Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0580

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena kalendarja 2020

COM/2019/580 final

Brussell, 31.10.2019

COM(2019) 580 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena kalendarja 2020


ANNESS

“ANNESS VIa

L-ammonti massimi msemmija fl-Artikolu 14(2)

(EUR)

Il-Belġju

 10 076 707

Il-Bulgarija

70 427 849

Iċ-Ċekja

38 815 980

Id-Danimarka

11 371 893

Il-Ġermanja

148 488 749

L-Estonja

21 968 972

L-Irlanda

39 700 643

Il-Greċja

76 438 741

Spanja

250 300 720

Franza

181 388 880

Il-Kroazja

42 201 225

L-Italja

190 546 556

Ċipru

2 398 093

Il-Latvja

29 326 817

Il-Litwanja

48 795 629

Il-Lussemburgu

1 843 643

L-Ungerija

62 430 371

Malta

1 831 098

In-Netherlands

10 972 679

L-Awstrija

72 070 055

Il-Polonja

329 472 633

Il-Portugall

123 303 715

Ir-Rumanija

241 375 835

Is-Slovenja

15 337 318

Is-Slovakkja

56 920 680

Il-Finlandja

73 005 307

L-Iżvezja

52 887 719

Top

Brussell, 31.10.2019

COM(2019) 580 final

2019/0253(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena kalendarja 2020


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Din il-proposta għandha l-għan li tipprovdi ċertezza u kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ lill-bdiewa Ewropej fis-sena 2020 u li tiżgura r-rispett tal-limiti massimi baġitarji għall-FAEG billi tadatta żewġ atti leġiżlattivi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK).

B’rabta mal-finanzjament tal-PAK, ċerti emendi tar-Regolament (UE) 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (ir-Regolament Orizzontali) huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja li jagħmilha possibbli li jiġi rispettat il-limitu massimu stabbilit mir-Regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali jkun jista’ jibqa’ jopera għas-snin finanzjarji wara l-2020.

Fir-rigward ta’ Pagamenti Diretti, ir-Regolament (UE) 2019/288 emenda r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (ir-Regolament dwar Pagamenti Diretti) biex il-flessibbiltà bejn il-pilastri previsti għas-snin kalendarji 2015-2019 tiġi estiża għas-sena kalendarja 2020/għas-sena finanzjarja 2021. Dan ir-regolament stabbilixxa l-ammonti għat-trasferiment mill-iżvilupp rurali għall-pakkett ta’ pagamenti diretti bħala perċentwal tal-ammont allokat, għall-appoġġ iffinanzjat taħt il-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2021, mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata wara l-adozzjoni mill-Kunsill tar-Regolament rilevanti skont l-Artikolu 312(2) tat-TFUE. Jista’ jkun li l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni ma tkunx fis-seħħ saż-żmien meta l-Istati Membri jkunu jridu jinnotifikaw id-deċiżjoni ta’ trasferiment tagħhom. Biex tkun tista’ tiġi applikata l-flessibbiltà mill-iżvilupp rurali għall-pagamenti diretti, huwa xieraq li jiġi stabbilit l-ammont massimu li jista’ jiġi trasferit abbażi ta’ ammont fiss u mhux perċentwal. B’konsegwenza ta’ dan, u minħabba li l-ammont disponibbli bħala pagamenti diretti għandu impatt fuq l-għażliet tal-Istati Membri rigward l-Appoġġ Akkoppjat Volontarju (VCS) ikkomunikat f’Awwissu 2019, l-Istati Membri jridu jkunu jistgħu jeżaminaw ukoll mill-ġdid id-deċiżjoni ta’ Awwissu dwar il-VCS.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-emendi proposti huma konsistenti mar-Regolament dwar il-Pagamenti Diretti, kif ukoll mar-Regolament dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni. Għalhekk, il-proposta hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti tal-PAK.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 43(2) tat-TFUE

