IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.2.2021
COM(2021) 72 final
ANNESSI
ta' [...]
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta' Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
ANNESS I
FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI
bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra
L-UNJONI EWROPEA,
(minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”)
kif ukoll
IL-GVERN TA’ GREENLAND u L-GVERN TAD-DANIMARKA,
minn hawn ’il quddiem imsejħa "Greenland",
flimkien minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll dwar l-arranġament speċjali applikabbli għal Greenland,
JIRRIKONOXXU li l-Unjoni Ewropea u Greenland jixtiequ jsaħħu r-rabtiet ta’ bejniethom u jistabbilixxu sħubija u koperazzjoni li tappoġġa, tikkomplementa u testendi r-relazzjonijiet u l-koperazzjoni stabbiliti bejniethom fl-imgħoddi,
JIKKUNSIDRAW ir-rikonoxximent min-naħa tal-Kunsill, fi Frar 2003, tal-ħtieġa li jitwessgħu u jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u Greenland, fil-qies ta’ l-importanza tas-sajd u l-ħtieġa għal riformi strutturali u orjentati lejn is-settur fi Greenland, abbażi ta’ sħubija komprensiva għall-iżvilupp sostenibbli,
JIFTAKRU d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ It-Tnejn, 25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Unjoni Ewropea,
JIFTAKRU d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2014 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka, min-naħa l-oħra,
JIKKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni Konġunta tad-19 ta’ Marzu 2015 mill-Unjoni Ewropea minn naħa waħda u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka min-naħa l-oħra dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u Greenland,
JENFASIZZAW l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-Artiku biex l-Artiku jinżamm reġjun sigur, sostenibbli u prosperu, jibnu fuq id-Dikjarazzjoni ta’ Ilulissat tal-2008, ikkonfermata fl-2018,
JILQGĦU l-iffirmar tal-Ftehim għall-prevenzjoni tas-sajd mhux regolat fl-ibħra miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali fit-3 ta’ Ottubru 2018 f’Ilulissat, Greenland,
JIKKUNSIDRAW ir-relazzjoni globali bejn l-Unjoni u Greenland, u x-xewqa reċiproka tagħhom li jissuktaw dik ir-relazzjoni,
JINNUTAW li l-Att dwar l-Awtonomija ta’ Greenland daħal fis-seħħ fl-21 ta’ Ġunju 2009 u ħa post l-Att dwar it-Tmexxija Domestika ta’ Greenland, u biddel l-istatus ta’ Greenland fir-Renju tad-Danimarka billi jagħti lill-Gvern ta’ Greenland l-awtorità li jassumi oqsma ġodda ta’ responsabbiltajiet leġiżlattivi u eżekuttivi;
JINNUTAW li Greenland taħt l-Arranġament Awtonomu teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Greenland.
WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar rigward il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkiijiet transżonali tal-ħut u ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna,
KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-kodiċi ta’ kondotta għal sajd responsabbli adottat fl-1995 waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (l-FAO) u tal-Ftehim tal-FAO dwar miżuri tal-Istat tal-port biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), u DETERMINATI li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentawhom,
DETERMINATI li jikkoperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, sabiex jilħqu l-issuktar tas-sajd sostenibbli sabiex jiżguraw il-konservazzjoni fit-tul u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar,
KONVINTI li din il-koperazzjoni għandha tieħu s-sura ta’ inizjattivi u miżuri li, sew jekk jittieħdu flimkien u sew jekk jittieħdu separatament, ikunu kumplementari, konsistenti mal-politika u jiżguraw sinerġija fl-isforzi,
BIĦSIEBHOM, għal dawn il-finijiet, ikomplu djalogu bil-ħsieb li jkomplu jtejbu l-politika settorjali tas-sajd f’Greenland u jidentifikaw il-mezzi xierqa biex jiżguraw li din il-politika tiġi implimentata b’mod effettiv,
XEWQANA li jistabbilixxu t-termini u l-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ibħra taż-żona ekonomika esklussiva ta’ Greenland u l-appoġġ tal-Unjoni sabiex jiġi assigurat li jibqa' jsir sajd sostenibbli f'dawk l-ilmijiet,
B’DAN JIFTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:
–il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd bil-ħsieb li jiġi promoss is-sajd sostenibbli kontinwu fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Greenland (minn hawn’ il quddiem “iż-ŻEE ta’ Greenland”), sabiex jinkisbu benefiċċji ekonomiċi u soċjali, inkluż l-iżvilupp tas-settur tas-sajd ta’ Greenland,
–il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għaż-ŻEE ta’ Greenland,
–l-arranġamenti għar-regolazzjoni tas-sajd minn bastimenti tal-Unjoni fiż-ŻEE ta’ Greenland bil-għan li jiġi żgurat li jitħarsu r-regoli u l-kondizzjonijiet applikabbli għalihom, li l-miżuri għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ l-istokkijiet tal-ħut ikunu effikaċi, u li ma jitħalliex isir sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (minn hawn ’il quddiem IUU),
–is-sħubijiet bejn kumpaniji bil-għan li jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u attivitajiet relatati, fl-interess komuni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-Protokoll u l-Anness:
(a)“awtoritajiet ta’ Greenland” tfisser il-Gvern ta’ Greenland;
(b)“awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;
(c)“ftehim” tfisser il-Ftehim, il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċi tiegħu;
(d)“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;
(e)“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-użu kummerċjali tar-riżorsi ħajjin tal-baħar;
(f)“Awtorizzazzjoni tas-sajd” hija definita bħala “liċenzja” skont il-leġiżlazzjoni ta’ Greenland;
(g)“impriża konġunta” tfisser kwalunkwe kumpanija rregolata mil-liġi ta’ Greenland u li jkun fiha wieħed jew iktar minn wieħed minn fost is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni u sieħeb jew sħab minn Greenland, li jkollha l-għan li tistad fiż-ŻEE ta’ Greenland, u possibbilment tisfrutta l-kwoti tas-sajd ta’ Greenland, minn fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Greenland, bil-ħsieb tal-forniment prijoritarju tas-suq Komunitarju;
(h)“impriżi konġunti temporanji” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni bbażata fuq ftehim kuntrattwali għal tul ta’ żmien limitat bejn sidien tal-bastimenti Komunitarji u persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi Greenland, bil-għan li b'mod konġunt jistadu u jisfruttaw il-kwoti tas-sajd ta’ Greenland minn fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea, u li jaqsmu l-profitti, l-ispejjeż jew it-telf ta’ l-attività ekonomika mwettqa, bil-ħsieb tal-forniment prijoritarju tas-suq tal-Unjoni;
(i)“Kumitat Konġunt” tfisser kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u ta’ Greenland li l-funzjonijiet tiegħu huma deskritti fl-Artikolu 12 ta’ dan il-Ftehim;
(j)“sajd sostenibbli” tfisser is-sajd imwettaq skont l-għanijiet u l-prinċipji mniżżlin fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (l-FAO) tal-1995.
Artikolu 3
Prinċipji u għanijiet wara l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim
1.Il-partijiet b’dan jintrabtu li jiżguraw sajd sostenibbli kontinwu fiż-ŻEE tal-Greenland f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu fiż-ŻEE, u l-prinċipju tal-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. L-isfruttament sostenibbli huwa bbażat fuq id-determinazzjoni tal-istokkijiet eċċessivi minn Greenland filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-industrija tas-sajd ta’ Greenland, l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u l-informazzjoni rilevanti skambjata bejn il-Partijiet dwar l-isforz totali tas-sajd u l-qabdiet totali fuq l-istokkijiet rilevanti mill-flotot kollha li joperaw fiż-żona tas-sajd.
2.L-awtoritajiet ta’ Greenland qed jintrabtu li joffru aċċess preferenzjali lill-flotta tal-Unjoni għall-kwantitajiet żejda disponibbli.
3.L-awtoritajiet ta’ Greenland jintrabtu li ma jagħtux kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk maqbula f’dan il-Ftehim lil flotot barranin oħrajn li jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland u li għandhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċijiet bħal dawk li dan il-Ftehim u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu jkopru.
4.Fl-interess tat-trasparenza, iż-żewġ Partijiet jaqblu li jagħmlu pubbliċi kwalunkwe ftehim u t-TAC globali kif ukoll li jinfurmaw lil xulxin dwar l-opportunitajiet tas-sajd u l-użu tagħhom, mogħtija lill-flotot barranin.
5.Il-partijiet għandhom iqisu kif xieraq il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) rilevanti, filwaqt li jqisu wkoll il-valutazzjonijiet xjentifiċi reġjonali prodotti mill-korpi xjentifiċi rilevanti. Għal dan il-għan, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom, b'mod partikolari fid-dawl tas-sostenibbiltà tal-istokkijiet konġunti tal-ħut li jpassi fl-Atlantiku tat-Tramuntana.
6.Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw il-Ftehim skont il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP).
7.B’mod partikulari, l-impjieg tal-baħrin minn Greenland abbord il-bastimenti tal-Unjoni għandu jkun irregolat mid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol, li għandha tapplika għalkollox għall-kuntratti korrispondenti u għat-termini ġenerali tal-impjieg, kif ukoll mill-Konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO u mil-liġijiet ta’ Greenland. Dan għandu x’jaqsam b’mod partikolari mal-libertà tal-assoċjazzjoni u mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjiegi u max-xogħol, kif ukoll mal-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien abbord il-bastimenti tas-sajd.
8.Greenland sejra tissokta l-ippjanar ta’ politika settorali tas-sajd u tmexxi l-implimentazzjoni tagħha permezz ta’ programmi annwali u pluriennali, fid-dawl ta’ miri miftiehma bi qbil komuni bejn il-Partijiet. Għal dak il-għan, il-Partijiet għandhom ikomplu d-djalogu ta’ politika dwar l-ippjanar tal-politika settorjali tas-sajd. Il-partijiet b’dan jintrabtu li jinfurmaw lil xulxin meta jiġu ppjanati u adottati aktar miżuri sinifikanti f’dan il-qasam.
9.Fuq talba ta’ Parti minnhom, il-Partijiet għandhom jikkoperaw ukoll fit-twettiq, sew konġuntement kif ukoll unilateralment, ta’ evalwazzjonijiet ta’ miżuri, programmi u azzjonijiet implimentati abbażi ta’ dan il-Ftehim.
10.B’dan il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skont il-prinċipji tat-trasparenza u ta’ governanza ekonomika u soċjali tajba.
Artikolu 4
Kooperazzjoni xjentifika
1.Matul il-perjodu kopert minn dan il-Ftehim, Greenland u l-Unjoni għandhom jimmoniterjaw l-evoluzzjoni tar-riżorsi fiż-ŻEE ta’ Greenland; kumitat xjentifiku konġunt ad hoc għandu jagħmel rapport, fuq talba tal-Kumitat Konġunt, abbażi ta’ kwalunkwe termini ta’ referenza stabbiliti minn dak il-Kumitat.
2.Il-partijiet b’dan jintrabtu li jikkonsultaw lil xulxin, jew direttament jew fi ħdan l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) u l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd (RFOs) ikkonċernati, biex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin u biex jikkooperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.
Artikolu 5
Klawsola ta’ Esklussività aċċess għaż-żoni tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland
1.Greenland b'dan qed tintrabat li tawtorizza bastimenti tal-Unoni sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tagħha skond dan il-Ftehim, inkluż il-Protokoll u l-Anness tiegħu. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom joħorġu liċenzji, maħruġa skond il-Protokoll, lil bastimenti ddeżinjati min-naħa tal-Unjoni, skond l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija skond il-Protokoll.
2.L-opportunitajiet ta’ sajd li Greenland tagħti lill-Unjoni taħt dan il-Ftehim jistgħu jittieħdu minn bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Gżejjer Faroe u li jkunu rreġistrati hemmhekk, safejn dan ikun ta’ ħtieġa għall-funzjonament tajjeb tal-ftehimiet tas-sajd konklużi ma’ dawk il-Partijiet mill-Unjoni. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta’ Greenland qed jintrabtu li jawtorizzaw bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Gżejjer Faroe u li jkunu rreġistrati hemmhekk, sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tagħha.
3.Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE koperti minn dan il-Ftehim biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont dan il-Ftehim. Huma pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd kollha mhux koperti minn dan il-Ftehim. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim biss.
Artikolu 6
Liġi applikabbli
1.L-attivitajiet tas-sajd koperti b'dan il-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fi Greenland. L-awtoritajiet għandhom jinnotifikaw lill-Unjoni, bil-quddiem u fiż-żmien dovut, bi kwalunkwe emenda lil dik il-leġiżlazzjoni.
2.Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, Greenland għandha tkun responsabbli għall-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet li għandhom ir-responsabbiltà jwettqu dan il-monitoraġġ, dan il-kontroll u din is-sorveljanza.
3.L-Unjoni b'dan timpenja ruħha li tiżgura li jittieħdu l-passi kollha xierqa li jkunu meħtieġa sabiex tiżgura li l-bastimenti tagħha jikkonformaw ma’ dan il-Ftehim u mal-leġiżlazzjoni li tirregola s-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland.
Artikolu 7
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1.Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni valida tas-sajd maħruġa taħt dan il-Ftehim minn Greenland.
2.Il-proċedura għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd, il-miżati applikabbli u l-metodu ta’ ħlas li jrid jintuża mis-sidien tal-vapuri għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness mal-Protokoll.
3.Il-Partijiet kontraenti għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tajba ta’ dawn il-proċeduri u l-kondizzjonijiet permezz ta’ koperazzjoni amministrattiva adegwata bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
Artikolu 8
Il-kontribut finanzjarju
1.Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja lil Greenland skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u fl-Anness
2.Dan il-kontribut għandu jkun magħmul minn tliet elementi relatati, jiġifieri:
(a)kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żoni tas-sajd ta’ Greenland;
(b)appoġġ finanzjarju mill-Unjoni biex jiġi żgurat sajd responsabbli kontinwu u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Greenland;
(c)
it-tariffi tal-awtorizzazzjoni għall-aċċess imħallsa mis-sidien tal-bastimenti li jistadu bil-kwoti tal-UE.
