Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020AP0219

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta’ Settembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 biex titqies b'mod xieraq is-sistema globali tal-ġbir tad-data għad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti (COM(2019)0038 – C8-0043/2019 – 2019/0017(COD))

ĠU C 385, 22.9.2021, pp. 217–255 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 385/217


P9_TA(2020)0219

Is-sistema globali tal-ġbir tad-data għad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta’ Settembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 biex titqies b'mod xieraq is-sistema globali tal-ġbir tad-data għad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti (COM(2019)0038 – C8-0043/2019 – 2019/0017(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 385/29)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa - 1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

It-theddida mingħajr preċedent li ġejja mit-tibdil fil-klima tirrikjedi ambizzjoni msaħħa kif ukoll azzjoni klimatika akbar min-naħa tal-Unjoni u fil-livell globali. L-Unjoni hija impenjata li żżid l-isforzi biex tindirizza t-tibdil fil-klima u timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi  (1a) f'konformità mal-aktar xjenza reċenti disponibbli. Ir-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tal-2018 bit-titlu “Global warming of 1,5  oC” (It-Tisħin Globali ta' 1,5  oC) ikkonferma li tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet fis-setturi kollha huwa kruċjali biex nillimitaw it-tisħin globali għal anqas minn 1,5  oC. Ir-rapport speċjali tal-IPCC tal-2019 bit-titolu “The Ocean and Cryosphere in a Changing Climate” (L-Oċean u l-Krijosfera fi Klima li qed Tinbidel) jiddikjara ulterjorment li l-mekkaniżmi klimatiċi jiddependu fuq is-saħħa tal-oċeani u tal-ekosistemi tal-baħar li bħalissa huma affettwati mit-tisħin globali, it-tniġġis, l-isfruttament żejjed tal-bijodiversità tal-baħar, l-aċidifikazzjoni, id-deossiġenazzjoni u l-erożjoni tal-kosta. L-IPCC ifakkar li l-oċeani huma parti mis-soluzzjoni biex jiġu mitigati u adattati l-effetti tat-tibdil fil-klima u jissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-tniġġis tal-ekosistemi, kif ukoll li jittejbu l-bjar ta' karbonju naturali.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

It-trasport marittimu jagħmel impatt fuq il-klima globali minħabba l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) mit-tbaħħir . fl-2015 ikkawża 13 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE mis-settur tat-trasport (15). It-trasport marittimu internazzjonali għadu l-uniku mezz ta' trasportazzjoni li mhuwiex inkluż fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

(1)

It-trasport marittimu għandu impatt fuq it-tibdil fil-klima, fuq il-bijodiversità tal-baħar, fuq il-kwalità tal-arja u fuq is-saħħa pubblika, b'riżultat tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u emissjonijiet oħra li jiġġenera, bħall-metan, l-ossidi tan-nitroġenu, l-ossidi tal-kubrit, il-materja partikolata u l-karbonju iswed . Fl-2015 ikkawża 13 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE mis-settur tat-trasport (15). L-emissjonijiet globali marittimi huma mistennija li jiżdiedu bejn 50 % u 250 % sal-2050  (15a) . Sakemm ma titteħidx azzjoni ulterjuri, sal-2050 l-emissjonijiet marittimi relatati maż-ŻEE huma mistennija li jiżdiedu b'86 % 'l fuq mil-livelli tal-1990, minkejja l-adozzjoni ta' standards minimi dwar l-effiċjenza tal-bastimenti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI). It-trasport marittimu internazzjonali għadu l-uniku mezz ta' trasportazzjoni li mhuwiex inkluż fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Fit-13 ta' April 2018, l-OMI adottat l-Istrateġija Inizjali tagħha dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bastimenti. Miżuri għall-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija huma meħtieġa b'mod urġenti kemm fil-livell globali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żgurat li jittieħdu azzjonijiet immedjati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet marittimi, jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u jinkiseb l-objettiv ta' newtralità klimatika għall-Unjoni kollha, mingħajr ma jiġu mminati l-isforzi klimatiċi meħuda minn setturi oħra.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Jenħtieġ li s-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi qbil mal-impenn tal-koleġiżlaturi espress fir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (16) fid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew  (17) u tal-Kunsill.

(2)

Jenħtieġ li s-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għall-isforz konġunt biex it-tranżizzjoni għal emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti titlesta malajr kemm jista' jkun sa mhux aktar tard mill-2050 f'konformità mal-impenji meħuda mill-Unjoni fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2019 dwar it-tibdil fil-klima .

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Frar 2014 dwar qafas ta' politiki dwar il-klima l-enerġija għall-2030 appellat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffissaw mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 biex jitnaqqsu mill-inqas 40  % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mqabbel mal-livelli tal-1990. Il-Parlament Ewropew osserva wkoll li s-setturi kollha tal-ekonomija se jkunu meħtieġa jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emisssjonijiet tal-gassijiet serra biex l-Unjoni tagħti s-sehem ġust tagħha għall-isforzi globali.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 14  ta'  Marzu 2019 dwar it-tibdil fil-klima appoġġat b'maġġoranza kbira l-objettiv li tintlaħaq in-newtralità klimatika kemm jista' jkun malajr sa mhux aktar tard mill-2050. Il-Parlament Ewropew appella wkoll ripetutament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 biex jitnaqqsu mill-inqas 55  % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Il-Parlament Ewropew osserva wkoll li s-setturi kollha tal-ekonomija , inklużi dawk tal-avjazzjoni internazzjonali u t-trasport marittimu, jeħtiġilhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex l-Unjoni tagħti s-sehem ġust tagħha għall-isforzi globali. L-isforzi rapidi biex is-settur tat-trasport marittimu jiġi dekarbonizzat huma aktar u aktar importanti fid-dawl tad-dikjarazzjoni mill-Parlament tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar il-Konferenza tan-NU tal-2019 dwar it-Tibdil fil-Klima (COP25) f'Madrid, Spanja, saħaq fuq il-ħtieġa ta' azzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-Unjoni biex tindirizza l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur marittimu fid-dawl tal-fatt li l-progress li sar fil-livell tal-OMI mexa bil-mod u kien insuffiċjenti. Il-Parlament Ewropew appoġġa, b'mod partikolari, l-inklużjoni tas-settur marittimu fl-iskema tal-Unjoni Ewropea għan-negozjar tal-emissjonijiet (l-“EU ETS”), kif ukoll l-introduzzjoni ta' standards ta' effiċjenza tal-bastimenti fil-livell tal-Unjoni. Politiki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ibbażati fuq is-suq waħedhom mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni, u jenħtieġ li jiġu akkumpanjati minn rekwiżiti regolatorji vinkolanti ta' tnaqqis li jiġu infurzati kif suppost.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal- 24 ta'  Ottubru 2014 , il-Kunsill Ewropew approva mira vinkolanti tal-UE ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 40 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-1990 . Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll l-importanza li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-riskji marbutin mad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fis-settur tat-trasport stieden lill-Kummissjoni biex teżamina aktar l-istrumenti u l-miżuri għal approċċ komprensiv u teknoloġikament newtrali , fost oħrajn, għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet , għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u għall-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport .

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat- 12  ta'  Diċembru 2019  (1a), il-Kunsill Ewropew approva l-objettiv li tinkiseb Unjoni Ewropea newtrali għall-klima sal-2050 . Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll li l-leġiżlazzjoni l-politiki rilevanti kollha tal-UE jeħtieġ li jkunu konsistenti mat-twettiq tal-għanijiet tan-newtralità klimatika , u jikkontribwixxu għalih , filwaqt li jiġu rrispettati kundizzjonijiet ekwi .

