analiżi tad-data, inkluża l-integrazzjoni tal-fornituri tal-kura tas-saħħa u tal-interfaċċji tal-pazjenti mal-infrastrutturi u l-prattiki eżistenti;

-Titjib tal-kapaċitajiet nazzjonali għall-iskjerament tal-Intelliġenza Artifiċjali u l-computing ta’ prestazzjoni għolja, iż-żieda tal-livell taċ-ċibersigurtà tal-e-Saħħa u l-ħiliet diġitali avvanzati għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, kif ukoll għall-pazjenti permezz ta’ teknoloġiji avvanzati, b’mod partikolari l-intelliġenza artifiċjali;

-Il-faċilitazzjoni tal-iżvilupp ta’ servizzi tas-saħħa ġodda bbażati fuq data miġbura b’mod anonimu disponibbli fis-sistema tas-saħħa.

Ħames investimenti ta’ akkumpanjament (C5.1 R5-I1 sa I5) għandhom jappoġġaw ir-riforma.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Investiment C5.1 R5-I1 — Integrazzjoni diġitali ta’ teatri tal-operazzjonijiet u kirurġija robotika f’KBC Split

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tippermetti li pazjenti b’mard malinn jiġu ttrattati b’mod komprensiv u li jiġu integrati miżuri ta’ ottimizzazzjoni tal-kura tas-saħħa. B’dan il-mod, l-investiment huwa mistenni li jtejjeb ir-riżultati fil-qasam tas-saħħa, bis-saħħa tal-introduzzjoni ta’ mudell ġdid ta’ kura għall-pazjenti, b’mod partikolari trattamenti kirurġiċi ġodda tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. L-investiment jindirizza d-diġitalizzazzjoni tat-teatri tal-operazzjonijiet u x-xiri ta’ tagħmir għat-trattament avvanzat tal-kanċer f’ KBC Split.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.



Investiment C5.1 R5-I2 — TELECORDIS

L-għan ta’ din il-miżura huwa d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi kardjoloġiċi li għandhom jippermettu l-monitoraġġ kontinwu tal-kundizzjoni tal-pazjenti, speċjalment dawk b’mard kardijaku kroniku. Servizzi dijanjostiċi ta’ kardjoloġija rapidi u aċċessibbli fil-livell tal-kura primarja huma mistennija li jgħinu fid-detezzjoni f’waqtha ta’ problemi tas-saħħa tal-qalb tal-pazjenti, trattament f’waqtu u xieraq u monitoraġġ kontinwu tal-istat tas-saħħa tagħhom. Barra minn hekk, is-servizz telemediku tal-ECG Holter għandu jipprovdi lill-pazjenti f’żoni remoti u rurali aċċess għal kura speċjalizzata, u b’hekk iżid b’mod sinifikanti d-disponibbiltà ta’ servizzi tas-saħħa speċjalizzati fiċ-ċentri tal-outpatients lokali, itejjeb il-prestazzjoni tal-ispeċjalisti, itejjeb l-eżiti għall-pazjenti, inaqqas il-listi ta’ stennija u l-ispiża biex jiġi pprovdut servizz tal-kura tas-saħħa. L-investiment għandu jinkludi d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi dijanjostiċi u għandu jippermetti l-kondiviżjoni tad-data ma’ ċentri speċjalizzati mxerrda.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.

Investiment C5.1 R5-I3 — Teletrasfużjoni

L-għan ta’ din il-miżura huwa d-diġitalizzazzjoni tas-servizz tat-trasfużjoni u l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ speċjalista tat-trasfużjoni on-call għall-istabbilimenti kollha tal-kura tas-saħħa fl-isptarijiet b’unitajiet ta’ trasfużjoni, li tikkontribwixxi għal żvilupp qawwi tas-servizz tat-telemediċina permezz tat-trażmissjoni diġitali ta’ data medika u ssaħħaħ l-interkonnessjoni tal-istabbilimenti tal-isptarijiet kollha ma’ unitajiet ta’ trasfużjoni.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Investiment C5.1 R5-I4 — Id-diġitalizzazzjoni u l-integrazzjoni ta’ kmamar operattivi mgħammra b’kirurġija robotika fiċ-Ċentru tal-Isptarijiet Kliniċi “KBC Sestre milosrdnice”

L-objettiv ta’ din il-miżura huwa d-diġitalizzazzjoni tat-teatri tal-operazzjonijiet u x-xiri ta’ tagħmir ta’ trattament avvanzat għal trattamenti kirurġiċi moderni ġodda. Id-diġitalizzazzjoni u l-integrazzjoni tal-kmamar operattivi għandhom ibiddlu l-ippjanar, id-dokumentazzjoni, il-ħżin u l-kondiviżjoni tad-data dwar il-pazjenti u t-tipi u l-metodi ta’ trattament operazzjonali. Il-kirurġija robotika għandha ttejjeb il-kwalità tat-trattament kirurġiku, iżżid is-sikurezza tal-pazjenti, tikseb aktar trasparenza fit-trattament, kontroll aħjar tal-ispejjeż u riżultati tas-saħħa, issaħħaħ u tikkonsolida r-riżorsi essenzjali tal-infrastruttura tal-informazzjoni dwar is-saħħa, tintroduċi sistema ta’ servizzi tas-saħħa mingħajr karti u tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni diġitali.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Investiment C5.1 R5-I5 — Id-diġitalizzazzjoni u t-tagħmir tal-unitajiet dijanjostiċi tal-Isptar Kliniku “KB Merkur”

L-għan ta’ din il-miżura huwa li jiġu diġitalizzati u mgħammra l-unitajiet dijanjostiċi, li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-proċeduri dijanjostiċi tal-iżvilupp u li jiġi pprovdut servizz ta’ kwalità aħjar lill-pazjenti. L-investiment għandu jinkludi x-xiri tal-apparati tal-aħħar teknoloġija.

Il-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.

U.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Ħin

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

318

C5.1 R1

M

Adozzjoni tal-Qafas ta’ Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-Sistemi tas-Saħħa (HSPA)

Dħul fis-seħħ tal-Qafas ta’ Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-Sistemi tas-Saħħa

 

 

 

Q3

2022

Il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-Sistemi tas-Saħħa (HSPA), għandha tistabbilixxi qafas ta’ kejl tal-prestazzjoni tas-sistema tas-saħħa, tistabbilixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni skont metodoloġija ta’ valutazzjoni definita, marbuta mal-proċess ta’ rabta tal-miżuri mal-objettivi stabbiliti fid-dokumenti u r-riformi ta’ strateġija nazzjonali, it-tempestività tad-data, u t-titjib tal-monitoraġġ tal-eżiti tas-saħħa.

319

C5.1 R1

T

Ottimizzazzjoni tal-ħin għat-trattament dijanjostiku — listi ta’ stennija

 

L-għadd ta’ jiem

400

270

Q4

2023

Il-perjodu ta’ żmien ta’ stennija għall-pazjenti fuq trattament dijanjostiku għandu jitnaqqas għal 270 jum mill-perjodu ta’ żmien attwali tal-lista ta’ stennija ta’ 400 jum.

320

C5.1 R1-I1

T

Aċċess għall-kura fl-ispiżeriji u l-mediċini

 

Numru

0

8

Q3

2024

L-aċċess għall-kura tas-saħħa għandu jiġi żgurat għar-residenti kollha u għat-turisti fit-territorju kollu tar-Repubblika tal-Kroazja, b’servizzi pprovduti matul l-istaġun turistiku anke f’postijiet u gżejjer li m’għandhomx spiżeriji, u lanqas depot ta’ spiżerija, minħabba li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ distanza minn spiżerija oħra jew in-numru ta’ abitanti, bħan-nuqqas ta’ kosteffettività tax-xogħol tagħhom ta’ kuljum fiż-żona. Sabiex tintlaħaq il-mira, għandhom jinxtraw mill-inqas erba’ spiżeriji tal-karavans mobbli u mill-inqas erba’ spiżeriji tad-dgħajjes.

321

C5.1 R1-I2

T

Għoti ta’ kura tas-saħħa primarja mobbli għal pazjenti ta’ barra

 

% (Persentaġġ)

0

80

Q2

2025

Abbażi tal-qafas legali stabbilit, il-Ministeru tas-Saħħa (MIZ), f’kooperazzjoni mal-kontej u ċ-ċentri tas-saħħa, għandu jistabbilixxi sistema klinika mobbli (vettura tal-kura primarja għall-pazjenti ta’ barra) fi 80 % taż-żoni rurali, remoti u l-gżejjer. F’kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-kap taċ-Ċentru tas-Saħħa, it-tabib u l-infermiera għandhom iżuru postijiet remoti żgħar f’żoni ta’ kopertura taċ-Ċentri tas-Saħħa fejn ma jkunx hemm disponibbiltà tas-servizz bit-tagħmir mediku u tekniku meħtieġ għal prattika medika tal-familja u jeżaminaw il-pazjenti, jipprattikaw terapija, joħorġu tipi differenti ta’ preskrizzjonijiet, u jagħmlu żjarat fid-djar lil pazjenti immobbli. L-għadd ta’ vetturi għandu jiġi ddeterminat wara l-analiżi tal-immappjar tal-kapaċità meħtieġa biex tintlaħaq il-mira.

322

C5.1 R1-I3

T

Bini ġdid fil-kumpless tal-Klinika għall-Mard Infettiv Dr Fran Mihaljević

 

Numru

0

1

Q1

2026


Il-proġett għandu jikkonsisti fit-twaqqigħ tal-bini eżistenti (3, 4 u 1/5) u l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid bħala parti mill-kumpless b’sular taħt l-art, pjan terran, u tliet sulari ġodda. Il-kostruzzjoni l-ġdida kollha għandha tkun mill-inqas bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero skont id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija filwaqt li r-rikostruzzjoni tal-bini eżistenti għandha tikseb bħala medja, mill-inqas rinnovazzjoni ta’ livell ta’ fond medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rinnovazzjoni tal-Bini, jew biex jinkiseb, bħala medja, tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-emissjonijiet ex ante. Għal kull kostruzzjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu żgurati kundizzjonijiet klimatiċi ta’ ġewwa tajbin għas-saħħa, is-sikurezza kontra n-nirien u r-riskji relatati ma’ żieda fl-attività siżmika.

323

C5.1 R1-I4

M

Modernizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa fiċ-Ċentru tal-Isptarijiet Kliniċi KBC Split

Tagħmir mixtri għall-Istitut Kliniku għar-Radjoloġija Dijanjostika u ta’ Intervent KBC Split

 

 

 

Q4

2022

L-installazzjoni ta’ tagħmir għall-Istitut Kliniku għar-Radjoloġija Dijanjostika u ta’ Intervent u fl-Istitut tal-Mediċina Nukleari Klinika u l-kostruzzjoni u t-tagħmir ta’ kamra endoskopika ibrida fl-Istitut Gastroenteroloġiku, biex tkun tista’ ssir l-introduzzjoni ta’ proċeduri dijanjostiċi u terapewtiċi ġodda fiċ-Ċentru tal-Isptarijiet Kliniċi KBC Split. It-tagħmir installat għandu jkun mill-inqas reżonanza manjetika 3T, kamra diġitali DSA angio tan-newrointervent, magna diġitali tar-raġġi-X dijaskopika, kamra gastroenteroloġika endoskopika.

324

C5.1 R1-I5

T

Bini tal-Blokk Operattiv Ċentrali bil-kontenuti akkumpanjanti tal-Isptar Ġenerali ta’ Varaždin

 

Numru

0

1

Q4

2025

Il-kostruzzjoni u t-tagħmir tal-bini tal-Blokk Operattiv Ċentrali (COB) b’unitajiet tal-kura intensiva (Jil), l-isterilizzazzjoni ċentrali, id-dijanjostika RTG, it-trasfużjonijiet u l-laboratorji mediċi-bijokimiċi, u l-kostruzzjoni ta’ kurituri ta’ konnessjoni ma’ faċilitajiet mediċi eżistenti. Il-kostruzzjoni l-ġdida kollha għandha tkun mill-inqas bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero skont id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija filwaqt li r-rikostruzzjoni tal-bini eżistenti għandha tikseb bħala medja, mill-inqas rinnovazzjoni ta’ livell ta’ fond medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rinnovazzjoni tal-Bini, jew biex jinkiseb, bħala medja, tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-emissjonijiet ex ante. Għal kull kostruzzjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu żgurati kundizzjonijiet klimatiċi ta’ ġewwa tajbin għas-saħħa, is-sikurezza kontra n-nirien u r-riskji relatati ma’ żieda fl-attività siżmika.

325

C5.1 R1-I6

T

Tagħmir mediku dijanjostiku fl-Isptar Kliniku (KB) Dubrava

 

Numru

0

8

Q2

2023

Ix-xiri u l-installazzjoni ta’ tmien unitajiet ta’ apparat mediku dijanjostiċi u tagħmir radjoloġiku diġitali għall-Istitut Kliniku għar-Radjoloġija Dijanjostika u ta’ Intervent. L-apparat kollu huwa ppjanat li jiġi installati gradwalment filwaqt li kollha għandhom ikunu operattivi sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023.

326

C5.1 R1-I7

T

Faċilitajiet ġodda KBC Sestre Milosrdnice

 

Numru

0

2

Q4

2023

KBC Sestre Milosrdnice għandu jkun mgħammar b’faċilitajiet integrati ta’ dħul tal-emerġenza, faċilitajiet tal-isptar ta’ matul il-jum u ta’ kirurġija ta’ ġurnata waħda b’tagħmir u għamara mediċi u mhux.

327

C5.1 R1-I8

T

Tagħmir mediku għat-trattament operazzjonali u l-kura ta’ pazjenti b’epilessija reżistenti għall-mediċina fl-Isptar Kliniku (KB) Dubrava

 

Numru

0

10

Q2

2023

Għall-fini ta’ żvilupp ulterjuri tal-Istitut tan-Newroloġija fl-Isptar Kliniku (KB) Dubrava, għandhom jiġu installati għaxar biċċiet ta’ apparat mediku u jitħaddmu mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023. L-investiment għandu jinkludi l-akkwist ta’ tagħmir bħal apparat ta’ reġistrazzjoni SEEG b’256 kanal, EMNG diġitali u apparat tal-immaġini EP bi 12-il kanal. Apparat ta’ termokoagulazzjoni bi frekwenza tar-radju (RF) u adattament ta’ kapaċità spazjali adegwata.

328

C5.1 R1-I9

T

Proġett ta’ Żvilupp ta’ KBC Zagreb

 

Numru

0

1

Q1

2026

It-tlestija tal-Proġett ta’ Żvilupp ta’ KBC Zagreb għandha tinkludi x-xiri ta’ tagħmir mediku ġdid u tagħmir mhux mediku meħtieġ (bħal għamara u tagħmir tal-kċina) għal sitt dipartimenti u kliniċi.

329

C5.1 R2

M

It-titjib u l-armonizzazzjoni tal-kwalità tal-kura tas-saħħa bl-iżvilupp ta’ Linji Gwida Kliniċi Elettroniċi

Il-linji gwida kliniċi żviluppati u integrati fil-Linji Gwida elettroniċi fis-sistema tas-saħħa Kroata mill-Ministeru tas-Saħħa (MIZ).

 

 

 

Q3

2025

Abbażi tal-evidenza xjentifika, il-Ministeru tas-Saħħa (MIZ) għandu jiżviluppa u jintegra fis-sistema tas-saħħa Kroata linji gwida kliniċi kif ukoll linji gwida elettroniċi li jarmonizzaw il-kwalita tal-kura tas-saħħa, bl-għan li junifikaw it-trattament tal-pazjenti u jtejbu l-eżiti tal-kura. L-implimentazzjoni tal-linji gwida kliniċi għandha tiġi integrata u l-Linji Gwida elettroniċi fis-sistema tas-saħħa Kroata, u għalhekk għandha tibbenefika ż-żieda fil-kwalità tal-kura tas-saħħa u t-titjib tal-ġestjoni tas-sistema għall-benefiċċju tal-pazjenti, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u s-soċjetà kollha kemm hi.

330

C5.1 R2

T

Ottimizzazzjoni tal-ħin għat-trattament radjoloġiku — listi ta’ stennija

 

L-għadd ta’ jiem

 

30

Q2

2026

Il-perjodu ta’ żmien ta’ stennija għall-pazjenti fuq trattament radjoloġiku għandu jitnaqqas għal 30 jum mill-indikazzjoni dijanjostika.

331

C5.1 R2-I1

T

It-titjib tal-kwalità tar-radjoterapija onkoloġika

 

Numru

0

6

Q4

2025

Sitt sptarijiet għandhom jiġu mgħammra b’apparat mediku għall-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament tal-kanċer. L-investiment għandu jinvolvi l-akkwist ta’ tagħmir ġdid u r-restawr ta’ tagħmir qadim, skont prijoritajiet definiti.

332

C5.1 R2-I2

T

Pjattaforma unika tal-IT għall-konnessjoni, il-monitoraġġ u t-trattament ottimali tal-pazjenti onkoloġiċi

 

Numru

0

1

Q4

2025

Għandha tiġi żviluppata u ssir operattiva pjattaforma tal-IT unika u uniformi għall-konnessjoni, il-monitoraġġ u l-aħjar trattament ta’ pazjenti onkoloġiċi. Il-pjattaforma tal-IT għandha tippermetti l-ġbir ta’ data sanitarja, l-ippjanar ta’ bidliet organizzattivi u strutturali, l-identifikazzjoni tar-riskji u l-bażi għall-implimentazzjoni ta’ passi ulterjuri tal-istrateġija, inkluż l-istabbiliment ta’ network ta’ radjoterapija. L-istituzzjonijiet kollha tal-onkoloġija fil-Kroazja għandhom jiġu inklużi fin-network onkoloġiku nazzjonali. Algoritmi xierqa ta’ proċeduri dijanjostiċi bażiċi meħtieġa biex tinbeda l-kura tal-aktar dijanjosi komuni għandhom jiġu installati wkoll fi ħdan in-network onkoloġiku tal-IT nazzjonali sabiex tiġi standardizzata l-kura fil-livelli kollha fil-Kroazja, minn outpatients onkoloġiċi żgħar sa ċentri kliniċi tal-isptarijiet.

333

C5.1 R3

 

Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Saħħa 2021–2027

Adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Saħħa 2021–2027

 

 

 

Q3

2021

Il-pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Saħħa 2021–2027 bħala att ta’ ppjanar settorjali komprensiv għandu jistabbilixxi objettivi, miżuri, proġetti u attivitajiet speċifiċi li għandhom jiġu implimentati taħt il-patroċinju tal-Ministeru tas-Saħħa (MIZ) bl-objettiv primarju li tittejjeb is-sistema tas-saħħa u r-riżultati tas-saħħa. Il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Saħħa għandu jkun konsistenti mal-Programm ta’ Riforma tal-Gvern Kroat, u l-Linji Gwida għall-Politika ta’ Koeżjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-2021–2027. Il-pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Saħħa għandu jiddefinixxi l-ħtiġijiet tal-iżvilupp fuq perjodu medju billi:
- Id-definizzjoni tal-ħtiġijiet ta’ żvilupp għall-kisba ta’ sistema tal-kura tas-saħħa flessibbli, effiċjenti u ġestita b’mod olistiku;

- jindika miżuri dwar il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard li jirnexxu;

- L-introduzzjoni tal-koordinazzjoni tal-fornituri tal-kura tas-saħħa u t-trasformazzjoni ta’ mudelli ta’ trattament u riabilitazzjoni lejn ġestjoni attiva tal-proċess tal-kura fl-istadji u fil-livelli kollha;

- Id-definizzjoni tal-integrazzjoni tas-servizzi tas-saħħa u l-kura soċjali u l-iżvilupp ta’ mudelli integrati ta’ kura fit-tul;

- L-introduzzjoni ta’ miżuri għall-kontroll u t-titjib tal-kwalità tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti;

- Titjib tad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-persunal.