3.Il-ġestjoni tal-komponent tal-kontribut finanzjarju msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandha tkun indipendenti mill-pagamenti li jirrigwardaw l-ispejjeż tal-aċċess u għandha tkun f'idejn l-awtoritajiet ta’ Greenland, fid-dawl tal-għanijiet identifikati b’kunsens reċiproku bejn il-Partijiet skond il-Protokoll, li jrid jintlaħaq fil-kuntest tal-Politika tas-Sajd ta’ Greenland u programm annwali u pluriennali għall-implimentazzjoni tagħha.
4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti l-Unjoni għandha titħallas kull sena skont il-Protokoll u skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiġi riveduta, mill-Kumitat Konġunt, soġġett għal dan il-Ftehim u l-Protokoll — bħala riżultat ta’:
(a)ċirkustanzi eċċezzjonali, għajr il-fenomeni naturali, li jżommu milli jitwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland;
(b)tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lil bastimenti tal-Unjoni, wara qbil reċiproku bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, għall-finijiet tal-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet ikkonċernati, fejn dan jitqies li jkun meħtieġ għall-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli;
(c)fejn, minħabba dan il-Ftehim, l-Unjoni jkollha aċċess preferenzjali għal opportunitajiet addizzjonali tas-sajd lil hinn minn dawk stabbiliti fil-Protokoll għal dan il-Ftehim, b’segwiment tal-qbil komuni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li l-istat tar-riżorsi jkun jippermetti dan;
(d)
evalwazzjoni mill-ġdid tal-kondizzjonijiet ta’ l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ Politika tas-Sajd ta’ Greenland, fejn din tkun iġġustifikata mir-riżultati rapportati tal-programmazzjoni annwali u pluriennali osservati miż-żewġ Partijiet;
(e)
is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond l-Artikolu 16.
Artikolu 9
Tħeġġiġ tal-kooperazzjoni
1.Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ekonomika, kummerċjali, xjentifika, fil-kontroll u l-infruzar, fit-taħtiġ u fit-teknika fis-settur tas-sajd u setturi relatati. Dawn għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw id-diversi miżuri li jistgħu jittieħdu għal dan il-għan.
2.Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tekniki tas-sajd u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’ preżervazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.
3.B'mod partikolari, il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu t-twaqqif ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi konġunti, fl-interess reċiproku tagħhom u skond il-leġiżlazzjonijiet tagħhom.
Artikolu 10
Kooperazzjoni fil-qasam tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza u fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU)
1.Il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU sabiex ikun jista’ jsir sajd responsabbli u sostenibbli.
2.Abbażi ta’ konsultazzjoni fil-Kumitat Konġunt, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jikkooperaw u li jwettqu programmi ta’ spezzjoni konġunta fuq il-bastimenti tal-Unjoni bbażati fuq ir-riskju, sabiex isaħħu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll u l-miżuri korrettivi relatati magħhom.
Artikolu 11
Is-sajd sperimentali
Il-Partjiet għandhom iġibu 'l quddiem it-twettiq ta’ sajd sperimentali fiż-ŻEE ta’ Greenland. Il-Partijiet għandhom jimplimentaw is-sajd sperimentali flimkien, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Protokoll u fl-Anness tiegħu.
Artikolu 12
Il-Kumitat Konġunt
1.Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt sabiex jaqdi bħala forum għall-Partijiet għall-moniteraġġ ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għall-iżgurar ta’ l-implimentazzjoni tiegħu.
2.Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq l-operazzjonijiet li ġejjin:
(f)il-moniteraġġ u r-rappurtar tat-twettiq, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim, u partikolarment id-definizzjoni ta’ l-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 8(3), flimkien ma’ l-evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoi tagħha;
(g)għandu jiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta' interess komuni fil-qasam tas-sajd;
(h)jaġixxi bħala forum għar-rikonċiljazzjoni u s-soluzzjoni amikevoli ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ qbil dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim;
(i)
jirrivedi u jinnegozja, fejn dan ikun ta’ ħtieġa, il-livell ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd eżistenti u ġodda għall-istokkijiet rilevanti fiż-ŻEE ta’ Greenland, abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, l-approċċ prekawzjonarju u l-ħtiġijiet ta’ l-industrija tas-sajd ta’ Greenland, u konsegwentement l-opportunitajiet ta’ sajd disponibbli għall-Unjoni u, fejn dan ikun f'loku, il-kontribut finanzjarju msemmi fil-Protokoll;
(j)
jissorvelja l-applikazzjonijiet għat-twaqqif ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi temporanji skond it-termini ta’ dan il-Ftehim, u partikolarment jevalwa l-proġetti mressqa mill-Partijiet għat-twaqqif ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi konġunti skond il-kriterji stipulati fl-Anness mal-Protokoll ta’ dan il-Ftehim, u jirrivedi l-attivitajiet ta’ bastimenti ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi konġunti;
(k)jiddetermina, każ b'każ, l-ispeċijiet, il-kondizzjonijiet u l-parametri rilevanti li jirrigwardaw is-sajd sperimentali;
(l)
jiftiehem dwar miżuri amministrattivi rigward l-aċċess ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għaż-ŻEE u r-riżorsi ta’ Greenland, inklużi l-liċenzji, il-moviment ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u r-rappurtar tal-qabdiet;
(m)
jiftiehem dwar il-modalitajiet għall-implimentazzjoni ta’ l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità sabiex jintlaħaq l-issuktar tas-sajd responsabbli u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland;
(n)jevalwa t-termini ta’ l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ Politika tas-Sajd ta’ Greenland, fejn din tkun iġġustifikata mir-riżultati tal-programmazzjoni annwali u pluriennali osservati miż-żewġ Partijiet;
(o)
jaqdi kwalunkwe funzjoni oħra li l-Partijiet jiddeċiedu dwarha bi qbil komuni.
3.Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ tal-inqas darba fis-sena, sena fl-Unjoni u s-sena ta’ wara f’Greenland, u għandha tippresedih il-Parti ta’ fejn tkun qed issir il-laqgħa. Jekk xi waħda mill-Partijiet titlob dan, dan għandu jitlaqqa’ b’mod straordinarju.
4.Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
5.Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq ħidmietu skont l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.
6.Il-Kumitat Konġunt għandu jitlob kumitat xjentifiku konġunt ad hoc jekk ikun meħtieġ, abbażi tat-terminu ta’ referenza stabbilit mill-Kumitat.
7.Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu rreġistrati u ffirmati miż-żewġ Partijiet.
8.Il-Kumitat Konġunt jista’ jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ proċedimenti bil-miktub kif meħtieġ.
Artikolu 13
Żona ġeografika li għaliha japplika l-Ftehim
Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fih japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skond il-kondizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta’ Greenland u ż-ŻEE ta’ Greenland.
Artikolu 14
Perjodu
Dan il-Ftehim għandu japplika għal sitt snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu; għandu jiġġedded b’mod taċitu għal perjodi addizzjonali ta’ sitt snin, sakemm ma tingħatax notifika bil-miktub ta’ terminazzjoni mill-inqas sitt xhur qabel id-data ta’ skadenza.
Artikolu 15
Applikazzjoni provviżorja
Il-Ftehim għandu japplika b’mod provviżorju mid-data meta l-Partijiet jiffirmawh.
Artikolu 16
Is-sospensjoni
1.L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet f’ċirkustanza waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:
(p)(a) meta jkun hemm sitwazzjonijiet, minbarra l-fenomeni naturali, li l-Partijiet b’mod raġonevoli ma jkollhomx kontroll fuqhom u li jkunu tali li ma jippermettux li jsirux attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland; jew
(q)(b) fejn, miħabba l-bidliet sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll u xi waħda mill-Partijiet titlob li jiġi riveduti d-dispożizzjonijiet tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jiġu emendati; jew
(r)(c) fejn ikun inqala’ tilwim serju mhux solvut fis-settur tas-sajd bejn il-Partijiet u/jew relatat mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-ftehim; jew
(s)(d) fejn waħda mill-Partijiet taċċerta ksur tad-drittijiet fundamentali kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP).
Dan is-subparagrafu ma għandux japplika jekk il-ksur iseħħ f'qasam ta' responsabbiltà jew ta' kompetenza li fih il-Gvern ta' Greenland, minħabba l-istatus ta' dan il-pajjiż bħala parti awtonoma mir-Renju tad-Danimarka, ma għandux responsabbiltajiet jew kompetenzi formali.
2.Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Ftehim għandha tiġi nnotifikata minn kwalunkwe Parti lill-Parti l-oħra bil-miktub u, ħlief f’każijiet ta’ urġenza speċjali, għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal it-tali notifika, sakemm il-Partijiet ma jaqblux dwar perjodu ta’ żmien ieħor imsemmi espliċitament. Il-fatt li tasal din in-notifika għandu jwassal biex jinfetħu konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet fil-Kumitat Konġunt biex tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima f’perjodu ta’ tliet xhur.
3.Ladarba tinstab din is-soluzzjoni, għandu jerġa’ jibda jiġi applikat il-Ftehim u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8 għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li matulu jkun dam sospiż il-Ftehim, sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor.
Artikolu 17
Terminazzjoni
1.Kull waħda mill-Partijiet tista’ tittermina dan il-Ftehim fil-każijiet li ġejjin:
(t)meta jkun hemm sitwazzjonijiet, minbarra l-fenomeni naturali, li l-Partijiet b’mod raġonevoli ma jkollhomx kontroll fuqhom u li jkunu tali li ma jippermettux li jsir is-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland;
(u)tnaqqis jew degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli;
(v)meta jonqos b’mod sinifikanti l-livell ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni;
(w)meta jkun hemm ksur serju tal-impenji li l-Partijiet ikunu daħlu għalihom fil-ġlieda kontra s-sajd IUU;
(x)meta jkun hemm kull ċirkustanza oħra li tkun tikkostitwixxi ksur tal-Ftehim min-naħa ta’ xi waħda mill-Partijiet.
2.Kull Parti għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra bit-terminazzjoni tal-Ftehim, u t-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal din in-notifika, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux bi qbil reċiproku li jtawlu dan il-perjodu. Wara li ssir it-tali notifika ta’ terminazzjoni, il-Partijiet għandhom jibdew konsultazzjonijiet bejniethom permezz tal-Kumitat Konġunt biex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima, fir-rigward tar-raġuni għat-tmiem tal-ftehim.
Jekk it-terminazzjoni sseħħ, il-ħlas tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8 għas-sena meta tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis.
Artikolu 18
Protokoll u Anness
Il-Protokoll u l-Anness u l-appendiċijiet tagħhom għandhom jiffurmaw parti integrali ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 19
Tħassir
Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd tat-30 ta’ Ġunju 2007 bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra, huwa b’dan imħassar.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu għarrfu lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
Artikolu 21
Test awtentiku
Dan il-ftehim huwa preparat f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Estonjan, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, u bl-Isvediż, u kull wieħed mit-testi huwa awtentiku b'mod ugwali.
PROTOKOLL
Li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra
Artikolu 1
Għan
L-għan ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea (l-Unjoni) u l-Gvern ta’ Greenland (Greenland) u l-Gvern tad-Danimarka (id-Danimarka). Dan il-Protokoll jinkludi Anness u Appendiċijiet.
Artikolu 2
Livell indikattiv tal-opportunitajiet tas-sajd u l-proċess biex jiġi stabbilit il-livell annwali tagħhom
1. L-awtoritajiet kompetenti ta' Greenland jawtorizzaw lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistadu għall-ispeċijiet u ż-żoni ta’ ġestjoni rispettivi mniżżlin hawn taħt skont il-livell indikattiv annwali li ġej (f'tunnellati):
|
L-ispeċijiet u ż-żoni rispettivi ta’ ġestjoni fiż-ŻEE ta’ Greenland ’l barra minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi
|
Livell indikattiv tal-opportunitajiet
|
|
Merluzz fis-Subżoni II, V, XII u XIV tal-ICES u fiż-żona 1F tan-NAFO
|
1.950
|
|
Redfish pelaġiku (REB) fis-Subżoni XII u XIV tal-ICES u fiż-żona 1F tan-NAFO, sakemm din it-tip ta’ ħuta ma tiġix mistada skont l-iskema ta’ flessibbiltà b’rabta mas-sajd għar-redfish pelaġiku msemmija fl-Appendiċi 5 tal-Anness
|
0
|
|
Redfish demersali (RED) fis-Subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES
|
1.840
|
|
Ħalibatt ta’ Greenland fis-Subżona 1 tan-NAFO — fin-Nofsinhar ta’ 68° Tramuntana
|
2.250
|
|
Ħalibatt ta’ Greenland fis-subżoni II, V, XII u XIV tal-ICES
|
4.950
|
|
Gamblu tat-Tramuntana fis-Subżona 1 tan-NAFO
|
2.600
|
|
Gamblu tat-Tramuntana fis-Subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES
|
4.850
|
|
Kapelin fis-Subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES
|
13.000
|
|
Kavalli fis-Subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES
|
0
|
|
Grenadier spp. fis-Subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES
|
100
|
|
Grenadieri fis-subżona 1 tan-NAFO
|
100
|
|
Qabdiet inċidentali
|
600
|
2. Għal kull sena li matulha jdum għaddej il-Protokoll u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-livell attwali tal-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet imniżżlin hawn fuq abbażi tal-livell indikattiv stabbilit fil-paragrafu 1 u filwaqt li jqis il-pariri xjentifiċi disponibbli, il-pjanijiet rilevanti ta' ġestjoni adottati mill-Gvern ta’ Greenland jew minn Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-sajd, l-approċċ ta' prekawzjoni u l-ħtiġijiet tal-industrija tas-sajd ta’ Greenland.
|
|
(a) Jekk fil-verità jkun hemm inqas opportunitajiet tas-sajd minn dawk indikati fil-paragrafu 1 għal ċerti speċijiet, il-Kumitat Konġunt jista’’ jikkumpensa għal dan billi joffri opportunitajiet tas-sajd oħra fl-istess sena. Jekk ma jiġi miftiehem l-ebda kumpens, il-Kumitat Konġunt għandu jaġġusta l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) b’mod proporzjonat mal-opportunitajiet tas-sajd relattivi għall-opportunitajiet tas-sajd indikattivi fl-Artikolu 2(1).
|
|
|
(b) Jekk fil-verità jkun hemm iktar opportunitajiet tas-sajd minn dawk indikati fil-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt għandu jaġġusta l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) b'mod proporzjonat.
|
3. Minbarra l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija permezz tal-proċess annwali deskritt fil-paragrafu 2, skont l-Artikolu 2(2), l-awtoritajiet ta' Greenland jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali tas-sajd għall-ispeċijiet imniżżlin fil-paragrafu 1 lill-Unjoni, li tista' taċċettahom kollha kemm huma jew parzjalment. F'ċirkustanzi bħal dawn, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-opportunitajiet addizzjonali tas-sajd waqt laqgħa speċjali u jaġġusta l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) b'mod proporzjonat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni għandhom iwieġbu lil Greenland dwar dan sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li jirċievu l-offerta.
