Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10295

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10295 — ORANGE POLSKA/APG/FIBERCO JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 284/06

PUB/2021/549

ĠU C 284, 16.7.2021, pp. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/18


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10295ORANGE POLSKA/APG/FIBERCO JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 284/06)

1.   

Fid-9 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Orange Polska S.A. (“OPL”, il-Polonja)

APG Asset Management N.V. (“APG”, in-Netherlands)

Joint venture Światłowód Inwestycje sp. z o.o. (“FiberCo”, il-Polonja)

OPL u APG jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ FiberCo.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal OPL: il-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fissa u mobbli, servizzi tal-broadband u tat-TV bi ħlas fil-Polonja, u servizzi oħra b’valur miżjud tat-telekomunikazzjoni.

għal APG: il-ġestjoni tal-assi għall-fondi tal-pensjonijiet f’diversi setturi, inklużi l-edukazzjoni, il-kostruzzjoni tal-gvern, il-kumpaniji tal-enerġija u tal-utilitajiet, u l-investimenti fl-infrastruttura.

għal FiberCo: l-espansjoni u l-bini ta’ infrastruttura tal-fibra sabiex jiġu offruti servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa f’żoni inqas densi fil-Polonja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10295 — ORANGE POLSKA/APG/FIBERCO JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top