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Attwalment, it-trasport marittimu huwa l-uniku settur li mhuwiex espressament is-suġġett ta' objettiv tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jew miżuri speċifiċi ta' mitigazzjoni. Fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tieħu miżuri addizzjonali biex tindirizza l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur marittimu, u b'mod partikolari testendi l-EU ETS għas-settur marittimu, tirregola l-aċċess tal-bastimenti l-aktar niġġiesa għall-portijiet tal-Unjoni u tobbliga lill-bastimenti rmiġġati jużaw l-elettriku max-xatt. Fil-proposta tagħha tal-4 ta' Marzu 2020 għal regolament li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima)  (1a) , il-Kummissjoni tikkonferma li jeħtieġ li tittieħed azzjoni addizzjonali sabiex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 u li kull settur se jkollu jikkontribwixxi hekk kif il-politiki attwali huma mistennija li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'60 % sal-2050.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

It-tneħħija tal-ostakli tas-suq fis-settur marittimu, inkluż l-użu ta' monitoraġġ trasparenti u robust, sistema ta' rappurtar u verifika (MRV), għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-adozzjoni ta' teknoloġiji ta' effiċjenza enerġetika, u b'hekk tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' madwar 2 % fl-emissjonijiet marittimi sal-2030. Sabiex is-settur marittimu jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-isforz mifrux fl-ekonomija kollha biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni kif ukoll il-miri tal-2030 u miri intermedjarji potenzjali oħra, hija għalhekk meħtieġa aktar azzjoni. Bħala l-istrument primarju tal-Unjoni għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tat-tniġġis tal-arja mit-trasport marittimu, ir-Regolament MRV tal-UE jikkostitwixxi bażi għal azzjoni ulterjuri. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, għalhekk, jenħtieġ li jiġi estiż biex jinkludi rekwiżiti vinkolanti għall-kumpaniji biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom għal kull kompitu ta' trasport, u huwa wkoll meħtieġ li tiġi estiża l-EU ETS biex tkopri s-settur tat-trasport marittimu.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

F'April tal-2015, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2015/757 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (20) (“ir-Regolament MRV tal-UE”), li fl-2016 ġie kkomplementat b'żewġ Regolamenti Delegati (21) u żewġ Regolamenti ta' Implimentazzjoni (22). L-għan tar-Regolament MRV tal-UE huwa li tinġabar id-data dwar l-emissjonijiet mit-trasport marittimu għal aktar tfassil tal-politika u li jiġi inċentivat it-tnaqqis tal-emissjonijiet billi tingħata l-informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti lis-swieq rilevanti. Ir-Regolament MRV tal-UE jobbliga lill-kumpaniji li, mill-2018 'il quddiem, kull sena jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jivverfikaw il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tagħhom waqt il-vjaġġi lejn u minn portijiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE). Dan japplika wkoll għall-emissjonijiet tas-CO2 fil-portijiet taż-ŻEE. L-ewwel rapporti dwar l-emissjonijiet iridu jaslu sat-30 ta' April 2019.

(6)

F'April tal-2015, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2015/757 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (20) (“ir-Regolament MRV tal-UE”), li fl-2016 ġie kkomplementat b'żewġ Regolamenti Delegati (21) u żewġ Regolamenti ta' Implimentazzjoni (22). L-għan tar-Regolament MRV tal-UE huwa li tinġabar id-data dwar l-emissjonijiet mit-trasport marittimu għal aktar tfassil tal-politika u li jiġi inċentivat it-tnaqqis tal-emissjonijiet billi tingħata l-informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti lis-swieq rilevanti. Ir-Regolament MRV tal-UE ġie adottat bħala l-ewwel pass f'approċċ gradwali għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu bħala parti mill-impenji tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għall-ipprezzar sussegwenti ta' dawk l-emissjonijiet f'konformità mal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”. Meta ġie adottat ir-Regolament MRV tal-UE, il-Kummissjoni impenjat ruħha li, fil-kuntest tal-proposti leġiżlattivi futuri dwar l-emissjonijiet marittimi, tikkunsidra liema passi li jmiss ikunu xierqa biex jiġi żgurat li s-settur jagħti kontribut ġust għall-objettivi tal-Unjoni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet, partikolarment għall-possibbiltà li l-EU ETS tiġi estiża għas-settur marittimu. Ir-Regolament MRV tal-UE jobbliga lill-kumpaniji li, mill-2018 'il quddiem, kull sena jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jivverfikaw il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tagħhom waqt il-vjaġġi lejn u minn portijiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE). Dan l-obbligu japplika wkoll għall-emissjonijiet tas-CO2 fil-portijiet taż-ŻEE. L-ewwel rapporti dwar l-emissjonijiet kellhom jaslu sat-30 ta' April 2019 u ġew ippubblikati mill-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju 2019 .

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Jenħtieġ li t-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-tbaħħir u l-impatt tagħhom fuq it-tisħin globali u t-tniġġis tal-arja ma jiġux implimentati b'mod li jagħmel ħsara lill-bijodiversità tal-baħar, u jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn miżuri mmirati lejn il-kisba mill-ġdid tal-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta milquta mill-industrija tat-tbaħħir, bħalma huma sustanzi mormija fl-ibħra, inklużi l-ilma tas-saborra, l-idrokarburi, il-metalli tqal u s-sustanzi kimiċi, kontenituri mitlufa fil-baħar u ħabtiet ma' ċetaċji.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)

Fis-settur marittimu, sid il-bastiment mhux dejjem ikun l-istess persuna jew entità li tkun qed topera l-bastiment b'mod kummerċjali. Għalhekk, id-data kollha rikjesta taħt ir-Regolament MRV jenħtieġ li tinġabar u tiġi attribwita lill-parti responsabbli għall-operazzjoni kummerċjali tal-bastiment, bħall-maniġer, in-nolleġġatur fuq żmien jew in-nolleġġatur tal-bastiment mingħajr ekwipaġġ.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)

Jenħtieġ li d-data miġbura taħt ir-Regolament MRV tal-UE tintuża biex tissaħħaħ it-tranżizzjoni lejn bastimenti b'emissjonijiet żero permezz tal-istabbiliment ta' ċertifikat tal-effiċjenza enerġetika għall-bastimenti, bi skala ta' klassifikazzjoni, biex ikun jista' jsir tqabbil trasparenti tal-bastimenti, speċjalment għall-bejgħ jew għall-kiri, u biex l-Istati Membri jitħeġġu jippromwovu l-aħjar prattiki u jappoġġaw lill-aktar bastimenti effiċjenti.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 6d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6d)

It-tikketta Ewropea tat-tbaħħir għall-prodotti jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mas-sidien tal-bastimenti, ma' partijiet ikkonċernati oħra u ma' esperti indipendenti, sabiex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar l-impatt ambjentali tat-trasport marittimu relatat ma' prodotti li jixtru. Tali tikketta tappoġġa t-tranżizzjoni ambjentali u tal-enerġija tas-settur tat-tbaħħir billi tipprovdi mod affidabbli u trasparenti biex tinforma lill-klijenti dwar inizjattivi volontarji. Din tinkoraġġixxi lill-konsumaturi jixtru prodotti ttrasportati minn sidien ta' bastimenti li jkunu naqqsu l-impatt ambjentali tagħhom, pereżempju fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu, it-tniġġis akustiku, il-ġestjoni tal-iskart u tal-ilma.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 6e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6e)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE  (1a) tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trasport billi tippromwovi bidla mit-trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi ta' trasport b'inqas emissjonijiet, inklużi kurituri ta' xmajjar b'emissjonijiet żero. Hija meħtieġa reviżjoni ta' dik id-Direttiva, sabiex jiżdiedu l-isforzi biex jiġi promoss it-trasport multimodali u jiżdiedu l-effiċjenza u l-alternattivi b'emissjonijiet baxxi. It-trasport f'passaġġi fuq l-ilma b'emissjonijiet żero huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' bidla modali sostenibbli mit-toroq għal passaġġi fuq l-ilma, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġi appoġġat l-investiment fl-infrastrutturi għar-riforniment u l-iċċarġjar f'portijiet interni.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 6f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6f)