4. Il-ġestjoni tal-qabdiet inċidentali
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu qed jistadu fiż-ŻEE ta' Greenland għandhom iħarsu r-regoli applikabbli dwar il-qabdiet inċidentali, kemm għall-ispeċijiet irregolati kif ukoll għal dawk li mhumiex, u r-regoli applikabbli dwar il-projbizzjoni tar-rimi tal-ħut lura fil-baħar.
|
(a)
|
Il-qabdiet inċidentali huma l-qabdiet tal-organiżmi marittimi ħajjin kollha li ma jkunux indikati bħala speċijiet fil-mira fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment jew li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tad-daqs.
|
—
|
Il-qabdiet inċidentali huma limitati għal rata ta' 5 % fil-każ tas-sajd għall-gambli tat-Tramuntana u għal rata ta' 10 % fil-każ tas-sajd għal ħut ieħor.
|
|
—
|
Ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni speċifika tas-sajd għall-qabdiet inċidentali.
|
|
|
(b)
|
Il-qabdiet kollha, inklużi l-qabdiet inċidentali u l-iskartar tal-ħut għandhom jiġu rreġistrati u rrappurtati skont l-ispeċi skont il-leġiżlazzjoni applikabbli ta’ Greenland.
|
|
(c)
|
Ma għandha titħallas l-ebda tariffa speċifika għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-qabdiet inċidentali, peress li t-tariffi stipulati fl-Anness tal-Protokoll għall-ispeċijiet fil-mira ġew stabbiliti billi tqiesu r-regoli dwar il-qabdiet inċidentali awtorizzati.
|
(d) Barra minn hekk, u mingħajr preġudizzju għar-rati tal-qabdiet inċidentali u għar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (c) t'hawn fuq, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jimplimentaw strateġiji tas-sajd li jiżguraw li l-qabdiet inċidentali tar-redfish u tal-merluzz fil-każ tas-sajd għall-ħalibatt ta’ Greenland, il-qabdiet inċidentali tar-redfish u tal-ħalibatt ta’ Greenland fil-każ tas-sajd għall-merluzz, u l-qabdiet inċidentali tal-merluzz u tal-ħalibatt ta’ Greenland fil-każ tas-sajd għar-redfish ma jaqbżux il-5 % tal-qabdiet awtorizzati tal-ispeċijiet fil-mira għal kull vjaġġ. Vjaġġ huwa l-perjodu bejn id-dħul fiż-ŻEE ta' Greenland u l-ħruġ minnha. F'każ li bastiment ikun inħatt kompletament f'port ta' Greenland, il-qabdiet ta' wara jiġu ttrattati bħala vjaġġ ġdid.
|
|
|
Artikolu 3
Kontribuzzjoni finanzjarja – Metodi tal-ħlas
1. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 13 ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 8 tal-Ftehim għandha tkun ta’ EUR 16 521 754 fis-sena.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tkun magħmula minn:
|
(a)
|
ammont annwali ta’ EUR 13 590 754 għall-aċċess għaż-ŻEE ta’ Greenland skont l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 7;
|
|
(b)
|
ammont speċifiku ta’ EUR 2 931 000 fis-sena bħala appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd ta’ Greenland u għall-implimentazzjoni tagħha.
|
3. L-ammont totali mħallas mill-Unjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 3(2)(a).
4. L-Unjoni għandha tħallas l-ammont stipulat fil-paragrafu 2(a) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ ta' Ġunju fl-ewwel sena u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu fis-snin ta' wara. L-Unjoni għandha tħallas l-ammont speċifiku stipulat fil-paragrafu 2(b) sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju fl-ewwel sena u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju fis-snin ta' wara.
5. L-awtoritajiet ta' Greenland għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa fl-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif speċifikat fil-paragrafu 2(a).
6. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ ma' istituzzjoni finanzjarja speċifikata mill-awtoritajiet ta' Greenland.
Artikolu 4
Appoġġ settorjali
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali stipulata fl-Artikolu 3(2)(b) għandha tkun separata mill-pagamenti marbutin mal-ispejjeż tal-aċċess. Din tiddependi fuq il-kisba tal-għanijiet tal-politika settorjali tas-sajd ta' Greenland, identifikati mill-Kumitat Konġunt u fid-dawl tal-programmazzjoni annwali u pluriennali biex dawn jintlaħqu, u tiġi stabbilita abbażi ta' dan.
2. Malli jibda japplika dan il-Protokoll u sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi fuq programm settorjali pluriennali u fuq regoli ddettaljati ta' implimentazzjoni li jkunu jkopru, b'mod partikolari:
|
(a)
|
il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(b) għall-inizjattivi li għandhom jitwettqu kull sena;
|
|
(b)
|
il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex biż-żmien ikompli s-sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta’ Greenland fil-politika nazzjonali tas-sajd tagħha u f'politiki oħrajn marbutin mal-kontinwazzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli jew li għandhom impatt fuqu;
|
|
(c)
|
il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin kull sena.
|
3. Il-Kumitat Konġunt irid jaqbel ma' kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali.
4. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandu jsir abbażi ta' analiżi ddettaljata tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali u tal-bżonnijiet identifikati matul il-programmazzjoni. L-Unjoni tista' tissospendi parti mill-ħlas ta' din il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika, jew tissospendih kollu kemm hu, fil-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
meta r-riżultati miksubin ma jkunux konformi mal-programmazzjoni wara li l-Kumitat Konġunt iwettaq evalwazzjoni;
|
|
(b)
|
f'każ li din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tintużax skont il-programmazzjoni maqbula.
|
Meta jkun beħsiebha tissospendi pagament, l-Unjoni għandha tibgħat notifika bil-miktub dwar dan mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni.
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet u ftehim bejniethom, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 5 jiġġustifikaw dan.
(c) fil-każ li l-protokoll jiġi sospiż skont l-Artikolu 8, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont iż-żmien li matulu kien sospiż il-Protokoll.
5. Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli għas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-programm ta' appoġġ settorjali pluriennali. Jekk ikun hemm bżonn, wara li jiskadi l-Protokoll, iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu dan is-segwitu permezz tal-Kumitat Konġunt sakemm il-kontroparti finanzjarja speċifika marbuta mal-appoġġ settorjali prevista fl-Artikolu 3(2)(b) tkun intużat kollha.
Artikolu 5
Kooperazzjoni xjentifika
Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-kooperazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd responsabbli, fosthom fil-livell reġjonali, b'mod partikolari fil-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (in-NEAFC) u fl-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (in-NAFO), u f'kull entità sottoreġjonali jew internazzjonali oħra kkonċernata. Il-Kumitat Konġunt jista' jikkunsidra kif jiżgura l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' Greenland, f'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni rilevanti.
Artikolu 6
Is-sajd sperimentali
Il-Partijiet se jikkooperaw bejniethom, inkluż fil-qafas tal-Artikolu 4, biex jimplimentaw sajd sperimentali sostenibbli għal speċijiet u stokkijiet li mhumiex inklużi fl-Artikolu 2(1) permezz tal-proċess deskritt fil-Kapitolu VI tal-Anness u mingħajr konsegwenzi għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 3(2)(a).
Artikolu 7
Opportunitajiet ġodda tas-sajd
1. L-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd huma opportunitajiet tas-sajd għal speċijiet u żoni ta’ ġestjoni rispettivi li għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 2(1), dejjem jekk ikun hemm żieda proporzjonali f'dik il-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(a).
2. Meta xi waħda mill-Partijiet tesprimi l-interess tagħha li tinkludi xi opportunità ġdida tas-sajd fl-Artikolu 2(1), il-Kumitat Konġunt għandu jqis dan abbażi tal-liġijiet u r-regolamenti ta' Greenland, tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-ħtieġa tal-industrija tas-sajd ta’ Greenland u tal-approċċ ta' prekawzjoni. Wara dan, l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd se jgħaddu mill-proċess imsemmi fl-Artikolu 2(2) u (3). Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi wkoll il-prezz ta' referenza għall-ispeċi l-ġdida u t-tariffi għall-awtorizzazzjonijiet li għandhom japplikaw sa ma jiskadi dan il-Protokoll.
Artikolu 8
Sospensjoni tal-Protokoll u reviżjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja
1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista’ tiġi sospiża, jew riveduta fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja, fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet taħt waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a)
|
meta jkun hemm sitwazzjonijiet, minbarra l-fenomeni naturali, li l-Partijiet b’mod raġonevoli ma jkollhomx kontroll fuqhom u li jkunu tali li ma jippermettux li jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland; jew
|
|
(b)
|
fejn, minħabba f’hekk ikunu saru bidliet sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll u xi waħda mill-Partijiet titlob li jiġi riveduti d-dispożizzjonijiet tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jiġu emendati; jew
|
|
(c)
|
fejn ikun inqala’ tilwim serju mhux solvut fis-settur tas-sajd bejn il-Partijiet u/jew relatat mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-ftehim; jew
|
|
(d)
|
fejn waħda mill-Partijiet taċċerta ksur tad-drittijiet fundamentali kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP).
Dan is-subparagrafu ma għandux japplika jekk il-ksur iseħħ f'qasam ta' responsabbiltà jew ta' kompetenza li fih il-Gvern ta' Greenland, minħabba l-istatus ta' dan il-pajjiż bħala parti awtonoma mir-Renju tad-Danimarka, ma għandux responsabbiltajiet jew kompetenzi formali.
|
2. L-Unjoni tista' tissospendi l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali previst fl-Artikolu 3(2)(b) ta' dan il-Protokoll skont l-Artikolu 4(4) tiegħu.
3. Meta jkun beħsiebha tissospendi pagament, l-Unjoni għandha tibgħat notifika bil-miktub dwar dan mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni, għajr f’każijiet ta’ urġenza speċifika.
4. L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandha tibda mill-ġdid ladarba tkun tranġat is-sitwazzjoni wara li jkunu ttieħdu azzjonijiet biex jittaffew iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq u wara li jkunu saru konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet u jkun intlaħaq ftehim bejniethom. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont iż-żmien li matulu kien sospiż il-Protokoll.
Artikolu 9
Terminazzjoni
Jekk il-Protokoll jiġi tterminat bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(1) u (2) tal-Ftehim, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta' dan il-Protokoll għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis għas-sena li matulha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni.
Artikolu 10
Liġijiet u regolamenti nazzjonali
1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom ikunu rregolati mil-Liġijiet u r-Regolamenti applikabbli fi Greenland u fir-Renju tad-Danimarka mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim, fil-Protokoll u fl-Anness tiegħu.
2. L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jgħarrfu lill-Unjoni b'kull tibdil jew leġislazzjoni ġdida li hi rilevanti għall-bastimenti barranin li jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland fiż-żmien dovut qabel ma jidħol fis-seħħ dan it-tibdil jew din il-leġislazzjoni l-ġdida. Greenland se tagħmel ħilitha, kull meta jkun possibbli, biex tavża dwar il-bidliet fil-leġiżlazzjoni mill-inqas 3 xhur qabel l-implimentazzjoni.
Artikolu 11
Il-Protezzjoni tad-Data
1. Greenland u l-Unjoni jintrabtu li jiżguraw li d-data personali kollha dwar il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Ftehim, il-Protokoll u l-Anness tiegħu jiġu ttrattati f'kull ħin skont il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data, inklużi dawk previsti f’dan l-Artikolu.
2. Id-data jew id-data personali, li tista’ titqies bħala kunfidenzjali b’mod ieħor, għandha tintuża esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll. Il-partijiet jistgħu jużaw id-data tal-VMS f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għat-tiftix u s-salvataġġ jew għall-fini tas-sikurezza marittima. Id-data personali ma tinżammx għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun ġiet trasferita.
3. Id-data personali relatata mal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni mhux se ssir pubblika. Id-data personali ser tiġi pproċessata b’mod xieraq biex tiġi żgurata s-sigurtà tagħha, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali.
Artikolu 12
L-applikazzjoni proviżorja
Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.
Artikolu 13
Perjodu
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ erba’’ snin mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tagħhom. Madankollu, jekk ikun hemm qbil miż-żewġ Partijiet, il-Protokoll għandu jiġi estiż għal perjodu addizzjonali ta’ sentejn.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
ANNESS
KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAL-UE SKONT IL-PROTOKOLL LI JIMPLIMENTA L-FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA, MINN NAĦA WAĦDA, U L-GVERN TA’ GREENLAND U L-GVERN TAD-DANIMARKA, MIN-NAĦA L-OĦRA
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Ħatra tal-awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta' dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, awtorità kompetenti tfisser:
|
—
|
għall-Unjoni: il-Kummissjoni Ewropea
|
|
—
|
għal Greenland: il-Ministeru tas-Sajd, il-Kaċċa u l-Agrikoltura
|
2. Awtorizzazzjoni tas-sajd tfisser liċenzja maħruġa għal bastiment tas-sajd tal-UE li tagħtih id-dritt iwettaq attivitajiet speċifiċi tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tas-sajd ta' Greenland identifikatia fil-paragrafu 3 matul perjodu speċifiku.