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-kompetenza għall-agrikoltura hija kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. L-Unjoni teżerċita l-kompetenza tagħha permezz tal-adozzjoni ta’ diversi atti leġiżlattivi, u b’hekk tiddefinixxi u timplimenta PAK tal-UE kif previst fl-Artikolu 38 sa 44 tat-TFUE. Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jistabbilixxi sistema għal pagamenti diretti lill-bdiewa. Skont l-Artikolu 39 tat-TFUE, wieħed mill-objettivi tal-PAK huwa li jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust għall-bdiewa. L-inizjattiva proposta tindirizza dan l-objettiv. Il-valur miżjud tal-proposta huwa li jiġu żgurati ċ-ċertezza u l-istabbiltà tal-appoġġ dirett għad-dħul għall-bdiewa Ewropej fis-sena 2020

Ir-rispett tal-limitu massimu nett tal-FAEG għandu jiġi żgurat fil-livell tal-UE permezz tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja, fejn dan ikun meħtieġ. Dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ emenda tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u Nru 1307/2013 mill-koleġiżlaturi tal-UE.

Proporzjonalità

Il-proposta ma tinvolvix xi żviluppi ġodda fil-politika, meta mqabbla mal-atti leġiżlattivi li beħsiebha temenda. Din il-proposta timmodifika r-Regolamenti eżistenti biss sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi deskritti fil-qosor hawn fuq.

Għażla tal-istrument

Billi l-atti leġiżlattivi oriġinali huma Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-emendi jridu jiġu introdotti wkoll bħala regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-proposta tiddevja mill-prattika standard kif stipulata fil-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar u fis-Sett ta’ Għodod. Deroga mill-prattika standard hija meħtieġa għar-raġunijiet li ġejjin:

- il-proposta hija teknika ħafna fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha;

- l-inizjattiva hija mmirata lejn tħassib finanzjarju relatat mat-tmiem tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali;

- hija ma tintroduċix impenji politiċi ġodda.

Għalhekk, għal din il-proposta mhumiex xierqa valutazzjoni tal-impatt, konsultazzjoni pubblika u pjan direzzjonali. Barra minn hekk, billi l-leġiżlazzjoni trid tkun stabbilita f’Diċembru 2019, l-adozzjoni mill-koleġiżlaturi hija urġenti.

Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-emendi tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jiżguraw li tista’ tiġi ddeterminata rata ta’ aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja fis-snin finanzjarji 2021 ’il quddiem, fejn it-tbassir tal-infiq għall-miżuri ffinanzjati taħt il-limitu massimu nett tal-FAEG għal sena finanzjarja partikolari jkun jindika li se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli. B’hekk, l-emenda potenzjalment tnaqqas l-infiq taħt il-FAEG għal-livell massimu maqbul għall-fond fil-qafas finanzjarju pluriennali.

L-emenda tad-dispożizzjoni ta’ flessibbiltà għas-sena kalendarja 2020 (is-sena finanzjarja 2021) hija aġġustament tekniku sabiex tiġi żgurata l-applikabbiltà tad-dispożizzjoni, u ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji meta mqabbla ma’ dawk maħsuba għad-dispożizzjoni eżistenti. L-għażla ta’ eżami mill-ġdid għall-appoġġ akkoppjat volontarju tista’ twassal għal riallokazzjonijiet finanzjarji bejn il-miżuri fl-Istati Membri, iżda dawn se jibqgħu fi ħdan il-limitu massimu nazzjonali u bħala tali ma jeħtiġux finanzjament addizzjonali.

L-impatt finanzjarju usa’ tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali huma stipulati fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-proposta attwali.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Mhux applikabbli

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

·Aġġornament tar-referenza biex tiġi ddeterminata rata ta’ dixxiplina finanzjarja.

L-infiq taħt il-FAEG f’sena finanzjarja partikolari għandu jirrispetta l-limitu massimu stabbilit mir-Regolament tal-qafas finanzjarju pluriennali adottat mill-Kunsill skont l-Artikolu 312(2) tat-TFUE. Għal dak il-għan, l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi d-determinazzjoni ta’ rata ta’ aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja. Madankollu, attwalment id-dispożizzjonijiet rilevanti jirreferu għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, li jistabbilixxi biss il-limiti massimi rilevanti għall-perjodu 2014 – 2020. Biex jiġi żgurat li jiġi rispettat ukoll il-limitu massimu għall-finanzjament tal-infiq relatat mas-suq u tal-pagamenti diretti wara l-2020, ir-referenza legali tal-Artikoli 16 u 26 għandha tiġi emendata biex tinkludi r-regolament li għandu jiġi adottat mill-Kunsill skont l-Artikolu 312(2) tat-TFUE għas-sena finanzjarja 2021 ’il quddiem.

