Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0377

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut appilkabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021

COM/2020/377 final

Brussell, 17.8.2020

COM(2020) 377 final

2020/0178(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut appilkabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (“ir-Regolament Bażiku dwar il-PKS”) ifittex li jiżgura li r-riżorsi akkwatiċi ħajjin jintużaw b’kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. Għodda importanti f’dan ir-rigward hija l-istabbiliment annwali tal-opportunitajiet tas-sajd. Ir-Regolamenti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd iridu jillimitaw il-qbid tal-istokkijiet tal-ħut għal livelli konsistenti mal-objettivi ġenerali tal-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS).

Din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed.

Wara li ġie adottat u li daħal fis-seħħ il-Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran, din il-proposta tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri kkonċernati (jiġifieri Spanja, Franza u l-Italja), mogħtija f’termini tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli.

Din il-proposta tistabbilixxi wkoll l-opportunitajiet tas-sajd skont il-ftehimiet li ntlaħqu fil-qafas tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (il-GFCM), li hija organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd responsabbli għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. L-Unjoni Ewropea hija membru tal-GFCM flimkien mal-Bulgarija, mal-Kroazja, ma’ Ċipru, ma’ Franza, mal-Greċja, mal-Italja, ma’ Malta, mar-Rumanija, mas-Slovenja u ma’ Spanja. Il-miżuri adottati fil-qafas tal-GFCM jorbtu lill-membri tagħha.

Fl-aħħar nett, f’dak li għandu x’jaqsam mal-Baħar l-Iswed, din il-proposta tistabbilixxi kwota awtonoma għal-laċċa kaħla sabiex ma jiżdiedx il-livell attwali ta’ mortalità mis-sajd. Fil-każ tal-barbun imperjali, il-proposta tittrasponi l-qabda totali permissibbli (it-TAC) u l-kwoti stabbiliti mill-GFCM.

L-objettiv aħħari huwa li l-istokkijiet jinġiebu f’livelli li jkunu jistgħu jwasslu għar-Rendiment Massimu Sostenibbli (l-MSY) u li dawn jinżammu f’dawk il-livelli. Dan l-objettiv ġie inkorporat b’mod espliċitu fir-Regolament Bażiku dwar il-PKS, li fih fl-Artikolu 2(2) jingħad li dan “għand[u], fejn possibbli, [j]intlaħaq sal-2015 u [...] sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha”. Dan jirrifletti l-impenn li ħadet l-Unjoni b’rabta mal-konklużjonijiet tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar fl-2002 f’Johannesburg u mal-Pjan ta’ Implimentazzjoni marbut miegħu. Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet tal-pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran huma maħsubin biex jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tar-Rendiment Massimu Sostenibbli (l-MSY) fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 fejn possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-miżuri proposti huma mfasslin skont l-objettivi u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-miżuri proposti huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenzi mhux esklużivi)

Il-proposta tidħol fl-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: il-PKS hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

Ir-Regolament propost tal-Kunsill jalloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri. Filwaqt li jqisu l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament Bażiku dwar il-PKS, l-Istati Membri huma ħielsa jallokaw dawn l-opportunitajiet fost il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom skont kif jidhrilhom li jkun xieraq. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ħafna fejn jimmanuvraw meta jieħdu d-deċiżjonijiet marbutin mal-mudelli soċjali u ekonomiċi tal-għażla tagħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom.

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja ġdida għall-Istati Membri.

L-għażla tal-istrument

L-istrument propost huwa Regolament tal-Kunsill.

Din hija proposta għall-ġestjoni tas-sajd abbażi tal-Artikolu 43(3) tat-TFUE u skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati permezz tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Lejn sajd aktar sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2021.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Il-valutazzjoni tal-istat tal-istokkijiet fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed tissejjes fuq l-iktar ħidma riċenti tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (is-STECF), tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-GFCM dwar is-Sajd u tal-Grupp ta’ Ħidma tal-GFCM dwar il-Baħar l-Iswed.

