EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0705

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet Kummerċjali tal-UE l-1 ta' Jannar 2019 - il-31 ta' Diċembru 2019

COM/2020/705 final

Brussell, 12.11.2020

COM(2020) 705 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet Kummerċjali tal-UE





l-1 ta' Jannar 2019 - il-31 ta' Diċembru 2019

{SWD(2020) 263 final}


Werrej

1. INTRODUZZJONI    

2. ĦARSA ĠENERALI LEJN IS-SEJBIET EWLENIN: FLUSSI KUMMERĊJALI    

3. ĦARSA ĠENERALI LEJN IS-SEJBIET EWLENIN GĦAL KULL REĠJUN    

3.1 L-ASJA    

3.1.1 Il-Korea t’Isfel    

3.1.2 Il-Ġappun    

3.1.3 Singapore (it-tħejjijiet għad-dħul fis-seħħ)    

3.2 Il-KONTINENT AMERIKAN    

3.2.1 Il-Kanada    

3.2.2 Il-pajjiżi sħab tal-Amerika Latina    

3.3 IL-PAJJIŻI ĠIRIEN TAL-UE    

3.3.1 Is-sħab tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani    

3.3.2 Il-Georgia, il-Moldova, l-Ukrajna    

3.3.3 Il-Balkani tal-Punent    

3.3.4. L-Iżvizzera    

3.3.5 In-Norveġja    

3.3.6. It-Turkija    

3.4    IL-PAJJIŻI AFRIKANI, TAL-KARIBEW U TAL-PAĊIFIKU    

4. KUMMERĊ U ŻVILUPP SOSTENIBBLI    

5. KUMMERĊ AGROALIMENTARI SKONT IL-FTEHIMIET KUMMERĊJALI TAL-UE    

6. SERVIZZI, AKKWIST PUBBLIKU, DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI    

6. 1 Servizzi u Investiment Dirett Barrani (FDI)    

6.2 Akkwist pubbliku    

6.3 Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (IPR)    

7. IMPRIŻI ŻGĦAR U TA’ DAQS MEDJU    

8. INFURZAR LEGALI    

8.1    Soluzzjoni tat-tilwim dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli mal-Korea t’Isfel    

8.2    Soluzzjoni tat-tilwim mal-Ukrajna    

8.3    Soluzzjoni tat-tilwim mal-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar tal-Afrika (SACU)    

9. KONKLUŻJONIJIET    

FTEHIMIET KUMMERĊJALI KOPERTI MINN DAN IR-RAPPORT

(Ftehim/data tal-applikazzjoni) 1

L-ASJA

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun

l-1 ta’ Frar 2019

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea t’Isfel

l-1 ta’ Lulju 2011

IL-KONTINENT AMERIKAN

Il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-UE u l-Kanada

il-21 ta’ Settembru 2017

Il-Ftehim Kummerċjali tal-UE mal-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador

l-1 ta’ Marzu 2013 għall-Perù; l-1 ta’ Awwissu 2013 għall-Kolombja; l-1 ta’ Jannar 2017 għall-Ekwador.

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali

l-1 ta’ Awwissu 2013: il-pilastru kummerċjali japplika mal-Honduras, man-Nikaragwa u mal-Panama; l-1 ta’ Ottubru 2013: il-Costa Rica u El Salvador; l-1 ta’ Diċembru 2013: il-Gwatemala.

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċilì

l-1 ta’ Frar 2003

Il-Ftehim Globali bejn l-UE u l-Messiku

Applikat għall-merkanzija mill-1 ta’ Lulju 2000; applikat għas-servizzi mill-1 ta’ Marzu 2001.

IL-PAJJIŻI ĠIRIEN TAL-UE

Il-pajjiżi tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani - iż-Żoni ta’ Kummerċ Ħieles

Bejn l-UE u l-Alġerija

l-1 ta’ Settembru 2005

Bejn l-UE u l-Eġittu

il-21 ta’ Diċembru 2003

Bejn l-UE u l-Libanu

l-1 ta’ Marzu 2003

Bejn l-UE u l-Ġordan

l-1 ta’ Mejju 2002

Bejn l-UE u l-Marokk

it-18 ta’ Marzu 2000

Bejn l-UE u t-Tuneżija

l-1 ta’ Marzu 1998

Bejn l-UE u l-Palestina 2  

l-1 ta’ Lulju 1997

Bejn l-UE u l-Iżrael

l-1 ta’ Jannar 1996

Il-pajjiżi tal-Lvant – iż-Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi

Bejn l-UE u l-Ukrajna

l-1 ta’ Jannar 2016, u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

Bejn l-UE u l-Georgia

l-1 ta’ Settembru 2014, u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

Bejn l-UE u l-Moldova

l-1 ta’ Settembru 2014, u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.



FTEHIMIET KUMMERĊJALI KOPERTI MINN DAN IR-RAPPORT

(Ftehim/data tal-applikazzjoni)

Il-Balkani tal-Punent – il-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

Bejn l-UE u l-Kosovo* 3  

l-1 ta’ April 2016

Bejn l-UE u s-Serbja

Il-Ftehim Interim dwar il-kummerċ għas-Serbja: l-1 ta’ Frar 2009; għall-UE: it-8 ta’ Diċembru 2009

Bejn l-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina

Il-Ftehim interim dwar il-kummerċ, l-1 ta’ Lulju 2008

Bejn l-UE u l-Montenegro

Il-Ftehim interim dwar il-kummerċ, l-1 ta’ Jannar 2008

Bejn l-UE u l-Albanija

Il-Ftehim interim dwar il-kummerċ, l-1 ta’ Diċembru 2006

Bejn l-UE u l-Maċedonja ta’ Fuq

Il-Ftehim interim dwar il-kummerċ, l-1 ta’ Ġunju 2001

L-Iżvizzera, in-Norveġja, it-Turkija

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera

l-1972

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja

l-1 ta’ Lulju 1973

L-Unjoni Doganali bejn l-UE u t-Turkija

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat fl-1963; il-fażi finali tal-unjoni doganali tlestiet fl-1 ta’ Jannar 1996.

L-AFRIKA, IL-KARIBEW U L-PAĊIFIKU – il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika

Bejn l-UE u l-Ghana (interim)

il-15 ta’ Diċembru 2016

Il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) tal-UE

l-10 ta’ Ottubru 2016 għall-Botswana, l-Eswatini, il-Lesoto, in-Namibja u l-Afrika t’Isfel; l-4 ta’ Frar 2018 għall-Mozambique.

Bejn l-UE u l-Kostja tal-Avorju (interim)

it-3 ta’ Settembru 2016

Bejn l-UE u l-Afrika Ċentrali (il-Kamerun)

l-4 ta’ Awwissu 2014 għall-Kamerun

Bejn l-UE u l-Istati tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afrika (interim)

l-14 ta’ Mejju 2012 għall-Madagascar, Mauritius, is-Seychelles u ż-Żimbabwe 4

Bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Paċifiku (interim)

l-20 ta’ Diċembru 2009 għal Papua New Guinea; it-28 ta’ Lulju 2014 għal Fiġi. 5

Bejn l-UE u l-CARIFORUM

id-29 ta’ Diċembru 2008 għal Antigua u Barbuda; il-Belize; il-Bahamas; Barbados; Dominica; ir-Repubblika Dominicana; Grenada; il-Guyana; il-Ġamajka; Saint Kitts u Nevis; Saint Lucia; Saint Vincent u l-Grenadini; is-Suriname; u Trinidad u Tobago.



1. INTRODUZZJONI

Il-politika kummerċjali Ewropea għamlet progress tajjeb fl-2019. L-UE avvanzat l-aġenda kummerċjali bilaterali tagħha billi rratifikat il-ftehimiet kummerċjali tagħha ma’ Singapore u l-Vjetnam, li daħlu fis-seħħ f’Novembru 2019 u Awwissu 2020, rispettivament. Fl-2019, l-UE applikat 44 ftehim kummerċjali ma’ 76 sieħeb 6 ; il-kummerċ ma’ dawn is-sħab ammonta għal EUR 1,345 biljun, li jirrappreżenta 33 % tal-kummerċ estern tal-UE (34 % tal-esportazzjonijiet totali u 33 % tal-importazzjonijiet totali).

Fl-istess ħin, meta wieħed iħares lejn l-2020, il-pandemija tal-coronavirus tista’ tkun mistennija li jkollha effett ta’ tidgħjif serju fuq il-kummerċ bejn l-UE u s-sħab kummerċjali tagħha, inklużi dawk preferenzjali. Il-Kummissjoni Ewropea tistma li l-esportazzjonijiet tal-UE lejn pajjiżi terzi jistgħu jonqsu bejn 9 % u 15 % u 11 % u 14 % għall-importazzjonijiet (merkanzija u servizzi flimkien). In-network kbir ta’ ftehimiet kummerċjali tal-UE jista’ jikkontribwixxi biex jiġu miġġielda u mtaffija dawn l-effetti negattivi, biex tinbena r-reżiljenza u jiġu ddiversifikati l-ktajjen tal-provvista. Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tkompli ttejjeb l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dawn il-ftehimiet, filwaqt li tiżgura li l-kumpaniji kollha, b’mod partikolari dawk iżgħar, jistgħu jibbenefikaw. L-ewwel Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ, innominat mill-Kulleġġ fl-24 ta’ Lulju 7 , se jipprovdi direzzjoni għal dawn l-isforzi, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati kollha, kif ukoll mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE.

Dan ir-rapport jipprovdi aġġornament ta’ 36 mill-ftehimiet kummerċjali ewlenin tal-UE ma’ 65 sieħeb kummerċjali 8 . Il-ftehimiet ikopru 91 % tal-kummerċ tal-UE ma’ sħab preferenzjali u jammontaw għal 30,4 % tal-kummerċ estern totali tal-UE.

Ir-rapport jenfasizza l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet tal-UE fl-Asja, fil-Kontinent Amerikan, fil-pajjiżi ġirien tal-UE (il-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar u l-Balkani tal-Punent) u fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku. Minbarra t-taqsimiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, il-kummerċ agroalimentari u n-negozji żgħar u ta’ daqs medju, ir-rapport ta’ din is-sena jinkludi taqsima separata dwar is-servizzi, l-investiment, l-akkwist pubbliku u d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal 9 li jakkumpanjah fih 36 skeda ta’ informazzjoni dwar il-pajjiżi 10 . Huwa jħares lejn kemm qegħdin jiġu implimentati b’mod effettiv il-ftehimiet, jipprovdi statistika u għandu aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni ta’ 15-il punt tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli 11 .

Statistika għall-kummerċ fil-merkanzija

L-istatistika ġenerali dwar il-kummerċ fil-merkanzija u s-servizzi u dwar l-investiment dirett barrani għal kull pajjiż sieħeb tista’ tinstab fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal. L-istatistika dwar l-evoluzzjoni tal-flussi tal-kummerċ u tal-investiment hija bbażata fuq id-data tal-Eurostat għall-EU27 f’Marzu 2020, għajr fejn indikat mod ieħor. Id-data annwali l-aktar reċenti għall-kummerċ fil-merkanzija hija għall-2019, għajr fejn indikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni Ewropea/DĠ KUMMERĊ se tippubblika statistika dwar l-użu preferenzjali fuq l-esportazzjonijiet tal-UE u l-importazzjonijiet tal-UE għal kull sieħeb kummerċjali għall-UE u għal kull Stat Membru fuq is-sit web tagħha fil-jum li jiġi adottat dan ir-rapport, flimkien ma’ spjegazzjoni tas-sorsi u l-metodoloġija.

NB. Iċ-ċifri għall-użu preferenzjali fuq l-importazzjonijiet tal-UE u l-esportazzjonijiet tal-UE huma bbażati fuq settijiet ta’ data differenti minn sorsi distinti. Ir-rati tal-użu preferenzjali fuq l-importazzjonijiet jużaw iċ-ċifri tal-Eurostat u huma armonizzati. Ir-rati tal-użu preferenzjali fuq l-esportazzjonijiet tal-UE jużaw id-data mressqa mill-awtoritajiet doganali tas-sħab kummerċjali tal-UE, li japplikaw metodi u prattiki differenti: id-data għalhekk mhijiex armonizzata u ma tistax titqabbel.

Statistika għall-kummerċ fis-servizzi

Is-sorsi ewlenin għad-data dwar il-kummerċ fis-servizzi huma l-istatistika tal-bilanċ tal-ħlasijiet (BoP) u l-bażi tad-data dwar l-attivitajiet tal-kumpaniji multinazzjonali (FATS) tal-Eurostat. L-ewwel waħda tkopri l-Modalità 1 (transfruntiera), 2 (konsum barra l-pajjiż) u 4 (provvista minn persuni fiżiċi fil-pajjiż l-ieħor), filwaqt li t-tieni waħda tkopri l-Modalità 3 (stabbiliment). Id-data annwali l-aktar reċenti disponibbli għall-kummerċ fis-servizzi hija għall-2018, għajr fejn indikat mod ieħor.

NB. Id-data tal-BoP għandha tqassim limitat tal-flussi kummerċjali skont is-settur u m’hemm l-ebda tqassim tal-flussi tal-kummerċ fis-servizzi skont il-modi ta’ provvista. Id-data tal-FATS tagħti tqassim dettaljat, iżda biex jinkiseb il-valur attwali tal-kummerċ tas-servizzi (jew tal-merkanzija) tal-Modalità 3, jeħtieġ li ċ-ċifri jiġu kkoreġuti għall-esportazzjonijiet mill-ġdid (eż. l-FATS tipprovdi l-fatturat tal-kumpaniji multinazzjonali tal-UE fl-Istati Uniti, u biex jinkiseb il-valur tal-bejgħ lokali, l-esportazzjonijiet tal-Modalità 3, jeħtieġ li d-data teskludi l-esportazzjonijiet tal-kumpaniji tal-UE li jinsabu fl-Istati Uniti.).

Statistika għall-Investiment Dirett Barrani (FDI)

Għad-data dwar il-flussi u l-istokks tal-FDI, is-sorsi ewlenin huma l-Eurostat u l-UNCTAD. Id-data annwali l-aktar reċenti disponibbli għall-kummerċ fis-servizzi hija għall-2018, għajr fejn indikat mod ieħor.

2. ĦARSA ĠENERALI LEJN IS-SEJBIET EWLENIN: FLUSSI KUMMERĊJALI

Din it-taqsima tkopri l-iżvilupp tal-kummerċ bejn l-UE u 65 sieħeb kummerċjali preferenzjali ewlieni fl-2019, li jirrappreżenta 29 % tal-importazzjonijiet totali tal-UE u 32 % tal-esportazzjonijiet totali tal-UE, li jirriżultaw f’surplus kummerċjali tal-UE ta’ EUR 113-il biljun, żieda ta’ 12 % fuq is-sena preċedenti.

L-Iżvizzera baqgħet l-akbar sieħeb preferenzjali tal-UE, u tammonta għal 21 % tal-kummerċ, segwita mit-Turkija bi 11 %, il-Ġappun b’10 % u n-Norveġja bi 8,5 %. Flimkien, dawn is-sħab kienu responsabbli għal nofs il-kummerċ preferenzjali tal-UE.

Fl-2019, il-kummerċ fil-merkanzija tal-UE mal-65 sieħeb żdied bi 3,4 %. Dan huwa aktar mill-kummerċ tal-UE mal-bqija tad-dinja (jiġifieri s-sħab kummerċjali kollha tal-UE, +2,5 %) u aktar mill-kummerċ tal-UE mas-sħab mhux preferenzjali tagħha meħudin separatament (il-bqija tad-dinja mingħajr il-65 sieħeb preferenzjali, +2,1 %). It-tkabbir fl-esportazzjonijiet preferenzjali (+4,1 %) u l-importazzjonijiet preferenzjali (+2,6 %) tal-merkanzija żdied b’mod aktar qawwi mill-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet mal-bqija tad-dinja, 3,5 % u 1,4 % rispettivament.

Tendenzi fl-esportazzjonijiet tal-merkanzija

Fl-2019, 92 % tal-esportazzjonijiet kollha tal-UE lejn sħab preferenzjali kienu prodotti industrijali. Il-makkinarju, il-kimiki u t-tagħmir tat-trasport baqgħu l-esportazzjonijiet ewlenin tal-UE u raw rati ta’ tkabbir ta’ 1,5 %, 6,3 % u 5,7 % rispettivament. Il-makkinarju u l-apparati baqgħu l-aktar kategorija importanti, u jammontaw għal madwar 25 % tal-esportazzjonijiet skont il-ftehimiet preferenzjali. L-għodod tal-makkinarju u dawk mekkaniċi u l-vetturi bil-mutur baqgħu l-aktar importanti f’termini ta’ valur, u jammontaw għal madwar 30 % tal-esportazzjonijiet totali ta’ prodotti mhux agrikoli lejn il-65 sieħeb preferenzjali. Il-makkinarju u t-tagħmir tal-elettriku, u l-prodotti farmaċewtiċi kollha ammontaw għal madwar 9 %. L-akbar żidiet annwali fl-esportazzjonijiet kienu għall-inġenji tal-ajru (+50 %), għall-ġilda (+43 %) u għall-perli u l-ħaġar prezzjuż (+35 %).

L-esportazzjonijiet tal-UE fil-prodotti agroalimentari żdiedu bi 8,7 % fl-2019. Ix-xorb kien l-ogħla f’termini ta’ valur, hekk kif jammonta għal 15 % tal-esportazzjonijiet agroalimentari preferenzjali (+8,6 %). Iċ-ċereali, il-prodotti tal-ħalib u l-laħam ammontaw għal madwar 8 % kull wieħed u żdiedu b’39 %, 13,2 % u 0,7 %, rispettivament.

Dan ir-rapport ma jistax jeżamina l-użu preferenzjali għall-esportazzjonijiet tal-UE minħabba d-disponibbiltà tard tad-data u l-għadd ta’ ftehimiet koperti. Il-Kummissjoni Ewropea tuża studji ta’ evalwazzjoni ex-post 12 jew studji ta’ implimentazzjoni biex tħares lejn l-użu preferenzjali u se tintensifika l-isforzi tagħha f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tiġbor data dwar l-użu preferenzjali mill-pajjiżi sħab tagħha. Hija se tippubblikaha fuq is-sit web tagħha biex ittejjeb it-trasparenza u tħeġġeġ lill-assoċjazzjonijiet tan-negozju u lill-Istati Membri jwettqu r-riċerka tagħhom stess. Il-Kummissjoni Ewropea tkompli taħdem mas-sħab kummerċjali biex tikseb data affidabbli dwar l-esportazzjonijiet preferenzjali u tkompli d-djalogu tagħha mal-Istati Membri, mal-assoċjazzjonijiet tan-negozju u mas-setturi biex tifhem aħjar għaliex il-preferenzi tariffarji mhumiex jintużaw bis-sħiħ.