·Bidla fil-bażi biex jiġi nnotifikat it-trasferiment mill-iżvilupp rurali għal pagamenti diretti

Sal-31 ta’ Diċembru 2019, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw il-perċentwal tal-pakkett ta’ pagamenti diretti tagħhom li jipproponu għat-trasferiment lejn il-pakkett tal-iżvilupp rurali għas-sena kalendarja 2020 (jiġifieri s-sena finanzjarja 2021). Ftit wara, huma se jkollhom jinnotifikaw il-perċentwal tal-pakkett tal-iżvilupp rurali tagħhom li jipproponu għat-trasferiment lejn il-pakkett ta’ pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2020. Il-pakketti ta’ pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2020 huma diġà stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Madankollu, il-pakketti korrispondenti tal-iżvilupp rurali għas-sena finanzjarja 2021 jistgħu ma jkunux għadhom ġew iffissati sa tmiem l-2019.

Għalhekk, l-Istati Membri ma jkollhomx bażi biex jinnotifikaw il-perċentwal tat-trasferiment mill-iżvilupp rurali lejn il-pagamenti diretti, u l-Artikolu 2(3)(b) tar-Regolament (UE) 2019/288 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 isir “null u bla effett”. Biex tiġi żgurata l-kontinwità fil-possibbiltà li l-Istati Membri jittrasferixxu fondi bejn iż-żewġ pilastri, diġà deċiża mill-koleġiżlaturi fir-Regolament (UE) 2019/288, huwa propost li l-perċentwal ta’ trasferiment jiġi sostitwit b’ammonti assoluti massimi bbażati fuq il-perċentwali massimi attwali previsti fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-pakkett tal-iżvilupp rurali propost fil-proposta tal-Kummissjoni COM(2018)392.

·Il-possibbiltà li jiġu eżaminati mill-ġdid id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-Appoġġ Akkoppjat Volontarju

Sal-1 ta’ Awwissu 2019, l-Istati Membri kellhom il-possibbiltà li jeżaminaw mill-ġdid il-perċentwal tal-limitu nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti, li jridu jallokaw għall-Appoġġ Akkoppjat Volontarju (VCS), kif ukoll id-deċiżjonijiet ta’ appoġġ dettaljati tagħhom (jiġifieri l-lista ta’ miżuri ta’ appoġġ u l-pakketti tagħhom, l-immirar, eċċ.). Dan l-eżami mill-ġdid, jekk ikun hemm, se japplika mis-sena tat-talba 2020.

Min-naħa l-oħra, huma se jkollhom jinnotifikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2019 jew sa ftit wara biss, it-trasferimenti tagħhom bejn il-pilastri li jaffettwaw il-limitu nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2020. Għalhekk, sal-1 ta’ Awwissu 2019 (jiġifieri fi żmien l-eżami mill-ġdid tal-VCS tagħhom), l-Istati Membri li japplikaw il-flessibilità bejn il-pilastri kienu għadhom ma jafux il-limitu massimu nazzjonali finali tagħhom għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja kkonċernata. Dan jista’ jirriżulta f’inkonsistenzi fid-deċiżjoni dwar il-VCS, u jista’ jwassal ukoll biex ma jiġix rispettat il-limitu massimu baġitarju. Għalhekk, l-Istati Membri jridu jingħataw il-possibbiltà li jeżaminaw mill-ġdid u li jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom dwar il-VCS meta jiddeċiedu dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri, jiġifieri sa tmiem l-2019 jew sa ftit wara. Madankollu, dan it-tieni eżami mill-ġdid tal-VCS fir-rigward tas-sena kalendarja 2020 irid ikun limitat sal-punt meħtieġ għall-aġġustament tad-deċiżjoni dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri.