- L-introduzzjoni ta’ objettivi speċifiċi li jikkontribwixxu indirettament għall-kisba tal-objettiv strateġiku stabbilit fl-Istrateġija Nazzjonali ta’ Riforma (NRS) sal-2030. Għandu jsir kontribut għas-snin ta’ saħħa tal-istennija tal-għomor minn:

-Il-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard li huma problema ewlenija tas-saħħa pubblika;

-It-titjib tal-kwalità tal-kura tas-saħħa permezz ta’ titjib fl-effikaċja, is-sikurezza, l-aċċessibbiltà u l-integrazzjoni funzjonali tal-livelli u l-partijiet kollha tal-kura tas-saħħa;

-Introduzzjoni tal-mudell il-ġdid tal-kura għal sfidi ewlenin tas-saħħa bħall-mard kardjovaskulari, onkoloġiku u rari, u d-dijabete, biex itawwal il-ħajja u jtejjeb il-kwalità tagħha

-Is-sistema tas-saħħa ssir post ta’ impjieg ta’ min jixtiequ permezz ta’ governanza strateġika, biex b’hekk jiġu żgurati l-aħjar numru u distribuzzjoni ta’ impjegati fis-sistema tas-saħħa;

- Titjib tal-mudell ta’ finanzjament u ġestjoni tas-sistema tas-saħħa.

Sabiex jinkisbu l-objettivi speċifiċi, għandhom jiġu definiti l-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati. L-indikaturi tal-eżitu għal kull wieħed mill-objettivi speċifiċi u l-indikaturi tar-riżultati għandhom jiġu definiti għal kull waħda mill-azzjonijiet. Il-pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Saħħa għandu jinkludi r-riżultati tal-immappjar tal-ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa u tal-kura soċjali fil-qasam tal-kura fit-tul. Id-dokument innifsu juża inputs minn atti u programmi nazzjonali oħra (il-Qafas Strateġiku Nazzjonali kontra l-Kanċer sal-2030, il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Isptarijiet Kliniċi, il-Kliniċi u l-Isptarijiet Ġenerali fil-Kroazja, il-Kanċer Nazzjonali, id-Dijabete, il-Mard Rari) u r-Rakkomandazzjonijiet (CSRs) għall-Kroazja għall-2019 u l-2020.

334

C5.1 R3-I1

T

Taħriġ mediku speċjalizzat fil-livell bażiku primarju tal-kura tas-saħħa

 

Numru

0

467

Q4

2025

It-taħriġ speċjalizzat għandu jitlesta minn 467 professjonist tas-saħħa:
- Tobba fil-livell primarju bażiku tal-kura tas-saħħa kif ukoll fil-qasam ta’

Tobba fil-qasam tas-saħħa pubblika ffinanzjati mill-programm ċentrali ta’ finanzjament għall-ispeċjalizzazzjonijiet.

L-investiment għandu jikkontribwixxi għad-disponibbiltà tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini kollha kif ukoll kapaċità suffiċjenti tan-netwerk tas-saħħa pubblika.

335

C5.1 R3-I2

T

Taħriġ speċjalizzat fil-mediċina ta’ emerġenza fil-baċellerat tal-infermerija

 

Numru

0

375

Q4

2025

Total ta’ 375 baċellerat ta’ infermiera/tekniċi mediċi għandhom jiġu mħarrġa f’taħriġ speċjalizzat ta’ sena fil-mediċina ta’ emerġenza, li minnhom 210 minn timijiet T2 eżistenti diġà jaħdmu fl-Istituti ta’ Emerġenza tal-Kontea, biex jiġi żgurat fin-Network eżistenti tal-Mediċina ta’ Emerġenza li kull tim T2 ikollu gradwat tal-baċellerat tal-infermerija wieħed b’taħriġ speċjalizzat, u l-165 gradwat li jifdal bi programm ta’ speċjalizzazzjoni komplut għandhom isaħħu s-sistema tal-kura tas-saħħa, speċjalment f’dawk l-oqsma b’nuqqas ta’ tobba.

336

C5.1 R4

M

Emenda tal-Att dwar il-Kura tas-Saħħa u l-Att dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa Obbligatorja

Dħul fis-seħħ tal-Atti li Jemendaw l-Att dwar il-Kura tas-Saħħa u l-Att dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa Obbligatorja

 

 

 

Q4

2022

L-emendi għall-Att dwar il-Kura tas-Saħħa għandhom jippermettu li d-Deċiżjoni l-ġdida dwar l-Akkwist Konġunt tkun vinkolanti wkoll fuq dawk l-istituzzjonijiet tas-saħħa li l-parteċipazzjoni tagħhom s’issa kienet volontarja u konsegwentement għandha żżid l-għadd ta’ partijiet interessati koperti mill-akkwist konġunt.
- L-Uffiċċju Uniku għall-Mediċina ta’ Emerġenza jtejjeb l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ mediċina ta’ emerġenza u jwettaq kompiti operattivi fit-territorju kollu tar-Repubblika tal-Kroazja permezz ta’ ċerti unitajiet organizzattivi;

- Ir-riorganizzazzjoni tas-servizz tas-saħħa pubblika għandha tikkontribwixxi biex tiżdied l-effiċjenza u ssaħħaħ is-sistema tas-saħħa pubblika, b’enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni u d-dijanjożi bikrija, rispons imtejjeb f’emerġenza u ċirkostanzi speċjali (pandemiji);

- It-trasferiment tad-drittijiet tal-ġestjoni tal-isptarijiet li bħalissa huma ġestiti mill-kontej u l-Belt ta’ Zagreb lir-Repubblika tal-Kroazja sabiex jinkiseb użu razzjonali u ta’ kwalità tal-kapaċitajiet eżistenti, jitjiebu d-disponibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa billi jiġi organizzat mill-ġdid il-mudell tal-ġestjoni tal-isptarijiet.


L-emendi għall-Att dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa Obbligatorja għandhom jistabbilixxu kriterji ċari u trasparenti għad-determinazzjoni tal-programm ta’ miżuri tal-kura tas-saħħa taħt l-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja, il-korpi li għandhom jistabbilixxu u jadottaw programm ta’ miżuri u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kura tas-saħħa li għandhom ikunu koperti mill-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja u l-konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra. L-att għandu jkollu l-għan li:

-Jagħmel il-kura tas-saħħa aktar aċċessibbli u f’waqtha għall-persuni assigurati meta jkollhom bżonnha;

-Inaqqas il-listi ta’ stennija għal servizzi mediċi individwali, ottimizzazzjoni u, f’dan ir-rigward, distribuzzjoni aħjar tar-riżorsi disponibbli għall-kura tas-saħħa mill-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja

- Jipprovdi finanzjament bil-għan li tinkiseb l-istabbiltà finanzjarja, is-sostenibbiltà tagħha u, f’dan ir-rigward, itejbu s-sitwazzjoni tal-persuni assigurati fl-eżerċizzju tal-assigurazzjoni tas-saħħa statutorja;

- Idaħħal dispożizzjoni li tiffavorixxi lill-entitajiet kontraenti tal-HZZO bħala fornituri tal-kura tas-saħħa minn assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja, fir-rigward tal-ħlas tal-obbligi tal-HZZO lejhom fil-limiti ta’ żmien preskritti mil-liġi, sabiex jiġi ggarantit id-dritt għall-kura tas-saħħa għall-persuni assigurati.

337

C5.1 R4

T

Integrazzjoni funzjonali tal-isptarijiet

 

Numru

12

20

Q4

2023

Għandha titlesta l-integrazzjoni funzjonali ta’ mill-inqas 8 sptarijiet, biex tiġi razzjonalizzata s-sistema tal-isptar permezz ta’ tnaqqis/ridistribuzzjoni tal-attivitajiet u tnaqqis tal-kapaċità stazzjonarja akuta, it-tisħiħ tal-isptarijiet ta’ kuljum bħala trattamenti aktar kosteffikaċi.

338

C5.1 R4

T

Proċedura ta’ akkwist konġunt għall-istituzzjonijiet tas-saħħa

 

% (Persentaġġ)

0

85

Q4

2023

Mill-inqas 85 % tal-kategoriji tax-xiri, li jirrappreżentaw mill-inqas 80 % tal-infiq totali tal-isptarijiet ġestiti mill-gvern, għandhom akkwistati permezz ta’ proċedura ta’ akkwist konġunt. Biex tintlaħaq il-mira, abbażi ta’ emenda tad-deċiżjoni dwar it-tmexxija konġunta obbligatorja ta’ proċedura speċifika ta’ akkwist għall-istituzzjonijiet tas-saħħa — il-Ministeru tas-Saħħa (MIZ) għandu: i) jiddeċiedi li jeżerċita proċedura ta’ akkwist konġunt;
ii) jikkonkludi ftehimiet ma’ partijiet ikkonċernati tal-akkwist konġunt; iii) jistabbilixxi gruppi ta’ esperti biex ifasslu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-kategoriji kkonċernati; U iv) jimplimenta l-kategoriji tal-akkwist imsemmija fid-deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni konġunta obbligatorja ta’ proċedura speċifika ta’ akkwist għall-istituzzjonijiet tas-saħħa — wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Il-proċeduri tal-akkwist konġunt għandhom jitwettqu skont l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku u l-ftehimiet qafas/il-konklużjoni tal-kuntratti.

339

C5.1 R4-I1

T

Ġestjoni ċentrali ta’ preparazzjonijiet parenterali fi 8 sptarijiet

 

% (Persentaġġ)

0

75

Q4

2024

Mill-inqas 75 % tal-preparazzjonijiet parenterali fi tmien sptarijiet Kroati għandhom jitwettqu permezz ta’ preparazzjoni ċentrali tal-mediċini. Bl-implimentazzjoni tal-preparazzjoni ċentrali tad-droga, il-laboratorju tal-ispiżerija għandu jħejji l-biċċa l-kbira tat-terapija parenterali meħtieġa għad-dipartimenti, żviluppata skont l-ogħla standards ta’ sigurtà fit-taqsima “lesta għall-użu”. Il-preparazzjonijiet għandhom ikunu ttikkettati bl-isem tal-pazjent, l-isem tal-prodott mediċinali u d-doża, u din is-sistema ta’ tikkettar għandha tipprevjeni kwalunkwe żball possibbli fit-trattament.

340

C5.1 R4-I2

T

Sistema ta’ terapija tal-unità għal forom solidi ta’ mediċini f’40 sptar Kroat

 

% (Persentaġġ)

0

50

Q4

2025

Sal-31 ta’ Diċembru 2025, 50 % tal-mediċini kollha f’forma solida għandhom jitħejjew bl-użu ta’ sistema ta’ terapija unitarja fi 40-il sptar Kroat. Għandu jiġi organizzat spazju għad-distribuzzjoni ta’ kull unità ta’ terapija għal kull sptar individwali u apparati b’kapaċità adegwata biex jippakkjaw it-terapija unitarja għall-ħtiġijiet ta’ kuljum tal-isptar. Għandu jiġi stabbilit kanal ta’ komunikazzjoni diġitali mid-dipartiment tal-isptar għall-ispiżerija tal-isptar, biex b’hekk it-tobba jkunu jistgħu jordnaw it-trattament meħtieġ għall-pazjent u jirċievu feedback dwar il-ħin tal-kunsinna (integrazzjoni tas-soluzzjoni l-ġdida fis-sistema tal-informazzjoni tal-isptar).

341

C5.1 R4-I3

T

Il-monitoraġġ tal-mediċina fis-sistema tal-isptarijiet mill-ispiżerija sal-pazjent

 

Numru

0

30

Q2

2026

Mill-inqas 30 sptar għandu jkollhom soluzzjoni tal-IT integrata funzjonali għall-monitoraġġ sħiħ tal-mediċina fis-sistema tal-isptar mill-ispiżerija sal-pazjent. Formola għar-rapportar lill-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Kroat (HZZO) u lill-Aġenzija għall-Prodotti Mediċinali u l-Apparat Mediku tal-Kroazja (HALMED) dwar il-konsum tal-mediċini kollha għandha tinħoloq u tiġi separata mill-konsum ta’ kategoriji speċifiċi ta’ prodotti mediċinali bħal antibijotiċi żejda, mediċini partikolarment għaljin jew kwalunkwe informazzjoni farmako-epidemjoloġika oħra meħtieġa mis-sistema tas-saħħa. Soluzzjoni ta’ software għad-diġitalizzazzjoni tal-mogħdija tal-mediċini fl-isptarijiet għandha tiġi żviluppata u integrata f’mill-inqas 30 sptar fil-fażi finali.

342

C5.1 R4-I4

T

Sistema għall-monitoraġġ ta’ skarsezzi ta’ prodotti mediċinali abbażi tat-teknoloġija tal-blockchain

 

% (Persentaġġ)

0

100

Q2

2025

Għandha tiġi żviluppata soluzzjoni ta’ software għall-monitoraġġ ta’ skarsezzi ta’ mediċini fil-Kroazja u jiġi żviluppat mudell integrat għall-antiċipazzjoni u l-prevenzjoni ta’ skarsezzi ta’ mediċini. Sabiex jiġu protetti l-utenti individwali, it-teknoloġija tal-blockchain għandha tintuża biex tipprovdi trasparenza għad-data rilaxxata lill-pubbliku, filwaqt li tipproteġi d-data li titqies bħala anonima jew possibbilment aċċessibbli għall-gvern. 100 % tal-mediċini għandhom jiġu mmonitorjati biex jiġu antiċipati u evitati n-nuqqasijiet permezz tas-soluzzjoni tas-software tal-blockchain.

343

C5.1 R4-I5

T

Unitajiet dijanjostiċi KBC Merkur

 

Numru

0

4

Q1

2023

Sabiex tittejjeb il-kwalità tas-servizz, jiżdied l-għadd ta’ trattamenti tal-pazjenti, jitħaffu u jiżdiedu d-disponibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa għall-kategoriji kollha ta’ pazjenti, it-tagħmir għandu jiġi installat għal mill-inqas 4 unitajiet dijanjostiċi f’KBC Merkur. It-tagħmir installat għandu jikkonsisti minn:
-Apparat għal ekokardjografija transtoraċika u transesogastrika;

-Tliet monitors għal skopijiet ta’ unità koronarja;

-Sistema għat-telemetrija tal-pazjenti fil-ward miftuħa;

-Ultrasound aktar b’saħħtu;

-Ultrasound b'anqas saħħa;

-Magnetic resonance MR 3T;

-Skener tal-mammografija;

Tomografija tal-kompjuter multi-slice (MSCT);

-Ultrasound;

-Ultrasound b’3D/4D convex, 3D/4D vaġinali, 2 D vaġinali u2D convex probe u printer;

-Ultrasound High Class Color Doppler.

344

C5.1 R4-I5

T

Monitoraġġ tar-riżultati tal-kura ta’ pazjenti kroniċi mhux fl-isptarijiet fl-ispiżeriji pubbliċi

 

% (Persentaġġ)

0

20

Q4

2024

20 % tal-pazjenti mhux fl-isptar għandhom jipparteċipaw fi programm ta’ monitoraġġ għall-eżiti tal-kura fl-ispiżeriji pubbliċi.
Il-proġett jinvolvi l-monitoraġġ tal-pazjenti u l-ħolqien ta’
data strutturata li għandha tkun disponibbli permezz tas-Sistema Ċentrali ta’ Informazzjoni dwar is-Saħħa tar-Repubblika tal-Kroazja (CEZIH) għal evalwazzjoni ulterjuri mit-tabib tal-familja magħżul.

345

C5.1 R4-I6

M

Faċilità tal-Iskart Mediku f’KBC Zagreb

 

Numru

0

1

Q4

2024

Faċilità ta’ skart mediku għall-inċinerazzjoni ta’ skart mediku perikoluż mhux riċiklabbli ġġenerat miċ-Ċentru tal-Isptarijiet Kliniċi (KBC) Zagreb għandha titlesta. Dan il-proġett ikopri l-kostruzzjoni ta’ faċilità moderna għall-immaniġġjar tal-iskart mediku li tikkonsisti minn:
-Il-ħżin imkessaħ ta’ skart mediku perikoluż mhux riċiklabbli konformi mar-regolamenti kollha għall-ħżin ta’ dan it-tip ta’ skart;

-Linji ta’ trattament ta’ skart mediku perikoluż mhux riċiklabbli;

-Linji għall-irkupru tal-enerġija ta’ skart mediku perikoluż mhux riċiklabbli b’sistema ta’ tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija u sistema ta’ monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet;

-Linji awtomatiċi moderni għall-ħasil tal-kontenituri;

346

C5.1 R5

M

Titjib u estensjoni tas-servizzi telemediċi

Dħul fis-seħħ ta’ qafas telemediku nazzjonali li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi telemediċi

 

 

 

Q4

2022


Ir-riforma għandha tintroduċi dispożizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ qafas telemediku nazzjonali funzjonali għat-trażmissjoni tal-parametri vitali tal-pazjenti mis-Servizz tas-Saħħa ta’ Emerġenza (HMS) għas-Servizz tal-Isptar ta’ Emerġenza Konġunt (OHBP) u l-monitoraġġ remot tas-Servizz tas-Saħħa ta’ Emerġenza outpatient (HMS). Il-proġett għandu jwassal: i). Analiżi tas-sitwazzjoni; ii) Qafas nazzjonali għall-istabbiliment ta’ sorveljanza remota tas-Servizz tas-Saħħa f’Emerġenza (HMS) u iii) Pjan ta’ azzjoni għall-introduzzjoni ta’ superviżjoni u qafas għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni.
Minħabba r-riżorsi limitati u d-durata tal-assistenza teknika, il-komponent teleraoloġiku għandu jkun biss komponent introduttorju fil-livell tal-immappjar tal-aħjar prattika.

347

C5.1 R5-I1

T

Swali operattivi integrati u diġitalizzati (Firule u Križine) u sistema robotika fis-sit tal-Firule installata u funzjonali

 

Numru

0

4

Q4

2023

Il-proġett jinkludi d-diġitalizzazzjoni u l-integrazzjoni ta’ 4 teatri tal-operazzjonijiet f’Firule u Križine, kif ukoll sistema robotika fis-sit ta’ Firule. It-tranżizzjoni diġitali, l-integrazzjoni u l-kirurġija robotika għandhom ibiddlu l-mogħdija tat-trattament billi jtejbu l-kwalità tat-trattament kirurġiku, itejbu s-sikurezza tal-pazjenti, jiksbu aktar trasparenza fit-trattament, jikkontrollaw aħjar l-ispejjeż u l-eżiti tas-saħħa, isaħħu u jikkonsolidaw ir-riżorsi ewlenin tal-infrastruttura tal-informazzjoni dwar is-saħħa u jimmodernizzaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa mingħajr karti.

348

C5.1 R5-I2

T

Servizzi telekardjoloġiċi

 

Numru

0

40

Q1

2023

L-għan tal-proġett TeleCordis huwa li jinstalla t-tagħmir mediku u informatiku meħtieġ għat-twettiq ta’ servizzi ta’ holter ta’ elettrokardjogramma (ECG), holter tal-pressjoni u elettrokardjogramma (ECG) bi 12-il kanal f’żoni remoti u rurali li mhumiex koperti biżżejjed minn dawk is-servizzi, bħan-nuqqas ta’ speċjalista tal-kardjoloġija għad-dispożizzjoni tagħhom. It-tagħmir għandu jinxtara (pakkett għal kull ċentru) u jitqiegħed f’mill-inqas 40 ċentru ta’ aċċess telemediku. Il-programm għandu jkun konness ma’ ċentri telemediċi speċjalisti u jipprovdi servizz ta’ telekardjoloġija.