Tendenzi fl-importazzjonijiet tal-merkanzija

91 % tal-importazzjonijiet kollha mill-65 sieħeb preferenzjali huma prodotti industrijali; dawn żdiedu bi 2 % fl-2019. L-ewwel tliet kategoriji kienu l-makkinarju u l-apparati (+3 %), il-kimiki (+16 %) u l-prodotti minerali (-7 %). L-importazzjonijiet agroalimentari żdiedu bi 8,3 %. L-ogħla importazzjonijiet kienu l-frott u l-ġewż li jittieklu (+3,9 %), il-preparati tal-kawkaw (+6,5 %), il-kafe u t-te (-0,2 %) u ċ-ċereali (+22,9 %) 13 .

Merkanzija industrijali u agroalimentari

Il-kummerċ fi prodotti industrijali mal-65 sieħeb ra tkabbir ta’ 3 %, filwaqt li l-kummerċ agroalimentari żdied bi 8,5 %. Il-kummerċ tal-UE fil-prodotti industrijali kellu surplus ta’ EUR 106,6 biljun, żieda ta’ EUR 11,8 biljun meta mqabbel mal-2018. Il-kummerċ agroalimentari tal-UE kellu surplus ta’ EUR 6,4 biljun, żieda ta’ EUR 651 miljun meta mqabbel mal-2018.

Tendenzi fil-kummerċ fis-servizzi

Għall-kummerċ fis-servizzi l-aħħar ċifri huma dawk għall-2018. Il-kummerċ fis-servizzi mal-65 sieħeb koperti minn dan ir-rapport żdied b’1,7 % fl-2018, aktar bil-mod mill-kummerċ totali tal-UE fis-servizzi (+2,3 %), filwaqt li pproduċa surplus kummerċjali ta’ EUR 80 biljun, żieda ta’ 11,5 % meta mqabbel mal-2017. Ħafna mill-ftehimiet konklużi qabel il-Komunikazzjoni tal-2007 dwar l-Ewropa Globali 14 ma fihomx dixxiplini ambizzjużi dwar is-servizzi – pereżempju, il-ftehim kummerċjali tal-UE mat-tieni l-aktar sieħeb kummerċjali importanti tagħha għas-servizzi, l-Iżvizzera. Il-kummerċ fis-servizzi mas-sħab preferenzjali koperti minn dan ir-rapport li ħadu impenji fis-servizzi 15 żdied bi 3,3 % fl-2018, u għalhekk b’mod aktar qawwi mill-kummerċ totali fis-servizzi tal-UE. Il-kummerċ fis-servizzi żdied notevolment aktar ma’ sħab preferenzjali ta’ ftehimiet kummerċjali aktar reċenti (+7,6 %) milli ma’ sħab preċedenti (+0,8 %).

3. ĦARSA ĠENERALI LEJN IS-SEJBIET EWLENIN GĦAL KULL REĠJUN

3.1 L-ASJA

Fl-2019, l-UE applikat ftehimiet kummerċjali preferenzjali ma’ tliet ekonomiji Asjatiċi: il-Korea t’Isfel, il-Ġappun u Singapore. 16 Dawn il-ftehimiet jgħinu lill-kumpaniji tal-UE jibqgħu kompetittivi fid-dawl ta’ ftehimiet kummerċjali konklużi reċentement fost pajjiżi terzi bħall-Ftehim Komprensiv u Progressiv għas-Sħubija Trans-Paċifika 17   li għalih huma partijiet kemm il-Ġappun kif ukoll Singapore. Dawn jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tal-istandards internazzjonali, li huma s-sinsla tal-impenji mhux relatati mat-tariffi fit-tliet ftehimiet. B’mod partikolari, l-aktar ftehimiet reċenti ma’ Singapore, membru tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tal-Asja tax-Xlokk (ASEAN), u mal-Ġappun jirrappreżentaw pivots importanti għar-reġjun kollu, li minnhom, in-negozju tal-UE jista’ jespandi l-operazzjonijiet f’pajjiżi ġirien. Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles (FTA) bejn l-UE u l-Korea t’Isfel ġie applikat għal tmien snin u, skont l-evalwazzjoni ex-post 18 tiegħu ppubblikata f’Marzu 2019, irriżulta fi qligħ kemm għall-ekonomija tal-UE (+EUR 4,4 biljun) kif ukoll għall-ekonomija Sud Koreana (+EUR 4,9 biljun) minkejja perjodu ta’ wara l-kriżi finanzjarja diffiċli, bi tnaqqis fid-domanda u fil-kummerċ internazzjonali.

3.1.1 Il-Korea t’Isfel

Fl-2019, it-tkabbir ekonomiku fil-Korea t’Isfel baqa’ kajman hekk kif it-tnaqqis fir-ritmu globali u t-tensjonijiet kummerċjali żammew lura l-esportazzjonijiet, filwaqt li inċertezza kbira kienet ta’ piż fuq l-investiment. It-tnaqqis fl-esportazzjonijiet industrijali tal-UE lejn il-Korea t’Isfel b’1,3 % jista’ jiġi spjegat sa ċertu punt minn domanda domestika dgħajfa minħabba t-tnaqqis fir-ritmu taċ-ċiklu tas-semikondutturi u t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, fost oħrajn. Il-kummerċ fis-servizzi kompla jespandi bi 3,6 % fl-2018 meta mqabbel mal-2017, b’mod aktar qawwi mill-kummerċ tal-UE mal-bqija tad-dinja. L-FTA bejn l-UE u l-Korea t’Isfel stimula wkoll it-tkabbir fl-FDI bejn iż-żewġ sħab. L-aħħar data disponibbli turi li fl-2018 l-istokk tal-FDI tal-UE fil-Korea t’Isfel żdied b’4 % biex laħaq EUR 46 biljun filwaqt li l-istokk tal-FDI Sud Korean fl-UE żdied b’1 % għal EUR 25 biljun.

Progress fl-implimentazzjoni fl-2019

- Il-Korea t’Isfel ippermettiet l-esportazzjoni taċ-ċanga mid-Danimarka u n-Netherlands;

- Il-Grupp ta’ Ħidma tal-GIs bejn l-UE u l-Korea t’Isfel iffaċilita t-triq lejn l-estensjoni tal-lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (GI) protetta mill-ftehim.

Kwistjonijiet pendenti

- 10 Stati Membri għadhom qegħdin jistennew li jesportaw iċ-ċanga lejn il-Korea t’Isfel; Il-Korea t’Isfel ma taċċettax il-prinċipju ta’ reġjonalizzazzjoni għall-mard tal-annimali, li huwa rilevanti għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet kummerċjali prevedibbli u stabbli għall-prodotti tal-laħam u tat-tjur.

- Għad jeħtieġ li l-Korea t’Isfel tistabbilixxi sistema ta’ rimunerazzjoni effettiva għad-drittijiet ta’ prestazzjoni pubblika.

- L-UE segwiet il-każ tagħha kontra l-Korea t’Isfel skont il-kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp sostenibbli tal-ftehim, minħabba n-nuqqas ta’ konformità tal-Korea mal-impenji tagħha li tirratifika l-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO u li tipproteġi d-drittijiet tax-xogħol. F’Lulju, l-UE talbet bord ta’ esperti, li ġie stabbilit f’Diċembru 19 . 

3.1.2 Il-Ġappun

L-2019 kienet l-ewwel sena kalendarja sħiħa li fiha ġie applikat il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun. 20 Il-Ġappun huwa s-seba’ l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE, u jammonta għal 3 % tal-kummerċ estern tagħha.

Fl-2019, il-kummerċ fil-merkanzija bejn il-partijiet żdied b’5,8 %. L-esportazzjonijiet tradizzjonali tal-UE lejn il-Ġappun, bħall-farmaċewtiċi, it-tagħmir tat-trasport u l-makkinarju bbenefikaw minn tkabbir kostanti. Il-kategoriji tal-prodotti li jibbenefikaw minn tnaqqis tariffarju raw tkabbir ogħla, inklużi t-tessuti, il-ħwejjeġ u ż-żraben, li żdiedu b’medja ta’ madwar 10 %.

Il-Ġappun kien it-tieni l-akbar destinazzjoni fost is-sħab preferenzjali koperti minn dan ir-rapport għall-esportazzjonijiet agroalimentari tal-UE, li kibru b’16 % fl-2019. Għalhekk, il-ftehim qiegħed jibda jirrealizza l-potenzjal kbir tiegħu għaż-żieda fl-esportazzjonijiet tal-UE ta’ ħafna prodotti, bħall-majjal, iċ-ċanga, il-ġobon, il-prodotti agrikoli pproċessati u l-inbid. Kisba notevoli waħda hija l-approvazzjoni u r-rikonoxximent gradwali mill-Ġappun tal-prattiki enoloġiċi tal-UE.

Inbejjed tal-frott Ġermaniżi, rebbieħa fil-pajjiż ta’ tlugħ ix-xemx

Il-produttur Ġermaniż tal-inbejjed tal-frott Katlenburger Winery, kumpanija b’90 impjegat stabbilita fl-1925, tilqa’ l-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun. Huwa neħħa t-tariffa fuq il-prodotti ta’ Katlenberger, li kienet ta’ 33 ċenteżmu tal-euro għal kull litru, u dan għen lill-kumpanija tikkompeti f’suq dejjem aktar sensittiv għall-prezzijiet.

“In-negozji żgħar b’mod partikolari jiddependu fuq l-esportazzjonijiet minħabba li s-suq domestiku qiegħed isir aktar ta’ sfida u ddominat minn ditti akbar b’baġits ta’ reklamar kbar.”

Klaus Demuth, CEO, Katlenburger Kellerei GmbH & co. KG

Fl-2019, aktar minn nofs il-merkanzija kollha tal-UE eliġibbli għall-preferenzi tariffarji skont il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun fil-fatt ibbenefikaw minn preferenzi tariffarji (53 %). Il-biċċa l-kbira tal-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE gawdew il-preferenzi tariffarji (medja ta’ 86 %), b’rati partikolarment għoljin għal-laħmijiet (99 %) u l-inbid (93 %). Ir-rati għall-merkanzija industrijali, minħabba katini tal-provvista kumplessi u marġini ta’ preferenza relattivament iżgħar, kienu ferm aktar baxxi kemm għall-Ġappun kif ukoll għall-UE, jiġifieri madwar 35 %, bħala medja. Pereżempju, l-esportazzjonijiet tal-kimiki u t-tessuti tal-UE setgħu jiffrankaw EUR 115-il miljun u EUR 92 miljun addizzjonali, rispettivament. L-użu preferenzjali tipikament jiżdied matul is-snin hekk kif in-negozji spiss jeħtieġu xi żmien biex jaġġustaw għall-kundizzjonijiet il-ġodda tal-kummerċ – pereżempju billi jirrieżaminaw il-ktajjen tal-provvista u l-mekkaniżmi tal-kontabbiltà interni. Biex tqajjem sensibilizzazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea intensifikat ukoll il-kooperazzjoni mal-Istati Membri u n-negozji, u involviet ruħha f’impriżi konġunti mal-Ġappun, b’mod partikolari f’azzjonijiet ta’ informazzjoni miċ-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun 21 . 

Progress fl-implimentazzjoni fl-2019

- Il-Ġappun qabel li japplika proċedura doganali ssimplifikata għat-talbiet u l-kisbiet ta’ preferenzi tariffarji, u b’hekk indirizza d-diffikultajiet inizjali li jesperjenzaw in-negozji 22 . 

- Il-Ġappun tejjeb il-proċeduri ta’ ġestjoni tal-kwoti għall-importazzjoni ta’ ċerti merkanziji agrikoli u merkanziji agrikoli pproċessati biex jagħmel l-użu tal-kwoti aktar faċli.

- Il-Ġappun ħa passi konkreti biex iħejji għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, inkluż billi stabbilixxa grupp konsultattiv domestiku. Il-Ġappun għad irid jirratifika żewġ konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO dwar in-nondiskriminazzjoni u x-xogħol furzat.

3.1.3 Singapore (it-tħejjijiet għad-dħul fis-seħħ)

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Singapore ilu fis-seħħ mill-21 ta’ Novembru 2019. Dan huwa mistenni li jkun ta’ benefiċċju għall-esportazzjonijiet u l-investituri tal-UE, inkluż għal aktar minn 10 000 kumpanija tal-UE stabbiliti f’Singapore. Singapore huwa l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fl-Asja tax-Xlokk, u jammonta għal terz tal-kummerċ tal-UE mar-reġjun u għal aktar minn żewġ terzi tal-istokk ta’ investiment dirett barrani tal-UE fir-reġjun.

Fl-2019, il-Kummissjoni Ewropea tat spinta lit-tħejjijiet għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim permezz ta’ komunikazzjoni lill-partijiet ikkonċernati fuq iż-żewġ naħat u diġà tejbet ir-rwol ta’ monitoraġġ tagħha fil-konfront tal-awtoritajiet Singaporjani fil-fażi ta’ qabel l-implimentazzjoni. Fost il-kisbiet bikrija kien hemm ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni f’Singapore tal-ismijiet ta’ 138 Indikazzjoni Ġeografika tal-UE skont il-liġi Singaporjana.

3.2 Il-KONTINENT AMERIKAN

3.2.1 Il-Kanada

Il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada ilu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-21 ta’ Settembru 2017, bl-eċċezzjoni ta’ ftit dispożizzjonijiet, b’mod partikolari dawk relatati mas-sistema ta’ qorti tal-investiment. Fl-2019, sar pass importanti ’l quddiem fl-implimentazzjoni futura tas-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment (ICS) 23 : f’Ottubru, il-Kummissjoni Ewropea adottat erba’ proposti 24 li se jgħinu biex jiġu żgurati l-istandards etiċi u ta’ integrità tal-aġġudikaturi u l-funzjoni ta’ appell effettiva tas-sistema. Din se tkun l-ewwel funzjoni ta’ appell li għandha ssir operazzjonali fi ftehimiet ta’ investiment internazzjonali.

Matul it-tieni sena ta’ applikazzjoni proviżorja tas-CETA, il-Kummissjoni Ewropea għamlet aktar progress fl-implimentazzjoni effettiva tal-ftehim, u bniet fuq l-20 Kumitat u Djalogu stabbiliti fl-2018. Il-Kummissjoni Ewropea qajmet xi ostakli kummerċjali, l-aktar dwar l-esportazzjonijiet agrikoli. B’mod parallel, il-Kummissjoni Ewropea kompliet tintensifika u tarrikkixxi l-aġenda ta’ kooperazzjoni tagħha mal-Kanada dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni (bħall-SMEs, il-ġeneru u t-tibdil fil-klima) f’livell bilaterali u multilaterali.

Progress fl-implimentazzjoni fl-2019

- Kwoti tariffarji għall-ġobon: kompliet il-ħidma mal-Kanada biex tiġi rieżaminata l-Kwota Tariffarja (TRQ) tas-CETA, sabiex jittejjeb il-funzjonament tagħha. Il-Kanada issa hija r-raba’ l-akbar suq tal-UE għall-esportazzjoni tal-ġobon skont il-valur.

- Prattiki diskriminatorji fis-settur tal-inbejjed u l-ispirti 25 : dawn ġew diskussi fil-Kumitat għall-Inbejjed u l-Ispirti. Sar xi progress hekk kif il-British Columbia neħħiet ir-regolamenti li kienu jippermettu biss il-bejgħ tal-inbid tal-British Columbia fil-ħwienet tal-merċa. Madankollu, għad hemm xi ostakli fi provinċji oħra.

- Tariffi għall-Ispejjeż tas-Servizzi: bħala riżultat tal-awditjar imwettaq f’Ontario u fi Quebec fuq talba min-naħa tal-UE, it-tariffi għall-Ispejjeż tas-Servizzi applikati fuq il-prodotti tal-inbejjed u tal-ispirti tal-UE f’dawn il-provinċji għandhom jonqsu. Dawn it-tariffi jirrigwardaw id-differenzi fl-ispejjeż imġarrba mill-provinċji fit-trattament tal-prodotti importati u domestiċi.

Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada f’oqsma ta’ interess komuni

- Tibdil fil-klima: wara konferenza f’Jannar biex jiġi diskuss kif l-aħjar li jintuża s-CETA biex jintlaħqu l-impenji tal-UE u tal-Kanada skont il-Ftehim ta’ Pariġi, f’Novembru saret sessjoni ta’ ħidma għall-kumpaniji ta’ teknoloġija nadifa tal-UE u tal-Kanada, li laqqgħet flimkien l-SMEs attivi f’setturi bħall-enerġija solari, l-iskart, l-effiċjenza enerġetika, u l-qbid u ħżin tad-diossidu tal-karbonju.

- Kooperazzjoni Regolatorja: l-UE u l-Kanada bdew jiskambjaw informazzjoni dwar it-twissijiet ta’ sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur u dwar il-qafas regolatorju rivedut tal-Kanada għat-trasport ta’ annimali ħajjin, li daħal fis-seħħ fi Frar 2020. Il-Kanada qablet li twaqqaf l-ittestjar doppju għas-sunscreens tal-UE importati lejn il-Kanada.

Il-bżar Franċiż iħawwar il-kċina Kanadiża

Maritxu u Eric Amestoy ilhom ikabbru l-bżar aħmar fir-razzett żgħir tagħhom fil-Pajjiż Bask għal 10 snin u ilhom jesportaw il-“piment d’Espelette” tagħhom lejn il-Kanada mill-2016. Dawn iddiversifikaw il-produzzjoni tagħhom biex jinkludu l-ħxejjex u l-bajd. Ir-razzett ma juża l-ebda prodott kimiku.

Is-CETA naqqas it-tariffi, issimplifika l-proċeduri amministrattivi u saħħaħ il-protezzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika (GI) għall-“piment d’Espelette”. B’riżultat ta’ dan, id-domanda kibret u l-produzzjoni ta’ Amestoy żdiedet minn 30 għal 200 kg.

Kummerċ bilaterali – tendenzi fl-2019

Iffaċilitat mis-CETA, il-kummerċ bilaterali fil-merkanzija u s-servizzi kompla jikber, u laħaq EUR 92 biljun, żieda ta’ 24,5 % meta mqabbel mal-kummerċ ta’ qabel is-CETA, li kellu medja ta’ EUR 73,9 biljun fl-2015-2017. Fost il-prodotti industrijali, il-makkinarju u l-farmaċewtiċi rreġistraw l-ogħla tkabbir fl-esportazzjonijiet tal-UE meta mqabbel mal-2018, żieda ta’ 15 % u 18 %, rispettivament.

