Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0834

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-Konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

COM/2018/834 final

Brussell, 5.12.2018

COM(2018) 834 final

2018/0427(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-Konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill Ewropew taħt l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-intenzjoni tiegħu li jitlaq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. F’konformità mal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha tinnegozja mal-Istat li ħiereġ ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu (il-Ftehim dwar il-Ħruġ), li jqis il-qafas għar-relazzjoni futura tiegħu mal-Unjoni. Il-Ftehim dwar il-Ħruġ għandu jiġi konkluż f’isem l-Unjoni mill-Kunsill, wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

Wara n-notifika, il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) adotta linji gwida fid-29 ta’ April 2017. Fl-isfond ta’ dawn il-linji gwida, fit-22 ta’ Mejju 2017 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati għal ftehim mar-Renju Unit li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tagħha mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u adotta d-direttivi tan-negozjati għal dawn in-negozjati. Fil-15 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill Ewropew adotta linji gwida li jissupplimentaw dawk tad-29 ta’ April 2017 u li jistabbilixxu l-prinċipji u l-kundizzjonijiet għal kwalunkwe arranġament tranżizzjonali, wara liema, il-Kunsill, fid-29 ta’ Jannar 2018, adotta d-direttivi ta’ negozjati supplimentari.

In-negozjati twettqu fid-dawl tal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew ta’ hawn fuq u f’konformità mad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill, u b’rispett dovut għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2017, tat-3 ta’ Ottubru 2017, tat-13 ta’ Diċembru 2017 u tal-14 ta’ Marzu 2018.

In-negozjati ġew konklużi u inizjalati fil-livell tan-Negozjaturi Ewlenin fl-14 ta’ Novembru 2018.

Ftehim dwar ir-relazzjoni futura bejn l-Unjoni u r-Renju Unit jista’ jiġi konkluż biss ladarba r-Renju Unit ikun sar pajjiż terz. Madankollu, l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jeżiġi li fil-ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ jittieħed kont tal-qafas tar-relazzjoni futura mal-Unjoni. Fehim ġenerali mar-Renju Unit dwar il-qafas għar-relazzjoni futura ġie identifikat matul in-negozjati taħt l-Artikolu 50 fid-Dikjarazzjoni Politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit li ġiet approvata mill-Kunsill Ewropew fil-25 ta’ Novembru 2018 1 . 

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ jirrispetta għalkollox it-Trattati u jippreserva l-integrità u l-awtonomija tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Huwa jippromwovi l-valuri, l-objettivi u l-interessi tal-Unjoni, u jiżgura l-konsistenza, l-effettività u l-kontinwità tal-politiki u tal-azzjonijiet tagħha. B’mod partikolari, l-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jistabbilixxi metodi u prinċipji relatati mal-effett, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-ftehim, li jiżguraw li jsir applikabbli l-istess effett legali tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni permezz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fir-Renju Unit bħal dak fi ħdan l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Drittijiet fundamentali

Skont l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li għandha l-istess valur legali bħat-Trattati. Barra minn hekk, id-drittijiet fundamentali, kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

Dawn id-drittijiet, libertajiet u prinċipji huma ppreservati u protetti bis-sħiħ fl-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Barra minn hekk, il-Ftehim dwar il-Ħruġ jiżgura li kull meta ssir referenza għad-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti tad-dritt tal-Unjoni, huma jiġu interpretati u applikati bl-użu tal-metodi u tal-prinċipji ġenerali ta’ interpretazzjoni applikabbli fi ħdan l-Unjoni, inkluż interpretazzjoni konsistenti mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-Parti tal-Ftehim dwar id-drittijiet taċ-ċittadini li tiddependi b’mod estensiv fuq id-dritt tal-Unjoni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Ir-Renju Unit innotifika l-ħsieb tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Bħala konsegwenza, l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi l-bażi ġuridika għall-konklużjoni ta’ ftehim ta’ ħruġ. Huwa mfakkar li skont l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea japplika wkoll għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Ftehim dwar il-ħruġ għandu jiġi konkluż f’isem l-Unjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

Proporzjonalità

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ isib soluzzjoni għall-kwistjonijiet kollha dwar kif se jinħall l-irbit u jistabbilixxi b’mod ċar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-tranżizzjoni u t-tul ta’ żmien tagħha. Meta jagħmel dan, il-Ftehim dwar il-Ħruġ huwa xieraq u proporzjonat għall-objettiv tal-iżgurar ta’ ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni.

Għażla tal-istrument

Skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-arranġamenti għall-ħruġ għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn l-istat li ħiereġ u l-Unjoni; il-konklużjoni ta’ ftehim bħal dan għandu jiġi deċiż minn deċiżjoni tal-Kunsill.

3.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ jiżgura li kemm l-Unjoni kif ukoll ir-Renju Unit jirrispettaw l-obbligi finanzjarji li jirriżultaw mill-perjodu sħiħ tas-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni, l-uniku impatt baġitarju tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għall-Unjoni jirriżulta prinċipalment mit-twaqqif tal-Kumitat Konġunt, magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit. Il-Kumitat Konġunt, fost oħrajn, se jissorvelja u jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Il-Kumitat Konġunt se jiltaqa’ tal-anqas darba f’sena, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm ukoll spejjeż marbuta mat-tnedija eventwali tal-bidu ta’ proċedura ta’ arbitraġġ taħt is-soluzzjoni tat-tilwim tal-Ftehim. Jekk il-perjodu ta’ tranżizzjoni jiġi estiż, ir-Renju Unit se jagħmel kontribuzzjoni għal dak il-perjodu l-ġdid lill-baġit tal-Unjoni li se tiġi trattata bħala Dħul Ġenerali. Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta tagħti dettalji addizzjonali dwar l-impatt finanzjarju stmat għall-baġit tal-Unjoni.

4.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

It-Titolu 2 tas-Sitt Parti tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jistabbilixxi Kumitat Konġunt li se jimmonitorja kontinwament l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim. Il-Kumitat Konġunt huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u minn rappreżentanti tar-Renju Unit li se jiltaqgħu tal-anqas darba f’sena u se jissorveljaw u jiffaċilitaw l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-ftehim, jiddeċiedu dwar il-kompiti tal-kumitati speċjalizzati u jissorveljaw il-ħidma tagħhom u jemendaw il-Ftehim fejn ikun speċifikament previst fil-Ftehim innifsu. Il-Kumitat Konġunt jista’ jagħmel id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu biss bi ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Ma jista’ bl-ebda mod jillimita t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni u r-Renju Unit jistgħu, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiddeċiedu li jemendaw ċerti aspetti tal-Ftehim, f’dawk il-każijiet biss fejn dan huwa previst minnu b’mod speċifiku. Meta l-Partijiet japprovaw tali deċiżjoni, din għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti u l-proċeduri interni applikabbli rispettivi tagħhom.