349

C5.1 R5-I3

T

Servizzi ta’ Teletrasfużjoni

 

Numru

0

35

Q4

2022

Il-proġett tat-Teletrasfużjoni għandu jappoġġa l-infrastruttura eżistenti tal-proċess ta’ trattament diġitali fejn juża d-data tal-pazjenti miksuba mill-Preskrizzjoni elettronika u d-Dossier elettroniku meħtieġa biex tinbeda l-kura f’faċilità tal-kura tas-saħħa sekondarja jew terzjarja.
Il-proġett għandu jikkollega iċ-ċentri tat-trasfużjoni tal-isptarijiet fit-territorju tal-Kroazja (mill-inqas 35 ċentru tat-trasfużjoni tal-isptar) u għandu jagħmel is-servizz disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. It-tagħmir għandu jinxtara (pakkett għal kull ċentru) u jitqiegħed f’ċentri ta’ aċċess telemediċi, il-programm għandu jkun konness ma’ ċentri ta’ speċjalisti telemediċi u jipprovdi servizz ta’ teletrasfużjoni.

350

C5.1 R5-I4

T

Teatri operattivi ta’ KBC Sestre milosrdnice mgħammra b’kirurġija robotika

 

Numru

0

4

Q4

2023

Mill-inqas 4 kmamar tal-operazzjonijiet mgħammra ġodda b’teknoloġija robotika tal-ogħla livell,
Il-funzjonalità li ġejja għandha tkun possibbli: Il-kisba tad-
data kollha dwar il-pazjent f’ħin reali fuq l-iskrin fil-kamra operattiva nnifisha matul l-operazzjoni. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli li l-materjal kollu tal-immaġini tal-pazjenti jkun disponibbli fuq l-iskrin tal-monitor matul l-operazzjoni li jikkontribwixxi għal proċeduri aktar sikuri u effettivi. L-integrazzjoni għandha tippermetti wkoll l-użu ta’ apparat dijanjostiku u terapewtiku ieħor fl-istess teatru tal-operazzjonijiet, li għandu jiġi integrat ukoll fis-sistema integrata tal-kamra tal-operazzjonijiet.

   V. INIZJATTIVA 6.1: RINNOVAZZJONI TA’ BINI

L-istokk tal-bini attwali tal-Kroazja huwa relattivament antik u r-rata ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini kienet biss ta’ 0,7 % fis-sena fl-2014–2020. Il-bini qadim u ineffiċjenti huwa responsabbli għal 40 % tal-konsum tal-enerġija u 36 % tal-emissjonijiet tad-CO2, u sa 30 % tal-bini jaqa’ taħt il-kategorija bl-agħar prestazzjoni. Ħafna mill-binjiet bl-agħar prestazzjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti minimi ta’ protezzjoni kontra t-terremoti, il-protezzjoni kontra n-nirien jew il-protezzjoni tas-saħħa u għalhekk jeħtieġu rinnovazzjoni komprensiva. Barra minn hekk, f’Marzu u Diċembru 2020, żewġ sensiliet ta’ terremoti laqtu lill-Kroazja u kkawżaw ħsara materjali kbira fil-belt ta’ Zagreb, il-Kontea ta’ Zagreb, il-Kontea ta’ Krapina-Zagorje, il-Kontea ta’ Sisak-Moslavina u l-Kontea ta’ Karlovac. Skont il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-ħsara rapida (il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, 2020), il-ħtiġijiet totali ta’ rikostruzzjoni u rkupru fil-kontej tal-Belt ta’ Zagreb, u l-kontej ta’ Zagreb u Krapina-Zagorje mit-terremot ta’ Marzu ġew ivvalutati għal madwar EUR 17 469 000 000. Il-valutazzjoni tad-danni mit-terremot ta’ Diċembru għadha qed issir.

Din l-inizjattiva fil-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza tikkonċerna l-investimenti u r-riformi li għandhom l-għan li jħeġġu r-rinnovazzjoni komprensiva tal-bini, inklużi r-rinnovazzjoni tal-enerġija, it-tisħiħ strutturali u r-rinnovazzjoni ta’ wara t-terremot. Ir-rinnovazzjoni għandha tkopri bini b’ħafna abitazzjonijiet u bini pubbliku, inklużi faċilitajiet tas-saħħa u edukattivi, kif ukoll bini bi status ta’ oġġett kulturali.

L-inizjattiva tinkludi riformi li għandhom jappoġġaw il-proċess ta’ rinnovazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-bini, filwaqt li jindirizzaw l-ostakli fis-suq tal-kostruzzjoni u kwistjonijiet soċjali: i) riforma mmirata lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-bini, ii) riforma li għandha l-għan li żżid l-għadd ta’ ħaddiema u esperti fl-effiċjenza enerġetika u r-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremoti, iii) riforma li għandha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikanti fil-proċess ta’ rinnovazzjoni, iv) riforma li għandha l-għan li żżid l-għarfien dwar l-attivitajiet sismiċi, v) riforma li għandha l-għan li tippromwovi u tiżviluppa infrastruttura ekoloġika u ġestjoni ċirkolari tal-bini u l-ispazji u, vi) riforma li għandha l-għan li tiżviluppa ġestjoni sistematika tal-enerġija u tittestja mudell ġdid ta’ finanzjament tal-effiċjenza enerġetika.

L-investimenti u r-riformi għandhom jikkontribwixxu għar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż indirizzati lill-Kroazja f’dawn l-aħħar sentejn, dwar il-ħtieġa li “tiffoka l-politika ekonomika [...] fuq [...] l-effiċjenza enerġetika [...] u l-infrastruttura ambjentali (Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3, 2019) u li “tiffoka l-investiment fuq it-tranżizzjoni ekoloġika [...] b’mod partikolari fuq l-infrastruttura ambjentali” (Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3, 2020).

V.1    Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Riforma C6.1.R1 – Id-dekarbonizzazzjoni tal-bini

Ir-riforma għandha tikkontribwixxi għall-inizjattiva tal-mewġa ta’ rinnovazzjoni tal-bini eżistenti u għat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini eżistenti fi stokk tal-bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050.

Ir-riforma għandha tinkludi l-adozzjoni ta’ programmi ta’ rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika għall-perjodu 2021–2030 għal bini b’ħafna abitazzjonijiet, bini pubbliku u kategorija speċjali ta’ bini bi status ta’ beni kulturali, kif ukoll l-adozzjoni tal-programm għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku f’oqsma ta’ tħassib speċjali tal-istat għall-2021–2025. Dawn il-programmi għandhom jinkoraġġixxu r-rinnovazzjoni fil-fond tal-bini filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari għall-iżgurar ta’ kundizzjonijiet klimatiċi interni sani, is-sikurezza kontra n-nirien u l-indirizzar tar-riskji relatati ma’ żieda fl-attività siżmika kif ukoll it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2022.

Investiment C6.1.R1-I1 — Ir-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini

L-għan tal-investiment huwa li jrawwem it-tranżizzjoni ekoloġika u d-dekarbonizzazzjoni tal-bini billi jnaqqas il-konsum tal-enerġija għat-tisħin f’bini b’ħafna abitazzjonijiet u f’bini tas-settur pubbliku b’mill-inqas 50 % meta mqabbel mal-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin qabel ir-rinnovazzjoni. Peress li t-tisħin jammonta għal 71 % tal-konsum finali totali tal-enerġija (l-uffiċċju tal-istatistika Kroat, 2015) l-iffrankar fil-konsum tat-tisħin imsemmi hawn fuq għandu jikkorrispondi għal, mill-inqas, żieda ta’ ffrankar tal-enerġija primarja ta’ 30 % meta mqabbel mal-istat ta’ qabel ir-rinnovazzjoni. L-investiment għandu wkoll l-għan li jżid l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u konsegwentement inaqqas l-emissjonijiet tad-CO2, itaffi l-faqar enerġetiku, u jinkoraġġixxi l-użu tal-iżvilupp ta’ infrastruttura ekoloġika u l-ġestjoni ċirkolari tal-bini u l-ispazji.

L-investiment għandu primarjament jiffinanzja l-proġetti ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija li diġà qegħdin jitħejjew. L-investiment permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun kif ġej:

-Għar-rinnovazzjoni tal-enerġija, l-għotjiet għandhom ikopru 60 % tal-ispejjeż eliġibbli ta’ rinnovazzjoni u 85 % tal-ispejjeż ta’ dokumentazzjoni.

-Għal rinnovazzjoni profonda tal-enerġija, li tinkludi miżuri ta’ effiċjenza enerġetika fuq il-ħitan ta’ barra u s-saqaf tal-bini kif ukoll sistemi tekniċi flimkien ma’ tnaqqis minimu ta’ 50 % fil-konsum tal-enerġija għat-tisħin u l-konsum tal-enerġija primarja, l-għotjiet għandhom ikopru 80 % tal-ispejjeż eliġibbli ta’ rinnovazzjoni u 85 % tal-ispejjeż tad-dokumentazzjoni.

-Għal rinnovazzjoni komprensiva, li tikkombina r-rinnovazzjoni tal-enerġija, it-tisħiħ siżmiku, is-sikurezza kontra n-nirien u l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet klimatiċi interni sani, l-għotjiet għandhom ikopru 80 % tal-ispejjeż eliġibbli ta’ rinnovazzjoni u 100 % tal-ispejjeż tad-dokumentazzjoni.

Huwa mistenni li dan l-investiment ma jagħmel l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżura u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01). B’mod partikolari, l-ispiża għall-installazzjoni ta’ bojlers li jikkondensaw il-gass għandha tirrappreżenta mhux aktar minn 20 % tal-ispiża globali tal-programm ta’ rinnovazzjoni u l-bojlers li jikkondensaw il-gass għandhom jiġu installati sabiex jissostitwixxu l-bojlers ineffiċjenti li jaħdmu bil-gass, bil-faħam jew biż-żejt.

L-investiment għandu jitlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C6.1.R1-I2 — Rinnovazzjoni ta’ bini li saritlu ħsara f’terremoti b’rinnovazzjoni tal-enerġija

L-objettiv tal-investiment huwa li jsewwi l-ħsarat ikkawżati mit-terremoti tal-2020 lil binjiet b’aktar minn appartament wieħed u bini pubbliku, biex tiżdied ir-reżiljenza siżmika tal-bini u biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tagħhom. Ir-rinnovazzjoni tal-bini għall-istat oriġinali tagħhom qabel ma ssir il-ħsara għandha tiġi ffinanzjata mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, fejn applikabbli, filwaqt li d-differenza fir-rinnovazzjoni sħiħa, inkluża ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika tal-bini u ż-żieda tar-reżiljenza sismika tagħhom (nibnu lura l-prinċipju aħjar), għandha tiġi ffinanzjata minn dan l-investiment. Huwa mistenni li dan l-investiment ma jagħmel l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżura u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01). B’mod partikolari, l-ispiża għall-installazzjoni ta’ bojlers li jikkondensaw il-gass għandha tirrappreżenta mhux aktar minn 20 % tal-ispiża globali tal-programm ta’ rinnovazzjoni u l-bojlers li jikkondensaw il-gass għandhom jiġu installati sabiex jissostitwixxu l-bojlers ineffiċjenti li jaħdmu bil-gass, bil-faħam jew biż-żejt. Il-bini rinnovat kollu għandu jikseb tnaqqis fil-konsum tal-enerġija għat-tisħin b’mill-inqas 50 % meta mqabbel mal-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin qabel ir-rinnovazzjoni (ħlief għall-bini li huwa beni kulturali), li għandu jikkorrispondi għal, mill-inqas, żieda ta’ ffrankar tal-enerġija primarja ta’ 30 % meta mqabbel mal-istat ta’ qabel ir-rinnovazzjoni.

L-investiment għandu jiġi implimentat sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Investiment C6.1.R1-I3 — Ir-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ bini bl-istatus ta’ beni kulturali

L-għan ta’ dan l-investiment huwa r-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini bl-istatus ta’ beni kulturali. Dan għandu jnaqqas l-emissjonijiet tad-CO2, inaqqas il-konsum tal-enerġija, inaqqas l-ispejjeż ta’ manutenzjoni fit-tul, jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ekonomija ċirkolari u l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura. Il-miżura għandha tkopri żewġ kategoriji ta’ bini: Beni kulturali protetti individwalment (bini individwali u assemblaġġi ta’ bini) u bini li jinsab f’unità kulturali u storika protetta.

Minħabba l-valur kulturali u soċjali tal-bini ta’ wirt kulturali u r-riżorsi mdaqqsa meħtieġa għar-rinnovazzjoni tiegħu, ir-rinnovazzjoni tal-bini pubbliku u kulturali bl-istatus ta’ beni kulturali għandha tiġi ffinanzjata b’rata ta’ 100 %. Huwa mistenni li dan l-investiment ma jagħmel l-ebda ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżura u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01). B’mod partikolari, l-ispiża għall-installazzjoni ta’ bojlers li jikkondensaw il-gass għandha tirrappreżenta mhux aktar minn 20 % tal-ispiża globali tal-programm ta’ rinnovazzjoni u l-bojlers li jikkondensaw il-gass għandhom jiġu installati sabiex jissostitwixxu l-bojlers ineffiċjenti li jaħdmu bil-gass, bil-faħam jew biż-żejt. Ir-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini bl-istatus ta’ beni kulturali għandha teħtieġ tnaqqis annwali ta’ mill-inqas 20 % fil-konsum tal-enerġija mistenni mill-proġett għat-tisħin jew għall-konsum tal-enerġija primarja meta mqabbel mal-konsum tal-enerġija qabel ir-rinnovazzjoni. Madankollu, fil-livell tal-portafoll tal-bini kollu rinnovat bl-istatus ta’ beni kulturali, bħala medja għandha tinkiseb żieda ta’ 30 % ta’ ffrankar tal-enerġija primarja meta mqabbel mal-istat ta’ qabel ir-rinnovazzjoni.

L-investiment għandu jiġi implimentat sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C6.1.R2 — L-iżvilupp ta’ qafas għall-iżgurar ta’ ħiliet adegwati fil-kuntest ta’ impjiegi ekoloġiċi meħtieġa għar-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremot

Din ir-riforma għandha l-għan li ttaffi r-riskju assoċjat mal-għadd insuffiċjenti ta’ ħaddiema kwalifikati u tipprovdi għarfien u ħiliet adegwati meħtieġa biex jiġu implimentati l-proċessi kollha ta’ rinnovazzjoni u rikostruzzjoni tal-enerġija wara t-terremot, l-integrazzjoni tal-għarfien meħtieġ dwar ir-reżiljenza siżmika, l-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni ċirkolari, il-protezzjoni tal-wirt kulturali u r-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremoti, permezz tat-titjib tal-programmi eżistenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-iżvilupp ta’ oħrajn ġodda.

Il-programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ għandhom jiġu żviluppati permezz ta’ Pjan nazzjonali għall-iżvilupp ta’ ħiliet fil-kuntest ta’ impjiegi ekoloġiċi marbuta mal-enerġija u r-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremot.

Ir-riforma għandha tinkludi:

-it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ edukazzjoni għall-adulti b’enfasi fuq l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ mill-ġdid għall-ħtiġijiet ta’ rinnovazzjoni u dekarbonizzazzjoni tal-bini b’elementi ta’ rinnovazzjoni ta’ wara t-terremot, il-protezzjoni tal-wirt kulturali, l-effiċjenza enerġetika, l-infrastruttura ekoloġika u l-ġestjoni ċirkolari tal-ispazju u l-bini;

-l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ studju interdixxiplinari ġdid li għandu jgħaqqad l-għarfien dwar ir-restawr tal-wirt kulturali, l-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, il-forestrija urbana u t-tiġdid urban;

-l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ studji speċjalizzati u programmi edukattivi speċjalizzati fl-ippjanar spazjali u l-iżvilupp urban sostenibbli, speċjalment dwar ir-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremoti, ir-rinnovazzjoni integrata tal-wirt kulturali b’elementi ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, l-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni ċirkolari, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, u l-forestrija urbana;

-l-iżvilupp ta’ programmi li għandhom jappoġġaw użu akbar tal-Immudellar tal-Informazzjoni dwar il-Bini u l-promozzjoni tiegħu fis-settur tal-bini u l-ippjanar spazjali;

-it-twettiq ta’ kampanja promozzjonali biex jiġu attirati l-applikanti.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C6.1.R3 — Żieda fl-effiċjenza, tnaqqis tal-piż amministrattiv u diġitalizzazzjoni tal-proċess ta’ rinnovazzjoni

Ir-riforma għandha l-għan li tipprovdi servizzi għaċ-ċittadini u s-sidien tal-bini li se jgħinu biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikanti fir-rinnovazzjoni tal-enerġija u l-proċess ta’ rikostruzzjoni ta’ wara t-terremoti permezz tad-diġitalizzazzjoni u l-integrazzjoni tal-informazzjoni. Ir-riforma għandha tinkludi aktar titjib fis-servizzi one-stop-shop għar-rinnovazzjoni tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ servizzi online one-stop-shop u uffiċċji offline għal żoni milquta mit-terremoti biex jiġi ssimplifikat il-proċess ta’ rikostruzzjoni għaċ-ċittadini u entitajiet oħra li jeħtieġu servizzi amministrattivi matul il-proċess ta’ rkupru ta’ wara t-terremot. Ir-riforma għandha tiffinanzja wkoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet professjonali tal-impjegati fil-punt uniku ta’ servizz u tal-istituzzjonijiet pubbliċi involuti fil-proċess ta’ rikostruzzjoni biex tiġi appoġġata l-funzjonalità sħiħa tas-servizzi ta’ punt uniku ta’ servizz.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C6.1.R4 — Modernizzazzjoni u integrazzjoni ta’ data siżmika għall-proċess ta’ rinnovazzjoni u l-ippjanar ta’ kostruzzjoni u monitoraġġ futuri tal-infrastruttura pubblika

Ir-riforma għandha l-għan li ttejjeb ir-reżiljenza għar-riskju fl-ippjanar spazjali u fis-settur tal-kostruzzjoni billi ttejjeb il-ġbir u l-ipproċessar ta’ data siżmika u billi ssaħħaħ il-kapaċità li tiġi applikata d-data dwar ir-riskji siżmiċi u timplimenta miżuri biex jitnaqqsu d-danni potenzjali. Id-data miġbura għandha sservi bħala input għal mapep relatati mar-riskju, bħal mapep tal-qsim, mapep siżmiċi, u mapep tas-suxxettibbiltà għall-uqigħ tal-art, li għandhom jintużaw fl-iżvilupp ta’ pjanijiet spazjali tal-unitajiet tal-gvern lokali sabiex tiġi ppjanata tipoloġija adegwata tal-kostruzzjoni antisiżmika u tiżdied ir-reżiljenza tal-Kroazja għat-terremoti.