Ir-rata tal-użu preferenzjali fuq l-esportazzjonijiet tal-merkanzija tal-UE lejn il-Kanada għall-EU27 żdiedet minn 38 % fl-2018 għal 48 %. Ir-rata tal-użu preferenzjali globali jew il-PUR għadha affettwata mill-użu preferenzjali baxx fuq l-esportazzjonijiet tal-karozzi u tal-parts tal-karozzi tal-UE (26 %), li jikkostitwixxu 39 % tal-esportazzjonijiet eliġibbli tal-EU27 lejn il-Kanada. Il-Kummissjoni Ewropea ħadmet b’mod proattiv ma’ assoċjazzjonijiet tal-industrija settorjali, kumpaniji interessati u esperti biex tifhem aħjar ir-raġunijiet. L-industrija, speċjalment l-industrija tal-karozzi, spjegat li l-ftehim kien għadu relattivament ġdid u l-kumpaniji kellhom bżonn ta’ aktar żmien biex jistabbilixxu l-proċessi u s-sistemi tal-IT biex jiksbu d-data meħtieġa mill-fornituri. L-industrija tal-karozzi kkonfermat ukoll li kellha l-ħsieb li titlob il-preferenzi tariffarji retroattivament, minħabba li s-CETA ppermetta dan għal massimu ta’ tliet snin. B’mod ġenerali, l-industrija enfasizzat il-ħtieġa li tissaħħaħ aktar il-komunikazzjoni mal-kumpaniji tal-UE dwar il-benefiċċji tas-CETA u kif dawn jintużaw. Sabiex tagħmel l-użu tal-preferenzi aktar faċli, fl-2019 il-Kummissjoni Ewropea kompliet tipprovdi gwida speċjalizzata, billi ppubblikat gwida dwar ir-Regoli tal-Oriġini fis-CETA f’Settembru 2019 26 u skeda informattiva dwar it-tessuti u l-ħwejjeġ, disponibbli f’diversi lingwi tal-UE 27 .

3.2.2 Il-pajjiżi sħab tal-Amerika Latina

L-UE għandha erba’ ftehimiet kummerċjali ma’ 11-il pajjiż fl-Amerika Latina: il-Messiku, iċ-Ċili, is-sħab Andini l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, u s-sitt sħab tal-Amerika Ċentrali (il-Costa Rica, El Salvador, il-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama). Ladarba l-ftehim mal-Mercosur ikun fis-seħħ, l-UE se jkollha relazzjonijiet kummerċjali preferenzjali mal-pajjiżi kważi kollha tal-Amerika Latina, għajr il-Bolivja u l-Venezwela – aktar minn kwalunkwe reġjun ieħor, u fuq l-istess livell tal-EFTA. Il-ftehim mal-Messiku pereżempju jmur lura għall-bidu tas-snin 2000 u ġie mmodernizzat sabiex jiżdied il-kummerċ, tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-SMEs u jiddaħħlu dixxiplini ġodda bħal dwar is-servizzi (diġitali, marittimi, finanzjarji, eċċ.), l-enerġija jew l-investiment li se jżidu l-opportunitajiet għan-negozji tal-UE u jkunu ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, filwaqt li l-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli jistabbilixxu impenji dwar ix-xogħol u l-ambjent, inkluż dwar il-Ftehim ta’ Pariġi u l-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO. Għaddejja modernizzazzjoni simili maċ-Ċili.

Għas-sħab tal-Amerika Latina, it-tneħħija tat-tariffi tal-UE fuq il-biċċa l-kbira tal-prodotti tgħinhom jiddiversifikaw l-esportazzjonijiet tagħhom u jintegraw ruħhom aħjar fil-katini tal-valur u fl-ekonomija globali. Għall-kumpaniji tal-UE, il-ftehimiet iġibu opportunitajiet ġodda fis-swieq emerġenti b’potenzjal ta’ tkabbir għoli, kif ukoll aċċess għal materja prima kritika u inputs għall-industrija u l-agrikoltura.

Ir-rwol tal-UE fl-Amerika Latina jibqa’ b’saħħtu: l-UE hija l-akbar sors ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp u ta’ Investiment Dirett Barrani fl-Amerika Latina u hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali wara l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Filwaqt li l-Istati Uniti żammew il-pożizzjoni fit-tul tagħhom bħala l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Amerika Latina, iċ-Ċina qabżet l-UE bħala t-tieni l-akbar sieħeb f’dawn l-aħħar snin. Ix-xejriet ivarjaw, bil-Messiku u l-Amerika Ċentrali li huma l-aktar marbutin mill-qrib mal-ekonomija tal-Istati Uniti, u bil-pajjiżi Andini rikki fil-minerali li jsaħħu l-kummerċ maċ-Ċina, filwaqt li ċ-Ċina u l-UE huma l-aktar sħab importanti għall-pajjiżi tal-Mercosur.

Kummerċ bilaterali: Tendenzi fl-2019

Il-ftehimiet kummerċjali tal-UE, maż-żmien, għenu biex jikkonsolidaw il-pożizzjoni tal-UE bħala investitur u sieħeb kummerċjali fir-reġjun. Il-ftehimiet għenu wkoll biex tiġi miġġielda l-erożjoni tal-preferenzi tariffarji li rriżultaw minn ftehimiet kummerċjali li s-sħab tal-Amerika Latina kkonkludew ma’ pajjiżi bħall-Istati Uniti jew iċ-Ċina.

Il-kummerċ bejn l-UE u s-sħab kummerċjali Latino-Amerikani attwali tagħha flimkien mal-Mercosur ammonta għal EUR 192 biljun, b’surplus ta’ EUR 22 biljun għall-UE. L-esportazzjonijiet tal-merkanzija tal-UE lejn il-11-il pajjiż tal-Amerika Latina li magħhom għandha ftehimiet kummerċjali żdiedu bi 12 %, minn ftit anqas minn EUR 59 biljun fl-2015 għal EUR 66 biljun. L-UE żammet sehem mis-suq fl-importazzjonijiet ta’ dawn il-pajjiżi ta’ madwar 12 %, filwaqt li dak tal-Istati Uniti naqas kemxejn minn 42,5 għal 40,3% u dak taċ-Ċina kien ukoll stabbli fil-livell ta’ madwar 19 % 28 .

Il-ftehimiet kummerċjali jistgħu jiftħu swieq ġodda għall-prodotti agroalimentari tal-UE. F’dawn l-aħħar għaxar snin, l-esportazzjonijiet tal-prodotti agrikoli tal-UE lejn il-pajjiżi tal-Amerika Latina bi ftehimiet kummerċjali mal-UE żdiedu b’aktar mid-doppju. Dan huwa l-aktar minħabba t-tneħħija jew it-tnaqqis tat-tariffi skont il-ftehimiet kummerċjali, li ta’ spiss kienu f’livelli relattivament għoljin għall-prodotti agrikoli.

Il-banana għadha l-komodità ewlenija esportata lejn l-UE mill-Amerika Ċentrali u mill-komunità Andina u l-esportazzjonijiet kienu soġġetti għal mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni, li skada fl-aħħar ta’ Diċembru 2019. Skont dan il-mekkaniżmu, meta jiġi ssodisfat il-volum ta’ skattar annwali tal-importazzjonijiet għal kull pajjiż kif stabbilit fil-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea teżamina l-impatt ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni tas-suq tal-Unjoni għall-banana u tieħu deċiżjoni biex jew tissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali jew tiddetermina li din is-sospensjoni mhijiex xierqa. Fl-2019, l-importazzjonijiet annwali totali ta’ banana friska mill-pajjiżi tal-Amerika Latina u Ċentrali soġġetti għall-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni tal-banana ammontaw għal 72,9 % tal-livell ta’ skattar kumulat. Fost il-pajjiżi sħab ikkonċernati, il-Perù, in-Nikaragwa u l-Gwatemala biss qabżu l-volumi ta’ skattar tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet li sospensjoni temporanja ma kinitx xierqa, minħabba li s-sehem tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi fl-importazzjonijiet globali tal-banana kien żgħir ħafna fil-mument li nqabżu l-limiti rispettivi.

Fl-2019, fuq talba tas-sħab Andini u tal-Amerika Ċentrali, saru diskussjonijiet, ibbażati fuq dispożizzjonijiet fil-Ftehimiet rispettivi, biex tiġi eżaminata aktar liberalizzazzjoni tariffarja għall-banana. Wara li tqiesu l-fatturi rilevanti kollha, inkluża l-istabbiltà tas-suq tal-UE, ġie konkluż li jenħtieġ li t-tariffi għall-banana friska mill-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali u l-Kolombja/l-Ekwador/il-Perù jinżammu fil-livell attwali tagħhom ta’ EUR 75 għal kull tunnellata.

Progress fl-implimentazzjoni fl-2019

Eżempji ta’ progress fil-kummerċ u fl-iżvilupp sostenibbli

- Grazzi għal programm ta’ appoġġ ġdid iffinanzjat mill-UE, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili mill-UE u mill-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù ltaqgħu f’Bogotá, il-Kolombja, filwaqt li r-rappreżentanti mill-UE u mis-sitt pajjiżi tal-Amerika Ċentrali ltaqgħu f’Antigua, il-Gwatemala.

- Tnieda programm dwar l-imġiba responsabbli fin-negozju fl-Amerika Latina ffinanzjat mill-UE, implimentat fi sħubija mal-OECD 29 , mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol 30 u mal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem 31 .

Avvanz fi kwistjonijiet ta’ aċċess għas-suq fl-2019

- L-Ekwador neħħa d-dazji addizzjonali (“bolol fiskali”) fuq ix-xarbiet alkoħoliċi importati, u b’hekk ippermetta li x-xorb alkoħoliku tal-UE jikkompeti fuq l-istess livell max-xorb lokali.

- Il-Messiku reħa r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tal-lanġas mill-Belġju u tal-frott tal-kiwi mill-Italja, u awtorizza l-importazzjoni tal-majjal min-Netherlands.

- L-UE bdiet tilwima tad-WTO kontra l-miżuri tal-anti-dumping tal-Kolombja rigward patata ffriżata mill-Belġju, mill-Ġermanja u min-Netherlands 32 . 

Il-ftehimiet kummerċjali tal-UE jgħinu biex jinħolqu sħubijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina, kemm jekk għall-multilateraliżmu kif ukoll jekk għall-għanijiet ta’ sostenibbiltà, bħalma jagħmlu l-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni usa’ li l-UE kkonkludiet mal-pajjiżi tal-Amerika Latina. Il-pajjiżi tal-Amerika Latina kienu u għadhom jaqdu rwol importanti fid-WTO: aktar minn terz tal-pajjiżi li jappoġġaw l-Arranġament Proviżorju ta’ Arbitraġġ tal-Appell bejn Bosta Partijiet tad-WTO jinsabu fir-reġjun. L-UE u l-pajjiżi Andini u l-Amerika Ċentrali ddiskutew ukoll il-kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali skont il-Ftehim ta’ Pariġi, minkejja li l-ftehimiet kummerċjali saru qabel dawn tal-aħħar.

3.3 IL-PAJJIŻI ĠIRIEN TAL-UE

3.3.1 Is-sħab tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani

Iż-Żoni ta’ Kummerċ Ħieles konklużi skont il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni usa’ mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani (il-“ftehimiet kummerċjali”) daħlu fis-seħħ kmieni fl-2000. L-UE u t-tmien pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu, l-Iżrael, il-Palestina 33 , il-Marokk u t-Tuneżija huma tradizzjonalment sħab qrib ħafna marbutin permezz ta’ rabtiet storiċi u kulturali u tal-prossimità ġeografika. L-UE hija l-akbar sieħeb kummerċjali għall-pajjiżi kollha għajr għall-Ġordan u l-Palestina, u għar-reġjun kollu kemm hu. Permezz tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), l-UE toffri lil dawn il-ġirien relazzjoni privileġġata, li tibni fuq impenn reċiproku għal valuri komuni – id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq u l-iżvilupp sostenibbli.

Il-biċċa l-kbira tal-merkanzija industrijali bejn l-UE u dawn is-sħab issa qed jiġu nnegozjati mingħajr dazju 34 . L-Eġittu ffinalizza l-proċess ta’ żarmar sħiħ tat-tariffi fuq il-merkanzija industrijali fl-1 ta’ Jannar 2019 billi neħħa d-dazji fuq l-esportazzjonijiet tal-karozzi tal-UE. F’Jannar, il-Kummissjoni Ewropea nediet evalwazzjoni ex-post ta’ sitta mill-ftehimiet kummerċjali. Ir-rapport interim 35 ġie ppubblikat f’April 2020. Sejbiet preliminari juru li t-tneħħija tad-dazji doganali ġabet benefiċċji ekonomiċi għall-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani.  Ir-rapport finali huwa mistenni għal Diċembru 2020.

Minħabba li l-ftehimiet kummerċjali eżistenti jiffukaw fuq il-kummerċ tal-merkanzija, għadd ta’ negozjati bilaterali għadhom għaddejjin jew qegħdin jingħataw bidu fir-reġjun, b’mod partikolari mat-Tuneżija u l-Marokk, biex japprofondixxu l-impenji u biex jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni għal oqsma oħra, bħall-agrikoltura, is-servizzi, l-investiment, ir-regoli kummerċjali, il-konverġenza regolatorja, u l-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

Kummerċ bilaterali: Tendenzi fl-2019

Għalkemm ir-reġjun jirrappreżenta biss 4 % tal-kummerċ estern tal-UE, dan huwa suq importanti ħafna għall-esportazzjonijiet tal-UE, b’opportunitajiet speċjalment għall-SMEs f’xi setturi tradizzjonali, bħat-tessuti u ċ-ċeramika. Ir-reġjun jibqa’ wkoll sors importanti għall-importazzjonijiet, speċjalment fis-setturi tal-enerġija u dak agroalimentari.

Fl-2019, il-kummerċ bejn l-UE u r-reġjun ammonta għal madwar EUR 150 biljun f’merkanzija industrijali u fi EUR 15-il biljun f’merkanzija agrikola. Il-kummerċ naqas kemxejn minn sena għal sena b’0,17 % jew b’EUR 248 miljun. Bejn l-2018 u l-2019, l-esportazzjonijiet tal-UE lejn ir-reġjun naqsu bi 0,38 %, minn EUR 100 biljun għal EUR 99 biljun, l-aktar minħabba miżuri restrittivi kummerċjali imposti minn xi pajjiżi. Il-Marokk, Iżrael u l-Alġerija baqgħu l-akbar sħab kummerċjali tal-UE fir-reġjun.

Fl-2019, il-Marokk kien is-suq ewlieni għall-esportazzjonijiet tal-UE fir-reġjun, segwit minn Iżrael u mill-Eġittu.

Meta wieħed iħares lejn il-kummerċ skont is-settur, 90 % tal-kummerċ tal-UE mar-reġjun huwa fil-merkanzija industrijali (is-settur tal-enerġija u l-merkanzija mmanifatturata), bl-esportazzjonijiet jonqsu b’0,5% u bl-importazzjonijiet jistaġnaw. B’kuntrast ma’ dan, il-kummerċ agroalimentari żdied b’6,2 % – 6,4 % għall-esportazzjonijiet tal-UE jew EUR 623 miljun u 6 % għall-importazzjonijiet. Dan juri li hemm potenzjal mhux użat għal aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ agrikolu, speċjalment għat-Tuneżija u l-Alġerija 36 . L-Alġerija u Iżrael kienu l-akbar destinazzjonijiet agroalimentari tal-UE fir-reġjun. L-esportazzjonijiet ewlenin tal-UE kienu l-qamħ u ċereali oħra, ikel tat-trabi u annimali ħajjin.

Skont l-Indiċi Doing Business 2020 tal-Bank Dinji, il-klima kummerċjali għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran tjiebet fl-2019, b’mod partikolari għall-Ġordan, li kien fost l-aqwa 10 minn dawk li kellhom titjib 37 . Fl-2018, l-UE baqgħet l-akbar investitur f’ħafna minn dawn il-pajjiżi, hekk kif tirrappreżenta aktar minn nofs l-FDI fil-Marokk 38 u 85 % fit-Tuneżija 39 . Fl-Eġittu, l-UE hija t-tieni l-akbar investitur barrani b’21 % tal-FDI wara r-Renju Unit (39 %), li jaqbeż il-USD 15-il biljun (madwar EUR 12,7 biljun), bis-6 339 kumpanija attivi hemmhekk jipprovdu aktar minn 192 000 impjieg 40 . Fil-Marokk, is-settur tal-karozzi ġġenera aktar minn 85 000 impjieg dirett fl-2014-2018, u b’hekk it-total tas-settur kien ta’ 163 000 sal-2018. Xi pajjiżi, b’mod partikolari Iżrael, huma sors importanti ta’ FDI fl-UE.

Progress fl-implimentazzjoni fl-2019:

- L-Eġittu, bħala riżultat tad-djalogu msaħħaħ fil-livell politiku u tekniku, neħħa r-rekwiżit tal-kontrolli veterinarji ta’ annimali ħajjin fl-UE, maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-pajjiż; L-Eġittu aċċetta wkoll l-istandards tal-UE għall-biċċa l-kbira tar-rekwiżiti għall-patata taż-żrigħ, u għamel l-importazzjoni tal-formula tat-trabi aktar faċli.

- It-Tuneżija, wara l-interventi tal-UE fid-WTO u b’mod bilaterali, neħħiet il-liċenzjar għall-importazzjoni mhux awtomatiku fuq varjetà wiesgħa ta’ prodotti li jaffettwaw biċċa kbira mill-kummerċ bilaterali mal-UE; Dawn il-miżuri kienu inkompatibbli kemm mal-ftehim bilaterali kif ukoll mar-regoli tad-WTO.

Kwistjonijiet pendenti ewlenin - eżempji

- L-Alġerija żammet il-projbizzjoni tagħha fuq l-importazzjoni ta’ vetturi (mill-2015) u mediċini li għalihom jeżisti ekwivalenti prodott lokalment. It-tariffi li għandhom effett ekwivalenti għad-dazji doganali jibqgħu fis-seħħ fuq aktar minn 900 prodott, filwaqt li fuq 129 linja tariffarja oħra, hija timponi dazji doganali ogħla minn dawk permessi skont il-ftehim ta’ kummerċ ħieles.

- L-Eġittu żamm u estenda l-iskema ta’ reġistrazzjoni u l-ispezzjonijiet qabel it-tagħbija tiegħu għal 25 kategorija ta’ merkanzija mmanifatturata (fis-seħħ mill-2016). Madankollu, il-ħolqien ta’ Kumitat ta’ Reġistrazzjoni speċjali fil-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Eġittu f’April 2019 kien pass ’il quddiem minħabba li ppermetta l-avvanz tar-reġistrazzjoni ta’ xi esportaturi tal-UE.

Kuntatti frekwenti fil-livell tekniku iżda wkoll fil-livell ministerjali matul dawn l-aħħar għaxar snin u nofs għenu biex tinħoloq sħubija aktar mill-qrib bejn l-UE u s-sħab tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani tagħha fil-livell multilaterali. Bħala eżempju, l-UE qiegħda tgħin lill-Alġerija u lil-Libanu fl-applikazzjonijiet tagħhom biex jissieħbu mad-WTO, u qiegħda tappoġġa t-talba tal-Palestina għal status ta’ osservatur fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO u fil-korpi sussidjarji tagħha.

3.3.2 Il-Georgia, il-Moldova, l-Ukrajna

Iż-Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi (DCFTAs) applikati bejn l-UE u l-Georgia u l-Moldova mill-2016 u l-Ukrajna mill-2017 jagħmlu parti mill-qafas ta’ Sħubija tal-Lvant usa’, inizjattiva ta’ politika konġunta mibdija fl-2009 biex tapprofondixxi u ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u s-sitt ġirien tal-Lvant tagħhom 41 . Id-DCFTAs huma għodod essenzjali mhux biss għall-aċċess reċiproku għas-suq, iżda wkoll biex isegwu aġenda ta’ valuri, biex isaħħu d-demokrazija u l-istrutturi istituzzjonali trasparenti u indipendenti, u biex jgħinu lill-pajjiżi sħab jittrasformaw l-ekonomiji tagħhom u jinvolvu ruħhom aktar fil-kummerċ internazzjonali. Id-DCFTAs għandhom żewġ elementi ewlenin: il-liberalizzazzjoni kummerċjali u l-approssimazzjoni regolatorja.