Il-kumitati speċjalizzati se joperaw taħt il-kontroll tal-Kumitat Konġunt, jiġifieri subkumitat wieħed għal kull wieħed mill-partijiet ewlenin tal-Ftehim dwar il-Ħruġ:

(a)il-Kumitat dwar id-drittijiet taċ-ċittadini;

(b)il-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet ta’ separazzjoni l-oħrajn;

(c)il-Kumitat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq;

(d)il-Kumitat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll relatat mal-Arei ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru;

(e)il-Kumitat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar Ġibiltà; kif ukoll

(f)il-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji.

Il-proposta tipprevedi wkoll rwol għall-Kumitat Konġunt fis-soluzzjoni tat-tilwim, li huwa indirizzat fit-Titolu 3 tal-Parti Sitta tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fl-Unjoni

F’konformità mal-Artikolu 216(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ftehimiet konklużi mill-Unjoni huma vinkolanti fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fl-Unjoni għandu jseħħ b’rispett sħiħ tal-allokazzjoni tal-kompiti bejn, minn naħa, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u, min-naħa l-oħra, bejn l-istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni. Jaqa’ għalhekk, bis-saħħa tal-kompiti tagħha kif stabbiliti fl-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-aktar fuq il-Kummissjoni biex taġixxi f’isem l-Unjoni u l-Euratom. F’ċerti każijiet, u skont il-funzjoni tat-tfassil tal-politika tal-Kunsill kif stipulat fl-Artikolu 16(1) tat-TUE, il-Kunsill se jaġixxi f’isem l-Unjoni u l-Euratom.

Pereżempju, fejn il-Ftehim jiddikjara li l-Unjoni għandha tipprovdi lir-Renju Unit b’mod partikolari informazzjoni jew notifiki, dan għandu bi prinċipju jitwettaq mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni, jekk ikun meħtieġ abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri jew istituzzjonijiet oħra jew korpi jew entitajiet tal-Unjoni rilevanti. Dan japplika b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim:

(a)L-Artikolu 18(1)(c): notifika mill-Unjoni li problemi tekniċi jipprevjenu l-Istat ospitanti jew milli jirreġistra l-applikazzjoni jew milli joħroġ iċ-ċertifikat ta’ applikazzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ dak l-Artikolu;

(b)l-Artikolu 33(2): notifika mill-Unjoni tad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kull ftehim imsemmi fl-Artikolu 33(1);

(c)l-Artikolu 36(1): informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Unjoni lir-Renju Unit dwar leġislazzjoni ġdida jew li temenda rilevanti li tikkonċerna dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali;

(d)L-Artikolu 36 (4): informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Unjoni lir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt dwar il-proposti għall-adattament tal-Anness rilevanti tal-Ftehim għall-għanijiet ta’ allinjament ma’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali;

(e)l-Artikolu 55(3): komunikazzjoni mill-Unjoni lir-Renju Unit tal-informazzjoni meħtieġa għar-reġistrazzjoni jew għotja fir-Renju Unit tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 54(1) jew (2);

(f)l-Artikolu 96(6): informazzjoni mill-Unjoni fuq talba tar-Renju Unit biex jikkonforma mal-obbligi ta’ rappurtar tiegħu taħt l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi Li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu; u biex japplika penali f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

(g)l-Artikolu 102: l-Unjoni għandha tinnotifika lir-Renju Unit meta l-postijiet, bini, proprjetà jew assi tagħha ma jibqgħux jintużaw jew ikunu tneħħew mir-Renju Unit;

(h)l-Artikolu 103: l-Unjoni għandha tinnotifika lir-Renju Unit dwar it-tneħħija ta’ kwalunkwe wieħed mill-arkivji tagħha mir-Renju Unit;

(i)l-Artikolu 116(3): l-Unjoni għandha tinnotifika lil dawk l-awtoritajiet bl-istatus ta’ kwalunkwe persuna li jkun rilevanti għall-intitolament ta’ dik il-persuna għal privileġġ jew immunità taħt dan it-Titolu;

(j)l-Artikolu 119: notifika mill-Unjoni lir-Renju Unit bid-data tat-tlestija ta’ rilokazzjoni tal-aġenziji;

(k)l-Artikolu 127(7)(b): notifika mill-Unjoni lir-Renju Unit meta matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni dan ta’ l-aħħar ma jitqiesx bħala Stat Membru għall-iskopijiet ta’ skambju tal-informazzjoni, proċedura jew programm li għadu qed jiġi implimentat jew jibda wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, u fejn tali parteċipazzjoni tkun tagħti aċċess għal informazzjoni sensittiva relatata mas-sigurtà li l-Istati Membri biss għandu jkollhom għarfien tagħha;

(l)l-Artikolu 134: informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Unjoni lill-entitajiet fdati rilevanti kkomunikata mir-Renju Unit;

(m)l-Artikolu 140(2) u (3): informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Unjoni lir-Renju Unit dwar l-ammonti ta’ impenji pendenti msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet;

(n)l-Artikolu 142 (3), (4) u (5): informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lir-Renju Unit dwar l-obbligazzjonijiet fi tmiem l-2020 imsemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet;

(o)l-Artikolu 143 (1) (b), (2), (3) u (4): rapporti u informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti mill-Unjoni lir-Renju Unit dwar l-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti kontinġenti relatati ma’ self għall-assistenza finanzjarja, l-EFSI, l-EFSD u l-mandat ta’ self estern imsemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet;

(p)l-Artikolu 144 (1): informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Unjoni lir-Renju Unit dwar l-istrumenti finanzjarji taħt implimentazzjoni diretta jew indiretta ffinanzjati mill-programmi tal-QFP 2014–2020 jew taħt il-perspettivi finanzjarji ta’ qabel;

(q)L-Artikolu 147 (2): informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Unjoni lir-Renju Unit rigward l-obbligazzjonijiet kontinġenti relatati ma’ każijiet legali;

(r)L-Artikolu 148 (2): informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Unjoni lir-Renju Unit skont din id-dispożizzjoni dwar ħlasijiet wara l-2020;

(s)L-Artikolu 159 (2): informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Unjoni lill-Kumitat speċjalizzat dwar id-drittijiet taċ-ċittadini;

(t)l-Artikolu 185: in-notifika lir-Renju Unit f’isem l-Unjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe Stat Membru li jkun iddikjara, f’konformità mad-dispożizzjoni li matul il-perjodu tranżitorju, dan l-Istat Membru mhux se jċedi liċ-ċittadini tagħha skont id-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI.