2019/0253 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena kalendarja 2020

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 jipprevedi li l-limitu massimu annwali għall-infiq taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) irid ikun ikkostitwit mill-ammonti massimi stabbiliti għalih skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 4 . Skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandha tiġi ddeterminata rata ta’ aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja, meta dan ikun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-limiti massimi annwali stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 għall-finanzjament tan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti għall-perjodu 2014-2020. Ir-Regolament (UE) Nru 1311/2013 ma jipprevedix limiti massimi għas-snin finanzjarji ta’ wara l-2020. Sabiex jiġi żgurat li l-limitu massimu għall-finanzjament tan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti jiġi rispettat ukoll fis-snin finanzjarji wara l-2020, jeħtieġ li l-Artikoli 16 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jirreferu, għal dawk is-snin finanzjarji, għall-ammonti stabbiliti taħt il-FAEG fir-Regolament li jrid jiġi adottat mill-Kunsill skont l-Artikolu 312(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għas-snin mill-2021 sal-2027.

(2)Il-flessibiltà bejn il-pilastri hija trasferiment fakultattiv ta’ fondi bejn il-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali. Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 , l-Istati Membri jistgħu jużaw din il-flessibiltà fir-rigward tas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-istrateġija proprja tagħhom, ir-Regolament (UE) 2019/288 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 estenda l-flessibbiltà bejn il-pilastri għas-sena kalendarja 2020, jiġifieri s-sena finanzjarja 2021. L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 attwalment jipprevedi t-trasferiment mill-iżvilupp rurali għal pagamenti diretti bħala perċentwal tal-ammont allokat għall-appoġġ iffinanzjat taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fis-sena finanzjarja 2021 mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata wara l-adozzjoni mill-Kunsill tar-Regolament rilevanti skont l-Artikolu 312(2) tat-TFUE. Billi l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni mhijiex se tiġi adottata sa meta l-Istati Membri jridu jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom dwar it-trasferiment, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li tkompli tiġi applikata dik il-flessibbiltà u li jiġi stabbilit l-ammont massimu li jista’ jiġi trasferit. L-ammont assolut massimu għal kull Stat Membru jiġi kkalkulat abbażi tal-perċentwali massimi previsti fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li jridu jiġu applikati għall-ammonti li jridu jiġu allokati għall-appoġġ ta’ tipi ta’ interventi għall-iżvilupp rurali skont il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għal pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika agrikola komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 .

(3)F’konformità mal-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri attwalment għandhom l-għażla li, sal-1 ta’ Awwissu 2019, jeżaminaw mill-ġdid il-perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti li jallokaw għall-appoġġ akkoppjat volontarju (VCS), kif ukoll id-deċiżjonijiet ta’ appoġġ dettaljati tagħhom mis-sena 2020. L-Istati Membri għandhom biss sal-31 ta’ Diċembru 2019 biex jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom dwar it-trasferiment mill-pakkett ta’ pagamenti diretti tagħhom lejn il-pakkett tal-iżvilupp rurali, jekk ikun hemm, kif ukoll dwar it-trasferiment mill-pakkett tal-iżvilupp rurali tagħhom lejn il-pakkett ta’ pagamenti diretti ftit wara. Madankollu, din id-deċiżjoni se taffettwa l-limitu massimu nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2020. Sabiex tinżamm il-konsistenza bejn id-deċiżjonijiet ta’ appoġġ dettaljati u l-limitu massimu baġitarju tal-VCS, huwa xieraq li l-Istati Membri, sa fejn ikun meħtieġ biex jaġġustaw għad-deċiżjoni tagħhom rigward il-flessibbiltà bejn il-pilastri, ikunu jistgħu jeżaminaw mill-ġdid il-perċentwal allokat għall-VCS, kif ukoll id-deċiżjonijiet ta’ appoġġ dettaljati. Konsegwentement, l-iskadenza rilevanti ta’ notifika jenħtieġ li tkun ftit wara l-31 ta’ Diċembru 2019. Billi dak l-eżami mill-ġdid huwa limitat sal-punt meħtieġ biex l-Istati Membri jaġġustaw għad-deċiżjoni tagħhom rigward il-flessibbiltà bejn il-pilastri, fin-notifika tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jispjegaw ir-rabta bejn l-eżami mill-ġdid u dik id-deċiżjoni.