3. Żona tas-sajd
3.1. Is-sajd għandu jsir fiż-ŻEE kif jipprevedi r-Regolament Nru 1020 tal-20 ta' Ottubru 2004 skont id-Digriet Irjali Nru 1005 tal-15 ta' Ottubru 2004 dwar id-Dħul fis-Seħħ ta' Att dwar Żoni Ekonomiċi Esklussivi għal Greenland li jdaħħal fis-seħħ l-Att Nru 411 tat-22 ta' Mejju 1996 dwar iż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi.
3.2. Is-sajd għandu jsir talanqas 12-il mil nawtiku lil hinn mil-linja ta' bażi skont § 7 Taqsima 2 tal-Att Nru 18 tal-31 ta' Ottubru 1996 dwar is-Sajd maħruġa mil-Landsting ta’ Greenland kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ Inatsisartut Nru 28 tat-28 ta' Novembru 2016, sakemm mhux speċifikament ipprovdut mod ieħor.
3.3. Il-linja ta' bażi hija ddefinita skont id-Digriet Irjali Nru 1004 tal-15 ta' Ottubru 2004 dwar emenda tad-Digriet Irjali dwar id-delimitazzjoni tal-ilmijiet territorjali ta' Greenland.
KAPITOLU II
APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD U ĦRUĠ TAGĦHOM
1. Kundizzjonijiet biex jinkisbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1.1. Awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 2 tal-Ftehim tista’ tingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE. Sabiex isir sajd taħt l-iskema ta’ flessibbiltà tar-redfish pelaġiku, il-bastimenti jridu jiġu nnotifikati wkoll lin-NEAFC skont ir-regoli tagħha. Barra minn hekk, dawn ma għandhomx ikunu fuq xi lista tal-IUU ta’ bastimenti tal-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO).
1.2. Biex bastiment ikun eliġibbli għal awtorizzazzjoni, la s-sid, la l-kaptan u lanqas il-bastiment innifsu ma jridu jkunu pprojbiti milli jistadu fiż-żona tas-sajd ta' Greenland. Dawn għandhom ikunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti kollha li jkunu ġejjin mill-Ftehim.
2. Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd
2.1. L-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jintbagħtu bil-mod li ġej sa ma ż-żewġ Partijiet jimplimentaw sistema ta' liċenzji elettroniċi b'mod konġunt.
2.2. L-awtoritajiet kompetenti tal-UE għandhom iressqu, b'mod elettroniku, talba (kollettiva) għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastiment(i) li jkunu jixtiequ jistadu skont il-Ftehim lill-awtorità kompetenti ta' Greenland. L-applikazzjoni għandha ssir fuq il-formola pprovduta fl-Appendiċi 1. Tista' tintbagħat applikazzjoni kollettiva għall-awtorizzazzjoni tas-sajd fil-każ ta' bastimenti tal-UE li jkunu tal-istess sid jew aġent, dejjem jekk dawn il-bastimenti jkunu jtajru l-bandiera tal-istess Stat Membru.
2.3. Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha prova li tħallset it-tariffa għall-ispeċijiet u għall-kwantitajiet mitlubin, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta' dan il-Kapitolu.
2.4. Jekk l-awtorità kompetenti ta' Greenland tqis li xi applikazzjoni ma tkunx kompluta jew li din ma tissodisfax il-kundizzjonijiet mogħtija fil-paragrafi 1, 2.2 u 2.3, din għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-UE malajr kemm jista' jkun bir-raġunijiet għal dan, u f'kull każ fi żmien sebat ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni.
3. Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
3.1. L-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tibgħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd, b'mod elettroniku, lill-awtorità kompententi tal-UE fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tintbagħat l-applikazzjoni. Din l-awtorizzazzjoni tas-sajd mibgħuta b'mod elettroniku għandu jkollha l-istess valur bħal dik oriġinali għall-finijiet tal-Protokoll u tal-Anness tiegħu.
3.2. Kull awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha fuqha l-kwantità awtorizzata li tista' tinqabad. Awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa taħt applikazzjoni kollettiva għandha tindika l-kwantità totali tal-ispeċijiet li għalihom tkun tħallset it-tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd
3.3. L-awtorizzazzjoni tas-sajd, jew kopja tagħha, għandha tinżamm abbord il-ħin kollu u għandha tintwera fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Greenland.
3.4 Awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ lil sid wieħed ta’ bastiment tas-sajd, u għandha tindika liema bastimenti tas-sajd jistgħu jistadu skont dik l-awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd m’għandhomx ikunu trasferibbli.
3.5. Bastiment jista’ jopera biss bl-awtorizzazzjoni (jiet) ta’ sid wieħed ta’ bastiment tas-sajd għal kwalunkwe vjaġġ tas-sajd.
4. Emenda tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
4.1. Trid issir applikazzjoni ġdida biex tkun tista' tiġi emendata xi waħda mill-kwantitajiet awtorizzati indikata fuq l-awtorizzazzjoni(jiet) tas-sajd.
4.2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 4.3, f'każ li l-emenda ta' awtorizzazzjoni tas-sajd ikollha x'taqsam ma' każijiet fejn il-kwantità li tkun inqabdet tkun iktar mill-kwantità diġà awtorizzata, sid il-bastiment għandu jħallas tariffa li tkun tliet darbiet iktar mill-ammont previst fil-paragrafu 7.1 għall-kwantità li tkun inqabdet li tkun iktar mill-kwantità awtorizzata. Dak il-bastiment ma għandha tinħariġlu l-ebda awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida sakemm ma jkunux tħallsu t-tariffi li jikkorrispondu għall-kwantitajiet żejda li jkunu nqabdu.
4.3. F'każijiet eċċezzjonali fejn l-opportunitajiet tas-sajd tal-UE għall-ispeċijiet rilevanti ma jkunux intużaw kollha, u sabiex tiġi evitata interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd ta' bastiment tas-sajd tal-UE li jistad fiż-ŻEE ta' Greenland abbażi ta' awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont il-Protokoll biss, jekk dak il-bastiment x'aktarx li jkun se jaqbeż il-kwantità awtorizzata, l-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf mill-ewwel lill-awtorità kompetenti ta' Greenland li huwa jkun beħsiebu jibgħat applikazzjoni formali għal awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għall-kwantitajiet addizzjonali tal-istess speċi, u huwa għandu jibgħat kopja ta' dan l-avviż lill-awtorità kompetenti tal-UE. Il-bastiment għandu jitħalla jkompli jistad sakemm sid il-bastiment jibgħat prova lill-awtorità kompetenti ta' Greenland li tħallsu t-tariffi rilevanti fi żmien 24 siegħa minn meta l-Istat tal-bandiera jibgħat l-avviż tiegħu, u sakemm l-applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni ġdida tas-sajd tintbagħat lill-awtorità kompetenti ta' Greenland fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-Istat tal-bandiera jibgħat l-avviż tiegħu, f'konformità mal-proċedura mogħtija fil-paragrafu 2. Jekk ma jitħarsux dawn id-dispożizzjonijiet, il-bastiment ikollu jgħaddi mill-proċedura mogħtija fil-paragrafu 4.2.
4.4. F'għadd limitat ta' każijiet u fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-UE, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' bastiment tista' tinbidel b'awtorizzazzjoni(jiet) tas-sajd ġdida maħruġa f'isem bastiment ieħor tal-UE. Is-sostituzzjoni għandha sseħħ abbażi ta' applikazzjoni mibgħuta mill-awtorità kompetenti tal-UE. L-awtorizzazzjoni(jiet) tas-sajd il-ġdida għandu jkollha fuqha l-kwantità awtorizzata li tista' tinqabad li tikkorrispondi għall-kwantità tal-ispeċijiet li għalihom ikunu diġà tħallsu t-tariffi għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u li minnha tkun tnaqqset kull qabda li tkun diġà saret mill-ewwel bastiment.
4.5. Awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih l-awtorizzazzjoni l-ġdida tinħareġ mill-awtorità kompetenti ta' Greenland.
5. Perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
5.1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi mid-data meta jinħarġu sa tmiem is-sena kalendarja li matulha jkunu nħarġu.
5.2. F’dak li għandu x’jaqsam mas-sajd tal-capelin, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu skont id-dati miftiehma mill-Istati Kostali fl-arranġamenti qafas tagħhom u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2) u 2 (3).
5.3. F'każ li l-leġislazzjoni tal-UE li tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal sena partikolari għall-bastimenti tal-UE, f'ilmijiet fejn ikun hemm bżonn ta' limitazzjonijiet tal-qbid, ikun għadha ma ġietx adottata sal-bidu tas-sena tas-sajd, il-bastimenti tas-sajd tal-UE li kienu awtorizzati jistadu fil-31 ta' Diċembru tas-sena tas-sajd ta' qabel jistgħu jirċievu awtorizzazzjoni tas-sajd fis-sena li għaliha tkun għadha ma ġietx adottata l-leġislazzjoni, dejjem jekk il-pariri xjentifiċi jippermettu dan. Se jkun permess użu provviżorju ta' 1/12 tal-kwota mogħtija fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tas-sena ta' qabel, għal kull xahar, dejjem jekk titħallas it-tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd applikabbli għall-kwota. Il-kwota provviżorja tista' tiġi aġġustata skont il-pariri xjentifiċi u l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sajd.
5.4. Il-kwantità mhux użata ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana tista’ tiġi ttrasferita, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-UE, fil-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikolari, għas-sena ta’ wara għal massimu ta’ 5 % tal-kwantità totali allokata għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għas-sena partikolari, jekk il-parir xjentifiku jippermetti dak it-trasferiment. Dan l-ammont ma jinkludix trasferimenti mis-sena preċedenti. Il-kwantità ttrasferita għandha tintuża sat-30 ta' April tas-sena ta' wara. Il-kwantitajiet ittrasferiti mhux użati se jiġu ttrasferiti lura għas-sena ta’ qabel bħala kwantità tas-sajd mhux utilizzata wara t-30 ta’ April.
6. Sospensjoni ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd u stabbiliment mill-ġdid tagħhom
L-awtoritajiet ta' Greenland jistgħu jissospendu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd previsti fl-Anness f'każ li:
a) bastiment speċifiku jkun qed iwettaq ksur serju tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ dan il-pajjiż; jew
b) sid bastiment ma jkunx ħares inġunzjoni maħruġa b'rabta ma' ksur min-naħa ta' dak il-bastiment speċifiku. Ladarba titħares l-inġunzjoni, għandha terġa' tiġi stabbilita l-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastiment għall-perjodu li jkun baqa' tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.
7. It-tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-ħlas tagħha u r-rifużjoni
7.1. Il-bastimenti tal-UE għandhom iħallsu t-tariffi għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li ġejjin:
|
Speċi
|
EUR kull tunnellata 2021/2022
|
EUR kull tunnellata 2023/2024
|
EUR kull tunnellata 2025/2026
|
|
Bakkaljaw
|
160
|
200
|
241
|
|
Redfish pelaġiku
|
93
|
131
|
169
|
|
Redfish tal-qiegħ
|
93
|
131
|
169
|
|
Ħalibatt ta’ Greenland
|
216
|
309
|
402
|
|
Gamblu tat-Tramuntana — fin-naħa tal-Punent
|
159
|
240
|
322
|
|
Gamblu tat-Tramuntana — fin-naħa tal-Lvant
|
100
|
181
|
263
|
|
Kapelin
|
14
|
22
|
29
|
7.2. Qabel ma jibda japplika dan il-Protokoll, l-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tibgħat lill-UE d-dettalji tal-kontijiet bankarji li s-sidien tal-bastimenti għandhom jużaw għall-ħlasijiet kollha għal kemm idum għaddej il-Protokoll. L-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-UE b'kull tibdil f'dawn id-dettalji mill-inqas xahrejn qabel ma dan it-tibdil jidħol fis-seħħ.
7.3. Il-ħlas tat-tariffa għandu jinkludi l-imposti nazzjonali u lokali kollha marbutin mal-aċċess għall-attivitajiet tas-sajd, kif ukoll l-imposti mitlubin mill-banek għat-trasferimenti tal-flus. Jekk bastiment ma jkunx ħallas l-imposta għat-trasferiment bankarju, dan l-ammont ikollu jitħallas mal-applikazzjoni li jkun imiss għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal dan il-bastiment, u dan il-ħlas għandu jkun prerekwiżit għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida.
7.4. Jekk ma tinqabadx il-kwantità awtorizzata, it-tariffa li tikkorrispondi għal din il-kwantità awtorizzata ma titħallasx lura lil sid il-bastiment.
7.5. Madankollu, f'każ li jibdew japplikaw jew l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 9 tal-Protokoll u b'hekk bastiment ma jkunx jista' jistad għal xi parti mill-qabda awtorizzata għal dik is-sena kalendarja, jew f'każ li l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd ma tiġix aċċettata, l-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tħallas lura t-tariffa kollha għall-awtorizzazzjoni tas-sajd lil sid il-bastiment fi żmien 60 jum kalendarju minn meta jintalab il-ħlas lura.
7.6. Ma għandha titħallas l-ebda tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-qabdiet inċidentali.
8. Il-prezzijiet ta' referenza għall-ispeċijiet huma dawn li ġejjin:
|
Speċi
|
Prezz f'Euro għal kull tunnellata ta' piż tal-ħut ħaj
|
|
Bakkaljaw
|
2 023
|
|
Ir-redfish pelaġiku
|
1 890
|
|
Ir-redfish tal-qiegħ
|
1 890
|
|
Il-ħalibatt ta’ Greenland
|
4 640
|
|
Il-gamblu tat-Tramuntana
|
4 080
|
|
Kavalli
|
PM
|
|
Kapelin
|
364
|
|
Grenadier spp.
|
1 735
|
|
Qabdiet inċidentali
|
2 260
|
KAPITOLU III
MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI
1. L-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-UE verżjoni bl-Ingliż tal-leġislazzjoni rilevanti ta' Greenland dwar il-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni, monitoraġġ, kontroll u sorveljanza qabel ma l-Protokoll jibda jiġi applikat b'mod provviżorju.