Valutazzjoni tal-impatt

L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd.

Il-proposti tal-Kummissjoni għar-Regolament Bażiku dwar il-PKS u għall-pjan pluriennali għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran ġew żviluppati, kif xieraq, abbażi ta’ valutazzjonijiet tal-impatt. Wieħed mill-istrumenti ewlenin tar-Regolament Bażiku dwar il-PKS biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament huwa l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd. Il-pjan pluriennali daħħal reġim tal-isforz tas-sajd biex jindirizza l-problema tas-sajd żejjed li hemm fis-sajd għall-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti mill-GFCM kemm għall-Mediterran u kemm għall-Baħar l-Iswed, essenzjalment din il-proposta timplimenta miżuri miftehma fuq livell internazzjonali. Kull element li jista’ jkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-impatti li l-opportunitajiet tas-sajd jista’ jkollhom jiġi ttrattat meta jkunu qed jitħejjew in-negozjati internazzjonali li matulhom ikun se jintlaħaq qbil mal-pajjiżi terzi dwar l-opportunitajiet tas-sajd tal-Unjoni u meta jkunu qed isiru dawn in-negozjati.

Il-proposta ma tirriflettix biss tħassib għall-futur qarib, iżda wkoll approċċ iktar fit-tul li, permezz tiegħu, il-livell tas-sajd jiġi adattat bil-mod il-mod għal livelli li jkunu sostenibbli fit-tul.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

Din il-proposta se tiġi implimentata skont ir-regoli eżistenti tal-Politika Komuni tas-Sajd. Il-monitoraġġ u l-konformità se jiġu żgurati skont ir-regoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri għall-2021 għal ċerti stokkijiet jew ċerti gruppi ta’ stokkijiet fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. L-opportunitajiet tas-sajd jinkludu, b’mod partikulari, l-affarijiet li ġej:

1.reġim tal-isforz tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir li jkunu qed jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran. Il-pjan pluriennali għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2019. Skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-pjan, kull sena l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għal kull grupp ta’ sforz tas-sajd għal kull Stat Membru u għall-gruppi tal-istokkijiet iddefiniti fl-Anness I tal-pjan. Għall-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli tnaqqas b’10 % meta mqabbel mal-valur ta’ referenza (mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2017), ikkalkolat minn kull Stat Membru għal kull grupp ta’ sforz tas-sajd jew għal kull subżona ġeografika; għas-snin 2 sa 5, il-pjan jistabbilixxi tnaqqis massimu ta’ 30%.

[hawnhekk irid jiddaħħal paragrafu robust dwar l-aħjar parir xjentifiku disponibbli ladarba jkun disponibbli, peress li l-perċentwal eżatt jeħtieġ li jikkorrispondi għal-livelli li jikkorrispondu għax-xjenza]

It-tnaqqis għall-2021 għandu jkun ta’ pm%.

2.miżuri li adottat il-GFCM fl-2018 u fl-2019 u li japplikaw fil-Mediterran. Dawn il-miżuri jinkludu: il-limiti ta’ qbid u l-perjodu ta’ għeluq għas-sallura fil-Mediterran kollu (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 27), il-limiti ta’ qbid u ta’ sforz għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18), il-limiti għan-numru ta’ bastimenti tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar fil-Baħar Jonju (is-subżoni ġeografiċi 19 sa 21) u fil-Baħar Levant (is-subżoni ġeografiċi 24 sa 27). Dawn il-miżuri ġew adottati waqt il-laqgħa annwali tal-GFCM tal-2018. Barra minn hekk, il-proposta tinkludi miżuri adottati fil-laqgħa annwali 2019 tal-GFCM: il-limiti ta’ sforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18), il-limiti ta’ ħsad tas-sajd u l-limiti għan-numru ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-qroll aħmar fil-Mediterran kollu (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 27), il-limiti għan-numru ta’ bastimenti tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar fl-Istrett ta’ Sqallija (is-subżoni ġeografiċi 12 sa 16), il-limiti ta’ qbid għall-paġella ħamra fil-Baħar Alboran (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 3) u l-limiti għan-numru ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal-lampuki fil-Mediterran kollu (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 27).