(4)Għalhekk, ir-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(5)Sabiex l-emendi previsti f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu applikati kemm jista’ jkun malajr, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Il-limitu massimu annwali għall-infiq taħt il-FAEG għandu jkun ikkostitwit mill-ammonti massimi stabbiliti għalih skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 u skont ir-Regolament adottat mill-Kunsill skont l-Artikolu 312(2) tat-TFUE għas-snin 2021 sa 2027.”;

(2)fl-Artikolu 26, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Sabiex jiġi żgurat li jiġu rispettati l-limiti massimi annwali msemmija fl-Artikolu 16 għall-finanzjament tan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti, għandha tiġi ddeterminata rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti (“ir-rata ta’ aġġustament”) meta t-tbassir għall-iffinanzjar tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sublimitu massimu għal sena finanzjarja partikolari jindika li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.”.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 14(2), is-sitt subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Mill-[OPOCE: Sebat ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, għas-sena kalendarja 2020, bħala pagamenti diretti jagħmlu disponibbli ammont mhux ogħla mill-ammont stipulat fl-Anness VIa. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-appoġġ iffinanzjat taħt il-FAEŻR għas-sena finanzjarja 2021. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mill-[OPOCE: Sebat ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u għandha tistabbilixxi l-ammont li jrid jiġi trasferit.”;

(2)fl-Artikolu 53, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6. Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kwalunkwe sena partikolari, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom skont dan il-Kapitolu.

Mill-[OPOCE: Sebat ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw ukoll id-deċiżjoni tagħhom skont dan il-Kapitolu, sa fejn ikun meħtieġ biex jaġġustaw għad-deċiżjoni dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri għas-sena kalendarja 2020, li tkun ittieħdet f’konformità mal-Artikolu 14.

Permezz ta’ eżami mill-ġdid skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, b’effett mis-sena ta’ wara:

(a)li jżommu kif inhu, iżidu jew inaqqsu l-perċentwal iffissat skont il-paragrafi 1, 2 u 3, fi ħdan il-limiti stabbiliti hemmhekk, fejn applikabbli, jew li jżommu kif inhu jew inaqqsu l-perċentwal fiss skont il-paragrafu 4;

(b)li jimmodifikaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ;

(c)li jieqfu jagħtu l-appoġġ taħt dan il-Kapitolu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni relatata ma’ rieżami skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi, u dan sad-dati rispettivi msemmija f’dawk is-subparagrafi. In-notifika tad-deċiżjoni relatata ma’ rieżami skont it-tieni subparagrafu għandha tispjega r-rabta bejn ir-rieżami u d-deċiżjoni dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri għas-sena kalendarja 2020, meħuda f’konformità mal-Artikolu 14.”;

(3)Jiddaħħal l-Anness VIa, li t-test tiegħu jiġi stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

A) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 (UE), (UE) Nru 229/2013 (UE) u Nru 1308/2013 rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fis-sena 2021 u li jemenda Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 rigward ir-riżorsi u l-applikabbiltà tagħhom fis-sena 2021

B) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 rigward id-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 rigward il-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena 2020

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Raggruppament ta’ programmi 8 - Politika Agrikola u Marittima taħt l-Intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027 – Riżorsi Naturali u Ambjent

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 8  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew direzzjoni mill-ġdid ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil, inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Din il-proposta għandha l-għan li tiżgura l-kontinwità ta’ ċerti elementi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal perjodu tranżizzjonali ta’ sena mill-perjodu 2014-2020 sal-applikazzjoni tar-regoli għall-pjanijiet strateġiċi tal-PAK wara l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2018) 392 final). Spjegazzjonijiet ulterjuri huma parti mill-memorandum ta’ spjegazzjoni għal dawn il-proposti u fil-punt 1.4.1 tad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu ta’ wara l-2020 (COM(2018) 392 final).