KAPITOLU IV
MONITORAĠĠ, KONTROLL U SORVELJANZA
Taqsima 1
Reġistrazzjoni u rappurtar
1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom ikunu rregolati mil-Liġijiet u r-Regolamenti applikabbli fi Greenland u fir-Renju tad-Danimarka mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim, fil-Protokoll u fl-Anness tiegħu.
2. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ rappurtar taċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom, il-bastimenti tal-UE li huma awtorizzati jistadu skont il-Ftehim għandhom jikkomunikaw l-obbligi tagħhom ta’ reġistrazzjoni u rappurtar fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd skont dan il-Ftehim lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland skont il-liġi applikabbli ta’ Greenland. Mad-dħul fis-seħħ tas-Sistema ta’ Rappurtar Elettroniku (ERS) din se tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet ta’ rappurtar elettroniku tal-Kapitolu IV, Taqsima 1.
3. Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Greenland, għandhom jingħataw il-ġurnali fuq il-karta rilevanti ta' abbord, skont l-ispeċi u l-irkaptu fil-mira, u dawn għandhom jintbagħtu lir-rappreżentant (lill-aġent) tal-bastiment, kif indikat fil-formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd mogħtija fl-Appendiċi 1. L-awtorità kompetenti tal-UE u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera applikabbli għandhom jingħataw ukoll eżempju ta' kull tip ta' ġurnal ta' abbord.
4. Il-Kontroll mill-Istat tal-Port
Bastimenti tas-sajd barranin b’qabda abbord li ma jkunux ġew żbarkati jew trasbordati qabel f’port għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura li ġejja qabel ma jidħlu fil-portijiet ta’ Greenland.
Greenland għażlet il-portijiet li ġejjin fejn il-ħatt l-art jew l-operazzjonijiet ta’ trażbord u l-forniment tas-servizzi portwarji huma permessi: Nuuk.
Notifika għad-dħul fil-portijiet ta’ Greenland
Il-kaptani tal-bastimenti jew ir-rappreżentant tagħhom li beħsiebhom jidħlu f’port ta’ Greenland għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità għall-Kontroll tal-Liċenzji tas-Sajd ta’ Greenland (GFLK) fil-port li jixtiequ jużaw mill-inqas 3 ijiem tax-xogħol qabel il-ħin stmat tal-wasla.
In-notifika minn qabel imsemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir billi jintużaw il-formati u l-ispeċifikazzjonijiet fl-iskema ta’ Kontroll u Infurzar tan-NEAFC fl-Anness XV kif ġej:
(a) L-Anness XV (a) Parti A għandha timtela meta l-bastiment ikun qed iġorr il-qabda tiegħu stess
(b) L-Anness XV (b) Parti A għandha tintuża meta l-bastiment ikun involut f'operazzjonijiet ta' trażbord, biex jingħata tagħrif separat għall-qabdiet minn kull bastiment donatur.
(c) In-notifika minn qabel tista’ tiġi kkanċellata mill-mittent billi l-GFLK tiġi nnotifikata sa mhux aktar tard minn 24 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.
(d) Il-GLFK għandu jibgħat kopja tal-formola kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 minnufih lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment, u lill-Istat(i) tal-bandiera tal-bastimenti donaturi meta l-bastiment tas-sajd kien involut f'operazzjonijiet ta' trasbord.
Mal-validazzjoni mill-Istat tal-bandiera tal-bastiment(i) l-GFLK għandu jawtorizza jew jiċħad lill-bastiment li jkun qed ifittex aċċess għall-port.
Jekk titwettaq spezzjoni, il-waqfa fil-port għandha tiġi ddokumentata billi jimtela rapport tal-ispezzjoni tal-Kontroll mill-Istat tal-Port (PSC 3) kif stipulat fl-Anness XVI tal-iskema ta’ Kontroll u Infurzar tan-NEAFC.
5. Sakemm iż-żewġ Partijiet jimplimentaw b’mod konġunt Sistema Elettronika ta’ Rappurtar (ERS), għandhom jintużaw il-miżuri eżistenti għall-ġbir u t-trażmissjoni tad-data dwar il-qabdiet. Il-ġurnali ta’ abbord u l-avviżi stampati eżistenti għandhom jimtlew skont il-liġi ta’ Greenland.
Sistema Elettronika ta’ Rappurtar
1. Il-partijiet jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw u jżommu s-sistemi tal-IT li huma meħtieġa biex jiżguraw l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni kollha relatata mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.
2. L-arranġamenti dettaljati dwar l-implimentazzjoni tad-diversi skambji elettroniċi għandhom jiġu definiti u approvati miż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt, b’mod partikolari għar-rappurtar tal-qabdiet permezz tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS) u l-proċeduri f’każ ta’ ħsara.
3. Il-partijiet jaqblu li l-istandard UN/FLUX (International/Fisheries Language for Universal eXchange) u n-network ta’ skambju FLUX tal-UE huwa maħsub li jiġi implimentat għall-iskambju tal-pożizzjonijiet tal-bastimenti, il-ġurnal ta’ abbord elettroniku u possibbilment, fil-futur, il-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.
4. L-ERS għandha tiġi implimentata f’perjodu ta’ żmien definit mill-Kumitat Konġunt abbażi tad-dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu definiti. Il-partijiet għandhom jipproponu lill-Kumitat Konġunt il-perjodu meħtieġ għat-tranżizzjoni u l-implimentazzjoni tal-ERS, filwaqt li jqisu r-restrizzjonijiet tekniċi possibbli.
5. Iż-żewġ Partijiet għandhom jiddefinixxu l-perjodu ta’ prova meħtieġ qabel ma tkun tista’ ssir tranżizzjoni għall-użu effettiv tal-istandard FLUX. Ladarba dawn il-provi jitlestew b’suċċess, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu, malajr kemm jista’ jkun, id-data effettiva għat-tranżizzjoni lejn l-ERS.
6. Ladarba s-sistema ERS tkun kompletament funzjonali, bastiment li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS ma għandux ikun awtorizzat iwettaq attivitajiet tas-sajd skont dan il-Protokoll.
7. Greenland u l-Unjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin minnufih b’kull ħsara fis-sistema tal-IT li tipprevjeni l-komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS.
8. Sakemm iż-żewġ Partijiet jimplimentaw b’ mod konġunt Sistema Elettronika ta’ Rappurtar (ERS), fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd għandha tintbagħat kopja tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland minnufih wara l-wasla fil-port bil-posta jew bil-posta elettronika .
Ħatt l-art u trażbord
Il-kaptan għandu jittrażmetti d-data dwar il-ħatt l-art meħtieġa minn dan il-Ftehim permezz tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS) lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland. Dan għandu jinkludi l-ħatt l-art li jsir f’portijiet barra minn Greenland ta’ qabdiet li jkunu nqabdu taħt awtorizzazzjoni(jiet) tas-sajd ta’ Greenland. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u sakemm tiġi implimentata s-sistema ERS, il-kaptan għandu jagħmel ħiltu biex jittrażmetti d-data dwar il-ħatt l-art bil-mezzi xierqa kif miftiehem mill-Partijiet.
Taqsima 2
Sistema ta' monitoraġġ bis-satellita (VMS)
1. Kull bastiment tal-Unjoni awtorizzat skont dan il-Protokoll għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti bis-satellita (VMS) li taħdem b’mod sħiħ installata abbord u li tkun kapaċi tittrażmetti b’mod awtomatiku u kontinwu l-pożizzjoni tiegħu lil ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu li jkun ibbażat fuq l-art.
2. Is-sistema tal-VMS tal-bastimenti soġġetti għall-monitoraġġ bis-satellita skont dan il-Protokoll għandha tittrażmetti awtomatikament il-pożizzjonijiet tal-bastimenti liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tagħhom, li għandu jittrażmettihom minnufih liċ-ĊMS ta’ Greenland. Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, il-pożizzjonijiet tal-bastiment għandhom jiġu trażmessi permezz tan-nodu ċentrali tal-UE. Barra minn hekk, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat kopja ta’ kull pożizzjoni tal-bastiment lill-Kummissjoni Ewropea.
3. L-Istat tal-bandiera u l-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jagħżlu korrispondent VMS kull wieħed li għandu jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt. Kull modifika fil-koordinati tal-korrispondent VMS għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien.
4. Qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera u ta’ Greenland għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta’ kuntatt (l-isem, l-indirizz, it-telefown, il-posta elettronika) tal-korrispondent VMS rispettiv tagħhom.
5. Il-punti ta’ kuntatt VMS għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-tagħmir tal-bastimenti, il-protokolli ta’ trażmissjoni u kwalunkwe funzjoni oħra meħtieġa għall-monitoraġġ bis-satellita.
6. L-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-VMS u l-proċeduri f’każ ta’ malfunzjonament huma stabbiliti fl-Appendiċi 3.
Taqsima 3
Spezzjoni fuq il-baħar jew fil-port
1. L-ispezzjonijiet fiż-ŻEE ta’ Greenland jew fil-portijiet tal-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitwettqu minn bastimenti u spetturi ta’ Greenland identifikati b’mod ċar skont il-konvenzjoni internazzjonali u għandhom jitwettqu skont il-miżuri tal-FAO u kwalunkwe miżura rilevanti tal-Istat tal-Port tal-RFMOs.
2. L-awtorità kompetenti ta’ kull parti tista’ tistieden rappreżentant mill-parti l-oħra biex josservaw spezzjoni.
3. L-awtorità kompetenti ta’ kull parti li twettaq spezzjoni internazzjonali fiż-żoni regolatorji tan-NEAFC u tan-NAFO tista’ tistieden spetturi mill-parti l-oħra biex jimbarkaw bastiment ta’ spezzjoni li jkun qed iwettaq spezzjoni internazzjonali.
Taqsima 4
Skema ta' osservaturi
1. L-attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland hija suġġetta għall-iskema ta’ l-osservaturi skond il-liġi ta’ Greenland. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-UE li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd biex jistadu fiż-ŻEE ta' Greenland għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta' Greenland biex l-osservaturi jitħallew jitilgħu abbord.
2. L-awtoritajiet kompetenti ta' Greenland għandhom iħallsu l-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur.
3. Meta jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:
|
(a)
|
jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex la jinterrompu u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd;
|
|
(b) jirrispettaw il-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord; kif ukoll
|
|
|
(c)
|
iħarsu n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument tal-bastiment.
|
4. L-osservatur għandu jimbarka f’port jew f’post speċifiku fuq il-baħar miftiehem bejn l-awtorità kompetenti ta’ Greenland u l-kaptan. Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark fi żmien tliet sigħat mid-data u l-ħin previsti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jħalli lill-osservatur jimbarka u l-bastiment għandu jitħalla liberu li jsalpa mill-port u jibda l-attivitajiet tas-sajd.
5. Ir-rapport tal-osservatur
5.1. Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja elettronika tar-rapport tal-osservatur.
5.2. Malli l-awtorità kompetenti ta' Greenland tirċievi talba għal dan mingħand l-awtorità kompetenti tal-UE jew l-Istat Membru tal-bandiera, hija għandha tibagħtilhom kopja tar-rapport tal-osservatur fi żmien tmint ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.
Taqsima 5
Ksur tar-regoli
1. Vjolazzjonijiet u ksur
Meta bastiment tal-UE ma jkunx issodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari r-rappurtar dwar il-qbid, jitqies bħala ksur serju skont il-Kapitolu II, 6(a) tal-Anness tal-Protokoll. L-awtorità kompetenti ta’ Greenland hija intitolata tissospendi awtorizzazzjoni tas-sajd eżistenti sakemm jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qabdiet. Jekk dawn id-dispożizzjonijiet jerġgħu jinkisru, l-awtorità kompetenti ta' Greenland tista' tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat. L-awtorità kompetenti tal-UE u l-Istat tal-bandiera għandhom jinżammu infurmati kif xieraq u bla ebda dewmien dwar dan.
2. Trattament tal-ksur
2.1. Kwalunkwe ksur imwettaq fiż-ŻEE ta’ Greenland minn bastiment tas-sajd tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport tal-ispezzjoni.
2.2. L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandu jkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-kaptan u/jew ta' sid il-bastiment li jiddefendu ruħhom mill-akkuża tal-ksur.
2.3. Għal kull ksur imwettaq fiż-ŻEE ta' Greenland minn bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Ftehim, l-avviż tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet marbutin miegħu imposti fuq il-kaptan jew fuq il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien tal-bastimenti skont il-proċeduri stabbiliti fil-Liġijiet ta' Greenland li huma fis-seħħ.
2.4. L-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni u tal-avviż tal-ksur lill-awtorità kompetenti tal-UE u lill-Istat tal-bandiera bil-posta elettronika malajr kemm jista' jkun.
2.5. Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċedimenti legali, qabel jingħata bidu għalihom, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura biex tinstab soluzzjoni amikevoli għall-ksur allegat fi żmien erbat ijiem minn meta jintbagħat l-avviż tal-ksur. Jekk ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni amikevoli bħal din, għandhom jinbdew il-proċedimenti legali normali.
3. Detenzjoni ta’ bastiment
3.1. L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom javżaw lill-awtorità kompetenti tal-UE u lill-Istat tal-bandiera minnufih b'kull detenzjoni ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Ftehim. F'dan l-avviż għandhom jingħataw ir-raġunijiet għad-detenzjoni u miegħu għandha tintbagħat l-evidenza ddokumentata tal-ksur allegat.
3.2. Qabel ma jieħdu kwalunkwe miżura oħra kontra l-bastiment tal-Unjoni Ewropea miżmum jew kontra l-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija tiegħu, ħlief għal miżuri mmirati biex titħares l-evidenza, l-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jaħtru uffiċjal li jkun responsabbli għall-investigazzjoni u għandhom jorganizzaw, fuq talba tal-awtorità tal-UE, fi żmien jum wieħed tax-xogħol minn meta jintbagħat l-avviż dwar id-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta' informazzjoni. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta' sid il-bastiment jista' jattendi din il-laqgħa.
4. Penali għall-ksur
4.1. L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jistabbilixxu l-penali għall-ksur skont id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ tagħhom.