F’ċerti każijiet, il-Ftehim dwar il-Ħruġ jidentifika istituzzjoni jew korp ieħor tal-Unjoni li għandha tittrażmetti dik l-informazzjoni, pereżempju:

(a)l-Artikolu 149: ir-rimborż mill-Bank Ċentrali Ewropew tal-kapital imħallas; jew

(b)l-Artikolu 150(4): ir-rimborż mill-Bank Ewropew tal-Investiment tal-kapital imħallas.

Fejn il-Ftehim jipprovdi li l-Unjoni tista’ tiddeċiedi li tistieden lir-Renju Unit, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, biex jipparteċipa eċċezzjonalment f’ċerti laqgħat tal-kumitati jew tal-gruppi tal-esperti jew laqgħat ta’ korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni (jiġifieri l-Artikolu 128(5) tal-Ftehim) jew f’negozjati internazzjonali u laqgħat ta’ konsultazzjoni (jiġifieri l-Artikolu 129(2) b) u l-Artikolu 130(3) tal-Ftehim), stediniet bħal dawn biex ir-Renju Unit għandu fil-prinċipju jsiru mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni. Fejn il-laqgħa hija organizzata minn korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, se jkun f’idejn dawk il-korpi tal-Unjoni, l-uffiċċji jew l-aġenziji li jibagħtu stediniet xierqa. Stediniet bħal dawn jistgħu jinħarġu biss sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fil-Ftehim ikunu ssodisfati. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tippubblika gwida f’dan ir-rigward, sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Fejn il-Ftehim jiddikjara li l-Unjoni għandha tikkonsulta mar-Renju Unit matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni: tali konsultazzjoni għandha ssir ukoll mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni. Dan japplika b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim: 

(a)l-Artikolu 128(7): l-obbligu għall-Unjoni li tikkonsulta mar-Renju Unit dwar abbozz ta’ atti tal-Unjoni li jidentifikaw jew jirreferu direttament għall-awtoritajiet, proċeduri jew dokumenti speċifiċi tal-Istati Membri;

(b)l-Artikolu 129(5): il-possibbiltà li tikkonsulta lir-Renju Unit skont dik id-dispożizzjoni;

(c)l-Artikolu 130(1): l-obbligu għall-Unjoni li tikkonsulta mar-Renju Unit dwar l-opportunitajiet tas-sajd relatati mal-ilmijiet tal-UE u barra l-ilmijiet tal-UE skont dik id-dispożizzjoni;

(d)l-Artikolu 130(2): l-obbligu li l-Unjoni tipprovdi lir-Renju Unit b’opportunità biex tipprovdi kummenti skont dik id-dispożizzjoni.

Se jkun ukoll f’idejn il-Kummissjoni biex jintlaħaq qbil mar-Renju Unit fuq arranġamenti amministrattivi bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 134 (arranġamenti amministrattivi bejn l-awdituri tal-Unjoni u r-Renju Unit biex tiffaċilita l-proċess tal-awditjar) jew fl-Artikolu 12 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (arranġamenti amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Protokoll).

Il-Kummissjoni se taġixxi wkoll f’isem l-Unjoni matul il-passi kollha tal-proċedura fir-rigward tas-soluzzjoni tat-tilwim taħt it-Titolu III tal-Parti VI tal-Ftehim.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-abbozz tat-test tal-proposta tal-Kummissjoni għall-Ftehim dwar il-Ħruġ jikkonsisti f’185 Artikolu strutturati f’sitt Partijiet (li jinqasmu aktar f’Titoli u Kapitoli), tliet Protokolli u disa’ Annessi, kif ġej:

L-Ewwel Parti (Dispożizzjonijiet Komuni) tinkludi d-dispożizzjonijiet komuni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ (“il-Ftehim”), inklużi d-definizzjonijiet, il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-metodi u l-prinċipji relatati mal-effett, mal-implimentazzjoni u mal-applikazzjoni tal-Ftehim.

It-Tieni Parti (Drittijiet taċ-Ċittadini) tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet bil-għan li jiġu salvagwardjati l-istatus u d-drittijiet li joriġinaw mid-dritt tal-UE taċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit, u tal-familji tagħhom, li ġew affettwati mill-ħruġ tar-Renju Unit. It-Tieni Parti tinkludi 4 titoli: it-Titolu I (Dispożizzjonijiet ġenerali), it-Titolu II (Drittijiet u obbligi), it-Titolu III (Koordinazzjoni ta’ sistemi tas-Sigurtà Soċjali), u t-Titolu IV (Dispożizzjonijiet oħra).

It-Tielet Parti (Dispożizzjonijiet dwar Separazzjoni) tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għal kwistjonijiet oħra relatati ma’ kif se jinħall l-irbit tar-Renju Unit mal-Unjoni. It-Tielet Parti tinkludi 13-il titolu: it-Titolu I (Oġġetti mqiegħda fis-suq), it-Titolu II (Proċeduri doganali kurrenti), Title III (Materji kurrenti relatati mat-taxxa fuq il-valur miżjud u mad-dazju tas-sisa), it-Titolu IV (Proprjetà intellettwali), it-Titolu V (Kooperazzjoni tal-Pulizija u ġudizzjarja kurrenti f’materji kriminali), it-Titolu VI (Kooperazzjoni ġudizzjarja kurrenti f’materji ċivili u kummerċjali), it-Titolu VII (Data u informazzjoni proċessata jew miksuba qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jew fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim), it-Titolu VIII (Proċeduri ta’ akkwist pubbliku u proċeduri simili kurrenti), it-Titolu IX (Kwistjonijiet relatati mal-Euratom), it-Titolu X (Proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi tal-Unjoni), it-Titolu XI (Proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn Stati Membri u r-Renju Unit), it-Titolu XII (Privileġġi u immunitajiet) u t-Titolu XIII (Kwistjonijiet oħra relatati mal-funzjonijiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni).