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Ara l-punt 1.4.1 tad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva ta’ COM(2018) 392 final.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

M/A

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

M/A

1.5.Durata u impatt finanzjarju

 durata limitata

   fis-seħħ mill-1/1/2021 sal-31/12/2021

   Impatt finanzjarju fl-2021 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn (2022 għall-pagamenti diretti) u għall-2021 u lil hinn għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn YYYY sa YYYY, segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 9

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

L-ebda bidla sostantiva bi tqabbil mas-sitwazzjoni attwali, jiġifieri l-biċċa l-kbira min-nefqa fuq il-PAK se tiġi mmaniġġjata permezz ta’ ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri. Madankollu, parti żgħira ħafna se tkompli taqa’ taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-ebda bidla sostantiva bi tqabbil mal-leġiżlazzjoni eżistenti

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Bil-ħsieb li tiġi żgurata kontinwità mingħajr xkiel fit-tranżizzjoni meħtieġa għall-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, din il-proposta żżomm il-modi ta’ ġestjoni eżistenti permezz ta’ ġestjoni kondiviża kif ukoll ta’ modalitajiet ta’ pagament u kontroll għall-perjodu meħtieġ. Għalhekk, hija tkompli tibni fuq is-sistemi li jaħdmu sew u li diġà ġew stabbiliti mill-Istati Membri.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-livelli stabbli ta’ rata ta’ żball baxxa taħt il-PAK fis-snin l-aktar reċenti juru li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti mill-Istati Membri qed jaħdmu sew u jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli. Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali jipprevedu status quo fir-rigward tas-sistemi ta’ kontroll.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-proposti jżommu l-istatus quo fir-rigward tal-kontrolli.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Ma ġiet proposta l-ebda bidla għall-miżuri eżistenti.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

L-ammonti inklużi fil-proposta tranżizzjonali jikkonformaw mal-ammonti proposti għall-PAK taħt l-Intestatura 3 fil-proposta li tkopri l-Qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2021-2027 għas-snin finanzjarji rilevanti f’COM(2018) 322 final/2.

Għalhekk, għan-nefqa relatata mas-suq iffinanzjata mill-FAEG, l-allokazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 se jiġu aġġustati għal-livell li kien propost għall-istess setturi fil-proposta dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi tal-PAK (COM(2018) 392 final), għas-sena finanzjarja 2021. Barra minn hekk, l-allokazzjonijiet għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer tal-Eġew fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 huma aġġustati għal-livell diġà propost għas-sena 2021 (ara COM(2018) 394 final).

L-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti proposti għas-sena kalendarja 2021, li huma ffinanzjati fis-sena finanzjarja 2022, huma daqs l-allokazzjonijiet proposti għat-tipi ta’ pagamenti diretti ta’ interventi għas-sena kalendarja 2021 f’COM(2018) 392 final.

Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-iżvilupp rurali, il-proposta żżid allokazzjonijiet għall-2021. Dawn huma daqs l-ammonti li ġew proposti għat-tipi ta’ interventi tal-iżvilupp rurali għall-istess sena f’COM(2018) 392 final. Fil-każ fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jestendux il-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom għall-2014-2020, l-allokazzjonijiet li ma jintużawx għall-2021 għandhom jiġu programmati mill-ġdid għall-allokazzjonijiet għall-2022-2025 għall-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Qed jiġi propost li għall-perjodu tranżizzjonali tinżamm ir-riżerva għal kriżijiet agrikoli msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kif teżisti fil-perjodu 2014-2020.

Kumplessivament, din il-proposta tfisser li, rigward l-approprjazzjonijiet ta’ impenn, il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju għall-perjodu 2021-2027, bi tqabbil ma dak li ġie propost u deskritt fid-dikjarazzjoni finanzjarja li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu ta’ wara l-2020 (COM(2018) 392 final). Rigward l-approprjazzjonijiet ta’ pagament, l-impatt potenzjali stmat huwa spjegat hawn taħt iżda se jiddependi fuq id-deċiżjoni tal-Istati Membri rigward l-estensjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali għall-2014-2020.

L-implikazzjonijiet finanzjarji mogħtija hawn taħt jirriflettu l-bidliet stmati bi tqabbil mal-implikazzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu ta’ wara l-2020 (COM(2018) 392 final).