4.2. F'każ li tinstab soluzzjoni amikevoli għall-ksur allegat, kull penali li għandha titħallas għandha tiġi stabbilita billi wieħed jirreferi għal-leġislazzjoni nazzjonali ta' Greenland.
5. Proċedimenti legali — Garanzija bankarja
5.1. Jekk ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni amikevoli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f'bank magħżul mill-awtorità kompetenti ta' Greenland, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-awtorità kompetenti ta' Greenland, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista' jkun hemm 'il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċeduri legali. Madankollu, f'każ li l-proċedimenti legali jdumu għaddejjin iktar minn erba' snin, l-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha taġġorna lill-awtorità kompetenti tal-UE u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat b'mod regolari dwar il-passi li qed jittieħdu biex jiġu konklużi l-proċedimenti legali.
5.2. Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara li tinqata' s-sentenza:
|
(a) kollha kemm hi, jekk ma tingħata l-ebda sanzjoni
|
|
|
(b)
|
skont l-ammont tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.
|
5.3. Il-proċedimenti legali għandhom jinfetħu malajr kemm jista' jkun skont il-liġijiet nazzjonali.
5.4. L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jgħarrfu lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 14-il jum minn meta tinqata' s-sentenza.
6. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
6.1. Il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi awtorizzat iħalli l-port u jkompli jistad ladarba tkun ġiet iddepożitata l-garanzija bankarja, jew ladarba tkun tħallset il-multa jew ikunu ġew issodisfati l-obbligi li joħorġu mis-soluzzjoni amikevoli misjuba.
KAPITOLU V
IMPRIŻI KONĠUNTI TEMPORANJI
Taqsima 1
Metodu u kriterji għall-valutazzjoni ta' PROĠETTI għal impriżi konġunti temporanji u għal impriżi konġunti
1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom ikunu rregolati mil-Liġijiet u r-Regolamenti applikabbli fi Greenland u fir-Renju tad-Danimarka mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim, fil-Protokoll u fl-Anness tiegħu.
2. L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-UE minnufih jekk tinqala' xi opportunità għal impriża konġunta temporanja jew għal impriża konġunta ma' kumpaniji minn dan il-pajjiż. Imbagħad l-awtorità kompetenti tal-UE se tgħarraf lill-Istati Membri kollha tal-UE b'dan kif xieraq. F'każ li titwaqqaf xi impriża konġunta, il-proġetti se jitressqu u jiġu vvalutati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.
3. B'applikazzjoni tal-Artikolu 12(f) tal-Ftehim, l-UE għandha tibgħat lill-awtoritajiet ta' Greenland, malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, dossier tekniku għall-proġetti għal impriżi konġunti temporanji u għal impriżi konġunti li jinvolvu operaturi tal-UE. Il-proġetti għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti tal-UE mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE kkonċernati.
4. Bħala prijorità, il-Kumitat Konġunt għandu jinkoraġġixxi l-użu sħiħ tal-kwoti indikattivi għall-ispeċijiet imniżżlin fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll min-naħa tal-bastimenti tal-UE. Għall-ispeċijiet li għalihom il-Kumitat Konġunt ikun qabel dwar livell iktar baxx ta' opportunitajiet annwali tas-sajd minn dak indikat fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll mingħajr ma dan kien iġġustifikat abbażi tal-pariri xjentifiċi, mhumiex se jitqiesu proġetti għal impriżi konġunti temporanji u għal impriżi konġunti għall-istess speċi u għall-istess sena kalendarja.
5. Il-Kumitat Konġunt għandu jivvaluta l-proġetti skont il-kriterji li ġejjin:
|
(a) l-ispeċijiet u ż-żoni tas-sajd fil-mira;
|
|
|
(b)
|
il-qagħda tal-istokkijiet abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u tal-approċċ ta' prekawzjoni;
|
|
(c)
|
id-dettalji tal-bastimenti u t-teknoloġija adattata għall-attivitajiet tas-sajd proposti;
|
|
(d)
|
fil-każ tal-impriżi konġunti temporanji, it-tul kollu taż-żmien tagħhom u dak tal-attivitajiet tas-sajd; kif ukoll
|
|
(e)
|
l-esperjenza li sid il-bastiment u sieħbu għandhom fil-qasam tas-sajd.
|
6. Il-Kumitat Konġunt għandu joħroġ opinjoni dwar il-proġetti wara li ssir il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.
7. Għall-ispeċijiet imniżżlin fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll, il-qabdiet li jagħmlu l-bastimenti tal-UE fil-qafas tal-impriżi konġunti temporanji jew tal-impriżi konġunti għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-arranġamenti ta' kondiviżjoni li jeżistu bejn l-Istati Membri tal-UE.
Taqsima 2
Kundizzjonijiet marbutin mal-aċċess fil-qafas tal-impriżi konġunti temporanji
1. Awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1.1. Fil-każ tal-impriżi konġunti temporanji, ladarba l-Kumitat Konġunt ikun ħareġ opinjoni pożittiva dwar proġett, il-bastimenti tal-UE kkonċernati għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II. It-tali applikazzjoni għandha tindika biċ-ċar li tikkonċerna Impriża Konġunta Temporanja.
1.2. L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għat-tul taż-żmien li matulu se ddum għaddejja l-impriża konġunta temporanja, iżda fi kwalunkwe każ għal perjodu li ma jkunx ta' iktar minn sena kalendarja.
1.3. Fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jiġi indikat b'mod ċar li l-qabdiet se jsiru abbażi ta' opportunitajiet tas-sajd allokati mill-awtoritajiet ta' Greenland fil-limiti tat-TACs rispettivi ta' dan il-pajjiż iżda li ma jidħlux fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll.
2. Sostituzzjoni ta' bastimenti
Bastiment tal-UE li jkun qed jistad fil-qafas ta' impriża konġunta temporanja jista' jinbidel b'bastiment ieħor tal-UE li jkollu kapaċità u speċifikazzjonijiet tekniċi simili għalih biss għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq u bil-qbil tal-Partijiet.
Taqsima 3
Arranġamenti għat-trasferiment tal-kwota tal-Gamblu tat-Tramuntana bejn id-detenturi tal-awtorizzazzjoni
1. Arranġamenti għat-trasferiment
1.1. Is-sidien tal-bastimenti minn Greenland u l-Unjoni Ewropea jistgħu jistabbilixxu, fuq bażi ta’ kumpanija, arranġamenti għall-iskambju ta’ kwoti tal-opportunitajiet tas-sajd għall-Gamblu tat-Tramuntana fis-Subżoni II, V, XII u XIV tal-ICES b’opportunitajiet tas-sajd għall-Gamblu tat-Tramuntana fis-subżona 1 tan-NAFO.
1.2. L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jintrabtu li jiffaċilitaw it-tali arranġamenti hekk kif jirċievu talba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea dwar dan f'isem l-Istati Membri kkonċernati.
1.3. L-ammont massimu annwali li għandu jiġi ttrasferit għandu jkun ta' 2 000 tunnellata, dejjem skont il-pariri xjentifiċi.
1.4. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jistadu bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fil-każ ta' awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa lil sid ta' bastiment minn Greenland, dejjem skont id-dispożizzjonijet tal-Kapitolu II tal-Anness.
KAPITOLU VI
IS-SAJD SPERIMENTALI
1. B'applikazzjoni tal-Artikolu 11 u tal-Artikolu 12(g) tal-Ftehim, meta l-awtorità kompetenti tal-UE tkun esprimiet l-interess tagħha lill-awtoritajiet ta' Greenland li twettaq sajd sperimentali għal speċijiet u stokkijiet li mhumiex imniżżlin fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll:
1.1. L-awtorità kompetenti tal-UE għandha tibgħat lil Greenland, sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, dossiers tekniċi li jispeċifikaw:
|
(a) l-ispeċijiet fil-mira;
|
|
|
(b)
|
proposta għall-parametri tekniċi tal-kampanja (it-teknoloġija li għandha tintuża għall-attività, it-tul ta’ żmien tagħha, iż-żoni tas-sajd fejn din għandha ssir, eċċ.); kif ukoll
|
|
(c)
|
il-benefiċċji li mistennija jkun hemm għar-riċerka xjentifika u għall-iżvilupp tal-qasam tas-sajd permezz tal-parteċipazzjoni tal-UE fil-kampanja sperimentali.
(d) Valutazzjoni tal-impatti potenzjali tal-attivitajiet tas-sajd maħsuba tal-bastimenti li juru li attivitajiet bħal dawn x’aktarx ma jkollhomx impatti avversi sinifikanti fuq l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar
|
1.2. L-awtoritajiet ta' Greenland għandhom jgħarrfu lill-Kumitat Konġunt dwar:
|
(a)
|
id-dettalji u l-kundizzjonijiet tal-kampanji tas-sajd sperimentali rilevanti mwettqin minn bastimenti nazzjonali u minn bastimenti ta' pajjiżi terzi;
|
|
(b)
|
ir-riżultati ta’ kwalunkwe kampanja sperimentali preċedenti għall-istess speċi; kif ukoll
|
(c) l-informazzjoni xjentifika eżistenti u informazzjoni oħra rilevanti
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jivvaluta d-dossiers tekniċi filwaqt li jqis kif xieraq l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u l-approċċ ta' prekawzjoni.
3. Ladarba l-Kumitat Konġunt joħroġ opinjoni pożittiva dwar il-parteċipazzjoni tal-UE, il-livell ta' din il-parteċipazzjoni u l-parametri tekniċi tal-kampanja tas-sajd sperimentali, il-bastimenti tal-UE għandhom japplikaw għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ma għandhomx jaqbżu tmiem is-sena kalendarja.
4. Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Kapitolu IV għandhom japplikaw għall-bastimenti tal-UE li jkunu qed iwettqu sajd sperimentali.
5. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 4, waqt il-kampanja sperimentali fuq il-baħar, il-bastimenti tal-UE kkonċernati għandhom:
|
(a)
|
jgħarrfu lill-awtorità kompetenti ta' Greenland li jkunu bdew il-kampanja u jibagħtulha dikjarazzjoni ta' kwalunkwe qabda li jkollhom abbord qabel ma jinbeda s-sajd sperimentali;
|
|
(b)
|
jibagħtu, ta' kull ġimgħa, rapport dwar il-qabdiet li jkunu saru kuljum u għal kull refgħa lill-Istitut tar-Riżorsi Naturali ta' Greenland, lill-awtorità kompetenti ta' Greenland u lill-Kummissjoni Ewropea, li jkun jinkludi deskrizzjoni tal-parametri tekniċi tal-kampanja (il-pożizzjoni, il-fond, id-data u l-ħin, il-qabdiet u osservazzjonijiet jew kummenti oħrajn);
|
|
(c)
|
jiżguraw li abbord ikun hemm osservatur wieħed minn Greenland jew osservatur magħżul mill-awtorità kompetenti ta' Greenland. Ir-rwol tal-osservatur huwa li jiġbor informazzjoni xjentifika mill-qabdiet kif ukoll li jieħu kampjuni minnhom. L-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal tal-bastiment, u sid il-bastiment għandu jkopri l-ispejjeż tal-għajxien tal-osservatur għal kemm idum abbord il-bastiment. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jiddeċiedu dwar iż-żmien li l-osservatur iqatta’ abbord, dwar kemm għandu jdum abbord u dwar il-portijiet tal-imbark u tal-iżbark tiegħu; kif ukoll
|
|
(d)
|
jgħarrfu lill-awtorità kompetenti ta' Greenland li jkunu temmew il-kampanja sperimentali u jissottomettu l-bastimenti għal spezzjoni qabel ma joħorġu miż-żona tas-sajd ta' Greenland jekk l-Awtorità Kompententi ta' Greenland titlob dan.
|
6. Il-qabdiet li jkunu konsistenti mal-kampanja sperimentali u li jkunu nkisbu matulha jibqgħu l-proprjetà ta' sid il-bastiment.
7. L-awtorità kompetenti ta' Greenland għandha taħtar persuna ta' kuntatt li tkun inkarigata tittratta kull problema mhux prevista li tista' tinqala li tista' ttellef l-iżvilupp tas-sajd sperimentali.
8. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-entitajiet konsultattivi xjentifiċi rilevanti, l-awtoritajiet ta' Greenland jistgħu jitolbu li jiġu implimentati miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni b'rabta mas-sajd sperimentali, fosthom l-għeluq ta' ċerti żoni għas-sajd jew l-għeluq tas-sajd matul perijodi taż-żmien partikolari.
9. Il-bastimenti tal-UE kkonċernati għandhom jippreżentaw liż-żewġ Partijiet mhux aktar tard minn 30 jum wara l-konklużjoni tas-sajd sperimentali, rapport ta’ evalwazzjoni li jindirizza bħala minimu;
a) jekk is-sajd ikunx sar skont il-parametri tekniċi proposti; kif ukoll
b) jekk il-benefiċċji mistennija għar-riċerka xjentifika u l-iżviluppi tas-settur tas-sajd kif speċifikat fid-dossier(s) tekniku(ċi) ġewx sodisfatti, u għaliex le jekk inhu hekk;
c) jekk il-bastiment iltaqax ma’ problemi mhux previsti, inklużi qabdiet inċidentali;
d) jekk il-bastiment ikunx issodisfa d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 u jekk le, dan għandu jiġi ġġustifikat b’mod xieraq.
10. Meta l-Partijiet jikkonkludu li sajd sperimentali jkun kiseb riżultati pożittivi u jekk il-Kumitat Konġunt jistabbilixxi opportunitajiet tas-sajd ġodda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2), l-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 7, l-awtoritajiet ta’ Greenland jistgħu joffru opportunitajiet tas-sajd li jkunu proporzjonati għall-użu relattiv tal-kwota mill-bastimenti tal-UE li jkunu pparteċipaw fis-sajd sperimentali fil-ħames (5) snin preċedenti. Il-kwantità allokata lill-UE ma tistax taqbeż il-50 % sakemm Greenland ma tiddeċidix li toffri aktar. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika sakemm jiskadi l-protokoll.