3.miżuri li adottat il-GFCM u li japplikaw fil-Baħar l-Iswed. Dawn il-miżuri jinkludu: a) kwota awtonoma għal-laċċa kaħla, ibbażata fuq parir xjentifiku; b) il-qabda totali permissibbli (TAC) u l-allokazzjoni tal-kwota għall-barbun imperjali fil-qafas tal-Pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd tal-barbun imperjali li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29).

2020/0178 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut appilkabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jistipula li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, irid jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

(2)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 jesiġi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni filwaqt li jitqies il-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, ir-rapporti mfasslin mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.

(3)Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, fosthom, fejn xieraq, ċerti kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali. L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistipula li l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistipula li l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li jiżguraw stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta’ ħut jew għal kull tip ta’ sajd.

(4)L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistipula li, għall-istokkijiet li għalihom hemm pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti skont ir-regoli stipulati f’dawk il-pjanijiet.

(5)Il-pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 u daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2019. Skont l-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet imniżżlin fl-Artikolu 1 tiegħu għandhom jiġu ffissati b’mod li jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tar-Rendiment Massimu Sostenibbli fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 fejn possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jingħataw f’termini tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli u li dawn jiġu ffissati skont ir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

(6)[hawnhekk trid tiddaħħal premessa robusta li tispjega l-aħjar parir xjentifiku disponibbli ladarba tkun disponibbli, peress li l-perċentwal eżatt jeħtieġ li jikkorrispondi għal-livelli li jikkorrispondu għax-xjenza] Għalhekk, għall-2021, jenħtieġ li l-isforz tas-sajd massimu permissibbli jitnaqqas b’pm% meta mqabbel mal-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit għall-2020 mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2236 3 .

(7)Fit-42 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2018, il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (“GFCM”) adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/1 li tistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni għas-sallura (Anguilla anguilla) fil-Mediterran (fis-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM). Dawk il-miżuri jinkludu limiti ta’ qbid u perjodu annwali ta’ għeluq tas-sajd ta’ tliet xhur konsekuttivi li kull Stat Membru jrid jiddefinixxi skont l-objettivi ta’ konservazzjoni mogħtija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 4 , skont il-pjan jew il-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni tiegħu għas-sallura u skont ix-xejriet temporali tal-migrazzjoni tas-sallura f’dak l-Istat Membru. F’konformità mar-Rakkomandazzjoni, l-għeluq tas-sajd għandu japplika għall-ilma baħar kollu tal-Mediterran u għall-ilmijiet salmastri bħall-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(8)Fit-42 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2018, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/8 dwar miżuri ulterjuri ta’ emerġenza fl-2019-2021 għal stokkijiet pelaġiċi żgħar għas-snin 2019, 2020 u 2021 fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM). Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni. Il-limiti massimi tal-qbid huma ffissati biss għal sena u huma mingħajr preġudizzju għal kull miżura oħra li tista’ tiġi adottata fil-ġejjieni u għal kull skema ta’ allokazzjoni li jista’ jkun hemm bejn l-Istati Membri.

(9)Fit-42 laqgħa annwali tagħha fl-2018, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/3 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli tat-tkarkir tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u tal-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Levant (is-subżoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM), li introduċiet numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(10)Fit-42 laqgħa annwali tagħha fl-2018, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli tat-tkarkir tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u tal-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Jonju (is-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 tal-GFCM), li introduċiet numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(11)Fit-43 laqgħa annwali tagħha fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/6 dwar miżuri ta’ ġestjoni għas-sajd sostenibbli tat-tkarkir tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u tal-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fl-Istrett ta’ Sqallija (is-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 tal-GFCM), li introduċiet numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(12)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli għall-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM), li introduċiet reġim ta’ sforz tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(13)Filwaqt li jitqiesu l-partikularitajiet tal-flotta Slovena u l-impatt marġinali tagħhom fuq l-istokkijiet tal-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar u fuq l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, huwa xieraq li jiġu ppreżervati x-xejriet tas-sajd eżistenti u li jiġi żgurat l-aċċess mill-flotta Slovena għal kwantità minima ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar u għal kwota minima tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ.

