Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0334

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)

    COM/2020/334 final

    Brussell, 24.7.2020

    COM(2020) 334 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)





    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)

    1. INTRODUZZJONI

    Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) 1 għandha l-għan li tipprevjeni u tikkontrolla t-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija kkawżat minn emissjonijiet minn installazzjonijiet industrijali.

    L-Artikoli 48(5) u 74 tad-Direttiva 2010/75/UE jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati fir-rigward

    (I)tal-istabbiliment ta’ data minn meta jeħtieġ jitwettaq kejl kontinwu tal-emissjonijiet fl-arja ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu

    u

    (II) tal-aġġustament ta’ diversi metodi ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet u ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Annessi tagħha għall-progress xjentifiku u tekniku.

    2. BAŻI ĠURIDIKA

    L-Artikolu 76(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jirrikjedi lill-Kummissjoni li tirrapporta dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati rilevanti msemmija fl-Artikoli 48(5) u 74.

    Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati għal perjodu ta’ ħames snin mis-6 ta’ Jannar 2011, li għandu jiġi awtomatikament estiż għal perjodu ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha f’konformità mal-Artikolu 77 tad-Direttiva.

    F’konformità mal-Artikolu 76(1), il-Kummissjoni hija meħtieġa tipprepara rapport fir-rigward tad-delegazzjoni tas-setgħa mhux iktar tard minn sitt xhur qabel jintemm il-perjodu ta’ ħames snin.

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni ħarġet l-ewwel rapport fit-12 ta’ Ġunju 2015 li jkopri l-perjodu ta’ ħames snin bejn is-6 ta’ Jannar 2011 u l-5 ta’ Jannar 2016. Peress li d-delega tas-setgħa ma ġietx irrevokata skont l-Artikolu 77, it-tieni perjodu ta’ ħames snin tal-għoti tas-setgħa beda fis-6 ta’ Jannar 2016 u se jintemm fil-5 ta’ Jannar 2021.

    Għalhekk, u abbażi tal-Artikolu 76(1), dan ir-rapport ikopri dan it-tieni perjodu ta’ ħames snin.

    3. EŻEĊIZZJU TAD-DELEGA

    L-eżerċizzju tal-għoti tas-setgħa tqies meħtieġ biex jikkumplimenta jew jadatta diversi dispożizzjonijiet previsti mid-Direttiva abbażi tal-progress tekniku u xjentifiku, jekk ikun hemm.

    Il-Kummissjoni tirrapporta li għadha ma adottatx atti delegati rilevanti.

    Fil-fatt, filwaqt li t-tekniki u l-istandards tal-kejl għall-kejl kontinwu tal-emissjonijiet fl-arja kif meħtieġ skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2010/75/UE għadhom qed jiġu żviluppati, għadu ma sar l-ebda progress xjentifiku jew tekniku relatat mal-metodi dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-konformità, imsemmija fl-Annessi V-VII ta’ dik id-Direttiva.

    Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ progress huma relatati:

    (I)man-nuqqas ta’ standard Ewropej (EN) għat-tekniki għall-kejl kontinwu tal-emissjonijiet fl-arja ta’ metalli tqal, diossini u furani (Artikolu 48(5)) u

    (II)man-nuqqas ta’ progress sinifikanti fir-reviżjoni tal-istandards EN eżistenti għas-sustanzi li jniġġsu oħrajn koperti mid-Direttiva (Artikolu 74).

    Għalhekk, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tadotta atti delegati biex tiġi stabbilita data minn meta jeħtieġ jitwettaq il-kejl kontinwu tal-emissjonijiet rilevanti u jiġu adattati Partijiet rilevanti tal-Annessi V, VI jew VII tad-Direttiva 2010/75/UE.

    4. KONKLUŻJONI

    Matul l-aħħar ħames snin, il-Kummissjoni ma eżerċitatx is-setgħat delegati mogħtija lilha skont id-Direttiva 2010/75/UE.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.

    (1)

    ĠU L 334, 17.12.2010, p.17

    Top