Appendiċijiet ta' dan l-Anness
Appendiċi 1. Formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għas-sajd
Appendiċi 2. Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Greenland
Appendiċi 3 Proċeduri ta’ Implimentazzjoni tal-Monitoraġġ bis-Satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti — VMS)
Appendiċi 4 Il-format tad-Data tal-VMS
Appendiċi 5. L-iskema ta' flessibbiltà b'rabta mas-sajd għar-redfish pelaġiku fl-ilmijiet ta' Greenland u fl-ilmijiet taż-żoni tan-NEAFC
Appendiċi 1
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd
Formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland u dwar il-kwota ta’ Greenland barra miż-ŻEE ta’ Greenland
|
|
M/O/C (obbligatorju/fakultattiv/Kundizzjonali)
|
|
|
Dettall tal-liċenzja
|
|
1
|
Tip ta’ liċenzja għall-applikazzjoni (speċi u żona)
|
M
|
|
|
2
|
Kwantità li saret applikazzjoni għaliha
|
M
|
|
|
3
|
Perjodu taż-żmien għal awtorizzazzjoni tas-sajd
|
M
|
|
|
4
|
L-indirizz fejn għandha tintbagħat l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd
|
|
European Commission, Directorate-General for Maritime Affairs and Fisheries, Rue de la Loi 200, B-1049 Brussels, Fax +32 2 2962338 E-mail Mare-licences@ec.europa.eu
|
|
Informazzjoni dwar il-Bastiment
|
|
5
|
L-Istat tal-Bandiera
|
M
|
|
|
6
|
Isem il-bastiment
|
M
|
|
|
7
|
Ittri u numru esterni tal-identifikazzjoni
|
M
|
|
|
8
|
Sinjal internazzjonali tas-sejħiet bir-radju (IRCS)
|
M
|
|
|
9
|
Numru tal-OMI
|
(c)
|
Jekk il-bastiment ikun ġie assenjat numru IMO
|
|
10
|
Numru ta’ referenza intern tal-Istat tal-bandiera
|
O
|
|
|
11
|
Sena tal-kostruzzjoni
|
M
|
|
|
12
|
Port tar-reġistrazzjoni
|
M
|
|
|
13
|
Tip ta’ Bastiment (kodiċi FAO)
|
M
|
|
|
14
|
Tip primarju ta’ rkaptu tas-sajd (kodiċi FAO)
|
M
|
|
|
15
|
Isem/ismijiet preċedenti (stat tal-bandiera, isem, IRCS, u dati għall-bidla)
|
(c)
|
Jekk teżisti informazzjoni preċedenti
|
|
16
|
Numru tal-Inmarsat/Numru tal-Iridju (Telefown, E-mail)
|
(c)
|
Telefown, E-mail mhux obbligatorju
|
|
17
|
Sidien, indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika, numru tat-telefown, numru tal-Faks u indirizz tal-posta elettronika
|
(c)
|
Faks (mhux obbligatorju)
|
|
18
|
Ir-rappreżentant (l-aġent), l-isem u l-indirizz
|
M
|
|
|
19
|
Qawwa tal-magna (f'kW)
|
M
|
|
|
20
|
Tul totali (L.O.A.)
|
M
|
|
|
21
|
Tunnellaġġ gross f'TG
|
M
|
|
|
22
|
Kapaċità tal-friża f'tunnellati kuljum
|
M
|
|
|
23
|
Kapaċità ta’ tankijiet tal-ilma baħar refriġerati jew imkessħa (RSW, CSW) f’metri kubi
|
M
|
|
|
24
|
Ritratt diġitali bil-kulur tal-bastiment, li jkollu riżoluzzjoni adegwata (Mass. 0.5 MB) u li jkun juri l-ġenb tal-bastiment fid-dettall, inkluż isem il-bastiment u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu li jidhru fuq il-buq.
|
M
|
|
Appendiċi 2
Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti ta' Greenland
Trażmissjoni tar-rapporti u l-avviżi
Ir-rapporti u l-avviżi li għandhom jingħataw skont it-taqsima 1 tal-Kapitolu IV għandhom jintbagħtu bid-Daniż, bil-Greenlandiż jew bl-Ingliż.
L-avviżi għandhom jintbagħtu permezz tar-radju kostali, tal-faks jew tal-posta elettronika lill-Awtorità tal-kontroll tal-liċenzji tas-sajd ta' Greenland (GFLK) u lill-Kmand Konġunt tal-Artiku (AKO):
GFLK, numru tat-telefown: +299 34 50 00, numru tal-faks: +299 34 63 60,
E-mail: GFLK@NANOQ.GL
AKO, numru tat-telefown: +299 364000, numru tal-faks: +299 364099,
E-mail: JRCC@JRCC.GL
Il-ġurnali ta' abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
L-Awtorità tal-Kontroll tal-Liċenzji tas-Sajd ta’ Greenland (GFLK)
P.O.Box 501, 3900 Nuuk, Greenland
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u għal permessi oħra għandha tiġi kkomunikata lil:
Ministeru tas-Sajd, il-Kaċċa u l-Agrikoltura
Nru tal-faks + 299 346355 jew,
E-mail: APNN@NANOQ.GL
Appendiċi 3
Proċeduri li jimplimetaw
MONITORAĠĠ BIS-SATELLITA (SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI - VMS)
1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — il-VMS
1.1. Il-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont il-Ftehim u li jkunu qed jistadu fiż-żona tas-sajd ta' Greenland jew li jkunu qed jistadu għal kwoti ta' Greenland fl-ilmijiet taż-żoni tan-NEAFC (kif deskritt fl-Appendiċi 5) għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir ta' lokalizzazzjoni bis-satellita (Sistema għall-Monitoraġġ tal-Bastimenti — VMS) li tkun qed tiffunzjona għalkollox u li tkun installata abbord il-bastiment u tkun kapaċi tibgħat il-pożizzjoni tagħhom b'mod awtomatiku u kontinwu tal-inqas darba fis-siegħa waqt li jkunu preżenti fiż-żona tas-sajd liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom li jkun jinsab fuq l-art.
1.2. Meta bastiment li jkun qed jistad skont il-Ftehim dwar is-Sajd u huwa soġġett għall-monitoraġġ bis-satellita skont dan il-Protokoll jidħol fiż-żona tas-sajd, ir-rapporti susseggwenti tal-pożizzjoni għandhom jiġu kkomunikati immedjatament miċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera liċ-CSCP ta’ Greenland. Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, ir-rapporti kollha dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu trażmessi permezz tan-nodu ċentrali tal-UE. Dawn il-messaġġi għandhom jintbagħtu kif ġej:
a) b’mod elettroniku bl-użu ta’ protokoll ta’ skambju sikur;
b) fil-mument tad-dħul fiż-żona tas-sajd u ħruġ minnha
c) fil-format indikat fl-Appendiċi 4.
1.3. Kull messaġġ ta’ pożizzjoni għandu jinkludi:
a) l-identifikazzjoni tal-bastiment;
b) il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment, b'marġni ta' żball tal-pożizzjoni ta' inqas minn 500 metru, u b'intervall ta' fiduċja ta' 99 %;
c) id-data u l-ħin f’UTC li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;
d) il-veloċità u r-rotta instantanji tal-bastiment fil-ħin li tiġi rreġistrata l-pożizzjoni.
1.4. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u t-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta' pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u maħżuna f’bażi tad-data għas-sena kurrenti u s-sena ta’ qabel. Madankollu, f'każ ta' restrizzjonijiet tekniċi, dan il-perjodu jista' jitqassar, bi ftehim reċiproku.
1.5. Il-komponenti tat-tagħmir u tas-softwer tal-VMS għandhom jitħarsu mit-tbagħbis, jiġifieri ma għandhomx jippermettu li jiddaħħlu jew jinħarġu pożizzjonijiet foloz, u ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu kkontrollati manwalment. Is-sistema għandha tkun awtomatika għalkollox, u għandha tiffunzjona l-ħin kollu, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet ambjentali. Għandu jiġi pprojbit li wieħed ikisser it-tagħmir ta' lokalizzazzjoni bis-satellita, li jagħmillu l-ħsara, li ma jħallihx fi stat operattiv jew li jbagħbsu mod ieħor.
1.6. Meta jkun mitlub jew meħtieġ, il-Partijiet jaqblu, għal finijiet ta’ monitoraġġ u spezzjoni, li jiskambjaw informazzjoni dwar it-tagħmir użat.
2. Nuqqas tekniku jew ħsara li jaffettwaw l-apparat ta’ monitoraġġ abbord il-bastiment
2.1. Fil-każ ta’ nuqqas tekniku jew ħsara li taffettwa l-apparat użat għall-monitoraġġ kontinwu bis-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd, Greenland u l-awtoritajiet tal-Unjoni jridu jkunu infurmati minnufih mill-Istat tal-bandiera.
2.2. It-tagħmir difettuż għandu jiġi sostitwit jew imsewwi mill-ewwel port ta’ waqfa meta s-servizz ikun disponibbli u mill-inqas fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta l-Istat tal-bandiera jkun għarraf liċ-ĊMS ta’ Greenland. Wara dan il-perjodu, il-bastiment inkwistjoni jrid ikun daħal f’port innomimat mill-awtoritajiet ta’ Greenland għal segwitu regolatorju u tiswija, jew jitlaq miż-żona sakemm l-Istat tal-bandiera ma jkunx bagħat ir-rapport ta’ spezzjoni dwar l-apparat difettuż liċ-ĊPS ta’ Greenland u infurmah bir-raġunijiet li wasslu għall-ħsara.
2.3. Sakemm l-apparat jissewwa jew jinbidel, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat manwalment, bil-posta elettronika, bir-radju jew bil-faks, liċ-ĊPS tal-Istat tal-bandiera, rapport tal-pożizzjoni globali kull erba’ sigħat, inkluż ir-rapporti dwar il-pożizzjoni hekk kif irreġistrata mill-kaptan tal-bastiment skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
2.4. Dawn il-messaġġi manwali għandhom jiġu rreġistrati immedjatament miċ-ĊPS tal-Istat tal-bandiera fil-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1.4 u trażmessi minnufih miċ-ĊPS tal-Istat tal-bandiera lis-ĊPSĊ ta’ Greenland, bl-użu tal-istess format tal-protokoll kif deskritt fl-Appendiċi 4.
2.5. Wara l-perjodu li jirreferi għalih il-paragrafu 2.2, il-bastiment ma jibqax awtorizzat iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' Greenland
3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS
3.1. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat b'mod awtomatiku l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS ta' Greenland.
3.2. Iċ-ĊMS taż-żewġ Partijiet għandhom jiskambjaw id-dettalji ta' kuntatt tagħhom, jiġifieri l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tal-faks, tat-teleks u tat-telefown tagħhom, u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull tibdil f'dawn id-dettalji.
3.3. Mingħajr ħsara għall-implimentazzjoni ta' titjib fil-ġejjieni, it-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS ikkonċernati u l-Istati tal-bandiera għandha ssir b'mod elettroniku permezz tal-protokoll HTTPS. L-iskambju taċ-ċertifikati għandu jseħħ bejn l-awtoritajiet ta' Greenland u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera rilevanti.
3.4. Id-data tal-VMS se tintuża skont l-Artikolu 11 ta’ dan il-Protokoll.
4. Ħsarat fis-sistema tal-komunikazzjoni
4.1. L-awtorità kompetenti ta' Greenland u ċ-ĊMS tal-Istati tal-bandiera tal-UE għandhom jiżguraw li t-tagħmir elettroniku tagħhom ikun kompatibbli u għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih b'kull funzjonament ħażin fil-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli.
4.2. In-nuqqas ta' komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS ma għandux jaffettwa l-operat tal-bastimenti.
4.3. Il-messaġġi kollha li ma jiġux trażmessi waqt li s-sistema ma tkunx qed taħdem, għandhom jintbagħtu malli terġa' tiġi stabbilita l-komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS ikkonċernati.
5. Manutenzjoni ta' ĊMS
5.1. Iċ-ĊMS għandu jiġi mgħarraf bl-operazzjonijiet ippjanati ta' manutenzjoni taċ-ĊMS l-ieħor (programm ta' manutenzjoni) li jistgħu jaffettwaw l-iskambju tad-data tal-VMS, mill-inqas 72 siegħa qabel, b'indikazzjoni, jekk ikun possibbli, tad-data tal-manutenzjoni u tat-tul ta' żmien tagħha. Għall-operazzjonijiet ta' manutenzjoni li ma jkunux ippjanati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor mill-aktar fis possibbli.
5.2. Matul l-operazzjoni ta' manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-data tal-VMS tista' titpoġġa fi stat ta' stennija sakemm is-sistema terġa' ssir operattiva. Id-data tal-VMS ikkonċernata għandha tintbagħat immedjatament wara li tintemm l-operazzjoni ta' manutenzjoni.
5.3. Jekk l-operazzjoni ta' manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-data tal-VMS għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor b'mezz elettroniku alternattiv maqbul b'mod reċiproku.
5.4. Greenland għandu javża lill-awtoritajiet ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza kompetenti tiegħu sabiex iċ-ĊMS tiegħu ma jqisx li l-bastimenti tal-UE qed jiksru l-obbligi tagħhom minħabba li ma jkunux qed jittrażmettu d-data tal-VMS minħabba operazzjoni ta' manutenzjoni ta' ĊMS.
6. Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
6.1. Abbażi ta’ evidenza dokumentata li tipprova ksur, l-awtoritajiet ta’ Greenland jistgħu jistaqsu liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibagħtu kopja wkoll lill-Unjoni, li jnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tiegħu għal kull 30 minuta għal perjodu partikulari tal-investigazzjoni. Greenland għandha tibgħat din l-evidenza dokumentata lill-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil Greenland fuq il-frekwenza l-ġdida.
6.2. Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, Greenland għandha tgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’kull monitoraġġ li jista’ jkun meħtieġ.