Il-liberalizzazzjoni kummerċjali (il-komponent tal-“kummerċ ħieles” tad-DCFTAs) tfisser it-tneħħija tat-tariffi u t-tnaqqis tal-ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ fil-merkanzija, fis-servizzi u fl-investiment, u b’hekk iż-żieda tal-aċċess fis-suq għall-prodotti u s-servizzi għaż-żewġ naħat. Il-partijiet għal kull wieħed mill-ftehimiet jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-kummerċ. Għat-tliet pajjiżi tad-DCFTA, l-UE hija l-akbar sieħeb kummerċjali. Il-kummerċ totali mal-pajjiżi tad-DCFTA b’mod ġenerali żdied kemxejn minn sena għal sena, u laħaq EU 50,6 biljun fl-2019. Il-kummerċ bilaterali bejn l-UE u l-Ukrajna żdied b’rata stabbli fiż-żewġ direzzjonijiet u laħaq it-EUR 43,3 biljun fl-2019. L-Ukrajna hija wkoll ir-raba’ l-akbar esportatur ta’ merkanzija agrikola lejn l-UE. Fl-2019, il-kummerċ globali bejn l-UE u l-Georgia naqas bi 3 % fuq bażi annwali, u ammonta għal EUR 2,6 biljun u l-kummerċ totali bejn l-UE u l-Moldova żdied bi 3,9 % meta mqabbel mal-2018, biex laħaq kemxejn aktar minn EUR 4,7 biljun.

L-approssimazzjoni regolatorja hija l-komponent “approfondit u komprensiv” tad-DCFTAs. Il-pajjiżi sħab tal-UE jimpenjaw ruħhom li japprossimaw il-leġiżlazzjoni tagħhom mal-leġiżlazzjoni tal-UE (l-“acquis”) f’għadd ta’ oqsma ta’ politika relatati mal-kummerċ, bħall-kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji, l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tekniċi (it-tnaqqis fl-ostakli tekniċi għall-kummerċ), l-akkwist pubbliku, is-servizzi u l-proċeduri doganali. Il-liġijiet rilevanti tal-UE huma elenkati fl-annessi tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni/DCFTAs, li jiġu aġġornati regolarment. Il-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-proċess, u tqis l-iżvilupp tal-acquis tal-UE fl-oqsma koperti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni/DCFTA.

Progress fl-approssimazzjoni regolatorja fl-2019 – eżempji

- L-Ukrajna adottat strateġija Sanitarja u Fitosanitarja, li fiha aktar minn 240 liġi tal-UE li bħalissa qegħdin jiġu implimentati mill-Ukrajna, u għall-ewwel darba jinkludu standards għall-benessri tal-annimali. L-UE qiegħda tipprovdi appoġġ kemm uman kif ukoll finanzjarju lill-Ukrajna permezz ta’ dan. Il-Georgia u l-Moldova impenjaw ruħhom ukoll li jġibu l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom konformi ma’ dik tal-UE.

- L-UE u l-Moldova qablu li jwessgħu xi wħud mill-konċessjonijiet tariffarji tagħhom, b’din tal-aħħar iżżid il-kwoti tariffarji oriġinarjament miftiehma skont il-mekkaniżmu ta’ rieżami previst fid-DCFTA. Dan se joħloq opportunitajiet ta’ esportazzjoni addizzjonali għall-bdiewa u l-produtturi lokali.

- Il-Georgia għamlet progress tajjeb fir-riformi tax-xogħol: fl-2019 ġew adottati emendi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tax-xogħol (il-Kodiċi tax-Xogħol u l-Liġi dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol), li jqarrbuha lejn il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO u l-istandards tal-UE, inkluż fir-rigward tal-ispezzjonijiet tax-xogħol.

3.3.3 Il-Balkani tal-Punent

L-UE kkonkludiet Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) ma' kull wieħed mis-sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent: l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo. Il-Balkani tal-Punent kollha għandhom perspettiva Ewropea ċara, affermata mill-ġdid l-aktar reċentement fis-Summit tal-Balkani tal-Punent tas-6 ta’ Mejju 2020. Dan huwa rifless fil-kontenut u fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSA, li għandhom elementi li jmorru lil hinn minn ftehimiet kummerċjali preferenzjali oħra minħabba li dawn jipprevedu l-allinjament tal-leġiżlazzjoni mal-acquis tal-UE. L-FSA jipprovdu wkoll għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha. Madankollu, dawn ma fihomx ċerti elementi oħra li jinsabu fil-ftehimiet kummerċjali preferenzjali aktar reċenti tal-UE, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

Matul dawn l-aħħar 10 snin, l-FSA iffaċilitaw il-kummerċ bejn l-UE u r-reġjun, u b’hekk ikkontribwixxew għal żieda bi kważi 130 %, hekk kif dan laħaq il-EUR 55 biljun fl-2019, żieda ta’ 3,8 % meta mqabbel mal-2018. L-aktar prodotti nnegozjati huma l-makkinarju, il-metalli komuni, il-minerali u l-prodotti kimiċi. Fl-2019, l-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Balkani tal-Punent żdiedu b’4,4 %, u dan irriżulta f’surplus kummerċjali għall-UE ta’ EUR 8,9 biljun. L-importazzjonijiet mill-Balkani tal-Punent żdiedu bi 3 %.

Għalkemm is-sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent flimkien jirrappreżentaw biss 1,4 % tal-kummerċ totali tal-UE, l-implimentazzjoni effettiva tal-FSA hija mezz importanti ferm biex ikun hemm aktar integrazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi ġirien fis-suq tal-UE, tittejjeb il-klima kummerċjali u ta’ investiment u jiġu promossi l-istandards tal-UE. Għal kull wieħed mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-UE hija s-sieħeb kummerċjali ewlieni, u tirrappreżenta kważi 70 % tal-kummerċ totali tar-reġjun.

3.3.4. L-Iżvizzera

Fl-2019, il-kummerċ bilaterali totali fil-merkanzija mal-Iżvizzera laħaq aktar minn EUR 257 biljun, u b’hekk l-Iżvizzera saret ir-raba’ l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE b’mod ġenerali, u l-akbar pajjiż sieħeb kummerċjali tal-UE skont ftehimiet kummerċjali preferenzjali. Meta mqabbla mal-2018, il-flussi kummerċjali bilaterali żdiedu b’9 % u l-UE żammet surplus kummerċjali ta’ madwar EUR 36 biljun.

 

B’valur tal-kummerċ fis-servizzi ta’ aktar minn EUR 170 biljun fl-2018, l-Iżvizzera hija t-tielet l-aktar sieħeb kummerċjali importanti tal-UE għas-servizzi. L-UE għandha surplus ta’ EUR 39,5 biljun.

Minħabba l-livell għoli ħafna ta’ integrazzjoni bejn l-UE u l-Iżvizzera, din tal-aħħar hija wkoll sieħeb importanti ħafna f’termini ta’ investiment. Fl-2018, l-istokks Żvizzeri tal-Investiment Dirett Barrani fl-UE laħqu s-EUR 750 biljun, żieda ta’ 58 % mill-2014, filwaqt li l-istokks tal-FDI tal-UE fl-Iżvizzera laħqu aktar minn triljun euro, żieda ta’ 40 % mill-2014. L-Iżvizzera tieħu madwar 12 % tat-total tal-FDI tal-EU27.

B’valur tal-kummerċ fis-servizzi ta’ aktar minn EUR 170 biljun fl-2018, l-Iżvizzera hija t-tielet l-aktar sieħeb kummerċjali importanti tal-UE għas-servizzi. L-UE għandha surplus ta’ EUR 39,5 biljun.

Minħabba l-livell għoli ħafna ta’ integrazzjoni bejn l-UE u l-Iżvizzera, din tal-aħħar hija wkoll sieħeb importanti ħafna f’termini ta’ investiment. Fl-2018, l-istokks Żvizzeri tal-Investiment Dirett Barrani fl-UE laħqu s-EUR 750 biljun, żieda ta’ 58 % mill-2014, filwaqt li l-istokks tal-FDI tal-UE fl-Iżvizzera laħqu aktar minn triljun euro, żieda ta’ 40 % mill-2014. L-Iżvizzera tieħu madwar 12 % tat-total tal-FDI tal-EU27.

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-UE mal-Iżvizzera huwa l-itwal wieħed u għandu kamp ta’ applikazzjoni limitat 42 , dixxiplini aktar baxxi u ma għandux mekkaniżmu effettiv għas-soluzzjoni tat-tilwim meta mqabbel mal-ftehimiet kummerċjali moderni tal-UE, li wħud minnhom ġew konklużi ma’ sħab aktar imbiegħda ta’ anqas rilevanza ekonomika. Madankollu, minkejja li l-kummerċ qiegħed jiffjorixxi, fl-2019 l-Iżvizzera ma setgħetx tagħmel aktar progress fl-adozzjoni tal-Ftehim Qafas Istituzzjonali (IFA) nnegozjat. L-IFA twitti t-triq għal aktar modernizzazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Iżvizzera, minħabba li tintroduċi soluzzjoni tat-tilwim indipendenti, ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi, li se jkunu ta’ benefiċċju għall-operaturi tas-suq tal-UE u tal-Iżvizzera fis-suq intern. L-IFA se tfisser ukoll aktar aċċess għas-suq f’oqsma ġodda (eż. l-elettriku) u l-istabbiliment ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll impenn mill-partijiet biex jimmodernizzaw il-ftehim dwar il-kummerċ ħieles tal-1972 u ftehimiet oħra relatati mal-kummerċ.

3.3.5 In-Norveġja

Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u n-Norveġja jsiru kemm taħt iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) kif ukoll skont il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bilaterali tal-1973. Għalkemm għadu fis-seħħ, il-ftehim kummerċjali bilaterali fil-prattika ġie ssostitwit f’ħafna aspetti mill-Ftehim dwar iż-ŻEE, u dan jippermetti l-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni.

Fl-2019, il-kummerċ bilaterali totali fil-merkanzija bejn l-UE u n-Norveġja kien jammonta għal EUR 106 biljun, tnaqqis ta’ 5 % meta mqabbel mal-2018, li rriżulta prinċipalment mit-tnaqqis ta’ 16,5 % fl-importazzjonijiet taż-żejt minerali min-Norveġja. B’mod ġenerali, l-esportazzjonijiet totali tan-Norveġja lejn l-EU-27 naqsu bi 11 % filwaqt li l-esportazzjonijiet tal-EU-27 lejn in-Norveġja żdiedu bi 3 %. It-tnaqqis fl-esportazzjonijiet tan-Norveġja lejn l-UE u l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fissru li n-Norveġja ma baqgħetx aktar is-sitt l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE iżda saret it-tmien wieħed.

Il-kummerċ fil-merkanzija agrikola bejn l-UE u n-Norveġja laħaq kważi l-EUR 5 biljun, b’surplus ċar għall-UE, li tesporta tmien darbiet aktar il-valur tal-merkanzija agrikola li timporta min-Norveġja. Kemm l-importazzjonijiet kif ukoll l-esportazzjonijiet żdiedu b’rata stabbli mill-2009.

Ir-rieżami tar-reġim kummerċjali għall-prodotti agrikoli pproċessati jibqa’ kwistjoni miftuħa. Dan tqajjem fil-kumitat konġunt fl-2019 fi sforz biex jiġu indirizzati t-tariffi doganali għoljin li jxekklu l-esportazzjonijiet tal-UE ta’ xi prodotti agrikoli pproċessati lejn in-Norveġja. L-UE kompliet ukoll tinsisti li jitkomplew in-negozjati dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

In-Norveġja hija t-tmien l-akbar pajjiż sieħeb kummerċjali tal-UE għas-servizzi. Mill-EUR 40 biljun ta’ kummerċ bejniethom fl-2018, l-esportazzjonijiet tan-Norveġja kienu EUR 14-il biljun u dawk tal-UE kienu EUR 26 biljun, b’surplus għall-UE, pożizzjoni li baqgħet stabbli matul dawn l-aħħar ħames snin.

3.3.6. It-Turkija

It-Turkija hija l-eqdem u t-tieni l-akbar pajjiż sieħeb kummerċjali preferenzjali tal-UE u s-sitt l-akbar sieħeb kummerċjali tagħha b’mod ġenerali. L-ekonomija Torka rkuprat aktar malajr milli kien mistenni mill-kriżi tal-munita li bdiet fis-sajf tal-2018 iżda baqgħet f’riċessjoni għal ħafna mill-2019 u t-tkabbir tal-PDG kien dgħajjef, fil-livell ta’ 0,9 %. Minħabba d-deprezzament tal-lira Torka, it-Turkija naqqset b’mod sinifikanti d-defiċit kummerċjali globali tagħha. Il-kummerċ fil-merkanzija mal-UE mexa għal defiċit ta’ EUR 1,5 biljun favur it-Turkija, wara surpluses fit-tul tal-UE, fejn l-esportazzjonijiet tal-UE lejn it-Turkija naqsu b’1,3 % għal EUR 68,3 biljun filwaqt li l-importazzjonijiet mit-Turkija żdiedu b’4,4 % għal EUR 69,8 biljun.

Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u t-Turkija huma rregolati mill-Unjoni Doganali tal-1995 għall-merkanzija industrijali u għal ċerti prodotti agrikoli pproċessati, flimkien ma’ żewġ ftehimiet kummerċjali preferenzjali bilaterali li jkopru l-prodotti agrikoli u dawk tal-faħam u tal-azzar, rispettivament. 82 % tal-kummerċ tal-UE mat-Turkija jinsab fil-merkanzija industrijali. Fil-biċċa l-kbira minħabba dawn il-ftehimiet kummerċjali u b’mod partikolari l-Unjoni Doganali, il-kummerċ bilaterali żdied b’aktar minn erba’ darbiet minn nofs is-snin disgħin. Sabiex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kummerċ preferenzjali bilaterali u tiġi mmodernizzata l-Unjoni Doganali, fil-21 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea adottat Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mat-Turkija. Madankollu, bħalissa ġew sospiżi d-diskussjonijiet wara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 u tat-18 ta’ Ġunju 2019.

Fl-2019, it-Turkija żammet ostakli kummerċjali bi ksur tal-ftehim tal-Unjoni Doganali, b’mod partikolari billi kompliet – u billi wessgħet – id-devjazzjoni fit-tul tagħha mit-Tariffa Doganali Komuni, permezz tal-impożizzjoni ta’ dazji addizzjonali fuq prodotti li joriġinaw barra mill-UE jew tas-sħab kummerċjali preferenzjali tat-Turkija. Minħabba dawn id-dazji, it-Turkija teħtieġ informazzjoni u dokumenti, bħall-prova tal-oriġini, għal kuntrarju tal-prinċipju taċ-ċirkolazzjoni libera stabbilit mill-Unjoni Doganali. Fl-2019, it-Turkija naqset ukoll milli tiftaħ il-kwota tariffarja tagħha fuq iċ-ċanga.

Il-Kummissjoni Ewropea qajmet dawn il-kwistjonijiet fil-laqgħat annwali tal-Kumitat Konġunt kif ukoll fi skambji bilaterali frekwenti. Il-Kummissjoni kompliet ukoll titlob l-implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fil-konfront tal-Istati Membri kollha, inkluż ir-Repubblika ta’ Ċipru. Fit-2 ta’ April 2019, l-UE bdiet proċedimenti tad-WTO kontra l-miżuri tat-Turkija għal-lokalizzazzjoni furzata tal-manifattura tal-farmaċewtiċi. 43  

3.4    IL-PAJJIŻI AFRIKANI, TAL-KARIBEW U TAL-PAĊIFIKU

Għal aktar minn għaxar snin, il-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) kienu fost l-ekonomiji li kibru l-aktar malajr fid-dinja. Il-kummerċ bejn l-UE u l-Afrika Sub-Saħarjana, b’mod partikolari, irdoppja matul dawn l-aħħar għaxar snin u l-investimenti tal-kumpaniji Ewropej fl-Afrika jammontaw għal EUR 200 biljun b’potenzjal enormi għall-espansjoni. L-UE tibqa’ l-akbar sieħeb kummerċjali u ta’ investiment għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi AKP, speċjalment għal dawk li jimplimentaw Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) mal-UE.

Fl-2019, 31 pajjiż AKP kienu qegħdin jimplimentaw FSEs mal-UE: 14 fl-Afrika Sub-Saħarjana, 14 fil-Karibew u tlieta fil-Paċifiku 44 . L-FSEs huma ftehimiet kummerċjali orjentati lejn l-iżvilupp, li skonthom l-UE tipprovdi aċċess mingħajr dazju u kwoti għas-suq tagħha 45 , filwaqt li l-pajjiżi sħab jilliberalizzaw tal-anqas 80 % tal-importazzjonijiet tagħhom fuq perjodu ta’ 10 snin sa 20 sena. L-FSEs jinkludu wkoll salvagwardji speċjali biex jiżguraw il-protezzjoni tas-sigurtà tal-ikel, tal-industriji li għadhom fil-bidu jew tal-objettivi ambjentali u soċjali. B’mod importanti, l-UE tipprovdi għajnuna sinifikanti għall-iżvilupp biex jissaħħu l-kapaċitajiet fil-politika kummerċjali u biex il-produzzjoni lokali ssir aktar kompetittiva.

L-implimentazzjoni tal-FSEs qabdet ritmu normali, minkejja sfidi bħall-kapaċità limitata tal-awtoritajiet pubbliċi, klima kummerċjali dgħajfa u għarfien u kapaċità limitati tal-kumpaniji biex jagħmlu użu mill-Ftehimiet. Filwaqt li stima ġenerali għadha prematura, hemm tendenza pożittiva fir-rigward tat-tkabbir tal-esportazzjoni u d-diversifikazzjoni. Fl-2019, l-UE u ħames pajjiżi 46 mill-FSE tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (ESA) nedew negozjati biex iżidu r-regoli dwar il-kummerċ fis-servizzi, l-investiment, l-akkwist pubbliku, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, u, b’mod importanti, il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

Progress fl-implimentazzjoni fl-2019 – eżempji

- L-UE u l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) kellhom l-ewwel Kunsill Konġunt fil-livell ministerjali tagħhom u stabbilixxew regoli proċedurali għall-operazzjoni sħiħa tal-ftehim.

- Il-Ghana u l-Kosta tal-Avorju adottaw leġiżlazzjoni domestika biex jimplimentaw bis-sħiħ l-impenji tagħhom u wettqu l-ewwel diskussjonijiet mal-UE dwar aspetti ta’ sostenibbiltà fil-katina tal-valur tal-kawkaw.

- L-UE u l-Kamerun ħadmu flimkien mill-qrib biex jevalwaw l-effetti ta’ tliet snin ta’ tnaqqis tariffarju u biex ifasslu miżuri ta’ akkumpanjament.