Ir-riforma għandha ssaħħaħ il-kapaċità organizzattiva u infrastrutturali tal-Istħarriġ Siżmoloġiku tar-Repubblika tal-Kroazja għall-ġbir, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ data dwar attivitajiet siżmiċi. Hija għandha ssaħħaħ ukoll il-kapaċità amministrattiva tal-Ministeru tal-ippjanar fiżiku u l-assi tal-istat u s-servizzi relatati, bħal istituti u uffiċċji fil-livell reġjonali, sabiex id-data miġbura tkun tista’ tiġi applikata b’mod xieraq fl-ippjanar spazjali u fis-settur tal-kostruzzjoni.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Investiment C6.1.R4-I1 — Żvilupp ta’ netwerk ta’ data siżmoloġika

L-għan tal-investiment huwa li jiffinanzja l-akkwist ta’ mill-inqas 300 unità ta’ tagħmir siżmiku ġdid meħtieġ mill-Istħarriġ Siżmoloġiku tar-Repubblika tal-Kroazja biex isir il-monitoraġġ, l-ipproċessar u l-analiżi tad-data relatati mal-attivitajiet siżmiċi fit-territorju tal-Kroazja. L-investiment għandu jiffinanzja wkoll it-tqabbid u t-taħriġ ta’ esperti għall-użu tat-tagħmir miksub u l-ipproċessar tad-data. Wara l-2026, is-salarji tal-esperti li jkunu taqbbdu għandhom ikomplu jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-istat.

L-investiment għandu jiġi implimentat sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C6.1.R5 — Introduzzjoni ta’ mudell ġdid ta’ strateġiji ta’ tiġdid urban ekoloġiku u l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota għall-iżvilupp ta’ infrastruttura ekoloġika u l-ġestjoni ċirkolari tal-bini u l-ispazji

L-għan tar-riforma huwa li jiġi żviluppat qafas għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ tiġdid urban ekoloġiku. Il-qafas il-ġdid għandu jipprovdi pedament għall-iżvilupp ta’ spazju sostenibbli b’enfasi fuq l-iżvilupp ta’ infrastruttura ekoloġika u l-integrazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, mudelli għall-ġestjoni ċirkolari tal-ispazju u l-bini, it-tisħiħ tar-reżiljenza kontra r-riskji u t-tibdil fil-klima, u l-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli ġenerali. Ir-riforma għandha tkun disponibbli għall-unitajiet kollha tal-gvern lokali fil-Kroazja, iżda għandha tingħata prijorità lil dawk f’żoni milquta mit-terremoti.

Il-linji gwida għat-tfassil ta’ strateġiji ta’ tiġdid urban ekoloġiku għandhom jiġu żviluppati mill-Ministeru tal-Ippjanar Fiżiku, il-Kostruzzjoni u l-Assi tal-Istat, u jibnu fuq il-programmi nazzjonali għall-iżvilupp ta’ infrastruttura ekoloġika f’żoni urbani u għall-iżvilupp ta’ ġestjoni ċirkolari tal-bini u l-ispazji. L-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ tiġdid urban ekoloġiku kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota għandhom jitwettqu f’kooperazzjoni mal-Ministeru.

Ir-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.

Riforma C6.1.R6 — Proġett pilota għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ ġestjoni sistematika tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ mudell ġdid ta’ finanzjament

Il-Kroazja għandha sistema ta’ monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija li tiffunzjona għal faċilitajiet individwali tas-settur pubbliku, iżda din is-sistema għadha mhix żviluppata għal setturi oħra, bħall-akkomodazzjoni privata, is-settur industrijali jew tat-trasport. L-għan ta’ din il-miżura huwa li tiżviluppa u tittestja mudell għall-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija f’bini b’ħafna abitazzjonijiet, li għandu jiġi implimentat abbażi tal-interess volontarju tas-sidien. Dan il-mudell għandu jkun ibbażat fuq proġetti pilota li għandhom jimmonitorjaw il-konsum kollu tal-enerġija u tal-ilma f’unità tal-gvern lokali billi jistabbilixxu ġbir awtomatiku ta’ data, li huwa mistenni li jippermetti ġestjoni sistematika tal-enerġija u jwassal għal iffrankar tal-enerġija u tal-ilma.

Abbażi tad-data miġbura dwar il-konsum tal-enerġija u tal-ilma matul il-proġett pilota, din ir-riforma għandha wkoll tanalizza u tiżviluppa mudell li għandu jippermetti lill-klijent japplika għal self għar-rinnovazzjoni tal-enerġija u jħallsuh lura permezz tal-kont tal-enerġija tiegħu/tagħha, aġġustat għall-iffrankar tal-enerġija miksub permezz tar-rinnovazzjoni. Dan għandu jtaffi l-problema tan-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji tal-benefiċjarji finali għal skopijiet ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija u huwa mistenni li jikkontribwixxi b’mod pożittiv għar-rata ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija fil-Kroazja. Ir-riforma għandha tittestja wkoll il-mudell fuq proġett pilota għal applikazzjoni possibbli fil-livell nazzjonali.

Ir-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.

V.2    Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli

Numru

Miżura

Objettiv intermedju/Mira

Isem

Indikaturi kwalitattivi
(għall-objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi
(għall-miri)

Ħin

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità

Linja bażi

Mira

Q

Sena

351

C6.1 R1

M

Adozzjoni ta’ programmi nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija għal (i) bini b’ħafna abitazzjonijiet, (ii) għal bini li għandu l-istatus ta’ beni kulturali (kemm għall-perjodu 2021–30), u għal (iii) tnaqqis tal-faqar enerġetiku f’oqsma ta’ tħassib speċjali tal-istat (għall-perjodu 2021–25)

Pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-Ministeru tal-Ippjanar Fiżiku, il-Kostruzzjoni u l-Assi tal-Istat

 

 

 

Q4

2021

Il-pubblikazzjoni tal-programmi biex titħeġġeġ rinnovazzjoni fil-fond tal-bini, sistemi alternattivi b’effiċjenza għolja u li għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiġu żgurati kundizzjonijiet klimatiċi interni sanitarji, sikurezza kontra n-nirien u riskji relatati ma’ żieda fl-attività siżmika. Għandha tiġi introdotta kategorija speċifika ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini bl-istatus ta’ assi kulturali li għadha ma ġietx inkluża fil-programmi ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija għall-kofinanzjament tal-UE fil-Kroazja.
Il-pubblikazzjoni tal-programm għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku f’oqsma ta’ tħassib speċjali tal-istat, għall-perjodu 2021–2025, li jkopri r-rinnovazzjoni komprensiva tal-bini f’żoni ta’ kura tal-gvern assistiti u speċjali, il-bini tal-kapaċità biex jittaffa l-faqar enerġetiku, jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-użu finali u konsegwentement jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO
2 minn unitajiet domestiċi foqra jew vulnerabbli fl-enerġija.

352

C6.1 R1

M

Adozzjoni tal-Programm għar-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini tas-settur pubbliku għall-perjodu 2021–2030

Pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-Ministeru tal-Ippjanar Fiżiku, il-Kostruzzjoni u l-Assi tal-Istat

 

 

 

Q1

2022

Pubblikazzjoni tal-programm għar-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini tas-settur pubbliku għall-perjodu 2021–2030, li jinkludi rinnovazzjoni komprensiva tal-bini tas-settur pubbliku inklużi miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi filwaqt li jitnaqqsu l-ħtiġijiet termali u l-konsum tal-enerġija tal-bini pubbliku u jiżdied l-użu tas-SER u t-tnaqqis konsegwenti tal-emissjonijiet tad-CO2.

353

C6.1 R1-I1

T

Kuntratti ffirmati għar-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ bini pubbliku u bini b’ħafna abitazzjonijiet

 

EUR

0

 66 361 404

Q4

2022

Kuntratti ffirmati li jipprovdu EUR 66 361 404 għar-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini. Il-kuntratti kollha għandhom jiddikjaraw ir-rekwiżit tal-effiċjenza enerġetika rilevanti ta’ tnaqqis minimu fil-konsum tal-enerġija għat-tisħin b’mill-inqas 50 % meta mqabbel mal-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin qabel ir-rinnovazzjoni għal kull bini (ħħlief għal bini bi status ta’ beni kulturali), li għandu jwassal għal żieda ta’ 30 % ta’ ffrankar tal-enerġija primarja meta mqabbel mal-istat ta’ qabel ir-rinnovazzjoni u li jirrispetta l-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli.

354

C6.1 R1-I1

T

Rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ bini b’ħafna abitazzjonijiet

 

Numru (m2)

0

180 000

Q2

2026

Għandha titlesta r-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ mill-inqas 180 000 m² ta’ binjiet b’aktar minn abitazzjoni waħda f’konformità mal-kuntratti ta’ kofinanzjament, filwaqt li jinkiseb rekwiżit minimu ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija għat-tisħin b’mill-inqas 50 % meta mqabbel mal-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin qabel ir-rinnovazzjoni għal kull bini, li għandu jwassal għal żieda ta’ 30 % fl-iffrankar tal-enerġija primarja meta mqabbel mal-istat ta’ qabel ir-rinnovazzjoni u li jirrispetta l-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli.

355

C6.1 R1-I1

T

Rinnovazzjoni enerġetika tal-bini pubbliku

 

Numru
(m
2)

0

288 000

Q2

2026

Għandha titlesta r-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ mill-inqas 288 000 m² ta’ bini pubbliku f’konformità mal-kuntratti ta’ kofinanzjament, filwaqt li jinkiseb rekwiżit minimu ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija għat-tisħin b’mill-inqas 50 % meta mqabbel mal-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin qabel ir-rinnovazzjoni għal kull bini, li għandu jwassal għal żieda ta’ 30 % fl-iffrankar tal-enerġija primarja meta mqabbel mal-istat ta’ qabel ir-rinnovazzjoni u li jirrispetta l-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli.

356

C6.1 R1-I2

T

Rinnovazzjoni tal-enerġija u ta’ wara t-terremot ta’ bini b’ħafna abitazzjonijiet li ġarrab ħsara minħabba t-terremot

 

Numru
(m
2)

0

45 000

Q2

2026

Għandha titlesta r-rinnovazzjoni tal-enerġija u ta’ wara t-terremoti ta’ mill-inqas 45 000 m² ta’ binjiet b’aktar minn abitazzjoni waħda li saritilhom ħsara bit-terremoti (fiż-żoni tal-Belt ta’ Zagreb, il-Kontea ta' Zagreb, il-Kontea ta' Krapina-Zagorje, il-Kontea ta' Sisak-Moslavina u l-Kontea ta' Karlovac) f’konformità mal-kuntratti ta’ kofinanzjament, filwaqt li jinkiseb rekwiżit minimu ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija għat-tisħin b’mill-inqas 50 % meta mqabbel mal-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin qabel ir-rinnovazzjoni għal kull bini (ħlief għall-bini li jkollu l-istatus ta’ beni kulturali), li għandu jwassal għal żieda ta’ 30 % fl-iffrankar tal-enerġija primarja meta mqabbel mal-istat ta’ qabel ir-rinnovazzjoni u li jirrispetta l-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli.


357

C6.1 R1-I2

T

Rinnovazzjoni enerġetika u ta’ wara t-terremoti ta’ bini pubbliku li saritlu ħsara mit-terremoti

 

Numru (m2)

0

274 000

Q2

2026

Għandha titlesta r-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ mill-inqas 274 000 m² ta’ bini pubbliku li saritlu l-ħsara fit-terremoti (fiż-żoni tal-Belt ta’ Zagreb, il-Kontea ta' Zagreb, il-Kontea ta' Krapina-Zagorje, il-Kontea ta' Sisak-Moslavina u l-Kontea ta' Karlovac) f’konformità mal-kuntratti ta’ kofinanzjament, filwaqt li jinkiseb rekwiżit minimu ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija għat-tisħin b’mill-inqas 50 % meta mqabbel mal-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin qabel ir-rinnovazzjoni għal kull bini (ħlief għall-bini bi status ta’ beni kulturali), li għandu jwassal għal żieda ta’ 30 % fl-iffrankar tal-enerġija primarja meta mqabbel mal-istat ta’ qabel ir-rinnovazzjoni u li jirrispetta l-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli.

358

C6.1 R1-I3

T

Rinnovazzjoni enerġetika ta’ bini bi status ta’ beni kulturali

 

Numru (m2)

0

31 000

Q2

2026

Għandha titlesta r-rinnovazzjoni enerġetika ta’ mill-inqas 31 000 m² ta’ bini bl-istatus ta’ beni kulturali, li bħala medja tikseb żieda ta’ 30 % ta’ ffrankar tal-enerġija primarja, b’rekwiżit minimu ta’ 20 % għal kull bini, meta mqabbel mal-istat ta’ qabel ir-rinnovazzjoni u li jirrispetta l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli. 
L-investiment jinvolvi t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ sejħiet miftuħa għal proposti għall-abbozzar tad-dokumentazzjoni u t-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija għall-bini bl-istatus ta’ beni kulturali għal finijiet pubbliċi u kulturali. Il-programm ikopri żewġ kategoriji ta’ bini: Beni kulturali protetti individwalment (bini individwali u assemblaġġi ta’ bini) u bini li jinsab f’unità kulturali u storika protetta.

359

C6.1 R2

M

Adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Ħiliet fil-kuntest ta’ impjiegi ekoloġiċi relatati mal-effiċjenza enerġetika u r-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremoti

Pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-Ministeru tal-Ippjanar Fiżiku, il-Kostruzzjoni u l-Assi tal-Istat

 

 

 

Q4

2022

L-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Ħiliet li għandu jtejjeb il-ħiliet tal-impjiegi ekoloġiċi fil-kuntest tar-rinnovazzjoni tal-enerġija, ir-rinnovazzjoni ta’ wara t-terremot, l-infrastruttura ekoloġika, l-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-ġestjoni ċirkolari tal-ispazju u l-bini, abbażi ta’ rieżami tal-programmi eżistenti u t-tħejjija u l-adattament ta’ programmi edukattivi definiti mir-riforma.

360

C6.1 R2

T

Tlestija ta’ programm ta’ taħriġ u edukazzjoni għall-adulti għar-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremot u r-rinnovazzjoni tal-enerġija

 

Numru

0

500

Q2

2026

500 persuna għandhom ilestu programmi ta’ edukazzjoni għall-adulti għar-rinnovazzjoni ta’ wara t-terremot u r-rinnovazzjoni tal-enerġija ċċertifikati minn Public Open University Zagreb/Croatia Employment Service/korpi rilevanti oħra.

361

C6.1 R2

T

Tlestija ta’ studji esperti u programmi edukattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli u r-rinnovazzjoni tal-wirt kulturali

 

Numru

0

50

Q2

2026

50 persuna għandhom ilestu studji esperti u programmi edukattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli u r-rinnovazzjoni tal-wirt kulturali, iċċertifikati mill-Fakultà tal-Arkitettura/mill-Fakultà tal-Forestrija/korpi rilevanti oħra.

362

C6.1 R3

M

Uffiċċju fiżiku ta’ punt uniku ta’ servizz għar-rinnovazzjoni tal-enerġija u t-tisħiħ siżmiku stabbilit u operazzjonali

Punt uniku ta’ servizz operattiv

 

 

 

Q4

2021

L-uffiċċju fiżiku ta’ punt uniku ta’ servizz għandu jiġi żviluppat u jsir operattiv fiż-żona affettwata mit-terremoti biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għaċ-ċittadini. L-investiment għandu jinkludi l-adattament u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura fiżika f’post fejn għandu jiġi stabbilit punt uniku ta’ servizz, investimenti fl-iżvilupp ta’ sistemi online u servizzi ta’ manutenzjoni, investimenti fil-funzjonalità tas-sistema online, taħriġ tal-persunal, taħriġ tal-awtoritajiet pubbliċi involuti u attivitajiet ta’ promozzjoni.

363

C6.1 R3

M

Punt uniku ta’ servizz online għar-rinnovazzjoni tal-enerġija u t-tisħiħ siżmiku stabbilit u operazzjonali

Punt uniku ta’ servizz online operazzjonali

 

 

 

Q4

2022

It-tħaddim ta’ sistema ta’ punt uniku ta’ servizz online li tiġbor flimkien l-informazzjoni kollha meħtieġa għar-rinnovazzjoni tal-enerġija u r-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremoti.
Il-punt uniku ta’ servizz għandu jiġi implimentat f’żewġ fażijiet: (i) is-servizzi ta’ emerġenza meħtieġa għar-rinnovazzjoni strutturali urġenti u r-restawr meħtieġ tal-ħsara sabiex jiġi żgurat livell ta’ sikurezza għaċ-ċittadini u l-faċilitajiet; (ii) l-integrazzjoni tas-servizzi u l-informazzjoni l-oħra kollha meħtieġa għar-rinnovazzjoni komprensiva u tal-enerġija mas-servizzi u l-informazzjoni inklużi għall-kunċett ta’ “nibnu mill-ġdid aħjar”.

364

C6.1 R3

T

Jitlesta t-taħriġ għall-impjegati pubbliċi biex jipprovdu servizzi ta’ punt uniku ta’ kuntatt għall-effiċjenza enerġetika u r-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremoti

 

Numru

0

80

Q2

2026

Mill-inqas 80 uffiċjal pubbliku mħarrġa biex jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja li jikkombinaw l-effiċjenza enerġetika u r-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremoti. Minn dawn, mill-inqas 40 impjegat tal-punt uniku ta’ servizz online għandhom jitħarrġu dwar diversi aspetti tar-rikostruzzjoni, speċjalment dwar it-tneħħija ta’ ostakli amministrattivi fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ rikostruzzjoni, u l-użu tal-pjattaforma online. Mill-inqas 40 impjegat ieħor fl-istituzzjonijiet pubbliċi implimentattivi għandhom jiksbu taħriġ dwar l-aspetti amministrattivi u tekniċi tar-rikostruzzjoni u jaħdmu fuq il-pjattaforma online.

365

C6.1 R4

T

Data siżmika integrata f’ 10 bażijiet esperti għall-pjanijiet spazjali tal-unitajiet tal-gvern lokali

 

Numru

0

10

Q2

2025

Integrazzjoni sħiħa tad-data siżmika (mapep tal-qsim, mapep taż-żoni siżmiċi, mapep tas-suxxettibbiltà għall-uqigħ tal-art f’riżoluzzjonijiet xierqa eċċ.) fis-sistema tal-ippjanar spazjali u l-applikazzjoni għal 10 bażijiet pilota esperti għall-pjanijiet spazjali tal-unitajiet tal-gvern lokali. Ir-riżultati tal-analiżi tad-data siżmika jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ emendi għall-pjanijiet spazjali jew fil-ħolqien ta’ pjanijiet spazjali ġodda wara l-implimentazzjoni tar-riforma.

366

C6.1 R4-I1

T

Unitajiet ta’ tagħmir siżmiku akkwistati

 

Numru

0

300

Q4

2022

L-investiment għandu jsaħħaħ il-kapaċità organizzattiva u infrastrutturali tas-Survey Siżmiku tar-Repubblika tal-Kroazja permezz tax-xiri ta’ mill-inqas 300 unità ta’ tagħmir sabiex tiżdied il-kwalità tal-ġbir, l-ipproċessar u l-applikazzjoni tad-data siżmika meħtieġa għall-proċess ta’ rinnovazzjoni tal-bini, l-ippjanar għall-iżvilupp ta’ faċilitajiet ġodda u l-monitoraġġ tal-infrastruttura pubblika, kif ukoll it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Kroazja għat-terremoti u r-riskji assoċjati.

367

C6.1 R4-I1

M

Reklutaġġ u taħriġ ta’ esperti tas-Survey Siżmoloġiku

 

Numru

12

21

Q2

2026

Ir-reklutaġġ ta’ 9 esperti addizzjonali fis-Survey Sismoloġiku tar-Repubblika tal-Kroazja, li l-pagi tagħhom ser jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Istat wara l-iskadenza tal-RRF, u taħriġ komplut għall-ġbir, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ data siżmika fit-territorju tal-Kroazja.