(14)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/4 dwar pjan ta’ ġestjoni għall-użu sostenibbli tal-qroll aħmar (Corallium rubrum) fil-Mediterran (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM), li introduċiet numru massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u limiti tal-ħsad għall-qroll aħmar. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(15)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/2 dwar pjan ta’ ġestjoni għall-użu sostenibbli tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 3 tal-GFCM), li introduċiet limitu ta’ qabdiet u ta’ sforz fuq il-bażi tal-livell medju awtorizzat u eżerċitat fuq il-perjodu 2010–2015. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(16)Fit-43 laqgħa annwali tagħha fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/1 dwar sett ta’ miżuri ta’ ġestjoni għall-użu ta’ rkaptu ankrat biex jinġema’ l-ħut fis-sajd għal-lampuki (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM), li introduċew numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-lampuki. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(17)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29 tal-GFCM). Dik ir-rakkomandazzjoni introduċiet Qabda Totali Permissibbli (TAC) reġjonali aġġornata u skema ta’ allokazzjoni tal-kwoti għall-barbun imperjali, kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni oħrajn għal dan l-istokk, b’mod partikolari perjodu ta’ għeluq tas-sajd ta’ xahrejn u restrizzjoni fuq il-jiem tas-sajd ta’ 180 jum fis-sena. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(18)Skont il-parir xjentifiku tal-GFCM, jeħtieġ jinżamm il-livell attwali ta’ mortalità mis-sajd biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed. Għalhekk huwa xieraq li tkompli tiġi ffissata kwota awtonoma għal dak l-istokk.

(19)Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi, u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet li jkunu ngħadu waqt il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

(20)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 5 introduċa kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni tat-TACs minn sena għall-oħra li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi skont l-Artikolu 3 u 4 tiegħu. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikolari abbażi tal-istat bijoloġiku tal-istokkijiet. Iktar reċentement, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal il-mekkaniżmu tal-flessibbiltà minn sena għall-oħra għall-istokkijiet kollha li għalihom japplika l-obbligu ta’ ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, li xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u li twassal biex tmur għall-agħar il-qagħda bijoloġika tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss meta ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(21)Għall-użu tal-opportunitajiet tas-sajd li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom li huma stipulati f’dan ir-Regolament japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 6 , u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 34 tiegħu, li jittrattaw ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ jiġu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri jridu jużaw meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament.

(22)Biex jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. Minħabba l-urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara li jiġi ppubblikat.

(23)Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jintużaw b’mod li jkun għalkollox konformi mad-dritt tal-Unjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut.

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut li ġejjin:

(a)is-sallura (Anguilla anguilla), il-qroll aħmar (Corallium rubrun) u l-lampuki (Coryphaena hippurus) fil-Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(b);

(b)il-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea), il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(c);

(c)l-inċova (Engraulis encrasicolus) u s-sardina (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);

(d)il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);

(e)il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu blu u aħmar Aristeus antennatus) fl-Istrett ta’ Sqallija kif iddefinit fl-Artikolu 4(e), fil-Baħar Jonju kif iddefinit fl-Artikolu 4(f) u fil-Baħar Levant kif iddefinit fl-Artikolu 4(g);

(f)il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(h);

(g)il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) u l-barbun imperjali (Psetta maxima) fil-Baħar l-Iswed, kif iddefinit fl-Artikolu 4(i).