Il-portijiet tal-Unjoni jikkostitwixxu ċentri strateġiċi fit-tranżizzjoni tal-enerġija minħabba l-pożizzjoni ġeografika u l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. Huma jirrappreżentaw il-punti ta' dħul ewlenin ta' prodotti tal-enerġija (minn importazzjoni, ħżin jew distribuzzjoni), jinvolvu ruħhom dejjem aktar fl-iżvilupp ta' siti ta' produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u jiżviluppaw strateġiji ġodda ta' ġestjoni tal-enerġija u ta' ekonomija ċirkolari. Għaldaqstant, f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li l-Unjoni takkumpanja d-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu b'approċċ strateġiku tal-portijiet tal-Unjoni biex tappoġġa r-rwol tagħhom bħala faċilitaturi tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jistimulaw l-iżvilupp ta' portijiet b'emissjonijiet żero u jinvestu f'infrastrutturi għar-riforniment u l-iċċarġjar. Dan jiżgura benefiċċji immedjati għas-saħħa għaċ-ċittadini kollha li jgħixu f'żoni portwarji u kostali, kif ukoll jillimita l-impatti negattivi fuq il-bijodiversità tal-baħar u tal-kosta f'żoni bħal dawn, li jirrappreżentaw ukoll territorji vasti ta' artijiet, li wħud minnhom huma parti min-network ta' Natura 2000.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

L-Artikolu 22 tar-Regolament MRV tal-UE jgħid li jekk ikun hemm ftehim internazzjonali dwar skema globali ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika, il-Kummissjoni se tirrevedi r-Regolament MRV tal-UE u, jekk ikun jixraq, tipproponi emendi biex tiżgura qbil ma' dak il-ftehim internazzjonali.

(7)

L-Artikolu 22 tar-Regolament MRV tal-UE jgħid li jekk ikun hemm ftehim internazzjonali dwar skema globali ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika, jew dwar miżuri globali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni se tirrevedi r-Regolament MRV tal-UE u, jekk ikun jixraq, tipproponi emendi biex tiżgura konsistenza ma' dak il-ftehim internazzjonali. Huwa importanti li, irrispettivament minn kwalunkwe miżura globali, l-Unjoni tibqa' kapaċi tkun ambizzjuża u turi tmexxija klimatika billi żżomm jew tadotta miżuri aktar stretti fi ħdan l-Unjoni.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Skont il-Ftehim ta' Pariġi li ġie adottat f'Diċembru tal-2015 waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (23), l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom għal mira ta' tnaqqis mal-ekonomija kollha. Bħalissa qed isiru sforzi biex jiġu limitati l-emissjonijiet marittimi internazzjonali permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u jenħtieġ li dawn l-isforzi jiġu inkoraġġuti (24). F'Ottubru tal-2016, l-OMI adottat sistema ta' ġbir tad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti (“is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI”).

(8)

Skont il-Ftehim ta' Pariġi li ġie adottat f'Diċembru tal-2015 waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (23), l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom għal mira ta' tnaqqis mal-ekonomija kollha. Bħalissa qed isiru sforzi biex jiġu limitati l-emissjonijiet marittimi internazzjonali permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u jenħtieġ li dawn l-isforzi jiġu inkoraġġuti (24). F'Ottubru tal-2016, l-OMI adottat sistema ta' ġbir tad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti (“is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI”). Fit-13 ta' April 2018, l-OMI adottat ukoll strateġija inizjali dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bastimenti (l-“Istrateġija Inizjali” tal-OMI), bil-għan li tillimita ż-żieda f'dawk l-emissjonijiet malajr kemm jista' jkun u li sal-2050 tnaqqashom b'mill-inqas 50 % meta mqabbel mal-2008, u li tkompli bl-isforzi biex gradwalment teliminahom għalkollox. Fl-istess ħin, l-Istati Membri u l-Membri Assoċjati tal-OMI, inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, impenjaw ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 għal kull kompitu ta' trasport, bħala medja fit-trasport marittimu internazzjonali kollu, b'mill-inqas 40 % sal-2030, u li jagħmlu sforzi lejn tnaqqis ta' 70 % sal-2050. Għalhekk, huwa xieraq li l-elementi ċentrali tal-Istrateġija Inizjali tal-OMI jiġu inklużi fil-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jkomplu jiġu involuti b'mod kostruttiv mal-Istati Membri tal-OMI biex jintlaħaq ftehim globali dwar il-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Jenħtieġ li l-kumpaniji jkunu obbligati jnaqqsu b'mod lineari l-emissjonijiet annwali tas-CO2 għal kull kompitu ta' trasport b'mill-inqas 40 % sal-2030 bħala medja mal-bastimenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom, meta mqabbla mal-prestazzjoni medja għal kull kategorija ta' bastimenti tal-istess daqs u tip kif irrappurtat taħt ir-Regolament MRV. Il-linja bażi għall-miżuri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jenħtieġ li tiġi stabbilita billi tintuża d-data mit-THETIS-MRV u s-Sistema tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, filwaqt li jiġi rikonoxxut bis-sħiħ it-tnaqqis tal-emissjonijiet li diġà sar minn kumpaniji “fuq quddiem fid-dekarbonizzazzjoni”. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti delegati biex tiddefinixxi r-regoli dettaljati biex tiġi ddeterminata l-linja bażi, il-fattur ta' tnaqqis annwali għal kull kategorija ta' bastiment, ir-regoli u l-mezzi għall-kalkolu u l-ġbir tal-penali għall-emissjonijiet eċċessivi, u kwalunkwe regola oħra meħtieġa għall-konformità u l-verifika tal-konformità ma' dan l-obbligu.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Filwaqt li qieset il-koeżistenza ta' dawn iż-żewġ sistemi ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika, il-Kummissjoni vvalutat kif se tallinja ż-żewġ sistemi biex tnaqqas il-piż amministrattiv għall-bastimenti filwaqt li tippreserva l-għanijiet tar-Regolament MRV tal-UE, bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament MRV tal-UE.

(9)

Filwaqt li qieset il-koeżistenza ta' dawn iż-żewġ sistemi ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika, il-Kummissjoni vvalutat kif se tallinja ż-żewġ sistemi biex tnaqqas il-piż amministrattiv għall-bastimenti , speċjalment dawk bi proprjetà tal-SMEs, filwaqt li tippreserva l-għanijiet tar-Regolament MRV tal-UE, bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament MRV tal-UE.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Il-valutazzjoni tal-impatt indikat li allinjament parzjali taż-żewġ sistemi ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika jista' jikkontribwixxi biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji tat-trasport marittimu, filwaqt li jiġu ppreservati l-għanijiet ewlenin tar-Regolament MRV tal-UE. Madankollu, jenħtieġ li dan l-allinjament ma jbiddilx ir-rekwiżiti tat-tmexxija, tal-kamp ta' applikazzjoni ,,tal-verifika, tat-trasparenza jew tar-rappurtar tas-CO2 tar-Regolament MRV tal-UE għax dan it-tibdil ikun jimmina l-għanijiet tar-Regolament u jaffettwa l-abbiltà tiegħu li jinforma d-deċiżjonijiet futuri tat-tfassil tal-politika u li jinċentiva l-adozzjoni ta' teknoloġiji u mġiba li jkunu iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija fis-settur. Għalhekk jenħtieġ li kull emenda tar-Regolament MRV tal-UE tillimita l-allinjament mas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI rigward id-definizzjonijiet, il-parametri tal-monitoraġġ, il-pjanijiet u l-mudelli tal-monitoraġġ.

