This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020DP0021
European Parliament decision of 30 January 2020 on the proposal for the appointment of a member of the Single Resolution Board (N9-0005/2020[2] — C9-0010/2020 — 2020/0903(NLE))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0005/2020[2] – C9-0010/2020 – 2020/0903(NLE))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0005/2020[2] – C9-0010/2020 – 2020/0903(NLE))
ĠU C 331, 17.8.2021, pp. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
17.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/42 |
P9_TA(2020)0021
Ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0005/2020[2] – C9-0010/2020 – 2020/0903(NLE))
(Approvazzjoni)
(2021/C 331/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 għall-ħatra ta' Jesús Saurina bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0010/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-konflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0011/2020), |
|
A. |
billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 43(1) ta' dak ir-Regolament għandhom jinħatru abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-banek; |
|
B. |
billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel, minkejja l-obbligi skont l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex ikun rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi ppreżentata lista ta' kandidati; billi l-Parlament jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji u jesiġi li jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi għan-nomina li jmiss; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi; |
|
C. |
billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fit-13 ta' Novembru 2019 il-Kummissjoni adottat lista mqassra ta' kandidati għall-kariga ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 43(1) ta' dak ir-Regolament; |
|
D. |
billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-lista mqassra ntbagħtet lill-Parlament mill-Kummissjoni; |
|
E. |
billi fl-14 ta' Jannar 2020 il-Kummissjoni adottat proposta biex taħtar lil Jesús Saurina bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u Direttur għall-“Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet” fil-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, u għaddiet dik il-proposta lill-Parlament; |
|
F. |
billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014; |
|
G. |
billi fit-22 ta' Jannar 2020 il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Jesús Saurina, li fiha hu għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-kumitat; |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Jesús Saurina bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.
(2) Testi adottati, P8_TA(2019)0211.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0017.