2.Dan ir-Regolament japplika wkoll għas-sajd rikreattiv meta dan jissemma b’mod espliċitu fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-ebda Stat;

(b)“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport;

(c)“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:

(i)fil-każ tal-attivitajiet tas-sajd li għalihom tapplika l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

(ii)fil-każ tal-attivitajiet l-oħrajn kollha tas-sajd, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk fuq perjodu ta’ sena;

(d)“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru;

(e)“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu tal-qbid allokat b’mod awtonomu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni meta ma jkunx hemm qbil dwar TAC;

(f)“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika;

(g)“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, imsejsa fuq data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li l-analiżi xjentifika tkun indikat li hija ta’ kwalità tajba biżżejjed biex abbażi tagħha jingħataw pariri xjentifiċi dwar l-għażliet għall-qbid fil-ġejjieni.

(h)“irkaptu biex jinġema’ l-ħut” jew “FAD” tfisser kull tagħmir ankrat li jżomm fil-wiċċ tal-baħar bl-iskop li jattira l-ħut”.

Artikolu 4
Żoni tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:

(a)“is-subżoni ġeografiċi tal-GFCM” tfisser iż-żoni ddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 ;

(b)“il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(c)“il-Punent tal-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(d)“il-Baħar Adrijatiku” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(e)“l-Istrett ta’ Sqallija” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16, tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(f)“il-Baħar Jonju” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(g)“il-Baħar Levant” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(h)“il-Baħar Alboran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1 sa 3 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(i)“il-Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet tas-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

TITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

KAPITOLU I
Il-Mediterran

Artikolu 5
Sallura

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu s-sallura (Anguilla anguilla), jiġifieri sajd immirat, inċidentali u rikreattiv, fl-ilmijiet kollha tal-Mediterran, inklużi l-ilmijiet ħelwin u salmastri ta’ tranżizzjoni, bħal laguni u estwarji.

2.Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu għas-sallura fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tal-Mediterran għal perjodu ta’ tliet xhur konsekuttivi li kull Stat Membru jrid jistabbilixxi. Il-perjodu tal-għeluq tas-sajd għandu jkun konsistenti mal-objettivi ta’ konservazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1100/2007, mal-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni li jkunu fis-seħħ u max-xejriet temporali tal-migrazzjoni tas-sallura fl-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-perjodu stabbilit sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma jidħol fis-seħħ l-għeluq tas-sajd u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2021.

3.Il-livell ta’ qabdiet tal-istokkijiet tas-sallura mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-Mediterran ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6
Qroll aħmar

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni għall-ħsad tal-qroll aħmar (Corallium rubrum), jiġifieri sajd immirat u rikreattiv fil-Mediterran.

2.Għas-sajd immirat, in-numru massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-kwantitajiet massimi ta’ stokkijiet tal-qroll aħmar maħsuda mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-attivitajiet ta’ ħsad tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-livelli stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

3.Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu pprojbiti milli jittrasbordaw qroll aħmar fuq il-baħar.

4.Għas-sajd rikreattiv, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu l-qabda u ż-żamma abbord, it-trasbord jew il-ħatt l-art tal-qroll aħmar.

Artikolu 7
Lampuki

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kummerċjali kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu sabiex jinġema’ l-ħut għall-qbid tal-lampuki (Coryphaena hippurus), fl-ilmijiet internazzjonali tal-Mediterran.

2.In-numru massimu ta’ bastimenti awtorizzati jistadu għal-lampuki huwa stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU II
Il-Punent tal-Baħar Mediterran

Artikolu 8
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/1022, fil-Punent tal-Baħar Mediterran.

2.L-isforz tas-sajd massimu permissibbli huwa stipulat fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

Artikolu 9
Trażmissjoni tad-data

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-data dwar l-isforz tas-sajd u jibagħtuha lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

Huma u jibagħtu d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU III
Il-Baħar Adrijatiku

Artikolu 10
Stokkijiet pelaġiċi żgħar

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni għall-qbid tas-sardina (Sardina pilchardus) u tal-inċova (Engraulis encrasicolus) fil-Baħar Adrijatiku.