(10)

Il-valutazzjoni tal-impatt indikat li allinjament parzjali taż-żewġ sistemi ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika jista' jikkontribwixxi biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji tat-trasport marittimu, filwaqt li jiġu ppreservati l-għanijiet ewlenin tar-Regolament MRV tal-UE. Madankollu, jenħtieġ li dan l-allinjament ma jbiddilx ir-rekwiżiti tat-tmexxija, tal-verifika, tat-trasparenza jew tar-rappurtar tas-CO2 tar-Regolament MRV tal-UE għax dan it-tibdil ikun jimmina l-għanijiet tar-Regolament u jaffettwa l-abbiltà tiegħu li jinforma d-deċiżjonijiet futuri tat-tfassil tal-politika u li jinċentiva l-adozzjoni ta' teknoloġiji u mġiba li jkunu iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija fis-settur. Għalhekk jenħtieġ li kull emenda tar-Regolament MRV tal-UE tillimita l-allinjament mas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI rigward il-bastimenti koperti mir-Regolament MRV tal-UE, id-definizzjonijiet, il-parametri tal-monitoraġġ, il-pjanijiet u l-mudelli tal-monitoraġġ.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Jenħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI dwar id-data li trid tiġi monitorjata u rappurtata kull sena biex ikun żgurat li tinġabar data razzjonalizzata dwar l-attivitajiet tal-bastimenti li jaqgħu taħt iż-żewġ sistemi. Biex isir hekk, jenħtieġ jiġi rrappurtat il-parametru “tunnellaġġ tal-piż mejjet” iżda “il-merkanzija li tinġarr” jenħtieġ jibqa' fuq bażi volontarja . “Ħin fuq il-baħar” jenħtieġ tinbidel bid-definizzjoni tas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI “sigħat tal-ivvjaġġar”. Fl-aħħar nett, il-kalkolu tad-“distanza vvjaġġata” jenħtieġ li jkun ibbażat fuq is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI (25) biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

(12)

Jenħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI dwar id-data li trid tiġi monitorjata u rappurtata kull sena biex ikun żgurat li tinġabar data razzjonalizzata dwar l-attivitajiet tal-bastimenti li jaqgħu taħt iż-żewġ sistemi. Biex isir hekk, jenħtieġ li jiġi rrappurtat il-parametru “tunnellaġġ tal-piż mejjet” kif ukoll “il-merkanzija li tinġarr”. “Ħin fuq il-baħar” jenħtieġ li tinbidel bid-definizzjoni tas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI “sigħat tal-ivvjaġġar”. Fl-aħħar nett, il-kalkolu tad-“distanza vvjaġġata” jenħtieġ li jkun ibbażat fuq is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI (25) biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Jenħtieġ li jiġi razzjonalizzat il-kontenut tal-pjanijiet tal-monitoraġġ biex titqies is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, għajr dawk il-partijiet tal-pjan li huma meħtieġa biex ikun żgurat li d-data b'rabta mal-Unjoni biss tiġi mmonitorjata u rrappurtata skont ir-Regolament MRV tal-UE. Għaldaqstant jenħtieġ li kull dispożizzjoni dwar “għal kull vjaġġ” tibqa' parti mill-pjan tal-monitoraġġ.

(13)

Jenħtieġ li jiġi razzjonalizzat il-kontenut tal-pjanijiet tal-monitoraġġ biex titqies is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, għajr dawk il-partijiet tal-pjan li huma meħtieġa biex ikun żgurat li d-data b'rabta mal-Unjoni biss tiġi mmonitorjata u rrappurtata skont ir-Regolament MRV tal-UE. Għaldaqstant jenħtieġ li kull dispożizzjoni dwar “għal kull vjaġġ” tibqa' parti mill-pjan tal-monitoraġġ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tassisti wkoll lill-Istati Membri billi tikkondividi l-għarfien espert u l-prattiki tajba, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda, bl-objettiv li jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi u tinkiseb data b'mod effiċjenti u sikur.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni fl-2013 u li takkumpanja l-proposta għar-Regolament MRV tal-UE wriet l-effikaċja tal-EU ETS għall-emissjonijiet marittimi u identifikat sistema tal-EU ETS jew fond ta' kumpens ibbażat fuq il-mira bħala l-għażliet li jistgħu jiżguraw li jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet fis-settur. Sabiex tinkludi t-tbaħħir marittimu fl-isforz tal-Unjoni biex tnaqqas l-emissjonijiet, jenħtieġ li d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a tiġi emendata biex tkopri l-emissjonijiet marittimi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti delegati biex tistabbilixxi l-kwantità totali tal-kwoti għat-trasport marittimu f'konformità ma' setturi oħra, u l-metodu ta' allokazzjoni tal-kwoti għat-trasport marittimu permezz ta' rkantar. Meta tkun qed tħejji dawk l-atti delegati, jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġorna l-valutazzjoni tal-impatt tal-2013, b'mod partikolari biex tqis il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika kif definit fir-Regolament (UE) …/… [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima] u l-impatt ekonomiku, inkluż f'termini ta' riskji possibbli ta' bidliet modali mhux intenzjonati u rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni. Huwa importanti li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw miżuri fil-livell internazzjonali biex inaqqsu l-impatt tal-klima tat-trasport marittimu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina kwalunkwe progress lejn l-adozzjoni ta' miżura bbażata fuq is-suq mill-OMI, u fil-każ tal-adozzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq, tikkunsidra kif tiżgura li jkun hemm konsistenza bejn il-miżuri tal-Unjoni u l-miżuri globali b'manjiera li jiġu ppreservati l-integrità u l-effikaċja ambjentali tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)

Is-suċċess fit-tranżizzjoni lejn trasport marittimu b'emissjonijiet żero jirrikjedi approċċ integrat u ambjent abilitanti xieraq li jippermetti li tiġi stimulata l-innovazzjoni, kemm fuq il-bastimenti kif ukoll fil-portijiet. Dak l-ambjent abilitanti jinvolvi investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-innovazzjoni, miżuri teknoloġiċi u operazzjonali biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti, u l-użu ta' fjuwils alternattivi u teknoloġiji ta' propulsjoni sostenibbli, bħall-idroġenu u l-ammonijaka, li huma prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u teknoloġiji ta' propulsjoni b'emissjonijiet żero, inkluża l-infrastruttura meħtieġa għar-riforniment u l-iċċarġjar fil-portijiet. Jenħtieġ li jiġi stabbilit Fond tal-Oċeani mid-dħul iġġenerat mill-irkantar ta' kwoti marittimi taħt l-EU ETS biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti u jiġi appoġġat l-investiment immirat lejn id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu, inkluż fit-tbaħħir fuq distanzi qosra u fil-portijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa wkoll miżuri li jirregolaw l-aċċess tal-aktar bastimenti li jniġġsu għall-portijiet tal-Unjoni u li jobbligaw lill-bastimenti rmiġġjati li jaħdmu bil-fjuwil jużaw l-elettriku max-xatt jew alternattivi ta' fjuwil b'emissjoijiet żero. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li tobbliga lill-portijiet jivvalutaw tariffi ta' kontrostallija bbażati fuq l-emissjonijiet.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c)

It-tranżizzjoni b'suċċess lejn bastimenti b'emissjonijiet żero u dawk ekoloġiċi tirrikjedi approċċ integrat għall-promozzjoni ta' miżuri innovattivi għal bastimenti aktar ekoloġiċi, pereżempju fir-rigward tad-disinn tal-buq, magni ġodda u fjuwils alternattivi sostenibbli, u propulsjoni mir-riħ, u miżuri operazzjonali, li jistgħu jiġu implimentati fuq medda qasira ta' żmien biex jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil u b'hekk l-emissjonijiet, bħal pereżempju t-tnaqqis fil-veloċità jew l-ippjanar aħjar tar-rotot. It-tnaqqis fil-veloċità, imsejjaħ ukoll tbaħħir b'veloċità mnaqqsa (slow steaming), ġie ttestjat fuq skala kbira bejn l-2006 u l-2012 minħabba ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fjuwil: tnaqqis ta' 10 % fil-veloċità wassal għal tnaqqis fil-konsum ta' madwar 19 %  (1a) u tnaqqis korrispondenti fl-emissjonijiet. Miżuri bbażati fuq is-suq bħall-EU ETS se jinkoraġġixxu t-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti, u l-użu ta' fjuwils alternattivi u teknoloġiji ta' propulsjoni sostenibbli, inklużi l-infrastrutturi meħtieġa tar-riforniment u tal-iċċarġjar fil-portijiet u fil-portijiet interni.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Sabiex jiġi żgurat li tinżamm kwalità għolja ta' data rappurtata fir-reġistru tat-THETIS-MRV, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) tingħata s-setgħat u r-riżorsi meħtieġa biex tkun tista' tivverifika l-emissjonijiet irrappurtati minn verifikatur.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-funzjonament tar-Regolament (UE) 2015/757, filwaqt li tqis l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament u tas-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, kif ukoll żviluppi rilevanti oħra mmirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 14c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c)