368

C6.1 R5

M

Adozzjoni tal-Programm ta’ Żvilupp tal-Ġestjoni Ċirkolari tal-Ispazju u l-Bini għall-perjodu 2021–2030 u tal-Programm għall-Iżvilupp tal-Infrastruttura Ekoloġika Urbana għall-perjodu 2021–2030

Pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-Ministeru tal-Ippjanar Fiżiku, il-Kostruzzjoni u l-Assi tal-Istat

 

 

 

Q4

2021

Il-programm ta’ Żvilupp ta’ Spazji u Bini Ċirkolari għall-perijodu mill-2021 sal-2030, li għandu jiġi adottat mill-gvern, għandu jistabbilixxi objettivi u miżuri għall-ġestjoni ċirkolari tal-ispazju u l-bini li fost l-oħrajn jinkoraġġixxu miżuri ta’ ċirkolarità fl-ippjanar ta’ bini ġdid, l-użu mill-ġdid ta’ bini abbandunat u l-estensjoni tad-durabbiltà ta’ spazji u bini eżistenti, iż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi tal-bini u l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-użu mill-ġdid ta’ prodotti u materjali tal-kostruzzjoni, għall-fini ta’ użu effiċjenti ta’ żvilupp aġġornat ta’ riżorsi ta’ ġestjoni tal-iskart urban u t-tnaqqis tal-effiċjenza fl-użu tal-iskart tal-bini, l-użu mill-ġdid ta’ prodotti u materjali tal-kostruzzjoni, għall-fini ta’ użu effiċjenti ta’ strateġiji ta’ ġenerazzjoni ta’ skart urban u t-tnaqqis tal-effiċjenza fl-użu tal-iskart tal-bini;

Il-programm għall-Iżvilupp tal-Infrastruttura Ekoloġika Urbana għall-perjodu 2021–2030, li għandu jiġi adottat mill-gvern, għandu jelabora l-objettivi u l-miżuri li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tal-effetti tal-gżejjer tas-sħana, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, it-titjib tal-kwalità tal-ħajja u tad-djar fil-bliet, it-titjib tas-saħħa tal-bniedem, it-titjib tal-kwalità taż-żoni urbani permezz tat-trasformazzjoni ta’ artijiet mhux użati biżżejjed u abbandunati, l-inkoraġġiment ta’ investimenti ekoloġiċi, l-appoġġ għar-restawr u l-konservazzjoni tal-ispeċijiet u l-ħabitats f’konformità mal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u l-kisba ta’ ffrankar tal-enerġija, li għandhom ikunu l-bażi għall-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ tiġdid urban ekoloġiku.

369

C6.1 R5

T

L-adozzjoni ta’ strateġiji ta’ tiġdid urban ekoloġiku

 

Numru

0

10

Q4

2023

L-adozzjoni ta’ mill-inqas 10 strateġiji ta’ tiġdid urban ekoloġiku biex jipprovdu l-bażi għall-iżvilupp ta’ spazju sostenibbli, b’enfasi fuq l-iżvilupp ta’ infrastruttura urbana ekoloġika u l-integrazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, l-integrazzjoni ta’ mudelli għall-ġestjoni ċirkolari tal-ispazju u l-bini, it-tisħiħ tar-reżiljenza kontra r-riskji u t-tibdil fil-klima, u l-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli ġenerali.

370

C6.1 R5

T

L-implimentazzjoni ta’ proġett pilota identifikat permezz ta’ strateġiji ta’ tiġdid urban ekoloġiku u marbut mal-programmi nazzjonali dwar l-infrastruttura ekoloġika u l-ġestjoni ċirkolari tal-ispazju u l-bini

 

Numru

0

1

Q2

2026

L-implimentazzjoni ta’ mill-inqas proġett pilota wieħed identifikat permezz ta’ strateġiji ta’ tiġdid urban ekoloġiku u marbut mal-programmi nazzjonali dwar l-infrastruttura ekoloġika u l-ġestjoni ċirkolari tal-ispazju u l-bini.

371

C6.1 R6

M

Proġett pilota għall-ġestjoni sistematika tal-enerġija li tlesta b’suċċess bil-għan li jiġi ttestjat mudell ġdid ta’ finanzjament għar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika

Pubblikazzjoni ta’ proġett pilota komplut fuq is-sit web uffiċjali tal-Ministeru tal-Ippjanar Fiżiku, il-Kostruzzjoni u l-Assi tal-Istat

 

 

 

Q4

2023

Wara sejħa pubblika, il-Ministeru tal-Ippjanar Fiżiku, il-Kostruzzjoni u l-Assi tal-Istat f’kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Gvern Kroat għall-Proprjetà Immobbli għandu jimplimenta proġett pilota li jkopri s-setturi kollha tal-konsum tal-enerġija u tal-ilma fl-unità pilota tal-gvern lokali billi jistabbilixxi ġbir awtomatiku ta’ data dwar il-konsum tal-enerġija u tal-ilma tas-setturi kollha fiż-żona pilota magħżula.
L-objettiv tal-proġett pilota huwa li jikseb iffrankar tal-enerġija u tal-ilma billi jistabbilixxi u jimplimenta ġestjoni sistematika tal-enerġija u jippermetti l-ittestjar tal-possibbiltajiet ta’ implimentazzjoni tal-mudell il-ġdid ta’ finanzjament għar-rinnovazzjoni tal-enerġija għal bini b’bosta abitazzjonijiet, inkluża analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji għall-applikazzjoni tiegħu fil-livell nazzjonali.

Abbażi tal-proġett pilota, għandhom jiġu żviluppati linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-mudell tal-ġestjoni tal-konsum tal-enerġija għal bini b’ħafna abitazzjonijiet fil-livell nazzjonali.

372

C6.1 R6

M

Adozzjoni tal-linji gwida għall-applikazzjoni ta’ mudell għall-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija f’bini b’ħafna abitazzjonijiet

Pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-Ministeru tal-Ippjanar Fiżiku, il-Kostruzzjoni u l-Assi tal-Istat

 

 

 

Q4

2025

Il-Ministeru tal-Ippjanar Fiżiku, il-Kostruzzjoni u l-Assi tal-Istat għandu jadotta l-linji gwida għall-applikazzjoni ta’ mudell għall-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija f’bini b’ħafna abitazzjonijiet, abbażi tal-interess volontarju tas-sidien ta’ bini b’ħafna abitazzjonijiet.

2.Kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

Il-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Kroazja huwa ta’ EUR 6 393 794 220.

TAQSIMA 2: APPOĠĠ FINANZJARJU

1.Kontribuzzjoni finanzjarja

Il-ħlasijiet parzjali msemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom jiġu organizzati kif ġej:

1.1.L-Ewwel Ħlas Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru

Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

Objettiv intermedju / Mira

Isem

45

C1.2 R1-I2

M

L-adozzjoni mill-Gvern ta’ Programm għall-Effiċjenza Enerġetika għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija

46

C1.2 R1-I2

T

Għadd ta’ kumpaniji li jirċievu appoġġ għall-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-industrija

49

C1.2 R1-I3

M

Dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Karburanti Alternattivi tat-Trasport

59

C1.3 R1

M

L-adozzjoni tal-Programm Pluriennali għall-Bini ta’ Impjant għat-Trattament tal-ilma u tal-Ilma Urban Mormi

81

C1.3 R2

M

Adozzjoni tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-Iskart

82

C1.3 R2

M

Reviżjoni tal-Pjan għall-Ġestjoni tal-Iskart tar-Repubblika tal-Kroazja għall-perjodu 2017-2022

91

C1.4 R1

M

L-emendi fl-Att dwar it-Toroq

92

C1.4 R1

M

Il-programm Nazzjonali tas-Sikurezza fit-Toroq għall-2021–2030

98

C1.4 R2

M

L-adozzjoni tal-Ittra ta’ Politika Settorjali

109

C1.4 R3

M

L-Att il-ġdid dwar it-Traffiku Kostali Regolari u Staġjonali

110

C1.4 R3

M

L-att il-ġdid dwar in-Navigazzjoni Interna u l-Portijiet

126

C1.5 R1

M

Il-Programm Operazzjonali għat-tisħiħ tal-kapaċità tas-suq tas-settur tal-frott u l-ħxejjex għall-perjodu mill-2021 sal-2026.

134

C1.5 R3

M

L-istabbiliment ta’ Unità għall-Implimentazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Proġetti ta’ Trasformazzjoni Diġitali fil-Ministeru tal-Agrikoltura

140

C1.6 R1

M

Analiżi tax-xenarju bħala parti mill-Istrateġija għall-Iżvilupp tat-Turiżmu Sostenibbli għall-2030

156

C2.1 R2

M

Emenda fl-istatuti tal-ARPA biex jiġi definit mill-ġdid il-mandat tagħha

157

C2.1 R2

M

L-istabbiliment tas-sistema ta’ implimentazzjoni u verifika u kontroll għall-RRP

158

C2.1 R2

M

L-adozzjoni tal-Att dwar il-qafas istituzzjonali għall-fondi tal-UE

159

C2.1 R2

M

Valutazzjoni tal-kapaċità amministrattiva

207

C2.4 R1

M

Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-Gvern Kroat dwar intrapriżi tal-istat ta’ interess partikolari għall-Kroazja

231

C2.6 R1

M

Adozzjoni ta’ strateġija ġdida kontra l-korruzzjoni għall-2021–2030

232

C2.6 R1

M

Adozzjoni tal-Liġi l-ġdida dwar il-Prevenzjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess

247

C2.7 R1

M

It-tisħiħ tal-qafas fiskali permezz tal-emenda tal-Att tal-Baġit biex jittejbu l-proċessi baġitarji

248

C2.7 R1

M

L-iżgurar tal-funzjonalità sħiħa tal-Kummissjoni għall-Politika Fiskali.

250

C2.8 R1

M

Sensibilizzazzjoni fost il-partijiet responsabbli kollha permezz ta’ taħriġ regolari

251

C2.8 R2

M

Kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-awtoritajiet superviżorji

253

C2.8 R3

M

Titlesta l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid biex jittaffew ir-riskji identifikati tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju nazzjonali aġġornata.

265

C3.1 R1

M

Adozzjoni tal-qafas legali rivedut għat-tagħlim għall-adulti

293

C4.1 R4

M

Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att dwar il-Paga Minima

302

C4.3 R1

M

Adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2021–2027

312

C4.3 R3

M

Adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Servizzi Soċjali 2021–2027

333

C5.1 R3

M

Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Saħħa 2021–2027

351

C6.1 R1

M

Adozzjoni ta’ programmi nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija għal (i) bini b’ħafna abitazzjonijiet, (ii) għal bini li għandu l-istatus ta’ beni kulturali (kemm għall-perjodu 2021–30), u għal (iii) tnaqqis tal-faqar enerġetiku f’oqsma ta’ tħassib speċjali tal-istat (għall-perjodu 2021–25)

362

C6.1 R3

M

Uffiċċju fiżiku ta’ punt uniku ta’ servizz għar-rinnovazzjoni tal-enerġija u t-tisħiħ siżmiku stabbilit u operazzjonali

368

C6.1 R5

M

Adozzjoni tal-Programm ta’ Żvilupp tal-Ġestjoni Ċirkolari tal-Ispazju u l-Bini għall-perjodu 2021–2030 u tal-Programm għall-Iżvilupp tal-Infrastruttura Ekoloġika Urbana għall-perjodu 2021–2030

Ammont ta’ Pagament

EUR 804 597 701



1.2.It-Tieni Ħlas Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru

Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

Objettiv intermedju / Mira

Isem

2

C1.1.1 R1-I1

M

Pjattaforma diġitali operazzjonali biex jitħallsu t-tariffi

6

C1.1.1 R1-I2

T

L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2020 biex jitnaqqsu l-ħlasijiet mhux fiskali u parafiskali

14

C1.1.1 R4-I1

M

Il-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal finanzjament għal investimenti mmirati lejn attivitajiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bi kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti għall-applikanti u l-proġetti (inklużi l-kriterji ta’ konformità mad-DNSH)

16

C1.1.1 R4-I2

M

L-istabbiliment ta’ strument finanzjarju biex jappoġġa l-investiment minn intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju

19

C1.1.1 R4-I3

M

L-istabbiliment ta’ strument finanzjarju biex jappoġġa l-investiment minn kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u kumpaniji kbar.

21

C1.1.1 R4-I4

M

L-istabbiliment ta’ strument finanzjarju għal finanzjament aktar favorevoli ta’ entitajiet pubbliċi

25

C1.1.1 R6

M

Emendi għall-qafas legali

36

C1.2 R1

M

Il-pubblikazzjoni ta’ dokument ta’ valutazzjoni b’rakkomandazzjonijiet biex jonqsu l-ostakli u l-proċeduri amministrattivi li jrażżnu l-użu akbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

50

C1.2 R1-I3

M

Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Idroġenu

63

C1.3 R1-I1

T

Inbena, jew inbena mill-ġdid network pubbliku tad-drenaġġ

68

C1.3 R1-I2

T

Inbena, jew inbena mill-ġdid network pubbliku għall-provvista tal-ilma

131

C1.5 R2

M

L-Att il-Ġdid dwar il-Konsolidazzjoni tal-Art Agrikola

138

C1.5 R4

M

Il-pjattaforma online għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u sistema tal-IT aġġornata għad-donazzjoni tal-ikel

160

C2.1 R2

M

It-titjib tas-sistema tal-IT eFondovi: Sistema repożitorja għall-Awditjar u l-Kontrolli: informazzjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRF

174

C2.2 R4

M

Emenda tal-oqfsa leġiżlattivi biex tiġi promossa l-fużjoni volontarja funzjonali jew reali tal-unitajiet tal-gvern lokali (LGUs) u l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Gvern Kroat dwar il-kriterji għall-għoti ta’ inċentivi fiskali għal fużjonijiet volontarji funzjonali jew reali

202

C2.3 R4

M

L-ottimizzazzjoni tal-proċess tal-għoti tal-permessi għall-investimenti fil-konnettività

214

C2.5 R1

M

Għodod elettroniċi pprovduti u kapaċitajiet amministrattivi adegwati għall-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat (Državno sudbeno vijeće, DSV) u l-Kunsill tal-Avukat Ġenerali (Državnoodvjetničko vijeće, DOV)

215

C2.5 R1

M

Emendi adottati għall-Att dwar il-Falliment u l-Att dwar l-Insolvenza tal-Konsumaturi

216

C2.5 R1

M

Emendi adottati għall-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali

266

C3.1 R1

M

Analiżi komprensiva tal-ħtiġijiet tal-edukazzjoni sekondarja

286

C4.1 R1

M

Is-supplimentar tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol

291

C4.1 R3

M

L-iżvilupp ta’ ħiliet skont il-ħtiġijiet tas-suq

303

C4.3 R1

M

Adozzjoni tal-Att il-ġdid dwar il-Protezzjoni Soċjali

309

C4.3 R2

T

Taħriġ tal-professjonisti tal-mentoraġġ soċjali

352

C6.1 R1

M

Adozzjoni tal-Programm għar-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini tas-settur pubbliku għall-perjodu 2021–2030

Ammont ta’ Pagament

EUR 804 597 701

1.3.It-Tielet Ħlas Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru

Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

Objettiv intermedju / Mira

Isem

1

C1.1.1 R1

M

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Evalwazzjoni tal-Effetti Ekonomiċi tar-Regolament dwar is-settur tal-SMEs mill-Gvern Kroat u l-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanjaha

7

C1.1.1 R1-I2

T

L-implimentazzjoni ta’ miżuri fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-2018, l-2019 u l-2020 biex jittaffa l-piż amministrattiv fuq l-ekonomija.

23

C1.1.1 R5-I1

M

Il-ħolqien ta’ strument ta’ finanzjament ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità (PE)

37

C1.2 R1

M

Id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni u/jew regolament biex jittejjeb l-użu tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluża l-introduzzjoni ta’ sistema bbażata fuq primjums għall-appoġġ ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

60

C1.3 R1

M

Emendi għall-qafas legali fis-settur tal-ilma

69

C1.3 R1-I2

T

Tagħmir għall-metering tal-ilma installat fis-siti tal-astrazzjoni tal-ilma

74

C1.3 R1-I3

T

Kuntratti ta’ xogħlijiet konklużi għal proġetti għall-protezzjoni kontra l-għargħar

75

C1.3 R1-I3

T

Mibnija strutturi ta’ protezzjoni mill-għargħar

76

C1.3 R1-I3

T

Passaġġi tal-ilma rivitalizzati

83

C1.3 R2

M

L-adozzjoni tal-Pjan għall-Ġestjoni tal-Iskart tar-Repubblika tal-Kroazja għall-perjodu 2023-2029

84

C1.3 R2-I1

T

Tnaqqis fis-sehem ta’ skart muniċipali mibgħut għar-rimi (49 %)

99

C1.4 R2

M

Il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Infrastruttura Ferrovjarja u tal-Pjan ta’ Ġestjoni Nazzjonali għall-Infrastruttura Ferrovjarja u l-Faċilitajiet tas-Servizzi;

111

C1.4 R3

M

L-att il-ġdid dwar id-Dominju Marittimu u l-Portijiet tal-Baħar

114

C1.4 R3-I3

T

Barkun ġdid, il-“Križnica”, ggwidat minn kejbils li jopera tul ix-Xmara Drava fil-Muniċipalità ta’ Pitomača

141

C1.6 R1

M

L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp ta’ Turiżmu Sostenibbli sal-2030 tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja

144

C1.6 R1-I1

M

It-tnedija ta’ sejħiet pubbliċi għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-infrastruttura tat-turiżmu pubblika eżistenti u l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-turiżmu pubblika lil hinn miż-żoni turistiċi u kostali ewlenin

146

C1.6 R1-I2

M

Jiġu mnedija sejħiet pubbliċi biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà u tingħata spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-intraprendituri tat-turiżmu, b’mill-inqas 50 % tal-investimenti totali li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika

150

C2.1 R1

M

L-emendi fl-Att dwar is-Sistema tal-Ippjanar Strateġiku u l-Ġestjoni tal-Iżvilupp tar-Repubblika tal-Kroazja u l-liġijiet sekondarji

161

C2.1 R2-I1

T

It-tħejjija tad-dokumentazzjoni teknika tal-proġett għall-proġetti ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali

165

C2.2 R1-I2

T

100 % tal-uffiċjali tal-istituzzjonijiet pubbliċi kollha meħtieġa jgħaddu mill-eżami tal-Istat, jgħaddu fuq livell diġitali mill-eżami tal-Istat, abbażi ta’ mudell ta’ eżami ġdid.

176

C2.3 R1

M

Strateġija Diġitali għall-Kroazja

177

C2.3 R2
C2.3 R2.I2

M

L-istabbiliment tal-pjattaformi għas-sistema ċentrali ta’ interoperabbiltà

179

C2.3 R3-I1

T

Aġġornament tal-Cloud tal-Istat

195

C2.3 R3-I12

M

Arkivji diġitali tal-Istitut tal-Assigurazzjoni tal-Pensjonijiet Kroat (HZMO)

229

C2.5 R1-I6

M

Il-qrati kollha tal-prim’istanza jkunu mgħammra u jissodisfaw il-kundizzjonijiet għas-smigħ mill-bogħod.

233

C2.6 R1

M

Adozzjoni tal-emendi għall-Att dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw irregolaritajiet

249

C2.7 R2

M

L-iżvilupp ta’ mudell makroekonomiku strutturali tal-ekonomija Kroata għall-produzzjoni ta’ previżjonijiet makroekonomiċi fuq medda medja ta’ żmien, ippjanar baġitarju
u analiżi tal-politika ekonomika

256

C2.9 R1

M

Gwida dwar it-titjib tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku u l-akkomunament tagħhom

259

C2.9 R1-I1

M

Pubblikazzjoni ta’ analiżi indipendenti u rakkomandazzjonijiet konkreti biex tittejjeb il-ġestjoni tal-piż tal-persunal kollu tal-istituzzjonijiet ewlenin fis-sistema tal-akkwist (MINGOR, SAFU, DKOM).