2.Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

3.Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu qed jistadu għas-sardin u għall-inċova fil-Baħar Adrijatiku ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ta’ sajd fis-sena. Minn dawk il-180 jum tas-sajd, japplika għadd massimu ta’ 144 jum tas-sajd għas-sajd għas-sardina u japplika għadd massimu ta’ 144 jum tas-sajd għas-sajd għall-inċova.

4.In-numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati jistadu għall-pelaġiċi żgħar huwa stabbilit fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

Artikolu 11
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku.

2.L-Anness I għal dan ir-Regolament jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-istokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

3.L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz massimu permissibbli f’konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 12
Trażmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet li jkunu qabdu skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV
Il-Baħar Jonju, il-Baħar Levant u l-Istrett ta’ Sqallija

Artikolu 13

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus), fil-Baħar Jonju, fil-Baħar Levant u fl-Istrett ta’ Sqallija.

2.In-numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati jistadu għall-istokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ huwa stipulat fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU V
Il-Baħar Alboran

Artikolu 14

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran.

2.Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU VI
Il-Baħar l-Iswed

Artikolu 15
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar l-Iswed.

2.L-Anness VIII ta' dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa kaħla, l-allokazzjoni tat-tali kwota fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom mil-lat funzjonali, meta dan ikun xieraq.

Artikolu 16
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun imperjali

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-barbun imperjali (Psetta maxima) fil-Baħar l-Iswed.

2.L-Anness VIII għal dan ir-Regolament jistabbilixxi t-TAC għall-barbun imperjali applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed u l-allokazzjoni tat-tali TAC fost l-Istati Membri, kif ukoll il-kundizzjonijiet marbutin magħhom mil-lat funzjonali, meta dan ikun xieraq.

Artikolu 17
Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu għall-barbun imperjali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16 ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ta’ sajd fis-sena, irrispettivament mit-tul totali tagħhom.

Artikolu 18
Perjodu ta’ għeluq tas-sajd għall-barbun imperjali

Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu kull attività tas-sajd, inkluż it-trasbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ tal-barbun imperjali, fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed

1.L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-affarijiet li ġejjin:

(a)għall-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)għat-tnaqqis u għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; u

(c)għat-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 20
Trażmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet tal-laċċa kaħla u tal-barbun imperjali li jkunu qabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2)    Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1).
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jiffissa, għall-2020, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 14).
(4)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru ta’ l-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17).
(5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(7)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44).
Top

Brussell, 17.8.2020

COM(2020) 377 final

ANNESSI

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut appilkabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021







ANNESS I

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA’ ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-GFCM GĦAS-SALLURA FIL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabella f’dan l-Anness tistabbilixxi l-livell massimu ta’ qabdiet għall-bastimenti li jistadu għas-sallura fil-Baħar Mediterran.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Anguilla anguilla ELE Sallura

Il-livell massimu ta’ qabdiet espress f’tunnellati ta’ piż ħaj.

Speċi:

Sallura

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar Mediterran — is-subżoni ġeografiċi 1-27

Anguilla anguilla

Il-Greċja

pm

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Spanja

pm

Franza

Il-Kroazja

L-Italja

pm

pm

pm

L-Unjoni

pm 

TAC

Mhux rilevanti /M’hemmx qbil dwarha

ANNESS II

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA’ ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-GFCM GĦALL-QROLL AĦMAR FIL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu n-numru massimu permissibbli ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u ta’ qabdiet tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Corallium rubrum COL Qroll aħmar

Tabella 1. Numru massimu permissibbli ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Stati Membri

Qroll aħmar COL

Il-Greċja

Spanja

Franza

Il-Kroazja

L-Italja

Pm

Pm

Pm

Pm

pm

Tabella 2. Il-livell massimu ta’ kwantitajiet maqbuda espress f’tunnellati ta’ piż ħaj.