It-trasport marittimu huwa wkoll sors ta' sustanzi li jniġġsu l-arja, bħall-ossidu tal-kubrit (SOx), l-ossidu tan-nitroġenu (NOx), il-materja partikulata (PM), is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS) u l-komposti organiċi volatili (VOC)1a. Is-sustanzi li jniġġsu fl-arja għandhom impatt negattiv kemm fuq l-ambjent kif ukoll fuq is-saħħa taċ-ċittadini, b'mod partikolari għal dawk li jgħixu jew jaħdmu fiż-żoni kostali jew portwarji. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi l-leġiżlazzjoni rilevanti sa' Ġunju 2021 u tagħmel proposti konkreti biex tindirizza l-problema tal-emissjonijiet li jniġġsu l-arja ġejjin mit-trasport marittimu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem ukoll fuq l-estensjoni taż-Żoni ta' Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Kubrit (SECA) u ż-Żoni ta' Kontroll tal-Emissjonijiet tal-NOx (NECA) fl-ibħra kollha Ewropej, inkluż fil-baħar Mediterran, u tkompli tindirizza l-problema tar-rimi tal-ilma tal-ħasil minn purifikaturi u r-rilaxx ta' sustanzi oħra, bħall-ilma tas-saborra, l-idrokarburi, il-metalli tqal u s-sustanzi kimiċi, f'ibħra miftuħa, u l-problema tal-impatt ta' tali sustanzi fuq il-bijodiversità tal-baħar.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

L-għan tar-Regolament (UE) 2015/757 huwa li jsiru monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 minn bastimenti li jidħlu fil-portijiet taż-ŻEE, bħala l-ewwel pass ta' approċċ fi stadji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dan ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li titqies is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, u dan ir-Regolament jiżgura li d-data li tinġabar abbażi ta' sett wieħed ta' rekwiżiti, tibqa' tkun komparabbli u affidabbli. L-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(15)

L-għan tar-Regolament (UE) 2015/757 huwa li jsiru monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn bastimenti li jidħlu fil-portijiet taż-ŻEE, sabiex titnaqqas l-intensità tal-karbonju medja għal kull kompitu ta' trasport, inkluż billi jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-emissjonijiet tagħhom meta jkunu rmiġġati sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur marittimu . Dan ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li titqies is-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, u dan ir-Regolament jiżgura li d-data li tinġabar abbażi ta' sett wieħed ta' rekwiżiti, tibqa' tkun komparabbli u affidabbli. L-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

It-tranżizzjoni lejn tbaħħir newtrali għall-klima għad trid tintlaħaq u l-miżuri regolatorji f'dak ir-rigward s'issa kienu inadegwati. Il-portijiet jista' jkollhom rwol sinifikanti fid-dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu. L-operaturi ta' bastimenti li jidħlu f'portijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu obbligati li jiżguraw, permezz ta' mezzi bħall-konnessjoni għall-elettriku mix-xatt, li meta jkunu rmiġġjati, il-bastimenti tagħhom ma jipproduċux gassijiet serra jew emissjonijiet li jniġġsu l-arja. Dan ikun partikolarment importanti fil-każ ta' rmiġġi li jkunu jinsabu qrib żoni urbani, sabiex jitnaqqsu l-effetti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa tal-bniedem. Minħabba l-impatti differenti ta' bastimenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u emissjonijiet li jniġġsu l-arja, dawk il-bastimenti li jniġġsu l-aktar, inklużi bastimenti kbar tal-passiġġieri, jenħtieġ li l-ewwel ikunu meħtieġa jikkonformaw ma' dak ir-rekwiżit.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)

Jenħtieġ li l-operaturi tal-bastimenti jiżguraw li huma joperaw il-bastimenti bl-aktar mod effiċjenti possibbli fl-użu tal-enerġija, b'tali mod li jżommu l-emissjonijiet sal-aktar livelli baxxi possibbli. Il-bennejja tal-bastimenti jenħtieġ li jiżguraw li huma jagħmlu t-tnaqqis tal-emissjonijiet prijorità meta jibnu bastimenti ġodda.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Emendi għar-Regolament (UE) 2015/757

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-Regolament (UE) 2015/757 huwa emendat kif ġej:

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu - 1a (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Premessa 23

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a)     Il-premessa 23 tiġi sostitwita b'dan li ġej:

(23)

Gassijiet oħra b'effett ta' serra, sustanzi b'impatti klimatiċi jew sustanzi li jniġġsu l-arja ma għandhomx ikunu koperti mis-sistema MRV tal-Unjoni f'dan l-istadju sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' tagħmir ta' kejl li mhuwiex suffiċjentement affidabbli jew kummerċjalment disponibbli, ħaġa li tista' xxekkel l-implimentazzjoni tas-sistema MRV tal-Unjoni .

“(23)

Is-sistema MRV tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri wkoll gassijiet oħra b'effett ta' serra, sustanzi b'impatti klimatiċi u sustanzi li jniġġsu l-arja , fejn ikun jeżisti tagħmir ta' kejl suffiċjentement affidabbli jew kummerċjalment disponibbli, biex il-klima, l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem jiġu protetti aħjar .”

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu - 1b (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1b)     L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 1

“Artikolu 1

Suġġett

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u ta' informazzjoni oħra rilevanti minn bastimenti li jaslu jew ikunu f'portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru , sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu b'mod kosteffiċjenti .

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra rilevanti minn bastimenti li jaslu jew ikunu f'portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru . Sabiex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni kif definit fir-Regolament (UE)…/… [il-liġi Ewropea dwar il-Klima] , filwaqt li titqies l-Istrateġija Inizjali tal-OMI dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-bastimenti adottata fit-13 ta' April 2018, dan ir-Regolament jimponi obbligi fuq il-kumpaniji biex inaqqsu l-emissjonijiet medji annwali ta' CO2 tagħhom għal kull kompitu ta' trasport f'konformità mal-Artikolu 12a .”

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu - 1c (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1c)     Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti b'aktar minn 5000 tunnellaġġ gross fir-rigward ta' emissjonijiet CO2 rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom mill-aħħar port ta' waqfa tagħhom lejn port ta' waqfa taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u minn port ta' waqfa li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru għal port ta' waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f'portijiet ta' waqfa taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

“1.   Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti b'tunnellaġġ gross ta' 5 000  jew aktar fir-rigward ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom mill-aħħar port ta' waqfa tagħhom lejn port ta' waqfa taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u minn port ta' waqfa li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru għal port ta' waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f'portijiet ta' waqfa taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.”

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)

Jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)

‘emissjonijiet ta' gassijiet serra’ tfisser ir-rilaxx ta' gassijiet serra minn bastimenti, kif imniżżel fl-Anness II tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*1) ;

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -aa (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)

Il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)

“port ta' waqfa” tfisser port fejn bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott merkanzija jew biex jimbarka jew jiżbarka passiġġieri; konsegwentement, waqfiet unikament għal finijiet ta' riforniment ta' fjuwil, akkwist ta' provvisti, bdil ta' ekwipaġġ, dħul f'baċiri jew tiswijiet lill-bastiment u/jew lit-tagħmir tiegħu, waqfiet f'port għaliex il-bastiment ikun jeħtieġ assistenza jew jinsab fil-periklu, trasbordi barra mill-portijiet, u waqfiet għall-iskop uniku ta' rifuġju minn temp ħażin jew li jsiru meħtieġa minħabba attivitajiet ta' tiftix u salvataġġ huma esklużi;

 

“(b)