3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i ta’ nefqa ġdida/ġodda proposta/i

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

 
Intestatura 3:

Riżorsi Naturali u Ambjent

Diff./Mhux diff 10 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 11

mill-pajjiżi kandidati 12

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

3

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

3

Riżorsi naturali u ambjent

Għall-FAEG, il-proposta ma għandhiex impatt fuq l-infiq globali bi tqabbil mal-istimi deskritti fid-dikjarazzjoni finanzjarja li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu ta’ wara l-2020 (COM(2018) 392 final). Il-proposta tranżizzjonali, li tiżgura l-kontinwità ta’ għadd ta’ programmi ta’ għajnuna settorjali skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (jiġifieri frott u ħxejjex, żejt taż-żebbuġa, apikultura, inbid u ħops) sal-integrazzjoni ta’ dawn il-programmi taħt il-Pjan tal-PAK, timplika li l-impenji stmati għat-tipi settorjali ta’ interventi skont il-Pjan tal-PAK se jibqgħu bħala nfiq relatat mas-suq barra mill-Pjan tal-PAK għall-perjodu tranżizzjonali. L-istess japplika għal pagamenti diretti fejn l-impenji previsti skont il-Pjan tal-PAK se jibqgħu bħala pagamenti diretti barra mill-Pjan tal-PAK għall-perjodu tranżizzjonali. Dawn il-bidliet, kif ukoll il-finanzjament tar-riżerva għall-kriżijiet, li ġie propost li jrid jinżamm fil-perjodu tranżizzjonali, huma newtrali fir-rigward tal-impenji globali f’kull sena u għall-perjodu, u għalhekk koerenti mal-proposta tal-Kummissjoni rigward is-sublimitu tal-FAEG għall-perjodu 2021 – 2027.

Rigward il-FAEŻR, il-proposta tibqa’ newtrali f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-perjodu. Id-deċiżjoni tal-Istati Membri rigward l-estensjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali għall-2014-2020 se taffettwa t-twaqqit tal-impenji billi l-allokazzjonijiet taħt il-FAEŻR għall-2021 se jiġu ttrasferiti għall-allokazzjonijiet taħt il-FAEŻR għall-2022-2025, fejn ma tintalabx estensjoni mill-Istati Membri.

Attwalment, l-impatt nett fuq it-twaqqit tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament ma jistax jiġi kkwantifikat, billi se jiddependi fuq id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jistgħu jew idewmu jew inkella jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-pagamenti bi tqabbil mat-twaqqit stmat fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu ta’ wara l-2020 (COM(2018) 392 final): l-estensjonijiet tal-programmi tal-iżvilupp rurali għall-2014-2020 huma mistennija jaċċelleraw il-profil ta’ pagamenti għall-Istati Membri/għall-programmi partikolari, filwaqt li t-trasferimenti tal-allokazzjonijiet mhux użati tal-2021 lejn l-allokazzjonijiet għall-2022-2025 se jdewmu l-pagamenti. Kumplessivament, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament jibqgħu mhux mibdula għall-perjodu meqjus.

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

SUBTOTAL għall-FAEG

Impenji

(1)

Pagamenti

(2)

SUBTOTAL għall-FAEŻR

Impenji

(3)

Pagamenti

(4)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-PAK 

Impenji

(5)=(1+3)

Pagamenti

(6)=(2+4)



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Il-proposta ma timmodifikax l-impatt stmat fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu ta’ wara l-2020 (ara COM(2018) 392).

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 13
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Il-proposta ma timmodifikax ir-rekwiżiti stmati fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu ta’ wara l-2020 (ara COM(2018) 392).

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni

Delegazzjonijiet

Riċerka

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  14

Intestatura 7

Iffinazjat mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjat mill-pakkett tal-programm  15

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal linji tan-nefqa    

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 16

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

67 01 u 67 02 17

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Minbarra l-linji msemmija fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li akkumpanjat il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu ta’ wara l-2020 (COM(2018) 392 final), il-linja baġitarja li ġejja se tiġi affettwata fil-perjodu tranżizzjonali

08 02 YY Pagamenti diretti barra mill-Pjan tal-PAK

Kummenti oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    ĠU C , , p. .
(2)    ĠU C , , p. .
(3)    Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(4)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(5)    Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(6)    Ir-Regolament (UE) 2019/288 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Frar 2019 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali għas-snin 2019 u 2020 (ĠU L 53, 22.2.2019, p. 14).
(7)    COM(2018)392.
(8)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(9)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(10)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(11)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(12)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(13)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(14)    AC= Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjonijiet.
(15)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(16)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.
(17)    L-impatt fuq id-dħul ma jistax jiġi kkwantifikat attwalment. Se ssir stima inizjali fil-qafas tal-Abbozz ta’ Baġit għall-2021.
Top