Ir-Raba’ Parti (Tranżizzjoni) tistabbilixxi perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu l-acquis kollu tal-UE se japplika għar-Renju Unit, b’xi eċċezzjonijiet. Matul it-tranżizzjoni, ir-Renju Unit mhux se jibqa’ jkun irrappreżentat fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u lanqas mhu se jipparteċipa fit-tfassil tad-deċiżjonijiet u fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-Raba’ Parti tistabbilixxi l-arranġamenti tranżizzjonali applikabbli għar-Renju Unit fir-rigward tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, jew minn Stati Membri li jaġixxu f’isimha, jew mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li jaġixxu b’mod konġunt. F’konformità mal-Artikolu 129, ir-Renju Unit se jkun marbut bl-obbligi li joriġinaw minn dawn il-ftehimiet. L-Artikolu 130 jipprevedi mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd tar-Renju Unit għall-perjodu ta’ tranżizzjoni. L-Artikolu 131 se jiżgura li l-kompetenza sħiħa tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni se tiġi ppreservata fir-rigward tar-Renju Unit, inkluż il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 132 jipprevedi l-possibbiltà li tiġi adottata deċiżjoni unika li testendi l-perjodu ta’ tranżizzjoni sa sena (1) jew sentejn (2).

Il-Ħames Parti (Dispożizzjonijiet finanzjarji) tistabbilixxi regoli dettaljati dwar is-saldu finanzjarju, inklużi regoli dettaljati dwar il-komponenti tas-saldu finanzjarju kif ukoll ir-regoli għall-kalkolu tal-valur tas-saldu finanzjarju u tal-modalitajiet ta’ pagament. Ir-regoli jistabbilixxu wkoll l-arranġamenti għal parteċipazzjoni kontinwa tar-Renju Unit fil-programmi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali sal-għeluq tagħhom.

Is-Sitt Parti (Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finali) jistabbilixxi r-regoli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tal-Ftehim u tistabbilixxi Kumitat Konġunt, kif ukoll mekkaniżmu għas-soluzzzjoni tat-tilwim. Din il-Parti tinkludi wkoll l-obbligu fuq il-Partijiet li jagħmlu l-aħjar sforzi biex jippruvaw jilħqu ftehim dwar ir-relazzjoni futura sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim

Il-protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq u l-10 Annessi tiegħu jinkludu d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-hekk imsejħa soluzzjoni ta’ kontinġenza biex tiġi evitata fruntiera fiżika bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq. Dan se japplika sakemm huwa ma jkunx sostitwit u sa ma jkun sostitwit, kompletament jew parzjalment, minn kwalunkwe ftehim sussegwenti. Il-Protokoll joħloq territorju doganali uniku UE-UK. Dan se jevita l-ħtieġa għal tariffi, kwoti jew kontrolli dwar ir-regoli ta’ oriġini bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Huwa jipprevedi wkoll sett ta’ miżuri biex jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Barra minn hekk, il-Protokoll jiżgura li l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU), li jistabbilixxi, fost oħrajn, id-dispożizzjonijiet għar-rilaxx ta’ prodotti f’ċirkolazzjoni libera fl-UE, se jkompli japplika għall-Irlanda ta’ Fuq. Dan se jiżgura li n-negozji tal-Irlanda ta’ Fuq mhux se jiffaċċjaw restrizzjonijiet meta jqiegħdu prodotti fis-Suq Uniku tal-UE. Il-Protokoll jipprevedi wkoll li r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq se jibqa’ allinjat ma’ sett limitat ta’ regoli li huma relatati mas-Suq Uniku tal-UE u indispensabbli biex tiġi evitata fruntiera fiżika: leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti, ir-regoli sanitarji u fitosantiarji (“SPS rules”), ir-regoli dwar il-produzzjoni agrikola, il-VAT u s-sisa, u regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Hemm ukoll dispożizzjonijiet li jmantnu s-Suq Uniku tal-Elettriku fuq il-gżira tal-Irlanda. Skont il-Protokoll, iż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar bejn l-Irlanda u r-Renju Unit u d-drittijiet u l-privileġġi assoċjati magħha se jkomplu japplikaw f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE. Il-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar se tkompli wkoll skont kif stabbilit fil-Protokoll, inkluż fl-oqsma tal-ambjent, is-saħħa, l-agrikoltura, it-trasport, l-edukazzjoni u t-turiżmu, kif ukoll fl-oqsma tal-enerġija, tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir, tas-sajd intern, tal-ġustizzja u tas-sigurtà, tal-edukazzjoni għolja u l-isport.

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ jinkludi wkoll protokoll relatat mal-Arei ta’ Bażi Sovrana tar-Renju Unit f’Ċipru (il-protokoll dwar l-SBAs) Billi l-arranġamenti bejn l-Unjoni u l-Arei ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru għandhom jiġu definiti fl-isfond tas-sbuħija tar-Repubblika ta’ Ċipru tal-Unjoni, jenħtieġ li l-protokoll tal-SBAs jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex jinkisbu, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, l-għanijiet tal-arranġamenti stabbiliti fil-Protkoll 3 tal-Att ta’ adeżjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru mal-Unjoni. Kif deskritt fid-Dikjarazzjoni Konġunta tad-19 ta’ Ġunju 2018, kemm l-Unjoni kif ukoll ir-Renju Unit impenjaw ruħhom li jistabbilixxu arranġamenti xierqa għall-Arei ta’ Bażi Sovrana, “b’mod partikolari bil-għan li jipproteġu l-interessi ta’ Ċiprijotti li jgħixu u jaħdmu fl-SBAs wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, b’rispett sħiħ tad-drittijiet u l-obbligi taħt it-Trattat tal-Istabbiliment.” L-Unjoni u r-Renju Unit qablu dwar it-termini ta’ Protokoll li se jimplimenta dan u li huwa anness mal-Ftehim dwar il-Ħruġ. L-għan tal-Protokoll huwa li jiżgura li d-dritt tal-Unjoni, fl-oqsma stipulati fil-Protokoll 3 tal-Att tal-Adeżjoni ta’ Ċipru, se jkompli japplika fl-Arei ta’ Bażi Sovrana, bl-ebda interruzzjoni jew telf ta’ drittijiet speċjalment għall-madwar 11,000 ċittadin Ċiprijott li jgħixu u jaħdmu fl-arei tal-SBAs. Dan japplika għal għadd ta’ oqsma ta’ politika bħat-tassazzjoni, l-oġġetti, l-agrikoltura, is-sajd u r-regoli veterinarji u fitosanitarji. Il-Protokoll jikkonferixxi r-responsabbiltà fuq ir-Repubblika ta’ Ċipru għall-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-parti l-kbira tal-oqsma koperti, bl-eċċezzjoni ta-affarijiet tas-sigurtà u militari.