‘port ta' waqfa’ tfisser port fejn bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott parti sostanzjali mill-merkanzija tiegħu jew biex jimbarka jew jiżbarka passiġġieri; konsegwentement, waqfiet unikament għal finijiet ta' riforniment ta' fjuwil, akkwist ta' provvisti, bdil ta' ekwipaġġ, dħul f'baċiri jew tiswijiet lill-bastiment u/jew lit-tagħmir tiegħu, waqfiet f'port għaliex il-bastiment ikun jeħtieġ assistenza jew jinsab fil-periklu, trasbordi barra mill-portijiet, u waqfiet għall-iskop uniku ta' rifuġju minn temp ħażin jew li jsiru meħtieġa minħabba attivitajiet ta' tiftix u salvataġġ huma esklużi;”

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

“kumpanija” tfisser sid il-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-meniġer jew in-noleġġatur ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li jkunu assumew ir-responsabbiltà għall-operazzjoni tal-bastiment mingħand sid il-bastiment u li jkunu aċċettaw li jassumu d-doveri u r-responsabbiltajiet kollha li jimponi r-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ;

“(d)

‘kumpanija’ tfisser sid il-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer; in-nolleġġatur għal żmien speċifiku jew in-noleġġatur ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li jkunu assumew ir-responsabbiltà għall-operazzjoni kummerċjali tal-bastiment mingħand sid il-bastiment u li jkunu responsabbli għall-ħlas tal-fjuwil ikkunsmat mill-bastiment ;”

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)

Il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(i)

“informazzjoni oħra rilevanti” tfisser informazzjoni relatata ma' emissjonijiet ta' CO2 mill-konsum ta' fjuwils, ma' xogħol ta' trasport u mal-effiċjenza enerġetika ta' bastimenti, li tiffaċilita l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet ta' bastimenti;

 

“(i)

‘informazzjoni oħra rilevanti’ tfisser informazzjoni relatata ma' emissjonijiet ta' CO2 mill-konsum ta' fjuwils, ma' xogħol ta' trasport , ma' provvista tal-enerġija mix-xatt għall-bastiment waqt l-irmiġġ u mal-effiċjenza enerġetika ta' bastimenti, li tiffaċilita l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet ta' bastimenti;”

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)     Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   F'konformità mal-Artikoli 8 sa 12, il-kumpanniji għandhom, għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom, jimmonitorjaw u  jirrapportaw il-parametri rilevanti matul perijodu ta' rappurtar. Huma għandhom jimmonitorjaw u  jirrapportaw fil-portijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u għal kull vjaġġ lejn jew minn port taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

“1.   F'konformità mal-Artikoli 8 sa 12, il-kumpaniji għandhom, għal kull wieħed mill-bastimenti taħt l-kontroll operazzjonali kummerċjali tagħhom, jimmonitorjaw u  jirrappurtaw il-parametri rilevanti matul perjodu ta' rappurtar. Huma għandhom jimmonitorjaw u  jirrappurtaw fil-portijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u għal kull vjaġġ lejn jew minn port taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.”

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)     Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“2a.     Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-metodi għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan (CH4).

Minbarra l-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2021, tivvaluta u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fuq il-klima globali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, minbarra s-CO2 u s-CH4, minn bastimenti li jaslu jew ikunu f'portijiet, jew jitilqu minn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' kif jiġu ttrattati dawk l-emissjonijiet.”

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt i a (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

jiżdied il-punt li ġej:

“(ca)

il-fatturi ta' emissjoni għall-fjuwils alternattivi, inkluż għall-gass naturali likwifikat, il-bijofjuwils, il-fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika li fihom il-karbonju, għandhom jiġu espressi f'termini ekwivalenti ta' CO2 u jinkludu l-gassijiet b'effett serra kollha, u jkunu bbażati fuq analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja. Dawn il-fatturi ta' emissjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2);”

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

il-merkanzija li qed tinġarr, fuq bażi volontarja;";

imħassar

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)     Fl-Artikolu 9(2), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)

il-vjaġġi kollha tal-bastiment matul il-perijodu ta' rappurtar jibdew minn port jew jintemmu f'port li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru; u

“(a)

mhux inqas minn 90 % tal-vjaġġi tal-bastiment matul il-perjodu ta' rappurtar jibdew minn port jew jintemmu f'port li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru; u”

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

Jiżdied il-punt li ġej:

“(ja)

il-merkanzija li tinġarr.”

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5 – punt a

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta jkun hemm bidla tal-kumpanija, il-kumpanija ta' qabel għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat tal-Bandiera kkonċernat, kemm jista' jkun qrib id-data meta titlesta l-bidla u mhux aktar tard minn tliet xhur warajha, li jkun fih l-istess elementi bħar-rapport dwar l-emissjonijiet iżda limitat għall-perjodu meta twettqu l-attivitajiet fir-responsabbiltà tiegħu.";

“2.   Meta jkun hemm bidla tal-kumpanija, il-kumpanija ta' qabel għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat tal-Bandiera kkonċernat, fil-jum tat-tlestija tal-bidla jew kemm jista' jkun qrib id-data meta titlesta l-bidla u mhux aktar tard minn xahar warajha, li jkun fih l-istess elementi bħar-rapport dwar l-emissjonijiet iżda limitat għall-perjodu meta twettqu l-attivitajiet fir-responsabbiltà tiegħu . Il-kumpanija l-ġdida għandha tiżgura li kull bastiment taħt ir-reponsabbiltà tagħha jkun f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għall-bqija tal-perjodu ta' rappurtar wara l-bidla .”

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt xi a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

Fil-punt (a) tal-paragrafu (3), jiżdied il-punt li ġej:

“(xia)

il-merkanzija li tinġarr;”

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5 – punt bb (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt xi b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

Fil-punt (a) tal-paragrafu 3, jiżdied il-punt li ġej:

“(xib)

id-daqs tal-bastiment;”

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5 a (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Kapitolu IIa (ġdid) – Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)     Jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“KAPITOLU IIa

TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET

Artikolu 12a

Tnaqqis fl-emissjonijiet

1.     Il-kumpaniji għandhom inaqqsu b'mod lineari l-emissjonijiet annwali ta' CO2 għal kull kompitu ta' trasport b'mill-inqas 40 % sal-2030 bħala medja mal-bastimenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom, meta mqabbla mal-prestazzjoni medja għal kull kategorija ta' bastimenti tal-istess daqs u tip kif irrappurtat taħt dan ir-Regolament.

2.     Meta, f'sena partikolari, kumpanija tonqos milli tikkonforma mat-tnaqqis annwali msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha timponi penali finanzjarja, li għandha tkun effettiva, proporzjonata, dissważiva u kompatibbli ma' sistema ta' negozjar ta' emissjonijiet ibbażata fuq is-suq, bħall-EU ETS . Il-ħlas tal-penali ta' emissjonijiet żejda ma teħlisx lill-kumpanija mill-obbligu tagħha skont il-paragrafu 1 għall-perjodu sal-2030. Fil-każ ta' kumpaniji li jkunu naqsu milli jikkonformaw mal-limiti ta' emissjonijiet stabbiliti taħt dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(3) u 20(4).

3.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi l-kategoriji ta' bastimenti msemmija fil-paragrafu 1, billi tiddetermina l-linja bażi u l-fattur lineari annwali ta' tnaqqis li għandu jiġi applikat għal kull kategorija ta' bastiment billi tuża d-data mingħand it-THETIS-MRV, inkluż il-parametru obbligatorju tal-‘merkanzija li tinġarr’, u s-Sistema globali tal-Ġbir tad-Data tal-OMI, filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod sħiħ it-tnaqqis tal-emissjonijiet li diġà jkun sar mill-kumpaniji ‘fuq quddiem fid-dekarbonizzazzjoni’, sabiex tintlaħaq il-mira msemmija fil-paragrafu 1, billi jiġu speċifikati r-regoli u l-mezzi għall-kalkolu u l-ġbir tal-penali għal emissjonijiet eċċessivi msemmija fil-paragrafu 2, u billi tiġi speċifikata kwalunkwe regola oħra meħtieġa għall-konformità u l-verifika tal-konformità ma' dan l-Artikolu.