Speċi:

Qroll aħmar

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar Mediterran - is-subżoni ġeografiċi 1-27

Corallium rubrum

Il-Greċja

pm

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Spanja

pm

Franza

pm

Il-Kroazja

pm

L-Italja

pm

L-Unjoni

pm

TAC

Mhux rilevanti /M’hemmx qbil dwarha

ANNESS III

L-ISFORZ TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-LAMPUKA FIL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabella f’dan l-Anness tistabbilixxi n-numru massimu ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu għal-lampuki fl-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Coryphaena hippurus

DOL

Lampuka

Numru massimu permissibbli ta’ bastimenti li joperaw f’ilmijiet internazzjonali

Speċi

Lampuka

Coryphaena hippurus

Spanja

L-Italja

Malta

Il-Kroazja

L-Italja

Pm

Pm

Pm

Pm

pm

ANNESS IV

L-ISFORZ TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET TAL-ĦUT TAL-QIEGĦ FIL-PUNENT TAL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd) skont il-gruppi tal-istokkijiet, kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/1022, u skont it-tul totali tal-bastimenti għat-tipi ta’ bastimenti tat-tkarkir kollha 1* li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran.

Għall-isforzi tas-sajd massimi permissibbli kollha stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1022 u fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu blu u aħmar

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

L-isforz tas-sajd massimu permissibbli, f’jiem tas-sajd

(a) Fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (is-subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7; Il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7; Il-gamblu abjad fis-subżoni ġeografiċi 1, 5 u 6; L-iskampu fis-subżoni ġeografiċi 5 u 6.

< 12-il metru

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR2

≥ 18-il metru u < 24 metru

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR3

≥ 24 metru

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR4

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

Il-gamblu blu u aħmar fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7.

< 12-il metru

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR2

≥ 18-il metru u < 24 metru

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR3

≥ 24 metru

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR4

Tabella (b) Fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar Ligurjan, fil-Baħar Tirren u f’Sardinja (is-subżoni ġeografiċi 8-9-10-11)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11; Il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11; Il-gamblu abjad fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11; L-iskampu fis-subżoni ġeografiċi 9 u 10.

< 12-il metru

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR2

≥ 18-il metru u < 24 metru

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR3

≥ 24 metru

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR4

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

Il-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11.

< 12-il metru

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR2

≥ 18-il metru u < 24 metru

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR3

≥ 24 metru

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR4

ANNESS V

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ADRIJATIKU

It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta’ sforz tal-bastimenti u l-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn ikun xieraq, kif ukoll in-numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati jistadu speċi pelaġiċi żgħar.

Għall-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Engraulis encrasicolus

ANE

Inċova

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

Sardina pilchardus

PIL

Sardina

Solea solea

SOL

Lingwata komuni

1.L-istokkijiet pelaġiċi żgħar — is-subżoni ġeografiċi 17 u 18

Il-livell massimu ta’ qabdiet espress f’tunnellati ta’ piż ħaj.

Speċi:

L-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar
(l-inċova u s-sardina)

Engraulis encrasicolus 
u
Sardina pilchardus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM

(SP1/GF1718)

L-Unjoni

96 625

(1) (2)

Il-livell massimu tal-qabdiet.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

TAC

Mhix rilevanti

(1)    Għas-Slovenja, il-kwantitajiet jissejsu fuq il-livell tal-qabdiet li kien hemm fl-2014 u ma għandhomx jaqbżu t-300 tunnellata.

(2)    Din il-kwota hija limitata għall-Kroazja, għall-Italja u għas-Slovenja.

Numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati jistadu pelaġiċi żgħar.

Speċi

Sardina

Sardina pilchardus

Inċova

Engraulis encrasicolus

L-Italja

Il-Kroazja

Is-Slovenja

Pm

Pm

Pm

Pm

Pm

pm

2.L-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ — is-subżoni ġeografiċi 17 u 18

L-isforz massimu permissibbli tas-sajd (f’jiem tas-sajd) skont it-tipi ta’ xbieki tat-tkarkir li jistadu għal stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku).