- L-UE u l-pajjiżi tal-CARIFORUM kellhom Forum Kummerċjali fi Frankfurt f’Settembru 2019 u intensifikaw ukoll id-djalogu dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Kummerċ bilaterali: Tendenzi fl-2019

L-importazzjonijiet tal-UE mill-31 pajjiż sieħeb tal-FSE żdiedu b’4,6 % fl-2019. Pereżempju, l-Eswatini, Fiġi, il-Kamerun, l-Afrika t’Isfel u r-Repubblika Dominicana esperjenzaw rati ta’ tkabbir b’żewġ ċifri fl-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE. L-esportazzjonijiet agroalimentari tal-CARIFORUM lejn l-UE żdiedu bi 11 % fl-2019, immotivati minn esportazzjonijiet qawwija ta’ ross, birra, sigarri, frott tropikali u rum. Filwaqt li dawn l-importazzjonijiet jibqgħu dipendenti mir-riżorsi, id-diversifikazzjoni qiegħda tikber għal xi pajjiżi. Pereżempju, l-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel huma diversi, iddominati minn vetturi, makkinarju u frott, kif ukoll minn prodotti minerali. Kemm Mauritius kif ukoll ir-Repubblika Dominicana reċentement bdew jesportaw tagħmir mediku u tal-laboratorju. Il-pajjiżi tal-CARIFORUM qegħdin ukoll jiddiversifikaw l-esportazzjonijiet tagħhom.

L-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-pajjiżi tal-FSE żdiedu b’5 %, immotivati minn esportazzjonijiet aktar qawwija lejn l-Afrika t’Isfel u, sa ċertu punt, lejn il-Mauritius u l-Fiġi. L-esportaturi tal-UE qegħdin jagħmlu dejjem aktar użu mill-preferenzi mogħtija skont l-FSEs, b’mod partikolari mill-Afrika t’Isfel, l-akbar ekonomija fost il-pajjiżi tal-FSE.

L-UE qiegħda taħdem biex issolvi t-tilwim kummerċjali. F’Ġunju, hija bdiet proċedura formali ta’ evitar u soluzzjoni tat-tilwim kontra l-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar tal-Afrika (SACU) biex tindirizza miżuri ta’ salvagwardja imposti fl-2018 fuq prodotti tat-tjur tal-UE, u dan wassal għal konsultazzjonijiet formali f’Settembru 2019 fejn, sfortunatament, il-partijiet ma setgħux jirrikonċiljaw id-differenzi tagħhom. 47  

Asparagu abjad min-Namibja 

L-Agrofabbrika Spanjola għall-Asparagu fir-reġjun ta’ Omusati fin-Namibja tesporta asparagu abjad lejn swieq lokali u internazzjonali, b’mod partikolari lejn Spanja u pajjiżi oħra tal-UE. Hija timpjega 600 persuna, l-aktar nisa mill-komunitajiet lokali. It-tnaqqis tariffarju skont l-FSE tal-SADC kien kruċjali għan-negozju. It-teknoloġija mill-aktar avvanzata biex jitnaqqas il-konsum tal-ilma tgħin biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà.

“Bis-saħħa tal-FSE tal-SADC, aħna nistgħu nimportaw merkanzija u inputs kapitali mingħajr dazju fin-Namibja, u nassiguraw aċċess fit-tul għas-suq tal-UE. L-impatt ta’ dan il-proġett fuq il-komunità lokali huwa sinifikanti ħafna.”

Carlos Lertxundi Aretxaga, Maniġer Ġenerali, il-Proġett għall-Ipproċessar Agroalimentari tal-Asparagu li jirrappreżenta lil Otjimbele Agriculture PTY

4. KUMMERĊ U ŻVILUPP SOSTENIBBLI

Objettivi u sfidi

Il-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandhom l-għan li jimmassimizzaw l-ingranaġġ taż-żieda fil-kummerċ u l-investiment biex jinkiseb progress dwar kwistjonijiet ewlenin, bħall-promozzjoni ta’ xogħol deċenti u l-protezzjoni ambjentali jew il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Id-dispożizzjonijiet fil-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli jippromwovu l-konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u mal-ftehimiet ambjentali multilaterali.

L-implimentazzjoni tal-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandha sfidi speċifiċi. Pereżempju, għad hemm lakuni fir-rigward tar-ratifika universali u fl-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, inkluż fost is-sħab kummerċjali tal-UE. Il-konformità mal-impenji dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli spiss tinvolvi l-indirizzar ta’ kwistjonijiet domestiċi fit-tul u b’għeruq fondi u ta’ prijoritajiet ta’ politika differenti. Dan jitlob perspettiva fit-tul dwar l-implimentazzjoni, appoġġata mill-infurzar u mill-involviment attiv tas-soċjetà ċivili u tan-negozji. Għalhekk, il-ħidma ta’ implimentazzjoni tiffoka wkoll fuq il-bini ta’ pjattaformi għall-kooperazzjoni u fuq inizjattivi konġunti dwar kwistjonijiet li jvarjaw minn rimunerazzjoni ġusta u impjiegi f’ambjent sikur u tajjeb għas-saħħa għall-promozzjoni ta’ teknoloġiji li jirrispettaw il-klima.



L-introduzzjoni tal-pjan ta’ azzjoni ta’ 15-il punt tal-Kummissjoni Ewropea 48  

L-introduzzjoni tal-pjan ta’ azzjoni ta’ 15-il punt 49 ta’ Frar 2018 qiegħda tiffaċilita approċċ aktar sistematiku u strutturat għall-implimentazzjoni tal-impenji dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. Billi tibni fuq il-lezzjonijiet mill-fażi tan-negozjati u minn esperjenzi ta’ implimentazzjoni preċedenti, il-Kummissjoni Ewropea ilha timplimenta sett ta’ azzjonijiet immirati konsistenti mal-prijoritajiet speċifiċi ddefiniti għal kull sieħeb kummerċjali.

L-azzjonijiet ikkoordinati u ta’ appoġġ reċiproku mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew u mill-ILO qabel l-implimentazzjoni ħadmu tajjeb, pereżempju fil-Vjetnam.

Progress fl-implimentazzjoni tal-impenji dwar il-kummerċ u dwar ix-xogħol – l-eżempju tal-Vjetnam

- Il-Vjetnam irratifika l-Konvenzjoni 98 tal-ILO dwar in-negozjar kollettiv f’Ġunju 2019 u adotta Kodiċi tax-Xogħol rivedut f’Novembru 2019, biex b’hekk nieda riforma estensiva tal-liġijiet dwar ix-xogħol.

- Il-Vjetnam ikkonferma skeda konkreta għar-ratifika taż-żewġ Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO li fadal dwar ix-xogħol furzat u l-libertà ta’ assoċjazzjoni (sal-2020 u l-2023 rispettivament).

- Il-Vjetnam irrapporta dwar passi biex jinqered it-tħaddim tat-tfal. Ir-riżultati preliminari tal-aktar stħarriġ nazzjonali reċenti huma promettenti, u juru tnaqqis fit-tħaddim tat-tfal ta’ aktar minn 40 % mill-aħħar stħarriġ fl-2012.

Il-pjan ta’ azzjoni ta’ 15-il punt irawwem ukoll sħubijiet aktar mill-qrib bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-korpi internazzjonali bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), li wrew li huma kruċjali għall-monitoraġġ bir-reqqa tal-progress.

Eżempji ta’ azzjonijiet komplementari bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri

- In-Netherlands adottaw Att dwar id-Diliġenza Dovuta dwar it-Tħaddim tat-Tfal 50 li japplika għall-kumpaniji kollha bbażati fil-pajjiż. Biex l-Att japplika fil-prattika, qiegħda tiġi żviluppata leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni aktar dettaljata. B’mod parallel, in-Netherlands evalwaw 51 il-ftehimiet volontarji speċifiċi għas-settur dwar l-inizjattivi ta’ diliġenza dovuta.

- Il-Bord Nazzjonali għall-Kummerċ tal-Iżvezja ppubblika manwal biex jgħin fl-istadji bikrin tal-implimentazzjoni tal-miżuri dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli fl-Ekwador.

Eżempji ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-ILO fuq l-assistenza teknika

- Il-Kummissjoni Ewropea u l-ILO appoġġaw ir-riformi tax-xogħol fil-Vjetnam u kkontribwixxew għat-tisħiħ tal-ispezzjoni tax-xogħol fiż-żoni rurali tal-Kolombja.

- Il-Kummissjoni Ewropea appoġġat l-azzjonijiet tal-ILO f’El Salvador u fil-Gwatemala biex tittejjeb il-konformità mal-istandards internazzjonali tax-xogħol.

L-għoti tas-setgħa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-UE u lis-sħab kummerċjali tagħha huwa pilastru ieħor tal-pjan ta’ azzjoni ta’ 15-il punt. Fl-2019, il-Kummissjoni Ewropea kompliet tipprovdi assistenza lill-Gruppi Konsultattivi Domestiċi (DAGs) maħluqa biex jimmonitorjaw il-ftehimiet. L-għan huwa li jinħolqu l-kundizzjonijiet biex il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess ta’ implimentazzjoni tkun aktar effiċjenti. Taħt l-Istrument ta’ Sħubija, il-Kummissjoni Ewropea kompliet tipprovdi fondi lill-membri tad-DAG biex jipparteċipaw f’laqgħat mal-kontropartijiet u ma’ rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili, inklużi s-sħab soċjali. Il-proġett, li beda fl-2018, sponsorja wkoll l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma għall-bini tal-kapaċitajiet biex jiżdied l-għarfien espert tal-membri tad-DAG, b’mod partikolari biex jidentifikaw u jiżviluppaw il-prijoritajiet ta’ implimentazzjoni tagħhom stess.

Il-Kummissjoni Ewropea kompliet ukoll toħloq kundizzjonijiet biex in-negozji jaqdu rwol aktar attiv fl-iżgurar li l-kummerċ u s-sostenibbiltà jimxu id f’id billi ppromwoviet prattiki kummerċjali responsabbli . It-tnedija f’Jannar 2019 ta’ proġett ta’ assistenza teknika ġdid għall-Amerika Latina ppermettiet lill-Kummissjoni Ewropea tippromwovi azzjonijiet konkreti u tiżgura l-adeżjoni mill-gvernijiet u mill-partijiet ikkonċernati, filwaqt li tibni fuq l-għarfien espert rikonoxxut u l-esperjenza fit-tul tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), tal-OECD u tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR).

Fl-2019, il-Kummissjoni Ewropea kompliet il-politika ta’ infurzar assertiv tagħha biex tindirizza l-isfidi fl-implimentazzjoni tal-impenji dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. Il-konsultazzjonijiet tal-gvern u l-proċedimenti tal-bord fil-każ bilaterali li l-Kummissjoni Ewropea bdiet kontra l-Korea t’Isfel huwa proprju wieħed minn dawn il-każijiet. Mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Korea t’Isfel fl-2012, l-UE qajmet b’mod konsistenti n-nuqqas ta’ implimentazzjoni min-naħa tal-Korea tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar ix-xogħol. Billi dawn l-interventi ma kinux ta’ suċċess, f’Diċembru 2018, il-Kummissjoni Ewropea talbet konsultazzjonijiet mal-gvern, li saru f’Jannar 2019 u, f’Lulju tal-istess sena, l-UE talbet li jiġi stabbilit bord ta’ esperti 52 . Mal-Perù, fl-2019 il-Kummissjoni Ewropea tejbet l-impenn bilaterali fil-livell tekniku u politiku dwar l-implimentazzjoni tal-impenji dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. Fil-laqgħa ta’ Ottubru tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp sostenibbli, il-Perù rrapporta dwar l-avvanzi li saru fuq diversi fronti biex jiġi indirizzat it-tħassib sostantiv tal-UE 53 .

5. KUMMERĊ AGROALIMENTARI SKONT IL-FTEHIMIET KUMMERĊJALI TAL-UE 54

Il-kummerċ agroalimentari mas-sħab preferenzjali qiegħed jiżdied

Fl-2019, il-kummerċ agroalimentari tal-UE mas-sħab preferenzjali żdied, kemm f’termini assoluti (il-valur tal-prodotti nnegozjati) kif ukoll f’termini relattivi meta mqabbel mal-kummerċ agroalimentari globali tal-UE. Il-kummerċ agroalimentari tal-UE ma’ pajjiżi sħab kummerċjali preferenzjali ammonta għal madwar 35 % tal-kummerċ agroalimentari tal-UE ma’ pajjiżi terzi – 30 % u 40 % tat-total tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet agroalimentari tal-UE, rispettivament. Dan is-sehem ilu jiżdied matul dawn l-aħħar 10 snin.

Fl-2019, it-tliet l-aqwa swieq tal-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet agroalimentari tal-UE fost is-sħab kummerċjali preferenzjali kienu l-Iżvizzera, il-Ġappun u n-Norveġja, li flimkien jirrappreżentaw madwar 11 % tal-esportazzjonijiet agroalimentari. Il-Kanada kienet fir-raba’ post . Madwar 19 % tal-esportazzjonijiet tal-UE kienu preparazzjonijiet tal-ikel, bħaċ-ċikkulata, il-formula tat-trabi u l-għaġin, u 12 % kienu nbid, vermut, ċidru u ħall. 

Ħops Bohem għall-birer premium

Il-kumpanija Ċeka BOHEMIA HOP hija kumpanija żgħira proprjetà ta’ kultivaturi tal-ħops Ċeki. B’10 impjegati, hija tesporta l-ħops Bohem tradizzjonali lejn diversi pajjiżi barra mill-UE. Skont il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun, issa tista’ tesporta l-prodotti tagħha lejn il-Ġappun mingħajr dazju.

“Il-birreriji Ġappuniżi huma konsumaturi tradizzjonali għall-ħops Ċek u fir-rigward tal-kummerċ aħna nixtiequ soluzzjonijiet sempliċi.”

Zdenek Rosa, President, Bohemia Hop

Fl-2019, it-tliet l-aqwa pajjiżi għall-importazzjonijiet agroalimentari tal-UE minn pajjiżi sħab kummerċjali preferenzjali kienu l-Ukrajna (ċereali, minbarra l-qamħ u r-ross, u żjut veġetali, minbarra ż-żjut tal-palm u taż-żebbuġa), l-Iżvizzera (kafé u te inkaljat, u preparazzjonijiet tal-ikel) u t-Turkija (frott tropikali, ġewż u ħwawar, u preparazzjonijiet ta’ ħxejjex u frott). Flimkien, dawn kienu jammontaw għal 13 % tal-importazzjonijiet agroalimentari totali tal-UE.

Tendenzi u żviluppi fil-flussi kummerċjali agroalimentari

Fl-2019, l-esportazzjonijiet ta’ prodotti agroalimentari tal-UE skont ftehimiet preferenzjali żdiedu bi 8,7 % (+EUR 4,4 biljun), meta mqabbla mal-esportazzjonijiet agroalimentari globali lejn il-bqija tad-dinja, li żdiedu b’7,6 %.

L-importazzjonijiet ta’ prodotti agroalimentari tal-UE skont ftehimiet preferenzjali kibru b’rata simili għall-esportazzjonijiet (8,3 %), meta mqabbla ma’ tkabbir fl-importazzjonijiet agroalimentari mill-bqija tad-dinja ta’ 2,3 % biss. Il-bilanċ kummerċjali agroalimentari skont il-ftehimiet preferenzjali baqa’ ta’ +EUR 6,4 biljun. L-importazzjonijiet minn sħab preferenzjali jibqgħu ta’ importanza strateġika għas-settur agroalimentari tal-UE, u jipprovdu l-provvisti meħtieġa ta’ prodotti mhux imkabbra fl-UE għal raġunijiet klimatiċi (frott tropikali, kawkaw, kafè u xarbiet oħra) u l-inputs tal-prodotti, fejn l-UE hija anqas kompetittiva jew ma tipproduċix biżżejjed biex tissodisfa d-domanda tal-UE (żrieragħ taż-żejt, xaħmijiet/żjut tal-annimali jew veġetali).

Il-kummerċ ħieles jippromwovi l-prodotti naturali

Il-kumpanija bbażata f’Hamburg Worlée NaturProdukte GmbH hija parti mill-Grupp Worlée, negozju ta’ daqs medju mmexxi minn familja li jimpjega madwar 200 persuna. Il-ftehim kummerċjali tal-UE maċ-Ċili naqqas id-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta’ wardiet Skoċċiżi miċ-Ċili għal żero, u ffranka lil Worlée madwar EUR 24 000 fis-sena.

“Il-kummerċ ħieles jippermettilna ngħaddu materja prima ta’ kwalità għolja lill-klijenti tagħna bi prezzijiet kompetittivi. Aktar ma nimportaw prodott irħis, aktar nistgħu nkunu kompetittivi fis-suq.”

Reinhold von Eben-Worlée, President tal-Grupp Worlée

Il-ftehimiet kummerċjali tal-UE jqisu s-sensitivitajiet tas-settur agrikolu tal-UE. Il-prodotti sensittivi, bħaċ-ċanga, it-tjur jew iz-zokkor, jew jiġu esklużi mill-kummerċ preferenzjali jew jingħataw aċċess preferenzjali permezz ta’ kwoti tariffarji kkalibrati bir-reqqa ta’ volumi limitati. Il-ftehimiet kummerċjali tal-UE joħolqu wkoll opportunitajiet ġodda ta’ esportazzjoni għal uħud minn dawn il-prodotti sensittivi esportati mill-UE. Eżempju notevoli huwa ċ-ċanga. L-esportazzjonijiet taċ-ċanga u tal-bhejjem ħajjin tal-UE lil sħab kummerċjali preferenzjali żdiedu b’aktar minn 30 % (minn EUR 406 miljun għal EUR 529 miljun) matul dawn l-aħħar ħames snin, minkejja tnaqqis żgħir fl-2019.

Indikazzjonijiet ġeografiċi (GIs)

Il-ftehimiet kummerċjali tal-UE jagħtu attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. Fl-2019, ħames GIs tal-ikel ġodda tal-UE (Piave, Pancetta piacentina, Salame piacentino, Coppa piacentina u Vinagre de Jerez) ingħataw protezzjoni fil-Kanada permezz ta’ proċedura ta’ applikazzjoni diretta għar-reġistrazzjoni ta’ GI stabbilita skont il-ftehim kummerċjali tal-UE mal-Kanada, is-CETA. Mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun fl-1 ta’ Frar 2019, 211-il GI ġew protetti fil-Ġappun. 