Fl-aħħar nett, il-Ftehim dwar il-Ħruġ jinkludi protokoll dwar Ġibiltà li jindirizza l-kwistjonijiet speċifiċi li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni joħloq fir-rigward ta’ Ġibiltà. Il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ April 2017 jistabbilixxu li “l-ebda ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit ma jista’ japplika għat-territorju ta’ Ġibiltà mingħajr il-ftehim bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit.” Dan ġie mfakkar fid-direttivi tan-negozjati supplimentari tal-Kunsill tad- 29 ta’ Jannar 2018 fil-linji Gwida tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2018. Fid-dikjarazzjonijiet tal-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2018, ġiet inkluża d-dikjarazzjoni li ġejja tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni: "Wara li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni, Ġibiltà mhix ser tkun inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-ftehimiet li għandhom jiġu konklużi bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Madankollu, dan ma jipprekludix il-possibbiltà li jkun hemm ftehimiet separati bejn l-Unjoni u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Unjoni u b’rispett sħiħ għall-integrità territorjali tal-Istati Membri tagħha kif garantita mill-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dawk il-ftehimiet separati ser jirrikjedu qbil minn qabel mir-Renju ta’ Spanja”. Barra minn hekk, fl-istess okkażjoni, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni ħarġu dikjarazzjoni interpretattiva rigward l-Artikolu 184 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ ftehimiet futuri.

In-negozjati bilaterali bejn Spanja u r-Renju Unit issa ġew konklużi. Il-Prokoll b’referenza għal dawn l-arranġamenti bilaterali huwa anness mal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Il-Protokoll jifforma pakkett b’memoranda ta’ qbil bilaterali bejn Spanja u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà. Dan jikkonċerna l-kooperazzjoni bilaterali dwar id-drittijiet taċ-ċittadini, it-tabakk u prodotti oħra, l-ambjent, il-pulizija u kwistjonijiet doganali, kif ukoll il-ftehim bilaterali rigward it-tassazzjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji. Fir-rigward tad-drittijiet taċ-ċittadini, il-Protokoll jistabbilixxi l-bażi għal kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-implimentazjzoni tal-Ħruġ relattivament għal persuni li jgħixu fl-area ta’ Ġibiltà, u b’mod partikolari ħaddiema bejn il-fruntieri. Fir-rigward tad-dritt tat-trasport bl-ajru, huwa jistabbilixxi l-possibbiltà, fil-każ ta’ ftehim bejn Spanja u r-Renju Unit dwar l-użu tal-ajruport ta’ Ġibiltà, sabiex il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li preċedentement ma kinitx applikabbli hemmhekk, issir applikabbli għal Ġibiltà matul it-tranżizzjoni. Dwar kwistjonijiet fiskali u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji, il-Protokoll jistabbilixxi l-bażi għal kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-kisba ta’ trasparenza sħiħa dwar il-kwistjonijiet tat-taxxa, il-ġlieda kontra l-frodi, il-kuntrabandu, u l-ħasil tal-flus. Ir-Renju Unit jimpenja ruħu wkoll li l-istandards internazzjonali f’din l-area jiġu rrispettati f’Ġibiltà. Fir-rigward tat-tabakk, ir-Renju Unit jimpenja ruħu li jirratifika ċerti konvenzjonijiet fir-rigward ta’ Ġibiltà u li qabel it-30 ta’ Ġunju 2020, jimplimenta sistema ta’ traċċabilità u ta’ miżuri ta’ sigurtà dwar is-sigaretti. Rigward l-alkoħol u l-petrol, ir-Renju Unit jimpenja ruħu li jiżgura li sistema tat-taxxa li timmira lejn il-prevenzjoni tal-frodi tkun fis-seħħ f’Ġibiltà. Dwar il-ħarsien tal-ambjent u s-sajd u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet tal-pulizija u tad-dwana, il-Protokoll jistabbilixxi l-bażi għal kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti. Kumitat speċjalizzat ġie stabbilit ukoll biex jissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Il-Ftehim jinkludi wkoll l-anness li ġejjin:

·l-Anness I dwar il-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

·l-Anness II dwar id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 41(4);

·l-Anness II dwar Skadenzi għas-sistwazzjonijiet jew il-proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 49 (1)

· l-Anness IV dwar il-lista ta’ netwerks, sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet ta’ data msemmija fl-Artikoli 50, 53, 99 u 100;

·l-Anness V dwar EURATOM;

·l-Anness VI dwar il-lista ta’ proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 98;

·l-Anness VII dwar il-Lista ta’ atti/dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 128(6);

·l-Anness dwar ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt u tal-kumitati speċjalizzati;

·l-Anness IX dwar ir-regoli ta’ proċedura għar-riżoluzzjoni tat-tilwim.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu 2019.

2018/0427 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-Konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari, l-Artikolu 50(2),

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru (UE, Euratom) ..., il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn issa l’quddiem “il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-....

(2)Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea ta-Enerġija Atomika.

(3)Kwalunkwe referenzi għall-Unjoni f’din id-deċiżjoni għandha tinftiehem bħala li tinkludi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

(4)Fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-mandati tal-membri kollha tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni nominati, maħtura jew eletti b’rabta mas-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni jintemmu awtomatikament bħala riżultat tal-irtirar.

(5)Huwa xieraq li jiġu definiti l-modalitajiet tar-rappreżentanza tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim. Fejn il-Kumitat Konġunt jingħata s-setgħa permezz tal-Ftehim biex jadotta atti li jkollhom effetti legali, inkluż għall-finijiet li jimmodifika l-Ftehim fuq elementi mhux essenzjali, il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(6)Fejn il-pożizzjoni tal-Unjoni li għandha tittieħed fil-Kumitat Konġunt tkun relatata mal-estensjoni tal-perijodu tat-transizzjoni jew ir-rieżami tal-Protokoll dwar l-Irlanda/Irlanda ta' Fuq, il-Kunsill ser jaġixxi f'konformità mal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew. Kull deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoni se tqis it-twettiq tal-obbligi skont il-Ftehim, inklużi l-Protokolli tagħha.

(7)Kull meta l-Unjoni hija obbligata li taġixxi sabiex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, tali azzjoni għandha tittieħed skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati filwaqt li jiġu rispettati l-limiti tas-setgħat konferiti fuq kull istituzzjoni. Għalhekk, hija l-Kummissjoni li għandha tipprovdi lir-Renju Unit bl-informazzjoni jew in-notifiki meħtieġa f’dan il-Ftehim, ħlief fejn il-Ftehim jirreferi għal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni speċifiċi oħra, li tikkonsulta mar-Renju Unit dwar kwistjonijiet speċifiċi, li tistieden rappreżentanti tar-Renju Unit biex jattendu, bħala parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni, għal konsultazzjoni internazzjonali jew laqgħat ta’ negozjati jew biex tirrappreżenta lill-Unjoni quddiem bord ta’ arbitraġġ, fejn kontroversja tiġi ssottomessa għall-arbitraġġ skont l-Artikolu 170 tal-Ftehim. Fl-osservanza tad-dmir ta’ kooperazzjoni leali msemmi fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe tilwima bħal din. Huwa għal din l-istess raġuni li għandu jkun f’idejn il-Kummissjoni biex jintlaħaq qbil mar-Renju Unit fuq arranġamenti amministrattivi bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 134 tal-Ftehim.