4.     Fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni mill-OMI ta' miżuri biex tiġi implimentata l-Istrateġija Inizjali dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn bastimenti adottati fit-13 ta' April 2018 u qabel ma dawk il-miżuri jidħlu fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha teżamina l-ambizzjoni u l-integrità ambjentali ġenerali tal-miżuri deċiżi mill-OMI, inkluża l-ambizzjoni ġenerali tagħhom b'rabta mal-miri skont il-Ftehim ta' Pariġi, mal-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mal-ekonomija kollha għall-2030 u mal-objettiv ta' newtralità klimatika kif definit fir-Regolament (UE)…/… [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima]

5.     Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' takkumpanja r-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 bi proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex dan ir-Regolament jiġi emendat b'mod li jkun konsistenti mal-għan li jiġu ppreservati l-integrità ambjentali u l-effikaċja tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni, b'mod partikolari l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mal-ekonomija kollha tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika kif definit fir-Regolament (UE)…/… [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima].”

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5 b (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)     Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 12b

Emissjonijiet minn bastimenti fil-post ta' rmiġġ

Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li, sal-2030, l-ebda bastiment li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħhom ma joħroġ emissjonijiet ta' gassijiet serra meta jkun fil-post ta' rmiġġ.”

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5 c (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5c)     Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet CO2 rrappurtati f'konformità mal-Artikolu 11 kif ukoll l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

“1.   Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni rrappurtata f'konformità mal-Artikolu 11 kif ukoll l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.”

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5 d (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5d)     Fl-Artikolu 21, il-punt (a) tal-paragrafu 2 hu sostitwit b'dan li ġej:

(a)

l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru ta' identifikazzjoni tal-IMO u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta' domiċilju);

“(a)

l-identità tal-bastiment (l-isem, il-kumpanija, in-numru ta' identifikazzjoni tal-OMI u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta' domiċilju);”

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 a (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt d

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a)     Fl-Artikolu 21(2), il-punt (d) huwa emendat kif ġej:

(d)

it-total annwali tal-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi;

(d)

it-total annwali tal-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi , għal kull tip ta' fjuwil ;

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 b (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)     Fl-Artikolu 21, paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:

“(ka)

id-daqs tal-bastiment.”

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 c (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt k b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)     Fl-Artikolu 21(2) jiżdied il-punt li ġej:

“(kb)

id-distanza totali”;

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 d (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt k c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6d)     Fl-Artikolu 21(2) jiżdied il-punt li ġej:

“(kc)

tunnellaġġ tal-piż mejjet;”

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 e (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt k d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6e)     Fl-Artikolu 21(2) jiżdied il-punt li ġej:

“(kd)

ix-xogħol ta' trasport;”

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 f (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt k e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6f)     Fl-Artikolu 21(2) jiżdied il-punt li ġej:

“(ke)

l-isem ta' sid il-bastiment;”

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 g (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt k f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6 g)     Fl-Artikolu 21(2) jiżdied il-punt li ġej:

“(kf)

il-merkanzija li tinġarr.”

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 h (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 21 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6h)     Fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6a.     F'konformità mal-programm ta' ħidma 2020-2022 tagħha, l-EMSA għandha twettaq verifiki statistiċi ulterjuri tad-data ppreżentata skont l-Artikolu 11(1) biex tiżgura li d-data pprovduta tkun konsistenti.”

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 i (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6i)     Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 21a

Tikkettar tal-prestazzjoni ambjentali ta' bastimenti

1.     Sabiex jiġi inċentivat it-tnaqqis tal-emissjonijiet u tiżdied it-trasparenza tal-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema olistika tat-tikkettar tal-Unjoni għall-prestazzjoni ambjentali tal-bastimenti li għandha tapplika għall-bastimenti koperti minn dan ir-Regolament.

2.     Sal-1 ta' Lulju 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dettaljati tal-funzjonament tas-sistema ta' tikkettar tal-Unjoni għall-prestazzjoni ambjentali tal-bastimenti kif ukoll l-istandards tekniċi li jikkostitwixxu l-bażi tagħha.”

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 j (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6j)     Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 3 huwa mħassar;

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 k (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6k)     Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 22a

Rieżami

1.     Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-funzjonament ta' dan ir-Regolament filwaqt li tqis l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll żviluppi oħra rilevanti li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu u li jissodisfaw l-impenji meħuda mill-Unjoni taħt il-Ftehim ta' Pariġi. Bħala parti mir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tipproponi rekwiżiti addizzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minbarra s-CO2, kif ukoll biex jitnaqqsu s-sustanzi li jniġġsu l-arja u r-rimi tal-ilma mormi, inkluż mill-purifikaturi, f'ibħra miftuħa mill-bastimenti. Ir-rieżami għandu jikkunsidra wkoll l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament biex jinkludi bastimenti ta' bejn 400 u 5 000  tunnellaġġ gross. Ir-rieżami għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat.

2.     Bħala parti mir-rieżami li jmiss tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*2) u r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*3) , il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel proposta biex tistabbilixxi miri vinkolanti biex l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm provvista adegwata ta' elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi u interni.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 l (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6l)     Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2), 15(5) u 16(3) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu .

“2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2), 5(2a), 12a(3), 15(5) u 16(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu .”

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 m (ġdid)

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6m)     Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2), 15(5) u 16(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

“3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2), 5(2a),12a(3), 15(5) u 16(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.”

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6 n

Regolament (UE) 2015/757

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6n)     Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 15(5) u 16(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu , il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

“5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 5(2a), 12a(3), 15(5) u 16(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu , il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 a (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Kapitolu II a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"Artikolu 1a

Emendi għad-Direttiva 2003/87/KE

Id-Direttiva 2003/87/KE hija emendata kif ġej:

(1)

jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“KAPITOLU IIA

TRASPORT MARITTIMU

Artikolu 3ga

Kamp ta' applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2022 għall-ħruġ u l-allokazzjoni ta' kwoti fir-rigward ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra minn bastimenti li jaslu jew ikunu f'portijiet, jew jitilqu minn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru kopert mir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*4) . Meta jkun hemm bidla ta' kumpanija skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2015/757, il-kumpanija l-ġdida għandha tkun meħtieġa biss li takkwista kwoti fir-rigward tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra relatati mal-perjodu li matulu twettqu l-attivitajiet tal-bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha.

Artikolu 3gb

Kwantità totali u metodu ta' allokazzjoni tal-kwoti għat-trasport marittimu

1.     Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-valutazzjoni tal-impatt li twettqet fl-2013 u l-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*5) li takkumpanjah u tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-kwantità totali ta' kwoti għat-trasport marittimu f'konformità ma' setturi oħra u l-metodu ta' allokazzjoni tal-kwoti għat-trasport marittimu permezz ta' rkantar, kif ukoll billi tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw l-Istat Membru amministattiv. L-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar data disponibbli u fuq valutazzjoni tal-impatt ta' għażliet differenti, inkluż l-impatt fuq l-emissjonijiet kif ukoll fuq l-impatt ekonomiku.

2.     L-Artikoli 12 u 16 għandhom japplikaw għall-kwoti għat-trasport marittimu bl-istess mod bħall-kwoti relatati ma' attivitajiet oħra.

3.     Mill-inqas 50 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jintuża mill-Fond stabbilit skont l-Artikolu 3gc.

4.     Id-dħul iġġenerat mill-irkantar ta' kwoti li ma jintużax permezz tal-Fond definit fl-Artikolu 3gc u li huwa allokat lill-Istati Membri għandu jintuża b'mod li jkun konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, biex jiġu protetti u jerġgħu jinkisbu mill-ġdid l-ekosistemi tal-baħar milquta mit-tisħin globali, u biex tiġi appoġġata tranżizzjoni ġusta fl-Istati Membri, jiġu appoġġati r-riallokazzjoni, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni, l-inizjattivi ta' tfittxija ta' impjieg u n-negozji ġodda, fi djalogu mas-sħab soċjali. L-informazzjoni kollha dwar l-użu ta' dak id-dħul għandha ssir pubblika.

5.     Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu u x-xejriet possibbli fir-rigward tal-kumpaniji li jfittxu li jevitaw li jkunu marbuta bir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri għall-prevenzjoni ta' dan.