260

C2.9 R2

M

Emenda tal-qafas leġiżlattiv tal-akkwist pubbliku li tagħmel l-użu tal-appelli elettroniċi mezz obbligatorju għall-preżentazzjoni ta’ appell

273

C3.1 R2

M


Adozzjoni tal-Att il-ġdid dwar l-Attività Xjentifika u l-Edukazzjoni Għolja

275

C3.2 R1

M

Att Ġdid dwar ix-Xjenza u l-Edukazzjoni Għolja

281

C3.2 R2

M

Qafas legali ġdid li jirregola r-rekwiżiti tal-kwalità għall-programmi ta’ studju, l-istudji dottorali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-istituzzjonijiet xjentifiċi

284

C3.2 R3

M

Liġi ġdida dwar il-Fondazzjoni Kroata tax-Xjenza

294

C4.1 R4

M

Adozzjoni tal-Liġi dwar l-Indirizzar ta’ Xogħol Mhux Iddikjarat u l-Liġi tax-Xogħol il-ġdida

313

C4.3 R3

M

Adozzjoni ta’ standards ta’ trattament għall-assistenti tal-familja

318

C5.1 R1

M

Adozzjoni tal-Qafas ta’ Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-Sistemi tas-Saħħa (HSPA)

323

C5.1 R1-I4

M

Modernizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa fiċ-Ċentru tal-Isptarijiet Kliniċi KBC Split

336

C5.1 R4

M

Emenda tal-Att dwar il-Kura tas-Saħħa u l-Att dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa Obbligatorja

346

C5.1 R5

M

Titjib u estensjoni tas-servizzi telemediċi

349

C5.1 R5-I3

T

Servizzi ta’ Teletrasfużjoni

353

C6.1 R1-I1

T

Kuntratti ffirmati għar-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ bini pubbliku u bini b’ħafna abitazzjonijiet

359

C6.1 R2

M

Adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Ħiliet fil-kuntest ta’ impjiegi ekoloġiċi relatati mal-effiċjenza enerġetika u r-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremot

363

C6.1 R3

M

Punt uniku ta’ servizz online għar-rinnovazzjoni tal-enerġija u t-tisħiħ siżmiku stabbilit u operazzjonali

366

C6.1 R4-I1

T

Unitajiet ta’ tagħmir siżmiku akkwistati

Ammont ta’ Pagament

EUR 804 597 701

1.4 Ir-raba’ ħlas parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru

Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

Objettiv intermedju / Mira

Isem

39

C1.2 R1-I1

M

Mogħti permess tal-bini għall-aġġornament tan-network b’vultaġġ għoli

163

C2.2 R1

M

Qafas leġiżlattiv emendat għal sistema ċentralizzata ta’ selezzjoni fl-amministrazzjoni tal-Istat, li tidentifika l-kwalifiki meħtieġa tal-impjegati taċ-ċivil u tistabbilixxi sistema moderna ta’ reklutaġġ

166

C2.2 R2

M

Dħul fis-seħħ tal-Atti dwar is-salarji fl-amministrazzjoni tal-Istat u s-servizzi pubbliċi u tar-regolamenti għall-mobbiltà

184

C2.3 R3-I4

M

Sistema tal-IT tas-CEZIH

205

C2.3 R4-I2

M

Ftehim ta’ għotja għall-bini ta’ infrastruttura passiva tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

217

C2.5 R1

T

Programmi ġodda ta’ taħriġ introdotti fil-qafas tal-programm ta’ taħriġ ġudizzjarju

218

C2.5 R1

M

L-adozzjoni ta’ emendi għall-qafas leġiżlattiv fil-qasam tal-ġustizzja bl-Att dwar il-Proċedura Mhux kontenzjuża l-ġdid.

219

C2.5 R1

T

Twaqqif ta’ erba’ ċentri ta’ medjazzjoni fil-qrati kummerċjali f’Zagreb, Split, Osijek u Rijeka u adozzjoni ta’ emendi għall-Att dwar il-Medjazzjoni

257

C2.9 R1

M

Emenda għar-Regoli dwar it-taħriġ fl-akkwist pubbliku

267

C3.1 R1

M

Adozzjoni tal-Mudell għall-Finanzjament tal-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal

276

C3.2 R1-I1

T

Finanzjament allokat għal proġetti ta’ riċerka bbażati fuq sejħiet interni minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka matul l-ewwel ċiklu ta’ sentejn tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-programmi

297

C4.2 R1

M

Adozzjoni tal-emendi għall-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni

316

C4.3 R3-I3

M

Kalkolu tas-sistema tal-IT tal-prezzijiet għas-servizzi soċjali u l-fornituri tas-servizzi fin-network

325

C5.1 R1-I6

T

Tagħmir mediku dijanjostiku fl-Isptar Kliniku (KB) Dubrava

327

C5.1 R1-I8

T

Tagħmir mediku għat-trattament operazzjonali u l-kura ta’ pazjenti b’epilessija reżistenti għall-mediċina fl-Isptar Kliniku (KB) Dubrava

343

C5.1 R4-I5

T

Unitajiet dijanjostiċi KBC Merkur

348

C5.1 R5-I2

T

Servizzi telekardjoloġiċi

Ammont ta’ Pagament

EUR 402 298 851

1.5 Il-Ħames Ħlas Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru

Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

Objettiv intermedju / Mira

Isem

8

C1.1.1 R1-I2

M

Id-diġitalizzazzjoni tat-Test tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-SMEs permezz tal-iżvilupp ta’ pjattaforma diġitali għall-kollaborazzjoni tal-koordinaturi, it-taħriġ online u l-komunikazzjoni reċiproka

9

C1.1.1 R1-I2

T

L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid biex jitnaqqsu l-ħlasijiet mhux fiskali u parafiskali

38

C1.2 R1

M

Id-dħul fis-seħħ tal-Att li jemenda l-Att dwar l-Assi tal-Istat, li għandu jipprovdi bażi ġuridika għas-separazzjoni sħiħa tal-ġestjoni tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass (Plinacro) mill-attivitajiet ta’ produzzjoni u provvista tal-Istat.

55

C1.2 R1-I4

M

Adottat il-pjan għall-produzzjoni u l-użu tal-bijokarburanti fit-trasport

61

C1.3 R1

T

L-integrazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-ilma

64

C1.3 R1-I1

T

Kuntratti ta’ xogħlijiet konklużi għal proġetti ta’ infrastruttura tal-ilma mormi

70

C1.3 R1-I2

T

Kuntratti ta’ xogħlijiet konklużi għal proġetti tal-provvista tal-ilma

71

C1.3 R1-I2

T

Inbena, jew inbena mill-ġdid network pubbliku għall-provvista tal-ilma

77

C1.3 R1-I3

T

Mibnija strutturi ta’ protezzjoni mill-għargħar

94

C1.4 R1-I2

T

L-istabbiliment ta’ sistema funzjonali għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà fil-qasam tal-mobbiltà

127

C1.5 R1-I1

T

Ċentru ta’ distribuzzjoni loġistika (LDC) mibni u operattiv

137

C1.5 R3-I3

M

L-istabbiliment ta’ sistema ta’ informazzjoni dwar it-traċċabbiltà

139

C1.5 R4-I1

M

Skema ta’ appoġġ għat-tagħmir tal-infrastruttura għall-banek u għall-intermedjarji tal-ikel fil-katina tad-donazzjoni tal-ikel

142

C1.6 R1

M

Tfassil tal-Kont Satellita għal Turiżmu Sostenibbli tar-Repubblika tal-Kroazja

143

C1.6 R1

M

L-Att dwar it-Turiżmu li jistabbilixxi qafas għall-monitoraġġ u l-iżvilupp tas-settur tat-turiżmu

151

C2.1 R1

M

L-emendi fl-Att dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Regolatorju

168

C2.2 R2-I2

T

Mill-inqas 20 % tal-impjegati taċ-ċivil jaħdmu bil-mudell tal-ismartworking

169

C2.2 R2-I2

T

Mill-inqas 60 % tal-impjegati taċ-ċivil imħarrġa fil-metodu ta’ ħidma tal-ismartworking

170

C2.2 R3

M

Stabbiliment ta’ servizz tal-e-Konservazzjoni

178

C2.3 R2-I1

M

L-istabbiliment tas-sistema ta’ interoperabbiltà ċentrali

181

C2.3 R3-I2

M

Proġett pilota dwar iċ-ċibersigurtà

183

C2.3 R3-I3

M

L-istabbiliment ta’ punt uniku ta’ servizz

185

C2.3 R3-I5

T

Firma elettronika tal-Karta tal-Identità Diġitali

191

C2.3 R3-I9

M

L-istabbiliment ta’ pjattaforma ġdida għall-akkwist pubbliku u ta’ applikazzjoni mobbli

192

C2.3 R3-I10

M

Sistemi ta’ ġestjoni tal-identità diġitali u tar-riżorsi umani tas-CES

203

C2.3 R4-I1

M

Ftehimiet ta’ għotja ffirmati għall-implimentazzjoni tal-proġetti taħt il-Qafas Nazzjonali għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-aċċess għall-broadband (ONP)

220

C2.5 R1

M

Adozzjoni tal-Parametri Referenzjarji ġodda għall-ħidma tal-imħallfin u introduzzjoni ta’ għodda attiva għall-ġestjoni tal-kawżi ġudizzjarji

234

C2.6 R1

M

Adozzjoni ta’ kodiċi ta’ etika għall-membri parlamentari u kodiċi ta’ etika għall-uffiċjali fl-eżekuttiv

243

C2.6 R2

M

Evalwazzjoni tal-effetti tal-Liġi dwar id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni

254

C2.8 R4

M

It-tisħiħ tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju fil-qasam tal-AML/CFT

258

C2.9 R1

M

Integrazzjoni ta’ qafas imfassal apposta għat-taħriġ kontinwu tal-uffiċjali tal-akkwist taħt ProcurCompEU fl-iskema obbligatorja ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni għall-akkwist pubbliku.

268

C3.1 R1

M

Adozzjoni tal-emendi għal mudell ta’ ġurnata sħiħa ta’ tagħlim

288

C4.1 R2

M

Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att dwar is-Suq tax-Xogħol

304

C4.3 R1

T

Benefiċjarji tal-Benefiċċju Minimu Garantit

319

C5.1 R1

T

Ottimizzazzjoni tal-ħin għat-trattament dijanjostiku — listi ta’ stennija

326

C5.1 R1-I7

T

Faċilitajiet ġodda KBC Sestre Milosrdnice

337

C5.1 R4

T

Integrazzjoni funzjonali tal-isptarijiet

338

C5.1 R4

T

Proċedura ta’ akkwist konġunt għall-istituzzjonijiet tas-saħħa

347

C5.1 R5-I1

T

Swali operattivi integrati u diġitalizzati (Firule u Križine) u sistema robotika fis-sit tal-Firule installata u funzjonali

350

C5.1 R5-I4

T

Teatri operattivi ta’ KBC Sestre milosrdnice mgħammra b’kirurġija robotika

369

C6.1 R5

T

L-adozzjoni ta’ strateġiji ta’ tiġdid urban ekoloġiku

371

C6.1 R6

M

Proġett pilota għall-ġestjoni sistematika tal-enerġija li tlesta b’suċċess bil-għan li jiġi ttestjat mudell ġdid ta’ finanzjament għar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika

Ammont ta’ Pagament

EUR 804 597 701

1.6 Is-Sitt Ħlas Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru

Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

Objettiv intermedju / Mira

Isem

40

C1.2 R1-I1

T

Tlesta it-titjib ta’ kejbils ta’ taħt l-art li jgħaqqdu sitt gżejjer mal-grilja kontinentali

119

C1.4 R5-I2

T

Prototipi ta’ verifika ta’ vetturi kompletament awtonomi u elettriċi u l-ittestjar rilevanti

120

C1.4 R5-I2

M

Leġiżlazzjoni ġdida dwar is-sewqan awtonomu

167

C2.2 R2-I1

T

Is-sistema ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani, ir-Reġistru tal-Uffiċjali Pubbliċi u s-Sistema ta’ Salarju Ċentralizzata (RegZap – Cop), hija kkomplementata b’disa’ funzjonalitajiet ġodda, li jiddiġitalizzaw il-proċessi relatati kollha li għandhom jissimplifikaw u jħaffu l-emenda tas-sistema tas-salarji

171

C2.2 R3

M

L-istabbiliment ta’ sistema nazzjonali ta’ informazzjoni dwar l-arkivji

182

C2.3 R3-I2

M

Kampanja ta’ prevenzjoni pubblika taċ-ċibersigurtà

208

C2.4 R2

M

Qafas legali ġdid dwar l-intrapriżi tal-istat, li jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet tal-OECD.

228

C2.5 R1-I5

T

Binjiet tal-qorti rinnovati ġodda li jikkonformaw mar-Regolament Tekniku dwar l-użu razzjonali tal-enerġija u l-protezzjoni termali fil-bini

235

C2.6 R1

T

Jiżdied il-baġit tal-persunal għall-impjegati tal-korpi kontra l-korruzzjoni fis-sistema ġudizzjarja.

236

C2.6 R1

T

Żieda fil-baġit għall-akkwist ta’ għodod u tagħmir tal-IT mill-awtoritajiet ġudizzjarji biex jinvestigaw il-korruzzjoni u r-reati tal-kriminalità organizzata

241

C2.6 R1-I3

M

Sistemi mtejba ta’ informazzjoni dwar id-dikjarazzjoni tal-assi għall-uffiċjali tal-istat u l-uffiċjali ġudizzjarji

244

C2.6 R3

M

Applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD dwar il-governanza korporattiva dwar is-sjieda maġġoritarja tal-unitajiet lokali u reġjonali

246

C2.6 R4

T

Taħriġ tal-imħallfin dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ korruzzjoni fl-akkwist pubbliku u l-protezzjoni ġudizzjarja fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku

263

C2.9 R3

M

Programmi u attivitajiet immirati lejn it-tfassil u l-ġestjoni ta’ akkwist pubbliku innovattiv

298

C4.2 R1

M

Adozzjoni tal-Konklużjonijiet dwar l-Aċċettazzjoni tar-Rapport dwar l-analiżi tal-kosteffettività tal-investimenti obbligatorji tal-fondi tal-pensjonijiet f’intrapriżi tal-istat.

Ammont ta’ Pagament

EUR 402 298 851

1.7 Is-Seba’ Ħlas Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru

Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

Objettiv intermedju / Mira

Isem

3

C1.1.1 R1-I1

M

Titjib tas-sistemi START

4

C1.1.1 R1-I1

T

It-twaqqif ta’ punti ta’ aċċess fiżiċi għall-pjattaforma START

5

C1.1.1 R1-I1

M

Id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi mmirati f’MINGOR skont il-Liġi dwar il-Proġetti tal-Investiment Strateġiċi tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Liġi dwar il-Promozzjoni tal-Investiment u l-Liġi dwar l-Għajnuna mill-Istat għal Proġetti ta’ Riċerka u Żvilupp u d-diġitalizzazzjoni u n-networking ulterjuri tas-sistema tal-JRPI

10

C1.1.1 R1-I2

T

L-implimentazzjoni tal-ewwel sett ta’ miżuri stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid/fil-ħames Pjan ta’ Azzjoni għall-eżenzjoni tal-piż amministrattiv għall-imprendituri

12

C1.1.1 R2

T

Simplifikazzjoni jew tneħħija ta’ mill-inqas 50 rekwiżit regolatorju għas-servizzi professjonali

13

C1.1.1 R3

M


L-istabbiliment ta’ qafas strateġiku għall-promozzjoni tal-investiment privat

15

C1.1.1 R4-I1

T

L-għoti ta’ għotjiet lill-SMEs u lill-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja għal investimenti mmirati lejn attivitajiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent

28

C1.1.2 R1

M

L-emendar u s-supplimentar tal-qafas legali għall-inċentiv tat-taxxa R&Ż

32

C1.1.2 R2-I5

T

Appoġġ għal proġetti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-innovazzjoni

41

C1.2 R1-I1

T

Tlesta l-aġġornament tan-network b’vultaġġ għoli (220/110 kV)

42

C1.2 R1-I1

T

Kapaċità tal-RES addizzjonali ta’ 1 500 MW konnessa mal-grilja.

43

C1.2 R1-I1

T

Għadd ta’ konsumaturi ġodda konnessi mal-grilja intelliġenti

47

C1.2 R1-I2

T

Kuntratti ffirmati għall-esplorazzjoni tal-potenzjal ġeotermali fit-tisħin distrettwali

56

C1.2 R1-I4

M

Permess ta’ kostruzzjoni mogħti għall-kostruzzjoni ta’ bijoraffineriji u investiment pilota fil-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju (CCS)

78

C1.3 R1-I3

T

Passaġġi tal-ilma rivitalizzati

85

C1.3 R2-I1

T

Tnaqqis fis-sehem ta’ skart muniċipali mibgħut għar-rimi (41 %)

96

C1.4 R1-I4

M

L-istabbiliment ta’ sistema ta’ kontroll tar-rappurtar għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u tal-merkanzija li tiffunzjona tajjeb.

97

C1.4 R1-I5

M

L-iżvilupp ta’ sistema ta’ monitoraġġ għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (e-ADR)

100

C1.4 R2

M

Ir-riorganizzazzjoni tal-kumpaniji ferrovjarji u l-ġestjoni tan-negozju

107

C1.4 R2-I6

T

Ġew prodotti żewġ prototipi ta’ ferroviji bil-batteriji nbdew it-testijiet operattivi

108

C1.4 R2-I7

M

It-titjib u l-operabbiltà tas-sistemi tal-biljetti abbord

118

C1.4 R5-I1

T

L-iImplimentazzjoni ta’ sistema tas-servizzi fuq l-art għal inġenji tal-ajru kompletament elettrifikata u ekoloġizzata fl-Ajruport ta’ Zadar

148

C1.6 R1-I3

M

Programmi edukattivi biex jissaħħu l-għarfien u l-ħiliet tat-turiżmu

154

C2.1 R1-I2

T

Il-moduli ta’ taħriġ għall-ippjanar strateġiku u l-valutazzjoni tal-impatt regolatorju fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali

164

C2.2 R1-I1

T

100 % tal-impjegati taċ-ċivil permanenti kollha li għadhom kif ġew irreklutati fil-korpi tal-gvern huma impjegati esklussivament permezz ta’ sistema ġdida ta’ għażla u reklutaġġ ċentralizzata, diġitalizzata u standardizzata, disponibbli permezz ta’ pjattaforma tal-IT żviluppata reċentement.