Tip ta’ rkaptu

Stokkijiet

Stat Membru

Sforz tas-sajd (jiem tas-sajd)

Sena 2021

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

Ix-xbieki tat-tkarkir (OTB)

Il-merluzz, il-gamblu abjad, l-iskampu u t-trilja tal-ħama

L-Italja,

is-subżoni ġeografiċi 17-18

98898 

EFF/MED3_OTB

Il-Kroazja,

is-subżoni ġeografiċi 17-18

38148 

EFF/MED3_OTB

Is-Slovenja,

Is-subżona ġeografika 17

 (*1)

EFF/MED3_OTB

Ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB)

Lingwata komuni

L-Italja,

Is-subżona ġeografika 17

7910 

EFF/MED3_TBB

(*1)  Bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Slovenja li joperaw bi rkaptu tal-OTB fis-subżona ġeografika 17 ma għandhomx jaqbżu l-limitu tal-isforz ta’ 3 000 jum tas-sajd fis-sena.

ANNESS VI

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR JONJU, FIL-BAĦAR LEVANT U FL-ISTRETT TA’ SQALLIJA

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu n-numru massimu ta’ bastimenti awtorizzati jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Jonju, fil-Baħar Levant u fl-Istrett ta’ Sqallija.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku     Kodiċi alfa-3     Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu blu u aħmar

(a) Numru massimu ta’ bastimenti awtorizzati fil-Baħar Jonju (is-subżoni ġeografiċi 19-20-21)

Speċi

Il-gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21

Il-gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21

SM

pm

pm

pm

pm

pm

pm

pm

pm

(b) Numru massimu ta’ bastimenti awtorizzati fil-Baħar Levant (is-subżoni ġeografiċi 24-25-26-27)

Speċi

Il-gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 24-25-26-27

Il-gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 24-25-26-27

SM

pm

pm

pm

pm

pm

pm

pm

pm

(b) Numru massimu ta’ bastimenti awtorizzati fl-Istrett ta’ Sqallija (is-subżoni ġeografiċi 12-13-14-15-16)

Speċi

Il-gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 12-13-14-15-16

Il-gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni ġeografiċi 12-13-14-15-16

SM

pm

pm

pm

pm

pm

pm

ANNESS VII


L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ALBORAN

Il-livell massimu ta’ qabdiet espress f’tunnellati ta’ piż ħaj.

Speċi:

Paġella ħamra

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar Alboran - is-subżoni ġeografiċi 1-3

Pagellus bogaraveo

Spanja

pm

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Unjoni

pm

TAC

Mhux rilevanti /Ma hemmx qbil dwarha

ANNESS VIII

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR L-ISWED

It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti, mogħtija f’tunnellati ta’ piż ħaj, skont l-istokk u, fejn ikun xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali.

Għall-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla

Psetta maxima

TUR

Barbun imperjali

Speċi:

Laċċa kaħla

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed — is-subżona ġeografika 29

Sprattus sprattus

(SPR/F3742C)

Il-Bulgarija

8 032,50

Kwota analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Ir-Rumanija

3 442,50

L-Unjoni

11 475

TAC

Mhux rilevanti /M’hemmx qbil dwarha



Speċi:

Barbun imperjali

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed — is-subżona ġeografika 29

Psetta maxima

(TUR/F3742C)

Il-Bulgarija

75

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Ir-Rumanija

75

L-Unjoni

150

(*)

TAC

857

_________

(*)    Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2021 ma għandha tkun permessa l-ebda attività tas-sajd, li tinkludi t-trasbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ.

(1) *    TBB, OTB, PTB, TBN, TBS, TB, OTM, PTM, TMS, TM, OTT, OT, PT, TX, OTP, TSP.
Top