(8)Fid-dikjarazzjoni tagħha għall-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tad-29 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni indikat li ser toħroġ, wara li tikkonsulta mal-Kunsill, dokument ta’ gwida dwar l-applikazzjoni konsistenti tal-Artikolu 128(5) tal-Ftehim.

(9)Skont l-Artikolu 129(4) tal-Ftehim, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-Renju Unit jista’ jinnegozja, jiffirma u jirratifika ftehimiet internazzjonali li jidħol għalihom fil-kapaċità tiegħu stess fl-oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni, dment li dawk il-ftehimiet ma jidħlux fis-seħħ jew ma jkunux japplikaw matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sakemm ma jkunux awtorizzati għal dan mill-Unjoni. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjonijiet. Minħabba s-sinifikat politiku tad-deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjonijiet bħal dawn, huwa xieraq li s-setgħa għall-adozzjoni tingħata lill-Kunsill permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

(10)Il-Ftehim jindirizza f’protokolli separati s-sitwazzjonijiet speċifiċi ħafna tal-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, taż-Żoni ta’ Bażi Sovrana tar-Renju Unit f’Ċipru u fil-Ġibiltà. Minħabba l-ħtieġa possibbli tal-Irlanda, ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Renju ta’ Spanja, rispettivament, biex jidħlu f’tali ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit kif jista’ jkun meħtieġ għall-iffunzjonar xieraq ta’ l-arranġamenti previsti f’dawn protokolli speċifiċi, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru rispettiv li jinnegozja u jikkonkludi tali ftehimiet bilaterali fejn dawn jirrigwardaw oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Minħabba s-sinifikat politiku tad-deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjonijiet bħal dawn, huwa xieraq li s-setgħa għall-adozzjoni tingħata lill-Kunsill permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

(11)L-Artikolu 18(1) u (4) tal-Ftehim jipprevedu l-obbligu fuq l-Istati Membri ospitanti biex jagħtu liċ-ċittadini tar-Renju Unit, lill-membri tal-familja rispettivi tagħhom u lil persuni oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu II tat-Tieni Parti tal-Ftehim, dokument li jattesta l-istatus ta’ residenza tagħhom skont il-Ftehim. L-Artikolu 26 tal-Ftehim jipprevedi l-obbligu fuq l-Istat Membru tal-impjieg li jagħti liċ-ċittadini tar-Renju Unit li għandhom drittijiet bħala ħaddiem tal-fruntiera skont il-Ftehim, dokument li jiċċertifika l-istatus ta’ ħaddiem fuq il-fruntiera skont il-Ftehim. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fi ħdan l-Unjoni bil-għan li jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent ta’ tali dokumenti, partikolarment mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntieri, u li jipprevienu l-falsifikazzjoni u l-iffalsifikar permezz ta’ karatteristiċi ta’ sigurtà ta’ livell għoli, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-perjodu tal-validità u l-format, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, kif ukoll dikjarazzjoni komuni li għandu jkollhom id-dokumenti maħruġa taħt l-Artikoli 18 u 26 tal-Ftehim, fejn indikaw li huma kienu maħruġa skont il-Ftehim. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 . Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 3 . Jekk ikun hemm bżonn, tali atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jiġu protetti permezz ta’ miżuri adatti u b’hekk jiġi evitat ir-riskju ta’ kontrafazzjoni u falsifikazzjoni. F'dak il-każ, għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni biss tal-korpi magħżula mill-Istati Membri bħala responsabbli għall-istampar u tal-persuni awtorizzati kif dovut minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni. Tali atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġamenti speċjali li l-Irlanda tista’, bis-saħħa tal-Ftehim, tagħmel mar-Renju Unit relatati mal-moviment ta’ persuni fiż-Żona Komuni għall-Ivjaġġar.

(12)L-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 13 tal-Anness 3 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq jistipula li l-Unjoni għandha tistabbilixxi l-mudell u noti ta’ spjegazzjoni għall-A. UK. Ċertifikat ta’ moviment u, rispettivament, il-kampjun biex it-tikketta titwaħħal fuq kunsinni postali msemmija hemmhekk. Kampjuni bħal dawn huma meħtieġa biex jintużaw bħala evidenza dokumentata li prodott jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness 2 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq. Għal dan il-għan, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tistabilixxi l-format ta’ dawn il-kampjuni u noti ta’ spjegazzjoni, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 .

(13)Kif previst fl-Artikolu 50(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit ma ħax sehem fid-diskussjonijiet tal-Kunsill li jikkonċernaw din id-deċiżjoni u lanqas fl-adozzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Kwalunkwe referenzi għall-Unjoni f’din id-deċiżjoni għandha tinftiehem bħala li tinkludi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

Artikolu 2

1.Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt, u l-kumitati speċjalizzati tagħha previsti fl-Artikoli 164 u 165 tal-Ftehim, kif ukoll f’kull kumitat speċjalizzat, kif jista’ jiġi stabbilit skont l-Artikolu 164(2)(b).

1.1.L-Irlanda, ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Renju ta’ Spanja, rispettivament, jistgħu jitolbu li r-rappreżentant tal-Kummissjoni jkun akkumpanjat minn:

(a)rappreżentant mill-Irlanda fil-laqgħat tal-Kumitat speċjalizzat dwar il-kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq;

(b)rappreżentant mir-Repubblika ta’ Ċipru fil-laqgħat tal-Kumitat speċjalizzat dwar il-kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll relatat mal-Arei ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru;

(c)rappreżentant mir-Renju ta’ Spanja fil-laqgħat tal-Kumitat speċjalizzat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar Ġibiltà.

2.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Kunsill ikun infurmat dwar l-iskeda tal-laqgħat u l-aġendi imsemmija fl-Artikolu 164(2), l-Artikolu 165(2) u (4) u l-Anness VIII biżżejjed bil-quddiem biex jippermetti l-informazzjoni meħtieġa, il-konsultazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Kunsill. Il-Kunsill għandu wkoll jiġi infurmat dwar l-eżitu tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

3.Matul l-ewwel ħames (5) snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim, b’mod partikolari, tat-Tieni Parti tiegħu.