186

C2.3 R3-I6

M

L-istabbiliment tan-network tal-infrastruttura tal-informazzjoni tal-Istat (DII)

188

C2.3 R3-I7

T

Pjanijiet spazjali diġitali

190

C2.3 R3-I8

T

Servizzi diġitali pubbliċi elettroniċi integrati fil-pjattaforma mobbli l-ġdida

199

C2.3 R3-I14

M

Sistema għall-e-Fatturi u l-kontabilità tal-VAT online

212

C2.4 R5

M

Żvilupp ta’ sistema tal-IT u metodoloġija għat-tnaqqis tal-portafoll tal-proprjetà tal-istat u attivazzjoni aktar rapida u effiċjenti ta’ assi tal-gvern mhux użati

224

C2.5 R1-I1

M

Sistema tal-eSpis aġġornata b’funzjonalitajiet ġodda u arkitettura ġdida integrata fiċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi (CDU)

226

C2.5 R1-I3

M

Sistema tal-eSpis aġġornata b’funzjonalitajiet ġodda u arkitettura ġdida integrata fiċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi (CDU)

252

C2.8 R2

T

It-tisħiħ tas-superviżjoni permezz ta’ laqgħat regolari tal-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar is-Superviżjoni

277

C3.2 R1-I1

T

Sehem ta’ universitajiet jew istituti ta’ riċerka li ffirmaw ftehimiet ta’ programmi

289

C4.1 R2

M

Kwalità aħjar ta’ appoġġ għal gruppi vulnerabbli

305

C4.3 R1

M

Adozzjoni ta’ regola normattiva dwar benefiċċji soċjali funzjonalment integrati

308

C4.3 R1-I2

M

Disponibbiltà diġitali ta’ informazzjoni dwar il-benefiċċji tal-protezzjoni soċjali fil-livell nazzjonali

314

C4.3 R3-I1

T

It-tisħiħ tal-kapaċità umana biex jitwasslu servizzi fil-komunità

315

C4.3 R3-I2

T

Sistema Unika ta’ Informazzjoni (sistema ta' informazzjoni SocSkrb)

320

C5.1 R1-I1

T

Aċċess għall-kura fl-ispiżeriji u l-mediċini

339

C5.1 R4-I1

T

Ġestjoni ċentrali ta’ preparazzjonijiet parenterali fi 8 sptarijiet

344

C5.1 R4-I5

T

Monitoraġġ tar-riżultati tal-kura ta’ pazjenti kroniċi mhux fl-isptarijiet fl-ispiżeriji pubbliċi

345

C5.1 R4-I6

M

Faċilità tal-Iskart Mediku f’KBC Zagreb

Ammont ta’ Pagament

EUR 804 597 701

1.8 It-Tmien Ħlas Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru

Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

Objettiv intermedju / Mira

Isem

30

C1.1.2 R2-I3

T

L-għoti ta’ appoġġ biex jiġi stimulat it-tkabbir ta’ negozji ġodda f’setturi ta’ teknoloġija u għarfien għoljin

51

C1.2 R1-I3

T

Kapaċità tal-produzzjoni tal-idroġenu ġdida installata

133

C1.5 R2-I2

T

It-titjib tas-sistema ta’ informazzjoni operattiva għall-monitoraġġ tal-art agrikola u l-istabbiliment ta’ 90 stazzjon permanenti għall-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-art agrikola

175

C2.2 R4-I1

M

Mekkaniżmu ta’ appoġġ għal konnessjonijiet funzjonali u reali volontarji u l-istabbiliment ta’ sistema sħiħa ta’ appoġġ għall-akkoppjament funzjonali u effettiv tal-unitajiet

239

C2.6 R1-I1

M

Evalwazzjoni tal-effetti tal-kampanja ta’ informazzjoni nazzjonali kontra l-korruzzjoni

242

C2.6 R1-I4

T

Titjib u diġitalizzazzjoni intelliġenti ta’ 4 ċentri reġjonali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Pulizija għall-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (PN USKOK)

278

C3.2 R1-I1

T

Proġetti ta’ riċerka kkompletati, fil-qasam ‘Aħdar’, minn organizzazzjonijiet xjentifiċi li ffirmaw Ftehimiet ta’ Programm ġodda

279

C3.2 R1-I1

T

Finanzjament allokat għal proġetti ta’ riċerka bbażati fuq sejħiet interni minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka

282

C3.2 R2-I1

T

Għotjiet mogħtija taħt il-qafas ta’ programmazzjoni biex tiżdied id-disponibbiltà u l-impjegabbiltà tal-gradwati fl-oqsma STEM/ICT u tittejjeb il-mobbiltà tagħhom għall-kooperazzjoni nazzjonali u internazzjonali

290

C4.1 R2

T

Kwalità aħjar ta’ appoġġ għal mill-inqas 5 000 persuna minn gruppi vulnerabbli

295

C4.1 R4

T

Iż-żieda tal-proporzjon tal-paga minima mal-paga grossa medja fl-2024 għal 50 % fi

299

C4.2 R1

T

Żieda ta’ bejn 10 % u 15 % fid-dħul totali tal-pensjoni għall-benefiċjarji tal-forma definita mill-ġdid tal-pensjoni tas-superstiti (minimu ta’ 10 %).

321

C5.1 R1-I2

T

Għoti ta’ kura tas-saħħa primarja mobbli għal pazjenti ta’ barra

342

C5.1 R4-I4

T

Sistema għall-monitoraġġ ta’ skarsezzi ta’ prodotti mediċinali abbażi tat-teknoloġija tal-blockchain

365

C6.1 R4

T

Data siżmika integrata f’ 10 bażijiet esperti għall-pjanijiet spazjali tal-unitajiet tal-gvern lokali

Ammont ta’ Pagament

EUR 402 298 851

1.9 Id-Disa’ Ħlas Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru

Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

Objettiv intermedju / Mira

Isem

11

C1.1.1 R1-I2

T

L-implimentazzjoni tat-tieni sett ta’ miżuri stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid/fil-ħames Pjan ta’ Azzjoni biex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-imprendituri

29

C1.1.2 R2-I2

T

Appoġġ lill-SMEs biex itejbu l-kapaċità ta’ ġestjoni

35

C1.1.2 R4-I1

T

L-istabbiliment ta’ Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej (EDIH)

48

C1.2 R1-I2

M

Ir-riżultati tal-potenzjal ġeotermali għat-tisħin ditrettwali huma disponibbli għall-pubbliku.

65

C1.3 R1-I1

T

Impjanti tat-trattament tal-ilma mormi mibnija u operattivi

66

C1.3 R1-I1

T

Netwerk pubbliku tad-drenaġġ mibni jew mibni mill-ġdid

72

C1.3 R1-I2

T

Inbena, jew inbena mill-ġdid network pubbliku għall-provvista tal-ilma

79

C1.3 R1-I3

T

Mibnija strutturi ta’ protezzjoni mill-għargħar

86

C1.3 R2-I1

T

Inbnew faċilitajiet ta’ separazzjon

87

C1.3 R2-I1

T

Faċilitajiet mibnija għat-trattament tal-bijoskart miġbur separatament

88

C1.3 R2-I1

T

Sit funzjonali fiss/mobbli għas-separazzjoni tal-iskart

93

C1.4 R1-I1

M

Sistema elettronika ġdida ta’ pedaġġ

102

C1.4 R2-I2

T

Il-bini mill-ġdid ta’ tliet stazzjonijiet fis-sezzjoni Oštarije – Knin – Split

103

C1.4 R2-I2

M

Installazzjonijiet ta’ sinjalar abbord u operattivi fis-sezzjoni ta’ Oštarije — Knin — Split

104

C1.4 R2-I3

T

Imneħħija ħames restrizzjonijiet f’sezzjonijiet b’veloċitajiet operattivi ta’ limitazzjoni attwali ta’ 60 km/h

105

C1.4 R2-I4

T

Inbniet mill-ġdid u ttejbet il-linja ferrovjarja b’binarji doppji f’Zagreb Kustošija - ZG Zapadni Kolodvor - Zagreb Glavni Kolodvor li hija twila 3,4 km

112

C1.4 R3-I1

T

Modernizzar/bini mill-ġdid ta’ żewġ portijiet tal-baħar miftuħin għat-traffiku pubbliku

116

C1.4 R4-I1

T

70 karozza tal-linja li jaħdmu b’karburant alternattiv (bl-elettriku u bl-idroġenu) akkwistati u mqiegħda fis-servizz

117

C1.4 R4-I2

T

30 tram akkwistati għat-trasport pubbliku

121

C1.4 R5-I2

T

L-għoti ta’ appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ proġett ġdid għal ekosistema tal-mobbiltà urbana

122

C1.4 R5-I2

M

Vetturi kompletament awtonomi u elettriċi adattati għall-ħtiġijiet tal-passiġġieri b’diżabilità u infrastruttura speċjalizzata

135

C1.5 R3-I1

T

Id-diġitalizzazzjoni ta’ mill-inqas 30 servizz pubbliku fl-agrikoltura elenkati fil-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni Diġitali tas-Servizzi Pubbliċi Agrikoli

136

C1.5 R3-I2

M

It-twaqqif ta’ pjattaforma tal-agrikoltura intelliġenti

145

C1.6 R1-I1

T

L-allokazzjoni sħiħa għal kull offerta tal-baġit għall-bini u l-adattament tal-infrastruttura tat-turiżmu pubbliku skont il-kriterji tal-eliġibbiltà

147

C1.6 R1-I2

T

L-allokazzjoni sħiħa tal-fondi biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà u titrawwem it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-imprendituri tat-turiżmu;

149

C1.6 R1-I3

T

Tagħlim lil studenti fil-programmi edukattivi biex isaħħu l-għarfien u l-ħiliet tat-turiżmu, inklużi l-ħiliet diġitali għall-gvern u l-uffiċjali pubbliċi fis-sistema tat-turiżmu, il-persuni qiegħda u l-edukazzjoni tal-impjegaturi

152

C2.1 R1

T

It-tnaqqis tal-piż amministrattiv li jaffettwa direttament liċ-ċittadini, permezz tad-diġitalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri

153

C2.1 R1-I1

T

Id-diġitalizzazzjoni tal-immappjar tal-proċessi kummerċjali kollha fil-qasam tal-ippjanar strateġiku u l-valutazzjoni tal-impatt regolatorju

155

C2.1 R1-I2

T

It-taħriġ tal-uffiċjali marbutin mas-sistema tal-ippjanar strateġiku u l-implimentazzjoni tal-impatti regolatorji fil-livell nazzjonali u reġjonali

162

C2.1 R2-I1

T

It-tħejjija tad-dokumentazzjoni teknika tal-proġett għall-proġetti ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali

187

C2.3 R3-I6

T

Utenti ġodda tan-network tal-infrastruttura tal-informazzjoni tal-Istat (DII)

189

C2.3 R3-I7

M

Aġġornament tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Pjanijiet Ġeografiċi

200

C2.3 R3-I15

T

Għodod ġodda fis-sistema tal-IT tat-turiżmu

230

C2.5 R1-I6

M

Titjib u ottimizzazzjoni tal-infrastrutturi tal-ICT fil-korpi ġudizzjarji kollha

237

C2.6 R1

M

It-twaqqif ta’ sistema ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ miżuri nazzjonali kontra l-korruzzjoni

240

C2.6 R1-I2

M

L-istabbiliment ta’ sistema ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tal-infrastruttura etika tal-ħaddiema taċ-ċivil

255

C2.8 R4

T

Żieda fl-attivitajiet superviżorji fuq il-post ibbażata fuq riskji identifikati ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

264

C2.9 R3

T

Taħriġ tal-uffiċjali tal-akkwist dwar proċeduri innovattivi tal-akkwist pubbliku

280

C3.2 R1-I2

T

Riorganizzazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u istituti xjentifiċi

285

C3.2 R3-I1

T

Għotjiet mogħtija taħt “programm pilota” li jappoġġa l-istabbiliment ta’ qafas riformat RŻI.

287

C4.1 R1

T

Għadd ta’ benefiċjarji tal-miżuri attivi ġodda tal-politika tas-suq tax-xogħol

300

C4.2 R1

M

Adozzjoni tal-emendi għall-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni

306

C4.3 R1

T

Rata ta' riskju ta' faqar wara t-trasferimenti soċjali

307

C4.3 R1-I1

T

Aċċess għad-data tal-unitajiet tal-gvern lokali dwar il-benefiċċji soċjali għal kull benefiċjarju individwali

310

C4.3 R2

T

Impjieg ta’ professjonisti tal-mentoraġġ soċjali

311

C4.3 R2-I1

T

Servizzi ta’ mentoring soċjali pprovduti lill-benefiċjarji

324

C5.1 R1-I5

T

Bini tal-Blokk Operattiv Ċentrali bil-kontenuti akkumpanjanti tal-Isptar Ġenerali ta’ Varaždin

329

C5.1 R2

M

It-titjib u l-armonizzazzjoni tal-kwalità tal-kura tas-saħħa bl-iżvilupp ta’ Linji Gwida Kliniċi Elettroniċi

331

C5.1 R2-I1

T

It-titjib tal-kwalità tar-radjoterapija onkoloġika

332

C5.1 R2-I2

T

Pjattaforma unika tal-IT għall-konnessjoni, il-monitoraġġ u t-trattament ottimali tal-pazjenti onkoloġiċi

334

C5.1 R3-I1

T

Taħriġ mediku speċjalizzat fil-livell bażiku primarju tal-kura tas-saħħa

335

C5.1 R3-I2

T

Taħriġ speċjalizzat fil-mediċina ta’ emerġenza fil-baċellerat tal-infermerija

340

C5.1 R4-I2

T

Sistema ta’ terapija tal-unità għal forom solidi ta’ mediċini f’40 sptar Kroat

372

C6.1 R6

M

Adozzjoni tal-linji gwida għall-applikazzjoni ta’ mudell għall-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija f’bini b’ħafna abitazzjonijiet

Ammont ta’ Pagament

EUR 517 241 379

1.10 L-Għaxar Ħlas Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):

Numru

Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)

Objettiv intermedju / Mira

Isem

17

C1.1.1 R4-I2

T

Self/sussidji tar-rati tal-imgħax mogħtija lil intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju

18

C1.1.1 R4-I2

T

Self/sussidji tar-rati tal-imgħax mogħtija lil intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju

20

C1.1.1 R4-I3

T

Għadd ta’ proġetti appoġġati għal kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u intrapriżi kbar

22

C1.1.1 R4-I4

T

Krediti mogħtija għal proġetti tas-settur pubbliku

24

C1.1.1 R5-I1

T

L-investimenti magħmula fi strumenti ta’ ekwità u kważi ekwità

26

C1.1.1 R6-I1

T

L-investimenti fit-trasformazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetittività tal-industriji kulturali u kreattivi

27

C1.1.1 R6-I2

M

L-istabbiliment ta’ sistema għall-verifika tal-fatti

31

C1.1.2 R2-I4

T

L-appoġġ għat-tkabbir ta’ negozji ġodda permezz tal-istabbiliment ta’ programm aċċelleratur.

33

C1.1.2 R3-I2

T

L-għoti ta’ appoġġ fil-forma ta’ vouchers

34

C1.1.2 R3-I3

T

L-għoti ta’ appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tal-SMEs Kroati

44

C1.2 R1-I1

T

Tlesta l-aġġornament tan-network b’vultaġġ għoli (220/110 kV)

52

C1.2 R1-I3

M

Sejħa għall-offerti pubbliċi mnedija għal kapaċità addizzjonali tal-idroġenu

53

C1.2 R1-I3

T

Inbnew mill-inqas sitt stazzjonijiet għall-mili bl-idroġenu għall-karozzi, x-xarabanks u l-vetturi heavy-duty

54

C1.2 R1-I3

M

Investiment pilota għall-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju (CCS) ikkompletat u kompletament operattiv b’kapaċità ta’ 190 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena

57

C1.2 R1-I4

T

Bijoraffinerija mibnija u operattiva

58

C1.2 R1-I4

T

Investiment pilota għall-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju (CCS) ikkompletat u kompletament operattiv b’kapaċità ta’ 52 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena

62

C1.3 R1

T

Tnaqqis fit-telf fis-sistemi pubbliċi tal-provvista tal-ilma

67

C1.3 R1-I1

T

Il-popolazzjoni li tibbenefika minn aċċess imtejjeb għal sistema mtejba tat-trattament tal-ilma mormi

73

C1.3 R1-I2

T

Popolazzjoni b’aċċess imtejjeb għall-provvista tal-ilma

80

C1.3 R1-I3

T

Residenti koperti minn miżuri mtejba ta’ protezzjoni kontra l-għargħar

89

C1.3 R2-I1

T

Tnaqqis fis-sehem ta’ skart muniċipali mibgħut għar-rimi (30 %)

90

C1.3 R2-I2

T

Ir-riabilitazzjoni ta’ miżbliet magħluqa

95

C1.4 R1-I3

M

L-istabbiliment ta’ sistema nazzjonali għall-ħżin elettroniku u l-iskambju tad-data tat-trasport bit-triq (NSCP) li tiffunzjona tajjeb.

101

C1.4 R2-I1

T

Inbnew kif ukoll inbnew mill-ġdid il-binarji doppji elettrifikati fis-sezzjoni Dugo Selo – Novska, fis-subsezzjoni Kutina - Novska

106

C1.4 R2-I5

T

Tbiddlu l-pads tal-brejkijiet ta’ 2 000 vagun tal-merkanzija sabiex jitnaqqas l-istorbju

113

C1.4 R3-I2

T

Bastimenti li jaħdmu b’ karburant alternattiv li jużaw propulsjoni elettrika solari

115

C1.4 R3-I4

T

Tliet irmiġġi muniċipali mibnija biex jilqgħu l-iskart minn bastimenti

123

C1.4 R5-I2

T

Mal-50 000 voucher għal vjaġġi b’vettura kompletament awtonoma mogħtija mingħajr ħlas lill-persuni b’diżabilità, validi għal mill-inqas ħames snin wara l-ħruġ

124

C1.4 R5-I3

T

Xiri kofinanzjat ta’ 2 000 vettura tat-triq li jaħdmu b’mod alternattiv (bl-elettriku jew bl-idroġenu)

125

C1.4 R5-I3

T

Il-bini kkofinanzjat ta’ 1 300 stazzjon tal-iċċarġjar tal-elettriku

128

C1.5 R1-I1

T

Mill-inqas tliet ċentri ta’ distribuzzjoni loġistika (LDC) mibnija u operattivi

129

C1.5 R1-I2

T

Taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi

130

C1.5 R1-I2

T

Sistema għat-tikkettar tal-frott u l-ħxejjex

132

C1.5 R2-I1

T

18 000 ettaru ta’ art agrikola kkonsolidat

172

C2.2 R3-I1

T

Il-ħolqien ta’ sett ta’ 60 bażi ta’ konservazzjoni pubblikament disponibbli għas-siti kulturali u storiċi l-aktar kumplessi, b’monumenti ta’ valur għoli

173

C2.2 R3-I2

T

600 awtur tad-dokumenti jużaw is-sistema ta’ informazzjoni tal-arkivji

180

C2.3 R3-I1

T

Żieda fl-għadd ta’ utenti fiċ-Ċentru tas-Servizzi Kondiviżi

193

C2.3 R3-I10

M

It-tlestija tad-diġitalizzazzjoni tas-CES

194

C2.3 R3-I11

M

Sistema tal-IT aġġornata tal-Istitut tal-Assigurazzjoni tal-Pensjonijiet Kroat (HZMO)

196

C2.3 R3-I12

T

L-għadd ta’ paġni fl-Arkivji Diġitali l-ġodda

197

C2.3 R3-I13

M

Sistema Ġdida ta’ Informazzjoni dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa

198

C2.3 R3-I13

T

Il-perċentwal ta’ proċeduri biex tiġi stabbilita u miġbura t-taxxa, implimentati b’mod diġitali permezz tas-sistema l-ġdida

201

C2.3 R3-I16

T

Moduli ta’ applikazzjoni ġodda għas-sistema tal-IT tal-isport

204

C2.3 R4-I1

T

Aċċess għall-broadband mid-djar f’żoni bojod tal-NGA

206

C2.3 R4-I2

T

Popolazzjoni b’aċċess għall-5G

209

C2.4 R3

T

Pjan ta’ taħriġ għall-ministeri kompetenti u l-unitajiet ċentrali ta’ koordinazzjoni fl-attivitajiet ta’ governanza korporattiva

210

C2.4 R4

T

Ir-realizzazzjoni tal-bejgħ ta’ 90 intrapriża tal-Istat li mhumiex ta’ interess partikolari għar-Repubblika tal-Kroazja u li huma ġestiti mis-CERP

211

C2.4 R4

T

Ir-realizzazzjoni tal-bejgħ ta’ 20 intrapriża tal-Istat fil-portafoll tas-CERP li bħalissa mhumiex disponibbli għall-bejgħ.