Appendiċi 4
Taqsima 1 — Format NAF VMS
Il-format tad-data tal-VMS
Il-format għall-komunikazzjoni tal-messaġġi tal-VMS liċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd tal-Parti l-oħra
|
(1)
|
Messaġġ ta' “DĦUL”
|
Element tad-Data:
|
Kodiċi tal-Qasam:
|
Obbligatorju/Fakultattiv
|
Osservazzjonijiet:
|
|
Bidu tar-reġistrazzjoni
|
SR
|
M
|
Dettall dwar is-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni
|
|
Indirizz
|
AD
|
M
|
Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti destinatarja
|
|
Minn
|
FR
|
M
|
Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti emittenti
|
|
Numru tar-Reġistrazzjoni
|
RN
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ; in-numru tas-serje tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti
|
|
Data tar-reġistrazzjoni
|
RD
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ; data tat-trażmissjoni
|
|
Ħin tar-Reġistrazzjoni
|
RT
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ; ħin tat-trażmissjoni
|
|
Tip ta' Messaġġ
|
TM
|
M
|
Dettall dwar il-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “ENT”
|
|
Kodiċi tar-radju
|
RC
|
M
|
Dettall dwar il-bastiment; is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment
|
|
Numru ta' Referenza Intern
|
IR
|
M
|
Dettall dwar il-bastiment. In-numru uniku tal-bastiment tal-Parti, mogħti bħala l-kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit min-numru
|
|
Numru Estern tar-Reġistrazzjoni
|
XR
|
O
|
Dettall dwar il-bastiment; in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment
|
|
Il-latitudni
|
LT
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84)
|
|
Il-lonġitudni
|
LG
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; il-pożizzjoni ±999.999 (WGS-84)
|
|
Veloċità
|
SP
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi
|
|
Ir-rotta
|
CO
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°grad
|
|
Data
|
DA
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)
|
|
Ħin
|
TI
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)
|
|
Tmiem ir-Reġistrazzjoni
|
ER
|
M
|
Dettall dwar is-sistema; jindika tmiem ir-reġistrazzjoni
|
|
|
(2)
|
Messaġġ/rapport ta' “POŻIZZJONI”
|
Element tad-Data:
|
Kodiċi tal-Qasam:
|
Obbligatorju/Fakultattiv
|
Osservazzjonijiet:
|
|
Bidu tar-reġistrazzjoni
|
SR
|
M
|
Dettall dwar is-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni
|
|
Indirizz
|
AD
|
M
|
Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti destinatarja
|
|
Minn
|
FR
|
M
|
Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti emittenti
|
|
Numru tar-Reġistrazzjoni
|
RN
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ; in-numru tas-serje tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti
|
|
Data tar-reġistrazzjoni
|
RD
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ; data tat-trażmissjoni
|
|
Ħin tar-Reġistrazzjoni
|
RT
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ; ħin tat-trażmissjoni
|
|
Tip ta' Messaġġ
|
TM
|
M
|
Dettall dwar il-messaġġ; tip ta’ messaġġ, ‘POS’
(1)
|
|
Kodiċi tas-Sejħiet bir-radju
|
RC
|
M
|
Dettall dwar il-bastiment; is-sinjal internazzjonali tas-sejħiet bir-radju tal-bastiment
|
|
Numru ta' Referenza Intern
|
IR
|
M
|
Dettall dwar il-bastiment. In-numru uniku tal-bastiment tal-Parti, mogħti bħala l-kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit min-numru
|
|
Numru Estern tar-Reġistrazzjoni
|
XR
|
O
|
Dettall dwar il-bastiment; in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment
|
|
Il-latitudni
|
LT
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84)
|
|
Il-lonġitudni
|
LG
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; il-pożizzjoni ±999.999 (WGS-84)
|
|
Attività
|
AC
|
O
(2)
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; “ANC” jindika qagħda ta’ rappurtar imnaqqas
|
|
Veloċità
|
SP
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi
|
|
Ir-rotta
|
CO
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°grad
|
|
Data
|
DA
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)
|
|
Ħin
|
TI
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)
|
|
Tmiem ir-Reġistrazzjoni
|
ER
|
M
|
Dettall dwar is-sistema; jindika tmiem ir-reġistrazzjoni
|
|
|
(3)
|
Messaġġ ta' “ĦRUĠ”
|
Element tad-Data:
|
Kodiċi tal-Qasam:
|
Obbligatorju/Fakultattiv
|
Osservazzjonijiet:
|
|
Bidu tar-reġistrazzjoni
|
SR
|
M
|
Dettall dwar is-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni
|
|
Indirizz
|
AD
|
M
|
Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti destinatarja
|
|
Minn
|
FR
|
M
|
Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-Parti emittenti
|
|
Numru tar-Reġistrazzjoni
|
RN
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ; in-numru tas-serje tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti
|
|
Data tar-Reġistrazzjoni
|
RD
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ; data tat-trażmissjoni
|
|
Ħin tar-Reġistrazzjoni
|
RT
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ; ħin tat-trażmissjoni
|
|
Tip ta' Messaġġ
|
TM
|
M
|
Dettall dwar il-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “EXI”
|
|
Kodiċi tar-radju
|
RC
|
M
|
Dettall dwar il-bastiment; is-sinjal internazzjonali tas-sejħiet bir-radju tal-bastiment
|
|
Numru ta' Referenza Intern
|
IR
|
M
|
Dettall dwar il-bastiment. In-numru uniku tal-bastiment tal-Parti, mogħti bħala l-kodiċi ALFA-3 tal-ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit min-numru
|
|
Numru Estern tar-Reġistrazzjoni
|
XR
|
O
|
Dettall dwar il-bastiment; in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment
|
|
Data
|
DA
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)
|
|
Ħin
|
TI
|
M
|
Dettall dwar il-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)
|
|
Tmiem ir-Reġistrazzjoni
|
ER
|
M
|
Dettall dwar is-sistema; jindika tmiem ir-reġistrazzjoni
|
|
|
(4)
|
Dettalji tal-format
Kull messaġġ fi trażmissjoni tad-data huwa strutturat kif ġej:
|
—
|
linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ,
|
|
—
|
linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi tal-qasam jindikaw il-bidu ta' element tad-data,
|
|
—
|
linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi tal-qasam minn mad-data,
|
|
—
|
il-pari tad-data huma mifrudin bi spazju
|
|
—
|
il-kodiċi “ER” u linja mmejla doppja (//) jindikaw tmiem ir-reġistrazzjoni.
|
|
Il-kodiċijiet tal-qasam kollha mogħtija f'dan l-Anness huma fil-Format tal-Atlantiku tat-Tramuntana, kif deskritt fl-Iskema ta' Kontroll u Infurzar tan-NEAFC.
(1)
It-tip ta' messaġġ għandu jiġi mmarkat bl-ittri “MAN” fil-każ ta' rapporti mibgħuta minn bastimenti b'tagħmir difettuż ta' lokalizzazzjoni bis-satellita.
(2)
Dan japplika biss jekk il-bastiment ikun qed jittrażmetti messaġġi tal-“POS” bi frekwenza mnaqqsa.
Appendiċi 5
L-iskema ta' flessibbiltà b'rabta mas-sajd għar-redfish pelaġiku fl-ilmijiet ta' Greenland u fl-ilmijiet taż-żoni tan-NEAFC
1. Biex bastiment jistad għar-redfish pelaġiku fil-qafas tal-iskema ta' flessibbiltà b'rabta mas-sajd għal din it-tip ta' ħuta fl-ilmijiet ta' Greenland u fl-ilmijiet taż-żoni tan-NEAFC, huwa għandu jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa minn Greenland skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tal-Anness tal-Protokoll. L-applikazzjoni u l-awtorizzazzjoni tas-sajd se jirreferu biċ-ċar għall-attivitajiet 'il barra miż-ŻEE ta' Greenland.
2. Fiż-żona regolatorja tan-NEAFC għandhom jitħarsu l-miżuri kollha adottati min-NEAFC b'rabta ma' dan it-tip ta' sajd.
3. Bastiment jista' jistad għar-redfish fil-qafas tal-kwota tiegħu ta' Greenland għal din it-tip ta' ħuta biss ladarba jkun uża sehmu mill-kwota tal-UE għar-redfish tan-NEAFC allokat mill-Istat tal-bandiera.
4. Bastiment jista’ jistad il-kwota tiegħu ta’ Greenland fl-istess żona tan-NEAFC, fejn tkun inqabdet il-kwota tan-NEAFC, suġġett għall-paragrafu 5 hawn taħt.
5. Bastiment jista' jistad għall-ħut fil-qafas tal-kwota tiegħu ta' Greenland fiż-żona ta' konservazzjoni tar-redfish bil-kundizzjonijiet stipulati fir-rakkomandazzjoni tan-NEAFC dwar il-ġestjoni tar-redfish fil-baħar Irminger u fl-ilmijiet ta' madwaru, minbarra fi kwalunkwe parti li tinsab fiż-żona tas-sajd tal-Iżlanda.
6. Bastiment li jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żona regolatorja tan-NEAFC għandu jibgħat rapport tal-VMS dwar il-pożizzjoni tiegħu lin-NEAFC permezz taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu skont ir-rekwiżiti regolatorji. Waqt li bastiment ikun qed jistad għall-ħut fiż-żona ta' konservazzjoni tar-redfish tan-NEAFC fil-qafas tal-kwota ta' Greenland, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jirranġa b'mod speċifiku biex ir-riżultati tat-teħid tar-rapport tal-VMS dwar il-pożizzjoni tal-bastiment ta' kull siegħa jintbagħtu liċ-ĊMS ta' Greenland kważi f'ħin reali.
7. Il-kaptan tal-bastiment għandu jiżgura li meta jkun qed jibgħat ir-rapporti lin-NEAFC u lill-awtoritajiet ta' Greenland, il-qabdiet tar-redfish li jkunu nqabdu fiż-żona regolatorja tan-NEAFC abbażi tal-iskema ta' flessibbiltà ta' Greenland jiġu identifikati biċ-ċar bħala qabdiet li saru abbażi tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' Greenland maħruġa fil-qafas tal-iskema ta' flessibbiltà.
|
(a)
|
Qabel ma bastiment jibda jistad abbażi tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' Greenland tiegħu, huwa għandu jibgħat rapport ta' AVVIŻ TA' AZZJONI.
|
|
(b)
|
Meta bastiment ikun qed jistad abbażi ta' awtorizzazzjoni tas-sajd ta' Greenland, huwa għandu jibgħat ta' kuljum rapport TAL-QABDIET TA' KULJUM sa mhux aktar tard minn 23:59 UTC.
|
|
(c)
|
Malli bastiment jieqaf mill-attivitajiet tas-sajd tiegħu marbutin mal-kwota ta' Greenland, huwa għandu jibgħat rapport TA' TMIEM L-AZZJONI.
|
(e) Ir-RAPPORT TA' AVVIŻ TA' AZZJONI, ir-RAPPORT TAL-QABDIET TA' KULJUM u r-RAPPORT TA' TMIEM L-AZZJONI għandhom isiru skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness.
8. Sabiex jitħarsu iktar iż-żoni ta' estrużjoni tal-larva, l-attivitajiet tas-sajd ma għandhomx jibdew qabel id-data stipulata fir-rakkomandazzjoni tan-NEAFC dwar il-ġestjoni tar-redfish fil-baħar Irminger u fl-ilmijiet ta' madwaru.
9. L-Istat tal-bandiera għandu jibgħat rapporti dwar il-qabdiet li jkunu saru abbażi tal-kwota ta' Greenland fl-ilmijiet ta' Greenland u fiż-żona regolatorja tan-NEAFC lill-awtoritajiet tal-UE. Dawn għandhom jinkludu l-qabdiet kollha li jkunu saru fil-qafas tal-iskema ta' flessibbiltà u għandhom jidentifikaw biċ-ċar il-qabdiet u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd korrispondenti.
10. Fi tmiem l-istaġun tas-sajd kull ĊMS ta' Stat tal-bandiera għandu jibgħat lill-awtoritajiet ta' Greenland l-istatistika dwar il-qabdiet marbuta mas-sajd għar-redfish pelaġiku li jkun sar fil-qafas ta' din l-iskema ta' flessibbiltà.
ANNESS II
Ambitu tas-setgħat mogħtija u l-proċedura biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt
(1)Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mal-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka u, meta jkun xieraq u sakemm tkun konformi mal-punt 3, taqbel mal-emendi għall-Protokoll fejn jidħlu l-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)l-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd u, b’hekk, tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif imsemmi fl-Artikoli 4 tal-Protokoll;
(b)l-arranġamenti marbutin mal-appoġġ settorjali skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll;
(c)il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi li skonthom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom.
(2)Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim dwar is-Sajd, l-Unjoni għandha:
(a)taġixxi skont l-għanijiet fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd;
(b)tippromwovi pożizzjonijiet li huma konsistenti mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u li jqisu l-ġestjoni konġunta mill-Istati kostali.
(3)Meta waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt tkun se tiġi adottata deċiżjoni dwar l-emendi fil-Protokoll imsemmijin fil-punt 1, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika, bijoloġika u rilevanti oħra li tkun intbagħtet lill-Kummissjoni.
(4)Għal dak il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, dokument li jistabbilixxi l-partikolaritajiet tal-pożizzjoni tal-Unjoni proposta għandu jintbagħat mis-servizzi tal-Kummissjoni, fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għall-konsiderazzjoni u approvazzjoni.
(5)Fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmijin fil-punt 1(a), l-approvazzjoni, mill-Kunsill, tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni għandha tirrikjedi maġġoranza kwalifikata ta' voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni tal-Unjoni prevista fid-dokument ta' tħejjija għandha titqies li tkun maqbula, sakemm għadd ta' Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka ma joġġezzjonax waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien 20 jum mill-wasla tad-dokument ta' tħejjija, skont liema jseħħ l-ewwel. F'każ ta' tali oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tiġi rreferita lill-Kunsill.
(6)Jekk, matul laqgħat oħrajn, u anki fil-post, ma jkunx possibbli li jintlaħaq qbil li jippermetti li l-pożizzjoni tal-Unjoni tqis elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tiġi rreferita lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu.
(7)Il-Kummissjoni mistiedna biex, fi żmien debitu, tieħu kull pass meħtieġ bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe proposta xierqa għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.