Artikolu 3gc

Fond tal-Oċeani

1.     Għandu jiġi stabbilit Fond tal-Oċeani (il-“Fond”) għall-perjodu mill-2022 sal-2030 biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti u jiġi appoġġat l-investiment f'teknoloġiji u infrastruttura innovattivi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport marittimu, inkluż fit-trasport marittimu fuq distanzi qosra u fil-portijiet, u l-użu ta' fjuwils alternattivi sostenibbli, bħall-idroġenu u l-ammonijaka, li huma prodotti minn sorsi rinnovabbli, u ta' teknoloġiji bi propulsjoni b'emissjonijiet żero, inklużi t-teknoloġiji tar-riħ. 20 % tad-dħul taħt il-Fond għandu jintuża biex jikkontribwixxi għall-protezzjoni, il-kisba mill-ġdid u l-ġestjoni aħjar tal-ekosistemi tal-baħar milquta mit-tisħin globali, bħal żoni protetti tal-baħar; u biex tiġi promossa ekonomija blu trasversali u sostenibbli bħall-enerġija tal-baħar rinnovabbli. L-investimenti kollha appoġġati mill-Fond għandhom jiġu ppubblikati u għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva.

2.     B'deroga mill-Artikolu 12 ta' din id-Direttiva, jista' jkun previst il-ħlas ta' kontribuzzjoni annwali ta' sħubija lill-Fond min-naħa tal-kumpaniji tat-trasport marittimu f'konformità mal-emissjonijiet totali tagħhom għas-sena kalendarja preċedenti skont ir-Regolament (UE) 2015/757 biex jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-kumpaniji, inklużi l-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju u l-kumpaniji li mhumiex attivi frekwentement fil-qafas tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-Fond għandu jċedi l-kwoti kollettivament f'isem il-kumpaniji tat-trasport marittimu li jkunu membri tal-Fond. Il-kontribuzzjoni tas-sħubija għal kull tunnellata ta' emissjonijiet għandha tiġi stabbilita mill-Fond sat-28 ta' Frar ta' kull sena, iżda għandha tkun mill-inqas ekwivalenti għall-ogħla prezz saldu primarju jew sekondarju reġistrat tas-suq għall-kwoti fis-sena preċedenti.

3.     Il-Fond għandu jakkwista kwoti ekwivalenti għall-kwantità totali kollettiva ta' kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu matul is-sena kalendarja preċedenti u għandu jċedihom lir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva sat-30 ta' April ta' kull sena biex sussegwentement jiġu kkanċellati. L-informazzjoni kollha dwar dawn il-kontribuzzjonijiet għandha ssir pubblika.

4.     Il-Fond għandu jkun ġestit ċentralment permezz ta' korp tal-Unjoni li l-istruttura ta' governanza tiegħu tkun simili għall-governanza tal-fond previst fl-Artikolu 10a(8) ta' din id-Direttiva. Il-proċess ta' governanza u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu trasparenti u inklużivi, b'mod partikolari fl-istabbiliment ta' oqsma ta' prijorità, kriterji u proċeduri ta' allokazzjoni ta' għotjiet. Il-partijiet ikkonċernati rilevanti għandu jkollhom rwol konsultattiv xieraq. L-informazzjoni kollha dwar l-investimenti u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar il-funzjonament tal-Fond għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

5.     Il-Kummissjoni għandha tinvolvi ruħha ma' pajjiżi terzi fir-rigward ta' kif jistgħu jagħmlu użu mill-Fond ukoll.

6.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva b'rabta mal-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 3gd

Rappurtar u rieżami mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni tal-klima fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali

1.     Fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni mill-OMI ta' miżuri globali bbażati fuq is-suq biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn bastimenti marittimi, u qabel ma dawk il-miżuri jsiru operazzjonali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih għandha teżamina l-ambizzjoni u l-integrità ambjentali ġenerali ta' dawk il-miżuri, inkluż l-ambizzjoni ġenerali tagħhom b'rabta mal-miri skont il-Ftehim ta' Pariġi, u mal-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha għall-2030 u mal-objettiv ta' newtralità klimatika kif definit fir-Regolament (UE)…/… [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima] Dak ir-rapport għandu jqis b'mod partikolari l-livell ta' parteċipazzjoni f'dawk il-miżuri globali, l-infurzabbiltà tagħhom, it-trasparenza, il-penali għan-nuqqas ta' konformità, il-proċessi għall-input pubbliku, l-użu ta' krediti ta' kumpens, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet, ir-reġistri, l-obbligu ta' rendikont kif ukoll ir-regoli dwar l-użu tal-bijofjuwils.

2.     Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 bi proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex din id-Direttiva tiġi emendata b'mod li jkun konsistenti mal-għan li tiġi ppreservata l-integrità ambjentali u l-effikaċja tal-azzjoni klimatika tal-Unjoni, b'mod partikolari l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mal-ekonomija kollha tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika kif definit fir-Regolament (UE)…/… [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima]


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba subparagrafu (A9-0144/2020).

(1a)   Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

(15)  https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/transport-emissions-of-greenhouse-gases/transport-emissions-of-greenhouse-gases-10.

(15)  https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/transport-emissions-of-greenhouse-gases/transport-emissions-of-greenhouse-gases-10.

(15a)   https://gmn.imo.org/wp-content/uploads/2017/05/GHG3-Executive-Summary-and-Report_web.pdf.

(16)   Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(17)   Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdied it-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).

(1a)   https://www.consilium.europa.eu/media/41768/12-euco-final-conclusions-en.pdf

(1a)   https://ec.europa.eu/info/files/commission-proposal-regulation-european-climate-law_mt

(20)  Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).

(21)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2072 tat-22 ta' Settembru 2016 dwar l-attivitajiet ta' verifika u l-akkreditament tal-verifikaturi skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 320, 26.11.2016, p. 5); Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2071 tat-22 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u mar-regoli dwar il-monitoraġġ ta' informazzjoni rilevanti oħra (ĠU L 320, 26.11.2016, p. 1).

(22)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1927 tal-4 ta' Novembru 2016 dwar il-mudelli għall-pjanijiet ta' monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet u għad-dokumenti ta' konformità skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 1); Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1928 tal-4 ta' Novembru 2016 dwar id-determinazzjoni ta' merkanzija li tinġarr għall-kategoriji ta' bastimenti li mhumiex bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti ro-ro u bastimenti tal-kontejners skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 22)

(20)  Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).

(21)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2072 tat-22 ta' Settembru 2016 dwar l-attivitajiet ta' verifika u l-akkreditament tal-verifikaturi skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 320, 26.11.2016, p. 5); Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2071 tat-22 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u mar-regoli dwar il-monitoraġġ ta' informazzjoni rilevanti oħra (ĠU L 320, 26.11.2016, p. 1).

(22)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1927 tal-4 ta' Novembru 2016 dwar il-mudelli għall-pjanijiet ta' monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet u għad-dokumenti ta' konformità skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 1); Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1928 tal-4 ta' Novembru 2016 dwar id-determinazzjoni ta' merkanzija li tinġarr għall-kategoriji ta' bastimenti li mhumiex bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti ro-ro u bastimenti tal-kontejners skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 22)

(1a)   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat ta' prodotti bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).

(23)  Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

(24)  Ir-Riżoluzzjoni MEPC.278 (70) tal-OMI li temenda l-Anness VI tal-MARPOL.

(23)  Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

(24)  Ir-Riżoluzzjoni MEPC.278 (70) tal-OMI li temenda l-Anness VI tal-MARPOL.

(25)  Ir-Riżoluzzjoni MEPC 282 (70) tal-OMI.

(25)  Ir-Riżoluzzjoni MEPC 282 (70) tal-OMI.

(1a)   “The impact of international shipping on European air quality and climate forcing” (L-impatt tat-tbaħħir internazzjonali fuq il-kwalità tal-arja u l-isfurzar klimatiku fl-Ewropa), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Rapport tekniku Nru 4/2013.


Top