213

C2.4 R5

T

Iż-żieda tal-kummerċjalizzazzjoni, is-simplifikazzjoni u l-attivazzjoni tal-proprjetà tal-istat

221

C2.5 R1

T

Tnaqqis tat-tul ta’ żmien tal-kawżi u tal-kawżi kummerċjali

222

C2.5 R1

T

Tnaqqis tan-numru totali tal-kawżi pendenti kollha

223

C2.5 R1

T

Tnaqqis fis-sehem ta’ każijiet li għandhom aktar minn 3 snin f’total ta’ xogħol pendenti

225

C2.5 R1-I2

T

60 % tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-art u dwar il-katast tlestiet bl-għan aħħari li titlesta sa 100 %

227

C2.5 R1-I4

T

Kisba tal-permess għall-użu għal bini ġdid fil-Pjazza tal-Ġustizzja f’Zagreb bħala prekundizzjoni għar-rilokazzjoni tal-qrati kummerċjali u amministrattivi, iċ-Ċentru ta’ Medjazzjoni u l-Akkademja Ġudizzjarja

238

C2.6 R1

T

Tnaqqis tat-tul medju tal-kawżi fil-qorti għal reati ta’ korruzzjoni u kriminalità organizzata

245

C2.6 R3

M

Valutazzjoni tal-effetti tal-implimentazzjoni tal-Programm Kontra l-Korruzzjoni 2021–2022 għall-kumpaniji b’maġġoranza tal-ishma tal-gvern lokali u l-unitajiet tal-gvern reġjonali

261

C2.9 R2

T

It-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien medji biex jiġu ttrattati l-appelli u d-deċiżjonijiet għal 28 jum mid-data tal-wasla tal-appell

262

C2.9 R2

T

It-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien medji għal 14-il jum mid-data tal-preżentata tal-fajl tal-appell

269

C3.1 R1

T

il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal,

270

C3.1 R1-I1

T

Għadd ta’ postijiet mibnija fl-ECEC

271

C3.1 R1-I2

T

Perċentwal ta’ studenti li jattendu skejjel primarji b’xift wieħed

272

C3.1 R1-I3

T

Reġistrazzjoni fi programmi ġenerali ta’ edukazzjoni sekondarja

274

C3.1 R2-I1

T

Is-sehem tal-istituzzjonijiet pubbliċi tal-edukazzjoni għolja mgħammra b’infrastruttura diġitali

283

C3.2 R2-I2

T

Proġetti ta’ infrastruttura għal riċerka applikata u mmirata

292

C4.1 R3-I1

T

L-użu ta’ kupuni tal-edukazzjoni

296

C4.1 R4

T

Tnaqqis tas-sehem ta’ kuntratti temporanji għal 17 %

301

C4.2 R1

T

Żieda tal-pensjoni minima bi 3 %

317

C4.3 R3-I4

T

Bini ta’ ċentri għall-kura istituzzjonali, fid-djar u fil-komunità tal-anzjani

322

C5.1 R1-I3

T

Bini ġdid fil-kumpless tal-Klinika għall-Mard Infettiv Dr Fran Mihaljević

328

C5.1 R1-I9

T

Proġett ta’ Żvilupp ta’ KBC Zagreb

330

C5.1 R2

T

Ottimizzazzjoni tal-ħin għat-trattament radjoloġiku — listi ta’ stennija

341

C5.1 R4-I3

T

Il-monitoraġġ tal-mediċina fis-sistema tal-isptarijiet mill-ispiżerija sal-pazjent

354

C6.1 R1-I1

T

Rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ bini b’ħafna abitazzjonijiet

355

C6.1 R1-I1

T

Rinnovazzjoni enerġetika tal-bini pubbliku

356

C6.1 R1-I2

T

Rinnovazzjoni tal-enerġija u ta’ wara t-terremot ta’ bini b’ħafna abitazzjonijiet li ġarrab ħsara minħabba t-terremot

357

C6.1 R1-I2

T

Rinnovazzjoni enerġetika u ta’ wara t-terremoti ta’ bini pubbliku li saritlu ħsara mit-terremoti

358

C6.1 R1-I3

T

Rinnovazzjoni enerġetika ta’ bini bi status ta’ beni kulturali

360

C6.1 R2

T

Tlestija ta’ programm ta’ taħriġ u edukazzjoni għall-adulti għar-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremot u r-rinnovazzjoni tal-enerġija

361

C6.1 R2

T

Tlestija ta’ studji esperti u programmi edukattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli u r-rinnovazzjoni tal-wirt kulturali

364

C6.1 R3

T

Jitlesta t-taħriġ għall-impjegati pubbliċi biex jipprovdu servizzi ta’ punt uniku ta’ kuntatt għall-effiċjenza enerġetika u r-rikostruzzjoni ta’ wara t-terremoti

367

C6.1 R4-I1

M

Reklutaġġ u taħriġ ta’ esperti tas-Survey Siżmoloġiku

370

C6.1 R5

T

L-implimentazzjoni ta’ proġett pilota identifikat permezz ta’ strateġiji ta’ tiġdid urban ekoloġiku u marbut mal-programmi nazzjonali dwar l-infrastruttura ekoloġika u l-ġestjoni ċirkolari tal-ispazju u l-bini

Ammont ta’ Pagament

EUR 548 304 709



TAQSIMA 3: ARRANĠAMENTI ADDIZZJONALI

1.Arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

Il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Kroazja għandhom isiru f’konformità mal-arranġamenti li ġejjin:

Għandha titwaqqaf struttura ta’ governanza, monitoraġġ u implimentazzjoni f’diversi livelli b’kompiti u responsabbiltajiet dedikati applikabbli f’kull livell kif stabbilit hawn taħt:

a)Bord ta’ Tmexxija, ippresedut mill-Prim Ministru, responsabbli għat-tmexxija politika u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan.

b)Il-Kumitat ta’ Implimentazzjoni, magħmul minn rappreżentanti tal-kabinett tal-Prim Ministru, il-korp ta’ koordinazzjoni, il-korpi ta’ implimentazzjoni, l-awtorità tal-awditjar, il-korp responsabbli biex jibgħat it-talbiet għall-pagament, u l-Ministeru tal-Iżvilupp Reġjonali u l-Fondi tal-UE, responsabbli għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ġenerali tal-pjan kif ukoll għall-iżgurar tal-konsistenza ma’ fondi oħra tal-UE.

c)Korp ta’ Koordinazzjoni Ċentrali, stabbilit taħt il-Ministeru tal-Finanzi (Direttorat għall-analiżi makroekonomika) u inkarigat bil-koordinazzjoni operazzjonali u l-monitoraġġ tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż il-monitoraġġ attiv tal-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri abbażi tal-istadji importanti u l-miri stabbiliti għal kull komponent.

d)L-awtorità tal-awditjar, l-Aġenzija għall-Awditjar tas-Sistema ta’ Implimentazzjoni tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea, bil-mandat li twettaq awditi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza.

e)Il-korp responsabbli biex jibgħat it-talbiet għall-ħlas, il-Fond Nazzjonali taħt il-Ministeru tal-Finanzi, responsabbli għat-tfassil u l-preżentazzjoni tat-talbiet għall-ħlas u d-dikjarazzjonijiet tal-ġestjoni.

f)Korpi u aġenziji ta’ implimentazzjoni responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ kull miżura speċifika kif ukoll għall-monitoraġġ tal-progress tal-proġetti.

Il-pjan Kroat għall-irkupru u r-reżiljenza jiddikjara li l-proċeduri huma fis-seħħ biex jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali, matul l-implimentazzjoni tal-miżuri. Barra minn hekk, dawn il-proċeduri għandhom jiġu applikati biex jindirizzaw l-irregolaritajiet serji kollha (frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess) u finanzjament doppju billi jippermettu li l-kontrolli u l-awditi jiġu implimentati fil-livell tal-Ministeru rilevanti. Sabiex jiġi żgurat li tiġi rrappurtata data affidabbli, il-korpi ta’ implimentazzjoni responsabbli għal kull komponent għandhom iwettqu verifiki amministrattivi u fuq il-post. Għandhom isiru kontrolli regolari dwar il-veraċità u l-eżattezza tad-data mill-korp ta’ koordinazzjoni f’kooperazzjoni mal-Fond Nazzjonali. Barra minn hekk, l-awtorità tal-awditjar, se twettaq il-kontrolli tat-tieni livell, abbażi ta’ ċiklu ta’ kull sitt xhur, inklużi awditi tas-sistema u awditi dwar il-kisba tal-istadji importanti u l-miri.

2.Arranġamenti għall-għoti ta’ aċċess sħiħ mill-Kummissjoni għad-data sottostanti

Sabiex tipprovdi aċċess sħiħ lill-Kummissjoni għad-data sottostanti rilevanti, il-Kroazja għandu jkollha fis-seħħ l-arranġamenti li ġejjin:

Il-Korp ta’ Koordinazzjoni Ċentrali għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ġenerali tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, għall-iżgurar tal-koordinazzjoni ma’ awtoritajiet rilevanti oħra fil-pajjiż (inkluż l-iżgurar tal-koerenza rigward l-użu ta’ fondi oħra tal-UE), għall-monitoraġġ tal-progress dwar l-istadji importanti u l-miri, u biex jipprovdi r-rappurtar kollu meħtieġ.

Fit-twettiq ta’ dmirijietu, il-Korp ta’ Koordinazzjoni għandu jiddependi fuq is-sistema tal-IT eFondovi, użata għall-monitoraġġ tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, li għandha tiġi aġġornata bil-funzjonalitajiet żviluppati għar-rappurtar dwar l-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Is-sistema tal-IT għandha tippermetti l-ġbir tal-informazzjoni mill-benefiċjarji tal-proġett dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ għotja. Il-korpi ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data miġbura. Għandhom jitwettqu kontrolli regolari fuq il-veraċità u l-eżattezza tad-data mill-Korp ta’ Koordinazzjoni f’kooperazzjoni mal-Fond Nazzjonali.

F’konformità mal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, malli jitlestew l-istadji importanti u l-miri rilevanti maqbula fit-Taqsima 2.1 ta’ dan l-Anness, il-Kroazja għandha tippreżenta talba debitament ġustifikata għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Kummissjoni. Il-Kroazja għandha tiżgura li, fuq talba, il-Kummissjoni jkollha aċċess sħiħ għad-data sottostanti rilevanti li tappoġġa l-ġustifikazzjoni dovuta tat-talba għal pagament, kemm għall-valutazzjoni tat-talba għal pagament f’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 kif ukoll għal finijiet ta’ awditjar u kontroll.

(1)      C(2021)2632 final
(2)      Ħlief għal proġetti taħt din il-miżura għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew tas-sħana, kif ukoll fdawk relatati mal-infrastruttura ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni, li jużaw il-gass naturali, li huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III tal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
(3)      Meta l-attività appoġġata tikseb emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex ferm aktar baxxi mill-parametri referenzjarji rilevanti, għandha tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet l-għaliex dan mhuwiex possibbli. Il-parametri referenzjarji stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447.
(4)      Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura għal impjanti ddedikati esklussivament għat-trattament ta’ skart perikoluż mhux riċiklabbli, u għal impjanti eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma bl-għan li tiżdied l-effiċjenza enerġetika, jinqabdu l-gassijiet tal-egżost għall-ħżin jew l-użu jew l-irkupru ta’ materjali mill-irmied tal-inċinerazzjoni, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.
(5)      Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura f’impjanti ta’ trattament mekkaniku u bijoloġiku eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma bl-għan li tiżdied l-effiċjenza enerġetika jew il-modifika retroattiva ta’ operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ ta’ skart separat għall-kompost tal-bijoskart u d-degradazzjoni anaerobika tal-bijoskart, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.
(6)      Ħlief għal proġetti taħt din il-miżura għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew tas-sħana, kif ukoll fdawk relatati mal-infrastruttura ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni, li jużaw il-gass naturali, li huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III tal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
(7)      Meta l-attività appoġġata tikseb emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex ferm aktar baxxi mill-parametri referenzjarji rilevanti, għandha tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet l-għaliex dan mhuwiex possibbli. Il-parametri referenzjarji stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447.
(8)      Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura għal impjanti ddedikati esklussivament għat-trattament ta’ skart perikoluż mhux riċiklabbli, u għal impjanti eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma bl-għan li tiżdied l-effiċjenza enerġetika, jinqabdu l-gassijiet tal-egżost għall-ħżin jew l-użu jew l-irkupru ta’ materjali mill-irmied tal-inċinerazzjoni, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.
(9)      Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura f’impjanti ta’ trattament mekkaniku u bijoloġiku eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma bl-għan li tiżdied l-effiċjenza enerġetika jew il-modifika retroattiva ta’ operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ ta’ skart separat għall-kompost tal-bijoskart u d-degradazzjoni anaerobika tal-bijoskart, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.
(10)      Ħlief għal proġetti taħt din il-miżura għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew tas-sħana, kif ukoll fdawk relatati mal-infrastruttura ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni, li jużaw il-gass naturali, li huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III tal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
(11)      Meta l-attività appoġġata tikseb emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex ferm aktar baxxi mill-parametri referenzjarji rilevanti, għandha tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet l-għaliex dan mhuwiex possibbli. Il-parametri referenzjarji stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447.
(12)

     Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura għal impjanti ddedikati esklussivament għat-trattament ta’ skart perikoluż mhux riċiklabbli, u għal impjanti eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma bl-għan li tiżdied l-effiċjenza enerġetika, jinqabdu l-gassijiet tal-egżost għall-ħżin jew l-użu jew l-irkupru ta’ materjali mill-irmied tal-inċinerazzjoni, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.

(13)      Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura f’impjanti ta’ trattament mekkaniku u bijoloġiku eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma bl-għan li tiżdied l-effiċjenza enerġetika jew il-modifika retroattiva ta’ operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ ta’ skart separat għall-kompost tal-bijoskart u d-degradazzjoni anaerobika tal-bijoskart, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.
(14)      Ħlief għal proġetti taħt din il-miżura għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew tas-sħana, kif ukoll fdawk relatati mal-infrastruttura ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni, li jużaw il-gass naturali, li huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III tal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
(15)      Meta l-attività appoġġata tikseb emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex ferm aktar baxxi mill-parametri referenzjarji rilevanti, għandha tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet l-għaliex dan mhuwiex possibbli. Il-parametri referenzjarji stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447.
(16)

     Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura għal impjanti ddedikati esklussivament għat-trattament ta’ skart perikoluż mhux riċiklabbli, u għal impjanti eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma bl-għan li tiżdied l-effiċjenza enerġetika, jinqabdu l-gassijiet tal-egżost għall-ħżin jew l-użu jew l-irkupru ta’ materjali mill-irmied tal-inċinerazzjoni, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.

(17)      Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura f’impjanti ta’ trattament mekkaniku u bijoloġiku eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma bl-għan li tiżdied l-effiċjenza enerġetika jew il-modifika retroattiva ta’ operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ ta’ skart separat għall-kompost tal-bijoskart u d-degradazzjoni anaerobika tal-bijoskart, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.
(18)      B’mod partikolari t-tfal Rom, it-tfal b’diżabilità, it-tfal li jgħixu fir-reġjuni l-inqas żviluppati tal-Kroazja, it-tfal minn familji bi status soċjo-ekonomiku aktar baxx u gruppi vulnerabbli oħra ta’ tfal.
(19)    Ħlief għal proġetti taħt din il-miżura fil-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew tas-sħana, kif ukoll fl-infrastruttura ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni relatata, li jużaw il-gass naturali, li huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III tal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
(20)      Meta l-attività appoġġata tikseb emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex ferm aktar baxxi mill-parametri referenzjarji rilevanti, għandha tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet l-għaliex dan mhuwiex possibbli. Il-parametri referenzjarji stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447.
(21)      Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura f’impjanti ddedikati esklussivament għat-trattament ta’ skart perikoluż mhux riċiklabbli, u għal impjanti eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma għall-fini li tiżdied l-effiċjenza enerġetika, jinqabdu l-gassijiet tal-egżost għall-ħżin jew l-użu jew l-irkupru ta’ materjali mill-irmied tal-inċinerazzjoni, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.
(22)      Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura f’impjanti ta’ trattament mekkaniku u bijoloġiku eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma għall-fini li tiżdied l-effiċjenza enerġetika jew il-modifika retroattiva ta’ operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ ta’ skart separat għall-kompost tal-bijoskart u d-degradazzjoni anaerobika tal-bijoskart, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.
(23)    Ħlief għal proġetti taħt din il-miżura fil-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew tas-sħana, kif ukoll fl-infrastruttura ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni relatata, li jużaw il-gass naturali, li huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III tal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
(24)      Meta l-attività appoġġata tikseb emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex ferm aktar baxxi mill-parametri referenzjarji rilevanti, għandha tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet l-għaliex dan mhuwiex possibbli. Il-parametri referenzjarji stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447.
(25)

     Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura f’impjanti ddedikati esklussivament għat-trattament ta’ skart perikoluż mhux riċiklabbli, u għal impjanti eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma għall-fini li tiżdied l-effiċjenza enerġetika, jinqabdu l-gassijiet tal-egżost għall-ħżin jew l-użu jew l-irkupru ta’ materjali mill-irmied tal-inċinerazzjoni, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.

(26)      Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura f’impjanti ta’ trattament mekkaniku u bijoloġiku eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma bl-għan li tiżdied l-effiċjenza enerġetika jew il-modifika retroattiva ta’ operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ ta’ skart separat għall-kompost tal-bijoskart u d-degradazzjoni anaerobika tal-bijoskart, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.
(27)    Ħlief għal proġetti taħt din il-miżura fil-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew tas-sħana, kif ukoll fl-infrastruttura ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni relatata, li jużaw il-gass naturali, li huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III tal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
(28)      Meta l-attività appoġġata tikseb emissjonijiet ta’ gassijiet serra projettati li mhumiex ferm aktar baxxi mill-parametri referenzjarji rilevanti, għandha tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet l-għaliex dan mhuwiex possibbli. Il-parametri referenzjarji stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447.
(29)

     Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura f’impjanti ddedikati esklussivament għat-trattament ta’ skart perikoluż mhux riċiklabbli, u għal impjanti eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma għall-fini li tiżdied l-effiċjenza enerġetika, jinqabdu l-gassijiet tal-egżost għall-ħżin jew l-użu jew l-irkupru ta’ materjali mill-irmied tal-inċinerazzjoni, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.

(30)      Din l-esklużjoni ma tapplikax għal azzjonijiet taħt din il-miżura f’impjanti ta’ trattament mekkaniku u bijoloġiku eżistenti, fejn l-azzjonijiet taħt din il-miżura huma bl-għan li tiżdied l-effiċjenza enerġetika jew il-modifika retroattiva ta’ operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ ta’ skart separat għall-kompost tal-bijoskart u d-degradazzjoni anaerobika tal-bijoskart, dment li tali azzjonijiet taħt din il-miżura ma jirriżultawx f’żieda fil-kapaċità tal-ipproċessar tal-iskart tal-impjanti jew f’estensjoni tal-ħajja tal-impjanti; li għalihom tiġi pprovduta evidenza fil-livell tal-impjant.
Top