Il-protezzjoni tal-GIs fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE qiegħda ssir aktar importanti minħabba li s-sehem tal-GIs protetti fl-esportazzjonijiet tal-UE qiegħed jiżdied. Fl-2019, studju tal-Kummissjoni Ewropea 55 wera li, bejn l-2010 u l-2017, is-sehem tal-prodotti tal-GI u tal-STG (Speċjalità Tradizzjonali Garantita 56 ) fl-esportazzjonijiet tal-UE lejn pajjiżi terzi skont il-valur żdied b’56 %, li jirrappreżenta EUR 17-il biljun għall-EU28 fl-2017 u 23 % tal-bejgħ totali tal-prodotti tal-GI/STG tal-UE. L-inbejjed baqgħu l-aktar kategorija ta’ prodotti importanti f’termini ta’ kummerċ barra mill-UE (50 %) u ta’ kummerċ tal-GI/STG, segwiti mill-ispirti (39 %) u prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel oħra (10 %). L-akbar żewġ kategoriji ta’ prodotti agroalimentari tal-GI esportati lejn pajjiżi mhux tal-UE kienu l-ġobon u l-prodotti tal-laħam.

Promozzjoni tal-prodotti agroalimentari tal-UE

Fil-kuntest tal-ftehimiet kummerċjali, il-programmi jsiru fil-pajjiżi sħab biex jiġu promossi l-prodotti agroalimentari. Minbarra l-Missjoni ta’ Livell Għoli għall-Ġappun (Mejju 2019), immexxija mill-Kummissarju tal-UE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali ta’ dak iż-żmien, Phil Hogan, l-UE pparteċipat fil-fiera agroalimentari prinċipali bejn in-negozji fl-Asja (Foodex Japan), b’kabina tal-UE ddedikata għall-awtentiċità, is-sikurezza u l-kwalità tal-prodotti tal-UE. Fl-istess ħin, ġie organizzat seminar dwar l-opportunitajiet fil-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-UE u l-Ġappun għan-negozji agroalimentari Ewropej u Ġappuniżi u ċ-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali bejn l-UE u l-Ġappun ħoloq Helpdesk tal-FSE biex jindirizza mistoqsijiet mill-SMEs, li ħafna minnhom jinsabu fis-setturi agroalimentari. Ġew imnedija wkoll attivitajiet promozzjonali fil-Messiku u f’Singapore, fost l-oħrajn.

Monitoraġġ tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji

Il-ftehimiet kummerċjali jappoġġaw l-iskambji u l-kooperazzjoni bejn is-sħab, b’mod partikolari permezz ta’ kuntatti regolari bejn l-esperti fil-miżuri sanitarji u fitosanitarji. Dan jista’ jgħin biex jiġu indirizzati l-ostakli kummerċjali potenzjali u eżistenti.

Progress fl-aċċess għas-suq għall-prodotti agroalimentari tal-UE fl-2019

- Il-Kanada fetħet is-suq tagħha għat-tadam minn Stat Membru ieħor tal-UE u għall-pjanti għat-tħawwil.

- Iċ-Ċilì fetaħ is-swieq tal-ħalib u taċ-ċanga tiegħu għal erba’ Stati Membri oħra 57  

- Il-Korea t’Isfel fetħet is-suq taċ-ċanga tagħha għal żewġ Stati Membri oħra.

- L-Afrika t’Isfel neħħiet il-projbizzjonijiet għall-pajjiż kollu minħabba t-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur għal tnejn minn sitt Stati Membri, filwaqt li żammet il-projbizzjonijiet fis-seħħ għal erbgħa oħra.

Benessri tal-annimali

L-UE ilha mill-2002 tqis b’mod konsistenti li jenħtieġ li l-benessri tal-annimali jkun parti mill-objettivi segwiti fil-ftehimiet bilaterali tal-UE billi jiġu żviluppati mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni xierqa fejn l-aħjar prattiki Ewropej ikunu jistgħu jiġu kondiviżi u promossi mal-pajjiżi sħab.

Riżultati tal-kooperazzjoni bilaterali fil-benessri tal-annimali - eżempji

- Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada u d-djalogu bejn l-esperti Kanadiżi u tal-UE kkontribwixxew għar-reviżjoni mill-Kanada tal-leġiżlazzjoni tagħha, li mill-2020 tinkludi rekwiżiti aktar b’saħħithom għat-trasport tal-annimali.

- Il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċilì kien forza xprunatriċi għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni Ċilena dwar il-benessri tal-annimali. Matul iż-żmien, il-kooperazzjoni fl-istandards għall-benessri tal-annimali waqt il-qatla ssarfet f’miżuri Ċileni bbażati l-aktar fuq l-istandards tal-OIE. Dawn l-iskambji ffaċilitaw ukoll l-iżvilupp tal-istandards tal-benessri tal-annimali matul it-trasport.

- Il-ftehim bejn l-UE u l-Ukrajna jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-benessri tal-annimali li jfittxu fehim komuni tal-istandards tal-benessri tal-annimali b’kont meħud tal-iżviluppi fl-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

6. SERVIZZI, AKKWIST PUBBLIKU, DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI

6. 1 Servizzi u Investiment Dirett Barrani (FDI)

Is-servizzi jammontaw għal madwar 75 % tal-PDG tal-UE 58 , l-industrija għal 25 % u l-agrikoltura għal 2 %. L-UE hija l-akbar esportatur tas-servizzi fid-dinja. Il-kummerċ fis-servizzi jammonta għal 25 % tal-PDG tal-UE, bl-esportazzjonijiet tas-servizzi tal-UE jaqbżu id-EUR 900 biljun fis-sena. Il-kummerċ fis-servizzi jappoġġa 21 miljun impjieg tal-UE direttament jew indirettament. 60 % tal-FDI kollu tal-UE lejn il-bqija tad-dinja huwa fis-servizzi, kif huwa kważi 90 % tal-FDI kollu li ġej fl-UE.

Dispożizzjonijiet dwar is-servizzi u l-investiment fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE

Il-ftehimiet kummerċjali tal-UE bid-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi u l-kummerċ diġitali jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-UE jitħallew jipprovdu servizzi fis-swieq tal-pajjiżi sħab u ma jiġux iddiskriminati meta mqabbla ma’ negozji nazzjonali jew barranin fl-istess settur.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-liberalizzazzjoni tal-investiment isegwu l-istess prinċipju, kemm fl-oqsma tas-servizzi (l-istabbiliment) kif ukoll f’dawk li mhumiex (il-manifattura, it-tħaffir fil-minjieri, l-agrikoltura, eċċ.), fl-indirizzar tar-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq, tas-sjieda barranija u tat-tipi ta’ preżenza kummerċjali. Dawn jindirizzaw ukoll il-proċeduri diskriminatorji ta’ skrinjar, liċenzjar u approvazzjoni, ir-restrizzjonijiet fuq persunal barrani, it-testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi u t-trattament diskriminatorju li jagħti prijorità lin-negozji domestiċi fuq il-kumpaniji barranin.

Il-ftehimiet kummerċjali aktar reċenti kollha tal-UE għandhom dispożizzjonijiet dwar is-servizzi, li jgħinu biex jistabbilixxu u jsaħħu qafas regolatorju biex jiġi ffaċilitat il-forniment tas-servizzi, filwaqt li jiġu protetti l-konsumaturi.

Fl-“iskedi tal-impenji”, il-partijiet jelenkaw il-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali li dawn jagħtu lil xulxin fit-territorji rispettivi tagħhom. L-impenji speċifiċi għandhom effett simili għal tariffa vinkolanti: dawn huma garanzija għan-negozji f’pajjiżi oħra li l-kundizzjonijiet tad-dħul u tal-operazzjoni fis-suq mhumiex se jinbidlu għad-detriment tagħhom.

Il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada jinkludi wħud mill-aktar dispożizzjonijiet estensivi dwar il-kummerċ fis-servizzi nnegozjati mill-UE s’issa u, għall-ewwel darba, lista negattiva għall-impenji. L-esportazzjonijiet tas-servizzi tal-UE lejn il-Kanada żdiedu minn EUR 16 926 miljun fl-2017 għal EUR 19 000 miljun fl-2018, tkabbir annwali ta’ 12,3 %. Il-kummerċ totali fis-servizzi żdied bi 15,2 %.

Kumpanija Netherlandiża tal-IT tpoġġi lill-Kanada fuq il-mappa

Il-kumpanija Netherlandiża Spotzi toffri pjattaforma ta’ mmappjar interattiva li turi l-kompożizzjoni demografika tad-dinja u l-imġiba tan-nies, bħal xejriet tal-ivvjaġġar u drawwiet tax-xiri. Inizjalment ibbażata fin-Netherlands, Spotzi żviluppat operazzjonijiet fil-Kanada biex tibbenefika mit-talent lokali u l-għarfien fil-Big Data. Is-CETA jagħmilha aktar faċli għad-ditti biex jibagħtu persunal għal xogħol temporanju lejn in-naħa l-oħra tal-Atlantiku. Proċeduri aktar faċli għall-ipproċessar tal-viżi tal-persunal kienu ta’ għajnuna partikolari, u dan jagħmilha aktar faċli għat-timijiet Netherlandiżi u Kanadiżi biex jaħdmu flimkien.

“Jiena ndawwar lili nnifsi b’nies twajba li jġiegħluni nħossni tajjeb u jagħtuni enerġija pożittiva.”

Remco Dolman, President fi Spotzi

B’differenza mid-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet kummerċjali dwar il-kummerċ fil-merkanzija, dawk dwar is-servizzi u l-kummerċ diġitali jorbtu l-aktar il-livelli eżistenti ta’ ftuħ. Is-sħab kummerċjali normalment ma jeħtiġux li jbiddlu jew li jaġġustaw il-leġiżlazzjoni jew ir-regolamentazzjoni jew li jieħdu miżuri oħra biex jimplimentaw il-ftehim, lil hinn mill-ħtieġa li jevitaw kwalunkwe retroattività fuq il-possibbiltajiet għad-ditti tal-UE biex joffru s-servizzi u jinvestu fit-territorju tagħhom. L-unika eċċezzjoni s’issa hija s-CETA, fejn il-Kanada marret lil hinn milli torbot il-livell eżistenti tagħha ta’ ftuħ tas-suq f’żewġ oqsma.

Swieq ġodda għall-fornituri tas-servizzi tal-UE: il-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Kanada

- Il-kumpaniji tax-"shipping" tal-UE issa jistgħu joffru ċerti attivitajiet tat-trasport marittimu (feedering) bejn Halifax u Montreal, li qabel kienu limitati għall-operaturi nazzjonali.

- Il-fornituri tas-servizzi tal-UE jistgħu jikkompetu għal servizzi ta’ tħammil kummerċjali u tal-pożizzjonar mill-ġdid ta’ kontenituri vojta. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-impenji ġew implimentati hekk kif il-Kanada aġġornat il-liġijiet tagħha dwar ix-"shipping" kostali bix-xieraq.

- Bidla fl-“Investment Canada Act” żiedet il-limitu minimu għar-rieżami tal-akkwiżizzjonijiet ta’ kumpaniji Kanadiżi minn persuni mhux Kanadiżi minn EUR 658 miljun għal EUR 987 miljun. Dan issa japplika għall-investituri kollha tal-UE minbarra dawk li huma intrapriżi tal-istat.

Billi nibdew mis-CETA, id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE dwar ir-regolazzjoni tas-servizzi ġew imsaħħa b’mod sostanzjali. Il-ftehim bejn l-UE u l-Ġappun, pereżempju, jinkludi impenji komprensivi dwar is-servizzi u l-investiment.

Dixxiplini ambizzjużi dwar il-kummerċ fis-servizzi: L-FSE bejn l-UE u l-Ġappun

- Il-Ġappun qabel, għall-ewwel darba, li japplika l-prinċipji ta’ regolamentazzjoni domestika dwar ir-rekwiżiti tal-liċenzjar u l-kwalifiki u dwar il-proċeduri u l-istandards tekniċi, mhux biss għas-setturi tas-servizzi iżda wkoll għall-investimenti f’setturi mhux tas-servizzi, bħall-agrikoltura, il-manifattura, it-tħaffir fil-minjieri, eċċ

- Il-Ġappun fetaħ kanali ta’ distribuzzjoni addizzjonali għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni privati tal-UE: dawn tal-aħħar issa jistgħu wkoll joffru il-prodotti tal-assigurazzjoni tagħhom permezz tan-netwerk tal-uffiċċji postali tal-Ġappun

- Għas-servizzi postali u tal-courier, ġew miftiehma regoli biex jiġu indirizzati l-prattiki antikompetittivi tal-fornituri tas-servizz universali, bħas-sussidjar reċiproku.

Monitoraġġ tal-effettività tad-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE

Minħabba li m’hemm l-ebda “tariffa” fuq is-servizzi u l-investimenti, il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-impenji dwar is-servizzi u l-investiment fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE hija anqas sempliċi minn dik għall-merkanzija. Flimkien mal-monitoraġġ tat-tendenzi tal-flussi tal-kummerċ u tal-investiment fis-servizzi u sabiex titkejjel l-effettività tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea primarjament tiddependi minn ilmenti minn kumpaniji individwali jew assoċjazzjonijiet kummerċjali li jirrapportaw problemi fl-aċċess għas-suq ta’ pajjiż sieħeb. Il-kumpaniji tal-UE jistgħu jirrapportaw dawn il-kwistjonijiet lill-UE jew lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea tista’ mbagħad, min-naħa tagħha, tqajjem il-problemi mas-sħab kummerċjali tagħha, pereżempju fil-Kumitati għas-Servizzi u l-Investiment stabbiliti mill-ftehimiet.

 Inqajmu tħassib dwar il-kummerċ fis-servizzi – eżempji fl-2019

- Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun: il-Kummissjoni Ewropea qajmet tħassib mal-awtoritajiet Ġappuniżi dwar il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq Ġappuniż għas-servizzi postali u tal-courier.

- Il-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Korea t’Isfel: il-Kummissjoni Ewropea qajmet tħassib mal-awtoritajiet Koreani dwar il-miżuri li ttieħdu fis-settur tat-trasport marittimu u għall-bejgħ u t-tiswija ta’ karozzi użati.

- Il-Ftehim Kummerċjali tal-UE mal-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador: il-Kummissjoni Ewropea qajmet tħassib dwar il-miżuri li ttieħdu mill-Ekwador fir-riassigurazzjoni tal-ħajja individwali, tal-ħajja ta’ grupp, dik personali, tas-saħħa u tal-muturi, li ddiskriminat kontra kumpaniji tar-riassigurazzjoni barranin.

Fl-aħħar nett, il-ftehimiet kummerċjali tal-UE, jekk jiġu implimentati b’mod effettiv, għandhom it-tendenza li jsaħħu r-relazzjoni ekonomika bejn l-UE u s-sieħeb rispettiv, u dan jirriżulta f’żieda fl-investiment reċiproku kemm fis-setturi tas-servizzi kif ukoll f’dawk mhux tas-servizzi. Dan japplika wkoll għal ftehimiet kummerċjali mingħajr dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-servizzi u l-investiment. Pereżempju, il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika tal-UE mal-pajjiżi Afrikani għalissa jkopru biss il-kummerċ fil-merkanzija iżda jikkontribwixxu biex jagħmlu l-ekonomiji Afrikani aktar attraenti għall-investiment tal-UE, speċjalment fid-dawl tat-trasformazzjoni lokali u l-iżvilupp tal-kapaċità industrijali. Bl-istess mod, l-investiment tal-UE fil-Marokk żdied b’rata stabbli wara li daħal fis-seħħ il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Marokk fl-2000, li jorbot mal-ktajjen tal-valur lokali, b’mod partikolari fis-settur tal-karozzi.

Ftehimiet kummerċjali tal-UE li jsaħħu l-investiment fil-Marokk

- L-istokks tal-investiment dirett barrani tal-UE fil-Marokk żdiedu bi 17 % matul l-ewwel ħames snin tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Marokk 59 . Skont analiżi riċenti, “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Marokk jidher li żied il-fiduċja tal-investituri fl-ekonomija Marokkina, inter alia billi sakkar il-liberalizzazzjoni tas-servizzi u billi stabbilixxa aktar dixxiplina politika f’oqsma li jvarjaw mill-istabbiltà makroekonomika għas-swieq tax-xogħol u r-regolamenti dwar il-prodotti.”  60  

- L-investiment tal-UE fil-Marokk kien partikolarment prominenti fis-settur tal-karozzi, li sar l-akbar settur esportatur tal-pajjiż (27 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Marokk fl-2019), u ħoloq 116 000 impjieg bejn l-2014 u l-2018, u b’rata ta’ integrazzjoni tal-manifatturi lokali ta’ 60 %. 61

6.2 Akkwist pubbliku

Is-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE 62 juri sinjali qawwija ta’ ftuħ f’kull waħda mit-tliet modalitajiet ta’ provvista 63 .

Iċ-ċart t’hawn taħt turi l-valur tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku transfruntier mogħtija direttament jew indirettament lill-kumpaniji barra l-UE fl-2017. Bit-tliet modalitajiet flimkien, l-ammont ikkorrisponda għal EUR 50 biljun. 64  

Figura 14: il-ftuħ tal-UE fl-akkwist barrani, skont il-modi ta’ provvista (EUR biljun)

L-akkwist pubbliku jirrappreżenta medja ta’ 10-25 % tal-PDG 65 . Meta wieħed iħares lejn l-aktar data reċenti tal-Eurostat u tal-OECD dwar il-kontijiet nazzjonali fl-UE, in-nefqa tal-akkwist pubbliku fir-rigward tal-PDG tammonta għal 13,7 % tal-PDG tal-UE jew f’termini assoluti għal madwar EUR 2 015,3 biljun (esklużi l-utilitajiet u l-kuntratti ta’ difiża).

Dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE

Il-kapitoli tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE dwar l-akkwist pubbliku jipprovdu lill-kumpaniji tal-UE b'aċċess għall-kuntratti pubbliċi li jintużaw biex jinxtraw il-prodotti u s-servizzi, inklużi xogħlijiet pubbliċi. L-aċċess għas-suq jew il-kopertura tal-ftehim jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni għall-ftuħ tas-suq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiż wieħed għall-offerenti, il-prodotti u s-servizzi tal-UE. Ir-regoli applikabbli jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-suq biex jiżguraw it-trasparenza tal-proċeduri u jipprovdu għan-nondiskriminazzjoni u għat-trattament ugwali bejn il-partijiet, li jippermettu lill-fornituri lokali u lill-fornituri tal-parti l-oħra jagħmlu offerti taħt l-istess kundizzjonijiet u jiżguraw reviżjoni effettiva fil-każ ta’ lmenti dwar l-akkwist pubbliku. Xi eżempji konkreti jinkludu:

L-FTA bejn l-UE u l-Korea t’ Isfel: il-ftehim jespandi l-impenji dwar l-aċċess għas-suq taż-żewġ partijiet f’oqsma mhux ipprovduti għal xulxin skont il-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwist Pubbliku, jiġifieri l-konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi fl-UE u l-kuntratti Ibni-Ħaddem-Ittrasferixxi (BOT) fil-Korea t’Isfel, li jinkludu l-bini u l-operazzjoni tat-toroq.

Is-CETA: dan ikopri firxa wiesgħa ta’ akkwisti pubbliċi sottoċentrali, b’mod partikolari l-akkwist pubbliku li sar mill-muniċipalitajiet. 66 . 