Artikolu 3

1.Il-Kunsill jista’ jawtorizza lir-Renju Unit biex jagħti l-kunsens tiegħu, fil-kapaċità tiegħu stess, li jkun marbut bi ftehim internazzjonali maħsub biex jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, f’qasam ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk:

(a)    ir-Renju Unit wera interess speċifiku li l-ftehim internazzjonali inkwistjoni jidħol fis-seħħ jew jibda japplika diġà matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni;

(b)    l-ftehim internazzjonali inkwistjoni huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni applikabbli u fir-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 127 tal-Ftehim u mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim; kif ukoll

(c)    id-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni tal-ftehim internazzjonali inkwistjoni, la se jpoġġi f’riskju l-ilħuq ta’ objettiv tal-azzjoni esterna tal-Unjoni fil-qasam ikkonċernat u lanqas b’xi mod ieħor jkun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni.

2.Awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 tkun kundizzjonali fuq l-inklużjoni jew it-tneħħija mill-ftehim inkwistjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni jew fuq is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan il-ftehim, fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.Ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti l-kunsens tiegħu, fil-kapaċità tiegħu stess, li jkun marbut bi ftehim internazzjonali maħsub biex jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, f’qasam ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe notifika mir-Renju Unit tal-intenzjoni ta’ dan tal-aħħar biex jesprimi l-kunsens tiegħu, fil-kapaċità tiegħu stess, sabiex ikun marbut mill-ftehim internazzjonali inkwistjoni.

4.Il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 humiex sodisfatti. Jekk l-informazzjoni provduta mir-Renju Unit ma tkunx biżżejjed għall-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali.

5.Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b’kull deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1.

Artikolu 4

1.Fuq talba debitament ġustifikata minn l-Irlanda, ir-Repubblika ta’ Ċipru jew ir-Renju ta’ Spanja, rispettivament, il-Kunsill jista’ jawtorizza lil dawn l-Istati Membri biex jinnegozjaw ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit f’oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk:

(a)l-Istat Membru kkonċernat ipprovda informazzjoni li turi li l-ftehim inkwistjoni huwa meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tal-arranġamenti stabbiliti, rispettivament, fil-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, fil-Protokoll dwar l-Arei ta’ Bażi Sovrani tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’Ċipru u l-Protokoll dwar Ġibiltà u jikkonforma mal-prinċipji u l-għanijiet tal-Ftehim;

(b)fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru, jidher li l-ftehim previst huwa kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni; kif ukoll

(c)il-ftehim previst la se jpoġġi f’riskju l-ilħuq ta’ objettiv tal-azzjoni esterna tal-Unjoni fil-qasam ikkonċernat u lanqas b’xi mod ieħor jkun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni.

2.Awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 tkun kundizzjonali fuq l-inklużjoni jew it-tneħħija mill-ftehim inkwistjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni jew fuq is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan il-ftehim, fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jidħol f’negozjati mar-Renju Unit. Il-Kummissjoni għanda minnufih tinforma lill-Kunsill dwar dan. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex tevalwa jekk il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 humiex sodisfatti.

4.Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna mill-Istat Membru kkonċernat biex issegwi n-negozjati mill-qrib.

5.Qabel l-iffirmar tal-ftehim bilaterali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tan-negozjati u għandu jibgħat it-test tal-ftehim lill-Kummissjoni li għandha mill-ewwel tgħarraf lill-Kunsill. L-Istat Membru kkonċernat jista’ biss jagħti l-kunsens tiegħu li jintrabat bil-ftehim bilaterali inkwistjoni sakemm il-Kunsill ikun awtorizzah li jagħmel dan.

6.Il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 5 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u msemmija fil-paragrafu 2 humiex sodisfatti. Jekk l-informazzjoni provduta mill-Istat Membru ma tkunx biżżejjed għall-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali.

7.Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni taħt il-paragrafu 1 u 5, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-konklużjoni u d-dħul fis-seħħ tal-ftehim bilaterali inkwistjoni u bi kwalunkwe bidla sussegwenti fl-istatus ta’ dak il-ftehim.

8.Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafi 1 u 5.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-perjodu tal-validità u l-format, inklużi l-elementi ta’ sigurtà u dikjarazzjoni komuni, ta’ dokumenti li l-Istati Membri għandhom joħorġu skont l-Artikolu 18(1) u (4) u l-Artikolu 26 tal-Ftehim. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 6

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-format u noti ta’ spjegazzjoni, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi tal-kampjuni msemmija fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 13 ta’ l-Anness 3 għall-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn:

(a)il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1683/95 għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5;

(b)il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 6.

Dawk il-kumitati għandhom ikunu kumitati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 8

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i mogħtija/mogħtijin is-setgħa li tiddepożita/jiddepożitaw f'isem l-Unjoni l-istrument previst fl-Artikolu 185 tal-Ftehim.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President


DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Oqsma ta’ politika kkonċernati

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali:

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi(u) ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. żidiet fil-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività jew komplimentaritajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li inkella kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet ta’ finanzjament disponibbli differenti, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

Abbozz ta’ Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

25 – Koordinazzjoni tal-politiki tal-Kummissjoni u konsulenza ġuridika

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 5  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ir-ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Il-ftehim huwa bbażat fuq l-Artikolu 50(2) tat-TUE. F’konformità mal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) tad-29 ta’ April 2017, il-ftehim dwar il-ħruġ għandu l-għan li

   tiġi pprovduta ċarezza u ċertezza tad-dritt fir-rigward tas-sitwazzjonijiet maħluqa mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni għaċ-ċittadini iżda wkoll għan-negozji, il-partijiet ikkonċernati u s-sħab internazzjonali,

   jiġu protetti ċ-ċittadini li bnew ħajjithom fuq il-bażi tad-drittijiet li jirriżultaw mis-sħubija tar-Renju Unit mal-Unjoni;

   jiġi solvut kif ir-Renju Unit ser jinħall mill-Unjoni u mid-drittijiet u l-obbligi kollha tiegħu li jirriżultaw mill-impenji meħuda bħala Stat Membru.

   jiġu ddefiniti arranġamenti tranżizzjonali limitati fiż-żmien li huma fl-interess tal-Unjoni,

   jiġi żgurat li l-Unjoni u r-Renju Unit jirrispettaw l-obbligi finanzjarji li jirriżultaw mill-perjodu sħiħ tas-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni

   jiġu pprovduti maniġment, implimentazzjoni u infurzar effettivi tal-ftehim, inkluż permezz ta’ strutturi istituzzjonali u mekkaniżmu effettiv għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li jippreserva r-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala l-arbitru aħħari dwar kwistjonijiet tad-dritt tal-unjoni.

   jitkompla l-appoġġ l-għan tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni minqux fil-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira fil-partijiet kollha tiegħu, u biex jiġu appoġġati u protetti l-kisbiet, il-benefiċċji u l-impenji tal-Proċess tal-Paċi fil-gżira tal-Irlanda

   jiġu protetti l-interessi taċ-Ċiprijotti li jgħixu u jaħdmu fl-Arei ta’ Bażi Sovrani u jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda tfixkil u telf ta’ drittijiet wara l-ħruġ tar-Renju Unit,

   tiġi pprovduta kooperazzjoni mill-qrib bejn Spanja u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, u b’mod partikolari l-parti tad-drittijiet taċ-ċittadini, u għadd ta’ oqsma ta’ politika oħrajn.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi

Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi

Mhux applikabbli

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva jenħtieġ tħalli fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-Ftehim dwar il-ħruġ bejn l-Unjoni u r-Renju Unit se jġib serħan il-moħħ għaċ-ċittadini, għan-negozji u għas-sħab internazzjonali Ewropej li mhux se jkun hemm ħruġ diżorganizzat u mhux kontrollat tar-Renju Unit mill-Unjoni.