L-EPA bejn l-UE u l-Ġappun: il-Ġappun jagħti aċċess mhux diskriminatorju lill-fornituri tal-UE għas-swieq tal-akkwist ta’ 48 belt ta’ madwar 300 000 abitant, li jirrappreżentaw madwar 15 % tal-popolazzjoni Ġappuniża. Fil-livell nazzjonali, il-Ġappun qabel li jiftaħ l-offerti għall-offerenti tal-UE għal 87 sptar u istituzzjoni akkademika u 29 entità għad-distribuzzjoni tal-elettriku. L-UE għandha wkoll aċċess akbar għas-suq Ġappuniż għat-tagħmir u l-infrastruttura tal-ferroviji.

Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku – ħidma fil-Kumitati Kummerċjali

Il-Kummissjoni Ewropea kompliet timmonitorja l-implimentazzjoni tal-impenji dwar l-akkwist fil-ftehimiet kummerċjali preferenzjali tagħha, u taħdem mill-qrib mas-sħab kummerċjali tagħha fil-kumitati konġunti għall-akkwist u l-kummerċ stabbiliti skont il-ftehimiet kummerċjali tal-UE, kif ukoll permezz ta’ djalogi speċifiċi.

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-impenji dwar l-akkwist pubbliku – eżempji fl-2019

- Mal-Kolombja, l-UE tenniet it-tħassib tagħha li l-fornituri tal-UE kellhom nuqqas ta’ trattament nazzjonali fil-livell subċentrali. Iż-żewġ naħat qablu li jkomplu d-diskussjonijiet tekniċi bil-għan li tinstab soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.

- Mal-Perù, l-UE qajmet tħassib dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’xi offerti u enfasizzat il-ħtieġa li tiġi żgurata l-ekwivalenza tal-istandards kif stipulat mill-ftehim. Il-Perù qabel li jqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi mhux diskriminatorji u li jiġu aċċettati standards internazzjonali fi proċeduri tal-akkwist.

- Mal-Ukrajna, l-UE appoġġat b’mod proattiv lill-kontropartijiet tagħha fl-iżvilupp ta’ liġi ġdida dwar l-akkwist pubbliku li tikkonforma mar-regoli rilevanti tal-UE. Din ġiet adottata fid-19 ta’ Settembru 2019 67 u, għall-ewwel darba, tipprovdi l-għodod għal akkwist pubbliku aktar strateġiku, u tqis l-aspetti ta’ sostenibbiltà, bħall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, u kunsiderazzjonijiet ambjentali, innovattivi u soċjali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea għamlet sforzi sinifikanti biex tippromwovi t-trasparenza fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku billi stabbilixxiet pjattaformi elettroniċi b’punt uniku ta’ servizz għall-offerti. Pereżempju, fit-tieni Kumitat tas-CETA dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Kanada rrapportat dwar il-progress li sar s’issa fl-istabbiliment ta’ Punt Uniku ta’ Aċċess (SPA), li jipprovdi lill-kumpaniji aċċess għall-proċeduri tal-offerti pubbliċi kollha koperti mis-CETA.

Il-Kummissjoni Ewropea ħadet passi ulterjuri biex ittejjeb il-komunikazzjoni dwar l-akkwist pubbliku fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE. Fl-2019, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat gwida ġdida dwar l-Akkwist Pubbliku fil-Kanada. 68 Iċ-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali bejn l-UE u l-Ġappun, sponsorjat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi Ġappuniż, nieda Helpdesk tal-EPA biex jappoġġa u jiggwida lill-SMEs tal-UE li jkunu qed ifittxu informazzjoni. Minbarra li mexxa l-webinars, iċ-Ċentru ppubblika skeda informattiva u linja gwida dwar l-akkwist pubbliku 69 . Il-Kummissjoni Ewropea offriet ukoll gwida lix-xerrejja pubbliċi tal-UE dwar it-trattament tal-offerti minn pajjiżi terzi 70 , u dan enfasizza r-rispett tal-impenji li ttieħdu mill-UE fil-ftehimiet kummerċjali differenti.

Biex tinforma n-negozjati kummerċjali tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-bażi tad-data l-ġdida tagħha “Inizjattiva Internazzjonali għall-Akkwist Pubbliku (IPPI)”, l-ewwel bażi tad-data komprensiva tad-dinja għal data dettaljata dwar l-akkwist u dwar l-ostakli għall-akkwist internazzjonali. Il-bażi tad-data hija l-aktar waħda kompluta, b’informazzjoni dwar kważi 40 miljun kuntratt pubbliku. Sal-lum, sieħeb kummerċjali preferenzjali wieħed biss, il-Kanada, huwa kopert mill-bażi tad-data. 71   

Soluzzjonijiet innovattivi min-Nofsinhar tal-Ewropa jidħlu fil-Perù

Il-manifattur Portugiż ta’ tagħmir għall-kostruzzjoni BERD/“One bridge-One Solution” qiegħed jibni 125 pont modulari fil-Perù, u b’hekk qiegħed jgħin lill-pajjiż jibni mill-ġdid it-toroq u l-infrastruttura wara d-diżastru naturali ta’ El Niño Costero. BERD seta’ jagħmel dan wara li rebaħ offerta pubblika ta’ EUR 15-il miljun ippubblikata mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Perù.

Permezz tal-affiljata tagħha Green Power Peru, il-kumpanija Taljana Enel topera 10 impjanti tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika (idro, eolika u solari) u fl-2019 wettqet 37 proġett ta’ sostenibbiltà ma’ 8 000 benefiċjarju fil-Perù. Enel Peru rebħet kuntratti fil-Perù għall-akbar żewġ proġetti ta’ enerġija rinnovabbli, il-park solari Rubi u l-park eoliku Wayra I.

Iż-żewġ kumpaniji jibbenefikaw mill-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Perù, fis-seħħ mill-2013. Dan ħoloq qafas legali aktar sod u trasparenti għall-akkwist pubbliku u l-investiment, u jiżgura li l-fornituri Ewropej u l-prodotti tagħhom ma jiġux iddiskriminati meta mqabbla mal-offerenti lokali. Il-ftehim jippromwovi wkoll skemi kummerċjali għal politiki ta’ enerġija sostenibbli.

6.3 Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (IPR) 72  

93 % tal-merkanzija u s-servizzi kollha esportati mill-UE huma koperti minn tal-anqas dritt wieħed ta’ proprjetà intellettwali. 73   Studju 74 mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea ppubblikat f’Settembru 2019 ikkonkluda li fl-2016, l-industriji intensivi fl-IPR fis-setturi tal-merkanzija u tas-servizzi ammontaw għal 86 % tal-importazzjonijiet tal-UE u għal 93 % tal-esportazzjonijiet tal-UE. 75

IPR fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE

Il-ftehimiet kummerċjali tal-UE għandhom l-għan li jiżguraw li d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tad-detenturi tad-drittijiet tal-UE jiġu protetti b’mod effettiv fil-pajjiżi sħab kummerċjali u li d-detenturi tad-drittijiet ikunu jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom. Minflok jeliminaw it-tariffi, il-ftehimiet jorbtu lill-partijiet mar-regoli u l-prinċipji stabbiliti fil-kapitolu dwar l-IPR. Dawn ikopru d-drittijiet tal-awtur, il-marki kummerċjali, id-disinji, il-privattivi, il-varjetajiet tal-pjanti, l-informazzjoni mhux żvelata (sigrieti kummerċjali), l-infurzar ċivili u tal-fruntieri, u aktar. Id-dispożizzjonijiet tal-IPR fil-ftehimiet kummerċjali normalment jirrikjedu li l-partijiet jaderixxu mat-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Ftehim tad-WTO dwar l-Aspetti tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) jew imorru lil hinn minn dawn id-dixxiplini.

Implimentazzjoni tal-impenji dwar l-IPR fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE

Biex tivvaluta l-effettività tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE fil-protezzjoni tal-IPRs, il-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-leġiżlazzjoni tas-sħab kummerċjali tagħha f’dan il-qasam, b’enfasi speċjali fuq l-infurzar attwali. Din tikkuntattja regolarment lill-assoċjazzjonijiet kummerċjali fl-UE u barra mill-pajjiż, tivverifika kwalunkwe lment u, jekk jitqiesu li huma validi, tqajjimhom mas-sħab kummerċjali tagħha fil-korpi istituzzjonali rispettivi, bħal fis-Sottokumitat għall-IPR jew id-Djalogi dwar l-IPR stabbiliti skont il-ftehimiet kummerċjali tal-UE.

Eżempji ta’ kwistjonijiet imqajma mill-Kummissjoni Ewropea fl-2019 jinkludu:

- Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea t’Isfel: l-UE qajmet tħassib dwar in-nuqqas ta’ remunerazzjoni għall-artisti u l-produtturi tad-diski għall-prestazzjoni pubblika tal-mużika tagħhom.

- Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-UE mal-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador: l-UE qajmet tħassib dwar ir-rekwiżiti ta’ lokalizzazzjoni tal-Ekwador għall-manifattura ta’ prodotti bi privattiva. Fuq talba tal-UE, l-Ekwador irtira r-rekwiżiti.

- Iż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Ukrajna: l-UE qajmet tħassib dwar għadd ta’ abbozzi ta’ liġijiet (li fl-aħħar mill-aħħar twaqqgħu) li jkollhom jedd għall-privattiva restrittiva u li ċaħdu l-protezzjoni ta’ ċerti sustanzi u l-użi ġodda ta’ mediċini.

7. IMPRIŻI ŻGĦAR U TA’ DAQS MEDJU

L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) 76 huma pilastru tal-ekonomija tal-UE. Dawn jirrappreżentaw 99 % tal-kumpaniji kollha tal-UE u 87 % tal-kumpaniji tal-UE li jesportaw. L-esportazzjoni tal-SMEs tappoġġa lil aktar minn 13-il miljun impjieg fl-UE, b’merkanziji u servizzi li għandhom kontribuzzjoni simili.

Il-grafika t’hawn taħt turi l-esportaturi tal-merkanzija tal-EU27 skont id-daqs tal-kumpanija, in-numru u l-valur tal-esportazzjonijiet: fl-2017 (l-aħħar data disponibbli) aktar minn 700 000 intrapriża tal-EU27 biegħu prodotti barra mill-UE, li minnhom 615 000 kienu SMEs, li rrappreżentaw bejn 28 % u 30 % f’esportazzjonijiet tal-UE skont il-valur 77 .

Figura 15: l-esportaturi tal-EU27 tal-prodotti skont id-daqs, l-għadd ta’ ditti u l-valur tal-esportazzjonijiet, 2017

Sors: Il-Kummissjoni/l-Unità tal-Ekonomista Prinċipali tad-DĠ Kummerċ; kalkoli bbażati fuq il-bażi tad-data tat-TEC tal-Eurostat

Hemm nuqqasijiet fl-informazzjoni disponibbli dwar l-esportazzjonijiet tal-SMEs lill-imsieħba kummerċjali, inklużi dawk preferenzjali, billi madwar nofs l-Istati Membri tal-UE biss kienu jippreżentaw informazzjoni dwar l-esportazzjonijiet skont id-daqs tal-kumpanija u s-sieħeb kummerċjali. It-TEC (il-Kummerċ skont il-Karatteristiċi tal-Intrapriżi) tal-Eurostat hija aktar komprensiva mill-STEC (il-Kummerċ fis-Servizzi skont il-Karatteristiċi tal-Intrapriżi) fost l-oħrajn għaliex mhux l-Istati Membri kollha jirrappurtaw id-data fil-qafas tal-STEC. Proġett pilota tal-Eurostat dwar il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-kummerċ fis-servizzi (STEC) għandu l-għan li jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-karatteristiċi tad-ditti. 78

Madankollu, l-aktar evidenza empirika reċenti tissuġġerixxi li l-għadd ta’ SMEs tal-UE li jesportaw barra l-UE ilu jikber b’rata stabbli bejn l-2014 u l-2017, jiġifieri b’medja ta’ 6 %, filwaqt li l-għadd totali ta’ ditti tal-UE li jesportaw naqas bi 8 % 79 . Għall-esportazzjoni tal-SMEs, il-ftehimiet kummerċjali tal-UE huma vitali minħabba li jagħmluha aktar faċli li jsir negozju barra mill-pajjiż billi jneħħu l-ostakli u l-ineffiċjenzi tal-kummerċ, li jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-kumpaniji ż-żgħar.

Progress fl-2019 fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-SMEs fil-ftehimiet kummerċjali

- Il-Kanada u l-Ġappun stabbilixxew siti web speċjali b’informazzjoni għall-SMEs, f’konformità mal-impenji tagħhom fil-ftehimiet kummerċjali rispettivi.

- Il-Bażi tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Aċċess għas-Suq (MADB) ġiet estiża biex tinkludi informazzjoni dwar il-ftehimiet kummerċjali tal-UE mal-Kanada u mal-Ġappun rilevanti għall-SMEs.

- Il-Programm tal-UE dwar Gateway Ekoloġika lejn il-Ġappun (Gateway Ekoloġika) ipprovda għajnuna lill-SMEs Ewropej li xtaqu jesportaw lejn il-Ġappun, billi għenhom isibu s-sħab it-tajbin.

- Il-punti ta’ kuntatt tal-SMEs għall-ftehimiet kummerċjali tal-UE mal-Kanada u l-Ġappun bdew il-ħidma f’oqsma ta’ interess komuni.

Attivitajiet li jiffaċilitaw l-aċċess mill-SMEs għall-ftehimiet kummerċjali tal-UE

Fl-2019, il-Kummissjoni kompliet bl-avvenimenti tagħha għal Jum l-Aċċess għas-Suq organizzati b’mod konġunt mal-Istati Membri tal-UE biex tqajjem sensibilizzazzjoni man-negozji lokali dwar l-opportunitajiet offruti mill-ftehimiet preferenzjali u dwar kif is-Sħubija fl-Aċċess għas-Suq tgħinhom jegħlbu l-ostakli. Saru sessjonijiet fid-Danimarka, fi Spanja, fin-Netherlands, fil-Litwanja, fil-Portugall, fi Franza u fil-Latvja.

Il-Kummissjoni intensifikat il-kollaborazzjoni tagħha man-Network Enterprise Europe (EEN) 80 u mal-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Promozzjoni Kummerċjali fl-Istati Membri tal-UE biex tesplora kif il-konsulenti u l-konsorzji kummerċjali li jiffurmaw in-netwerk jistgħu jxerrdu l-informazzjoni lin-negozjanti rġiel u nisa. Fl-2019, in-network beda jinnomina kuntatti speċifiċi tal-EEN għall-ftehimiet kummerċjali, li se jirċievu taħriġ speċjalizzat mill-Kummissjoni.

Sar ukoll progress importanti fl-iżvilupp ta’ portal ġdid dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni, li tnieda fit-13 ta’ Ottubru 2020.

Il-portal il-ġdid “Access2Markets” joffri:

- Port uniku ta’ sejħa għall-SMEs li jkunu qegħdin ifittxu informazzjoni prattika dwar l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tal-merkanzija (tariffi, informazzjoni speċifika għall-prodott dwar ir-rekwiżiti tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, informazzjoni dwar il-benefiċċji skont il-ftehimiet kummerċjali tal-UE, taxxi, statistika kummerċjali, eċċ.).

- Informazzjoni dwar il-ftehimiet kummerċjali tal-UE u gwidi pass wara pass dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

- Għodda ta’ Awtovalutazzjoni tar-Regoli tal-Oriġini b’lista ta’ kontroll pass wara pass għall-kumpaniji biex jifhmu jekk prodott jissodisfax il-kriterji għar-regoli preferenzjali tat-trattament tal-oriġini.

8. INFURZAR LEGALI

Minn tmiem l-2018, l-UE rrikorriet għall-mekkaniżmi bilaterali għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbiliti skont il-ftehimiet kummerċjali mal-Korea t’Isfel, l-Ukrajna u l-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar tal-Afrika. Minn Ġunju 2020, dawn it-tilwimiet għadhom pendenti; ara d-dettalji hawn taħt.

Fejn jidher li l-miżura inkwistjoni tikser kemm il-Ftehim tad-WTO kif ukoll ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-pajjiż sieħeb, l-UE għandha għażla ta’ forum, li għandu jiġi vvalutat fuq bażi ta’ każ b’każ. Id-WTO tibqa’ sistema ttestjata tajjeb għas-soluzzjoni tat-tilwim, li tiżgura l-koerenza fl-interpretazzjoni tal-impenji rilevanti. Fl-2019, l-UE rrikorriet sistema tad-WTO għas-soluzzjoni ta’ tilwim f’żewġ każijiet.

Fit-2 ta’ April 2019, l-UE talbet konsultazzjonijiet tad-WTO mat-Turkija u, wara l-konsultazzjonijiet fid-9 u fl-10 ta’ Mejju li naqsu milli jsolvu t-tilwima, fit-2 ta’ Awwissu talbet li jiġi stabbilit bord tad-WTO 81 . 

Fil-15 ta’ Novembru 2019, l-UE bdiet proċedura tad-WTO għas-soluzzjoni ta’ tilwim u talbet konsultazzjonijiet 82  mal-Kolombja dwar l-impożizzjoni tagħha ta’ dazji tal-anti-dumping illegali fuq importazzjonijiet ta’ patata moqlija ffriżata mill-Belġju, mill-Ġermanja u min-Netherlands. Il-konsultazzjonijiet naqsu milli jsolvu t-tilwima. Fid-29 ta’ Ġunju 2020, wara talba mill-UE, 83   il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO waqqaf bord għas-soluzzjoni tat-tilwim.

L-infurzar tad-drittijiet tal-UE skont il-ftehimiet kummerċjali huwa wieħed mill-prinċipji ċentrali ta’ din il-politika kummerċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni qiegħda timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE u se tqis l-użu tal-infurzar legali fejn ikun meħtieġ, b’mod partikolari f’każijiet ta’ importanza ekonomika jew sistemika kbira. Il-ftehimiet kummerċjali preferenzjali tal-UE jipprevedu infurzar qawwi tal-impenji bil-għan li tiġi żgurata riżoluzzjoni effiċjenti u f’waqtha tat-tilwim, inkluż dwar kwistjonijiet, li jmorru lil hinn mill-Ftehim tad-WTO – pereżempju t-tilwima mal-Korea t’Isfel dwar id-drittijiet tax-xogħol.

Fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li kummerċ miftuħ u bbażat fuq ir-regoli se jsostni kwalunkwe rkupru ekonomiku futur. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea tkompli tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura l-infurzar xieraq tal-ftehimiet kummerċjali tagħha, kif xieraq.

8.1    Soluzzjoni tat-tilwim dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli mal-Korea t’Isfel 

Skont il-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea t’Isfel, il-Korea t’Isfel impenjat ruħha li “tirrispetta u twettaq fil-liġijiet u l-prattiki proprji” id-drittijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b’mod partikolari d-dritt tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt ta’ negozjar kollettiv. Il-Korea t’Isfel impenjat ruħha wkoll li tagħmel “sforzi kontinwi u sostnuti” lejn ir-ratifika ta’ konvenzjonijiet pendenti tal-ILO 84 .

Fin-nuqqas ta’ progress, fis-17 ta’ Diċembru 2018, l-UE ddeċidiet li titlob konsultazzjonijiet 85 mal-Korea t’Isfel skont il-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. Minħabba n-nuqqas ta’ sforzi suffiċjenti lejn ir-ratifika tal-konvenzjonijiet tal-ILO kkonċernati, fl-4 ta’ Lulju 2019 l-UE talbet l-istabbiliment ta’ Bord ta’ Esperti 86 , li ġie stabbilit formalment fit-30 ta’ Diċembru 2019. Il-proċedimenti għadhom għaddejjin.

8.2    Soluzzjoni tat-tilwim mal-Ukrajna

F’Jannar 2019, skont ir-reġim bilaterali ta’ soluzzjoni tat-tilwim tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna, l-UE ddeċidiet li titlob konsultazzjonijiet 87 mal-Ukrajna dwar ir-restrizzjonijiet tal-pajjiż fuq l-esportazzjoni tal-injam. Ir-restrizzjoni inizjalment kopriet l-injam u l-injam isserrat ta’ għaxar speċijiet u mill-2015 ġiet estiża għall-injam kollu mhux ipproċessat, inkluż l-injam tal-arżnu mill-2017.

L-UE qajmet il-kwistjoni mal-Ukrajna f’ħafna okkażjonijiet, minħabba li r-restrizzjoni fuq l-esportazzjoni hija inkompatibbli mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Fl-2019, l-Ukrajna ma għamlet l-ebda tentattiv biex tirrevoka l-projbizzjoni. Għalhekk, u wara l-konsultazzjonijiet bilaterali dwar is-soluzzjoni tat-tilwim fi Frar 2019 li naqsu milli jsolvu l-kwistjoni, l-UE talbet l-istabbiliment formali ta’ bord tal-arbitraġġ bilaterali biex jaġġudika dwar il-kwistjoni. It-talba tnediet f’Ġunju 2019 88 u l-bord tal-arbitraġġ, l-ewwel wieħed skont kwalunkwe ftehim ta’ kummerċ ħieles tal-UE, ġie stabbilit b’mod formili fit-28 ta’ Jannar 2020. Il-proċedimenti għadhom għaddejjin.

8.3    Soluzzjoni tat-tilwim mal-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar tal-Afrika (SACU)

Fl-14 ta’ Ġunju 2019, l-UE talbet konsultazzjonijiet 89 mal-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar tal-Afrika (SACU) skont il-Parti għall-Evitar u s-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-SADC (FSE bejn l-UE u l-SADC). It-talba kkonċernat il-miżura ta’ salvagwardja imposta fuq l-esportazzjonijiet tal-UE ta’ qatgħat iffriżati tat-tiġieġ bl-għadam. L-UE tqis li l-SACU imponiet il-miżura bi ksur tal-prinċipji u r-regoli tal-FSE bejn l-UE u l-SADC. Is-salvagwardja tiskadi fil-11 ta’ Marzu 2022. Madankollu, din tista’ tiġi estiża għal 4 snin oħra.

Il-konsultazzjonijiet li saru f’Settembru 2019 ma wasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti b’mod reċiproku iżda kkonfermaw il-pożizzjoni tal-UE li l-miżura ta’ salvagwardja mhijiex konformi mad-dispożizzjonijiet tal-FSE bejn l-UE u l-SADC. Fil-21 ta’ April 2020, l-UE talbet l-istabbiliment ta’ bord tal-arbitraġġ 90 mal-SACU skont il-Parti għall-Evitar u s-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-FSE bejn l-UE u l-SADC.

9. KONKLUŻJONIJIET

Fl-2019, minkejja l-kriżi mtawla tad-WTO u t-tendenzi protezzjonisti, kif ukoll it-tnaqqis bil-mod tal-kummerċ u l-investiment globali, il-ftehimiet kummerċjali tal-UE komplew jiffaċilitaw il-kummerċ ġust fil-merkanzija u fis-servizzi u l-investiment, jissolidifikaw il-qafas tar-regoli internazzjonali, jippromwovu l-għanijiet ta’ sostenibbiltà u jikkontribwixxu għad-dimensjoni internazzjonali tal-politika industrijali tal-UE 91 . Dan juri li dawn il-ftehimiet jistgħu jagħtu kontribut essenzjali għall-irkupru wara l-pandemija globali tal-Covid-19, li hija mistennija li tirriżulta fi tnaqqis fl-ekonomija tal-UE ta’ 8,3 % fl-2020 92 . B’mod partikolari, il-ftehimiet kummerċjali tal-UE jappoġġaw id-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista Ewropej, jiffaċilitaw il-kummerċ diġitali u joffru pjattaformi għal impenn aktar profond mas-sħab kummerċjali tal-UE dwar il-multilateraliżmu u kwistjonijiet usa’ ta’ sostenibbiltà. L-isforzi biex jittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi ta’ dawn il-ftehimiet se jkunu mmexxija mill-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ il-ġdid, f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE, l-Istati Membri, il-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili.

(1)

 Għal raġunijiet ta’ konsistenza, dan ir-rapport juża l-ismijiet qosra għas-sħab kummerċjali tal-UE kif elenkati fil-gwida interistituzzjonali, disponibbli fuq  https://publications.europa.eu/code/mt/mt-5000500.htm

(2)

Dan l-isem ma għandux jinftiehem bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri rigward din il-kwistjoni.

(3)

* Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(4)

Il-ftehim japplika għall-Comoros mis-7 ta’ Frar 2019.

(5)

Il-ftehim japplika wkoll għas-Samoa mill-31 ta’ Diċembru 2018.

(6)

 Il-lista alfabetika ta’ ftehimiet disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ KUMMERĊ: https://ec.europa.eu/trade/policy/countries-and-regions/negotiations-and-agreements/  

(7)

  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1409

(8)

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Singapore daħal fis-seħħ biss fil-21 ta’ Novembru 2019.

(9)

   https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/september/tradoc_158926.pdf

(10)

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u Singapore daħal fis-seħħ biss fil-21 ta’ Novembru u għalhekk dan ir-rapport u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tiegħu jagħtu biss ħarsa ġenerali lejn il-ħidma preparatorja. Rapport sħiħ se jkun fl-edizzjoni tal-2021.

(11)

 Il-pjan ta’ azzjoni ta’ 15-il punt huwa disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/february/tradoc_156618.pdf

(12)

Ara pereżempju l-evalwazzjoni ex-post tal-FTA bejn l-UE u l-Korea t’Isfel (rapport finali, taqsima 10.7); l-evalwazzjoni ex-post tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni ma’ sitt pajjiżi tal-Mediterran (rapport interim, pp. 16, 106, 198-200); l-evalwazzjoni ex-post tal-EPA bejn l-UE u l-Cariforum (abbozz ta’ rapport interim, taqsima 4.5)

(13)

Għal aktar informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-kummerċ agroalimentari ara t-taqsima 6.

(14)

  https://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2006:0567:FIN:mt:PDF  

(15)

In-Norveġja, l-Ukrajna, il-Moldova, il-Georgia, iċ-Ċilì, l-Amerika Ċentrali, il-pajjiżi Andini, il-Messiku, il-Kanada, il-Cariforum, il-Korea t’Isfel u l-Ġappun.

(16)

Il-ftehim tal-UE ma’ Singapore daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Novembru 2019.

(17)

  https://www.mti.gov.sg/Improving-Trade/Free-Trade-Agreements/CPTPP  

(18)

  https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2019/march/tradoc_157716.pdf

(19)

Għal aktar informazzjoni dwar it-tilwima pendenti, ara t-taqsima 8, “Infurzar Legali”.

(20)

 Sommarju tal-kisbiet ewlenin fl-ewwel anniversarju tal-ftehim huwa disponibbli fuq: https://trade.ec.europa.eu/doclib/press/index.cfm?id=2107

(21)

  https://www.eu-japan.eu/

(22)

 L-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati mill-awtoritajiet doganali jistgħu jiġu kkonsultati hawnhekk: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2019/july/tradoc_157973.pdf  

(23)

Id-dispożizzjonijiet tal-ICS mhumiex applikati b’mod proviżorju u dawn se jidħlu fis-seħħ biss meta l-Istati Membri kollha tal-UE jkunu rratifikaw is-CETA

(24)

Il-proposti jikkonċernaw 1) ir-regoli għat-Tribunal tal-Appell, (2) il-kodiċi ta’ kondotta għall-Membri tat-Tribunali, (3) ir-regoli għall-medjazzjoni u (4) il-proċedura biex jiġu adottati interpretazzjonijiet vinkolanti.

(25)

It-taxxa fuq l-ispirti importati ġiet sfidata fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ mill-Awstralja bl-UE bħala parti terza.

(26)

  https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/ceta_guidance_en.pdf

(27)

  https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2019/november/tradoc_158417.pdf  

(28)

Sors: il-Kummerċ tal-IMF DOTS

(29)

  http://mneguidelines.oecd.org/rbclac.htm  

(30)

  https://www.ilo.org/americas/programas-y-proyectos/WCMS_735906/lang--en/index.htm  

(31)

  https://www.ohchr.org/EN/Issues/Business/Pages/JointProjectResponsibleBusinessConduct.aspx  

(32)

  https://trade.ec.europa.eu/doclib/press/index.cfm?id=2083  

(33)

Dan l-isem ma għandux jiġi interpretat bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni.

(34)

 L-Alġerija biss tħalliet tipposponi l-aħħar stadju taż-żarmar tat-tariffi fuq għadd ta’ prodotti industrijali li għalihom kienu għadhom imposti dazji doganali, għalkemm f’forma mnaqqsa, sa Settembru 2020 (minflok Settembru 2017).

(35)

https://case-research.eu/en/ex-post-evaluation-of-the-impact-of-trade-chapters-of-the-euro-mediterranean-association-agreements-with-six-partners-algeria-egypt-jordan-lebanon-morocco-and-tunisia-interim-technical-report-101329  

(36)

 Il-ftehimiet addizzjonali dwar il-merkanzija agrikola, agrikola pproċessata u tas-sajd diġà huma fis-seħħ bejn l-UE u l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, u l-Marokk, iżda mhux it-Tuneżija.

(37)

Il-punteġġ tal-indiċi tal-Alġerija baqa’ l-istess bi klassifikazzjoni baxxa ħafna, filwaqt li l-indiċi tal-Libanu u tal-Palestina mar lura.

(38)

L-Office des Changes

(39)

L-Analiżi tal-Politika ta’ Investiment tal-OECD: it-Tuneżija 2012

(40)

L-Awtorità Ġenerali tal-Eġittu għall-Investiment u ż-Żoni Ħielsa

(41)

Il-Georgia, il-Moldova, l-Ukrajna, l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Belarus.

(42)

Huwa kopert biss il-kummerċ fi prodotti industrijali. Għall-bqija (is-servizzi, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, il-kummerċ fi prodotti agrikoli), is-sitwazzjoni hija jew mingħajr regoli (lil hinn mir-regoli tad-WTO) jew dawn jinqasmu bejn ftehimiet differenti.

(43)

Aktar informazzjoni dwar dan il-każ ta’ soluzzjoni tat-tilwim tista’ tinstab fit-taqsima 8, “Infurzar Legali”.

(44)

Il-Gżejjer Solomon iffirmaw il-Ftehim f’Mejju 2020, u dan iġib in-numru għal erbgħa.

(45)

L-eċċezzjoni hija l-Afrika t’Isfel, parti mill-FSE bejn l-UE u l-SADC, fejn l-UE neħħiet id-dazji doganali kompletament jew parzjalment fuq 98,7 % tal-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel.

(46)

Comoros, Madagascar, Mauritius, is-Seychelles u ż-Żimbabwe

(47)

Għal aktar dettalji, ara t-taqsima 8 dwar l-Infurzar Legali.

(48)

 Id-dettalji tal-ħidma ta’ implimentazzjoni fl-2019 skont il-cluster tal-pjan ta’ azzjoni jistgħu jiġu kkonsultati fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/september/tradoc_158926.pdf

(49)

 Il-pjan ta’ azzjoni ta’ 15-il punt huwa disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/february/tradoc_156618.pdf

(50)

Żewġ konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO jindirizzaw it-tħaddim tat-tfal: il-“Konvenzjoni dwar l-Età Minima”, 1973 (Nru 138) u l-“Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom ta’ Tħaddim tat-Tfal”, 1999 (Nru 182)

(51)

 L-istħarriġ huwa disponibbli fuq https://www.government.nl/topics/responsible-business-conduct-rbc/evaluation-and-renewal-of-rbc-policy

(52)

Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar it-tilwima ara t-taqsima 8, “Infurzar Legali”

(53)

Għal aktar informazzjoni fid-dettall, ara l-minuti tal-laqgħa: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2019/november/tradoc_158481.pdf

(54)

Għall-finijiet ta’ dan ir-rapport, intużat id-definizzjoni tad-WTO għall-“prodotti agroalimentari”, jiġifieri prodotti agrikoli, inklużi l-kapitoli 1-24 tas-Sistema Armonizzata kif ukoll għadd ta’ intestaturi fil-kapitoli 33, 35, 38, 41, 43 u 51-53, iżda bl-esklużjoni tal-ħut u tal-prodotti tal-ħut. 

(55)

Studju dwar il-valur ekonomiku tal-iskemi tal-kwalità tal-UE:

https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/a7281794-7ebe-11ea-aea8-01aa75ed71a1   

 

(56)

Għalkemm ma kienx possibbli li jiġu sseparati l-GIs u l-STG għall-finijiet tal-istudju, dawk tal-ewwel (il-GIs) biss huma koperti minn ftehimiet kummerċjali tal-UE.

(57)

Iċ-Ċilì fetaħ is-suq tal-prodotti tal-ħalib tiegħu għal erba’ Stati Membri addizzjonali (20 Stat Membru awtorizzati) u

erba’ Stati Membri addizzjonali għaċ-ċanga (14-il Stat Membru awtorizzati). Iċ-Ċilì awtorizza wkoll l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk tat-tjur (tmien Stati Membri awtorizzati).

(58)

  https://ec.europa.eu/growth/single-market/services_en

(59)

Eurostat, 2012-2017, UE 28

(60)

Policy Center for the New South, Has Morocco Benefited from the Free Trade Agreement with the European Union?, Frar 2020

(61)

 Sors: il-Ministeru Marokkin għall-Industrija http://www.mcinet.gov.ma/en/content/automotive-0  

(62)

Sors: il-bażi tad-data ta’ Tenders Electronic Daily (TED) (2017)

(63)

Modalità 1: Akkwist internazzjonali transfruntier dirett; Modalità 2: akkwist ta’ preżenza kummerċjali; Modalità 3:  akkwist internazzjonali indirett:

(64)

 Ara wkoll “Akkwist Pubbliku: Kemm hi miftuħa l-Unjoni Ewropea għad-ditti tal-Istati Uniti u lil hinn?”; Artikolu minn Lucian Cernat u Zornitsa Kutlina-Dimitrova fis-CEPS, Marzu 2020; https://www.ceps.eu/ceps-publications/public-procurement/

(65)

Sors: l-OECD (2002); ara wkoll id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-GPA tad-WTO ta’ Robert Anderson (2011) u s-sit web tad-DĠ KUMMERĊ:  https://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/public-procurement/  

(66)

 Il-lista sħiħa hija disponibbli hawnhekk: http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10973-2016-ADD-4/mt/pdf#page=11

(67)

L-Edizzjoni Ġdida tal-Liġi dwar l-Akkwist Pubbliku (kif adottata fit-19.09.2019 bin-Nru 114-IX), li tissostitwixxi l-Liġi Nru 922 tal-2015; il-liġi l-ġdida daħlet fis-seħħ fl-20 ta’ April 2020.

(68)

  https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/february/tradoc_158655.pdf  

(69)

L-iskeda informattiva u l-linja gwida jistgħu jiġu kkonsultati fuq https://www.eubusinessinjapan.eu/library/publication/infopack-epa-government-procurement#  

(70)

C(2019) 5494 final, adottata fl-24 ta’ Lulju 2019 “Gwida dwar il-parteċipazzjoni ta’ offerenti u oġġetti minn pajjiżi terzi fis-suq tal-akkwist tal-UE”

(71)

Is-sħab kummerċjali ewlenin l-oħrajn tal-UE koperti mill-IPPI huma l-Awstralja, il-Brażil, iċ-Ċina, l-Indja, l-Indoneżja, in-New Zealand, it-Tajlandja u l-Istati Uniti.

(72)

 Għal informazzjoni dettaljata dwar il-protezzjoni u l-infurzar tal-IPR ara r-Rapport tal-Kummissjoni tal-UE dwar il-Pajjiżi Terzi https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/january/tradoc_158561.pdf u l-lista ta’ sorveljanza għall-Falsifikazzjoni u l-Piraterija tal-UE:   https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/december/tradoc_157564.pdf  

(73)

Xi merkanzija u servizzi huma koperti minn diversi IPRs fl-istess ħin. Din tissejjaħ protezzjoni komplementari. Eżempji huma l-karozzi, l-għamara, l-arloġġi tal-idejn u l-oġġetti tal-ikel.

(74)

L-istudju huwa disponibbli hawnhekk: https://www.epo.org/news-events/news/2019/20190925.html

(75)

L-istudju identifika 356 industrija intensivi fl-IPR.

(76)

L-SMEs huma ddefiniti b’mod komuni bħala intrapriżi li jimpjegaw anqas minn 250 impjegat.

(77)

Dawn iċ-ċifri huma stimi minħabba li d-data li waslet mingħand l-Istati Membri tal-UE dwar l-esportazzjonijiet barra mill-UE tinkludi għadd mhux negliġibbli ta’ intrapriżi ta’ daqs “mhux magħruf”.

(78)

  https://ec.europa.eu/eurostat/web/experimental-statistics/stec

(79)

 Ara n-Nota tal-Ekonomista Prinċipali DĠ KUMMERĊ tal-1 ta’ Mejju 2020 (Ir-rwol tal-SMEs fl-esportazzjonijiet tal-UE), disponibbli hawnhekk: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/june/tradoc_158778.pdf  

(80)

  https://een.ec.europa.eu/  

(81)

  https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2019/august/tradoc_158308.pdf

(82)

  https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/february/tradoc_158645.pdf

(83)

  WT/DS591 - il-Kolombja – Dazji tal-Anti-Dumping fuq Patata Moqlija Ffriżata mill-Belġju, mill-Ġermanja u min-Netherlands

(84)

Il-Konvenzjoni 87 dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-Konvenzjoni 98 dwar id-dritt ta’ organizzazzjoni u negozjar kollettiv, il-Konvenzjoni 29 dwar ix-xogħol furzat, u l-Konvenzjoni 105 dwar l-abolizzjoni tax-xogħol furzat.

(85)

  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/december/tradoc_157586.pdf  

(86)

  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2019/july/tradoc_157992.pdf

(87)

  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2019/january/tradoc_157625.pdf

(88)

  https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2019/june/tradoc_157943.pdf  

(89)

  https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2019/june/tradoc_157928.pdf  

(90)

  https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/april/tradoc_158717.pdf

(91)

 Ara COM(2017)479

(92)

 Sors: It-Tbassir Ekonomiku għas-Sajf 2020 tal-Kummissjoni: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/economy-finance/ip132_en.pdf

Top