L-impatt baġitarju biss tal-Ftehim dwar il-ħruġ jirriżulta mit-twaqqif tal-Kumitat Konġunt, kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit. Il-Kumitat Konġunt se jissorvelja u jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ, jiddeċiedi dwar il-kompiti tal-kumitati speċjalizzati u jissorvelja l-ħidma tagħhom u jemenda l-Ftehim meta dan ikun speċifikament previst fil-Ftehim innifsu. Il-proposta tipprevedi wkoll rwol għall-Kumitat Konġunt fir-riżolviment tat-tilwim, li huwa indirizzat fit-Titolu 3 tal-Parti Sitta tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Il-Kumitat Konġunt se jiltaqa’ tal-anqas darba f’sena, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet. Il-kumitati speċjalizzati li ġejjin se joperaw taħt il-kontroll tal-Kumitat Konġunt, jiġifieri subkumitat wieħed għal kull wieħed mill-partijiet ewlenin tal-Ftehim dwar il-Ħruġ:

(a)    il-Kumitat dwar id-drittijiet taċ-ċittadini;

(b)    il-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet ta’ separazzjoni l-oħrajn;

(c)    il-Kumitat dwar il-kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq;

(d)    il-Kumitat dwar il-kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll relatat mal-Arei ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru;

(e)    il-Kumitat dwar il-kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar Ġibiltà; kif ukoll

(f)    il-Kumitat dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Mhux applikabbli

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi(u) ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-iżgurar tal-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. żidiet fil-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività jew komplimentaritajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li inkella kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Ħruġ orndat tar-Renju Unit mill-Unjoni huwa fl-interess kemm tal-Unjoni kif ukoll tar-Renju Unit, b’mod partikolari billi jipprovdi ċertezza tad-dritt liċ-ċittadni u lill-kumpaniji fuq iż-żewġ naħat tal-Kanal. Il-Ftehim dwar il-ħruġ huwa meħtieġ biex jimmitiga kwalunkwe effett negattiv fuq l-ekonomija Ewropea u l-baġit tal-Unjoni, jipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej li jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit, kif ukoll jissalvagwardja l-għan tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni tal-gżira tal-Irlanda, kif minqux fil-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux applikabbli

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Mhux applikabbli

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet ta’ finanzjament disponibbli differenti, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Mhux applikabbli

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [DD/MM]YYYY sa [DD/MM]YYYY

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għal approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 6  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

   mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bil-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kumitat Konġunt se joħroġ rapport annwali dwar il-funzjonament tal-Ftehim.

2.2.Sistema (i) ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Mhux applikabbli

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbilita(i) għall-mitigazzjoni tagħhom

Mhux applikabbli

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i) 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
5
[Intestatura Amministrazzjoni]

Diff./Mhux diff 7 .

minn pajjiżi tal-EFTA 8

Mill-pajjiżi kandidati 9

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

XX 01 01 01 Nefqa b’rabta ma’ uffiċjali u persunal temporanju li jaħdmu mal-Istituzzjoni.

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

XX 01 02 11 01 Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjonijiet

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…]
[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta dwar l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

DG: <…….>

Sena
N 10

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 11

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2 a)

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 12  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ <…….>

Impenji

=1a+1b +3

Pagamenti

=2a+2b

+3





TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA <….>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk aktar minn intestatura operazzjonali waħda hija affettwata mill-proposta/l-inizjattiva, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

• TOTAL tal-approprazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





L-intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Meta timtela din it-taqsima jenħtieġ li tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għal skopijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: SĠ (u potenzjalment SJ, …)

• Riżorsi umani

286 000

286 000

286 000

286 000

• Nefqa amministrattiva oħra

2 000

2 000

2 000

2 000

TOTAL tad-DĠ

Approprjazzjonijiet

288 000

288 000

288 000

288 000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

288 000

288 000

288 000

288 000

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 13

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

288 000

288 000

288 000

288 000

Pagamenti

288 000

288 000

288 000

288 000

3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 14

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Nru Totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 15

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 …

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 16

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

286 000

286 000

286 000

286 000

Nefqa amministrattiva oħra

2 000

2 000

2 000

2 000

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

288 000

288 000

288 000

288 000

Barra mill-INTESTATURA 5 17
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

288 000

288 000

288 000

288 000

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

2

2

2

2

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 18

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-”pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet))

XX 01 04 yy  19

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02/12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

2

2

2

2

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

It-tħejjija, parteċipazzjoni u segwitu tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. It-tħejjija u l-adozzjoni ta’ rapport annwali dwar il-funzjonament tal-Ftehim.

Il-persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   Tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fi ħdan l-intestatura rilevanti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Il-proposta timplika biss nefqa amministrattiva li se tiġi identifikata mir-riallokazzjoni matul l-eżerċizzju ta’ riallokazzjoni tar-riżorsi.

   requires use of the unallocated margin under the relevant heading of the MFF and/or use of the special instruments as defined in the MFF Regulation.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li jintużaw.

   Tesiġi reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/inizjattiva:

   Ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   Tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ‘l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 20

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Kwantità totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

Fuq dħul ieħor

indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 21

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)     https://www.consilium.europa.eu/media/37100/20181121-cover-political-declaration.pdf
(2)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1).
(4)    Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(5)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(6)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(7)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(8)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(9)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(10)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħbok issostitwixxi “N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni msemmija (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(11)    Skont in-nomenklatura uffiċjali tal-baġit
(12)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(13)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħbok issostitwixxi “N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni msemmija (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(14)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(15)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi…”
(16)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħbok issostitwixxi “N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni msemmija (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(17)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(18)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(19)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(20)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħbok issostitwixxi “N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni msemmija (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(21)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.
Top