IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.7.2018
COM(2018) 537 final
L-ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 5
TAL-BAĠIT ĠENERALI 2018
Kanċellazzjoni tar-riżerva relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II), mat-tisħiħ tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) u tal-Għajnuna Umanitarja għal azzjonijiet urġenti oħra u mmodifikar tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) fil-kuntest tal-inizjattiva WiFi4EU
Wara li kkunsidrat:
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, kif adottat fit-30 ta’ Novembru 2017,
–il-baġit emendatorju Nru 1/2018, adottat fit-30 ta’ Mejju 2018,
–il-baġit emendatorju Nru 2/2018, adottat fl-4 ta’ Lulju 2018,
–il-baġit emendatorju Nru 3/2018, adottat fl-4 ta’ Lulju 2018,
–l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2018, adottat fil-31 ta’ Mejju 2018.
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 tal-baġit ġenerali 2018 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMA
Il-bidliet fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa taqsima b’taqsima huma disponibbli fil-EUR-Lex (
http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm
). Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’din id-dikjarazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.
WERREJ
1.
Introduzzjoni
2.
Kanċellazzjoni tar-riżerva relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II)
3.
Tisħiħ tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) f’approprjazzjonijiet ta’ impenn
4.
Tisħiħ tal-Għajnuna Umanitarja f’approprjazzjonijiet ta’ pagament
5.
Inizjattiva WiFi4EU – Tisħiħ tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)
6.
Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
1.Introduzzjoni
L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 5 għas-sena 2018 għandu l-għan:
-Li jikkanċella, kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, ir-riżerva relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) peress li l-kundizzjoni stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għat-tneħħija tagħha ma ġietx issodisfata.
-Li jsaħħaħ, f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) biex jiffinanzja azzjonijiet addizzjonali marbuta mar-rotta migratorja tal-Mediterran Ċentrali u biex jissodisfa parti mill-wegħda li saret fil-konferenza Brussell II tal-24 u l-25 ta’ April 2018 “Appoġġ għall-futur tas-Sirja u tar-reġjun”.
-Li jsaħħaħ, f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, l-Għajnuna Umanitarja biex jiġu koperti l-ħtiġijiet f’pagamenti ta’ prefinanzjament bħala riżultat tat-tisħiħ f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, li ġie deċiż fi tmiem l-2017, mir-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza u bħala parti mit-trasferiment ta’ tmiem is-sena.
-Li jimmodifika t-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) fil-kuntest tal-inizjattiva WiFi4EU.
B’mod kumplessiv, dan il-baġit emendatorju huwa newtrali.
2.
Kanċellazzjoni tar-riżerva relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II)
Fil-kuntest tal-proċedura baġitarja 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jqiegħdu f’riżerva EUR 70 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 35 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fuq il-partita tal-baġit 22 02 03 01 Sostenn għar-riformi politiki u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni. Din il-partita tal-baġit hija relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II).
Il-kundizzjoni stabbilita għar-rilaxx ta’ dawn l-ammonti hija kif ġej: “(...) meta t-Turkija tagħmel titjib suffiċjenti u kwantifikabbli fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-istampa, skont ir-rapport annwali tal-Kummissjoni”.
Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar it-Turkija, li ġie ppubblikat fis-17 ta’ April 2018, huwa inekwivokabbli fis-sejbiet tiegħu li ma kien hemm l-ebda titjib kwantifikabbli u li, pjuttost it-Turkija qed tkompli titbiegħed mill-Ewropa, speċjalment fir-rigward tan-nuqqas kontinwu ta’ passi ’l quddiem fil-qasam tal-istat ta’ dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. L-istat ta’ emerġenza attwali ddikjarat malli kien hemm it-tentattiv ta’ kolp ta’ stat fil-15 ta’ Lulju 2016 u l-ambitu ta’ azzjonijiet li ttieħdu f’dan l-istat wasslu għal tnaqqis qawwi tad-drittijiet ċivili u politiċi inklużi l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda. L-indipendenza tal-ġudikatura u d-dritt għal proċess ġust ġew imminati ferm filwaqt li s-soċjetà ċivili kulma jmur kienet taħt pressjoni dejjem tiżdied. Mill-introduzzjoni tal-istat ta’ emerġenza ’l hawn, iktar minn 150 000 persuna ġew arrestati, inklużi iktar minn 150 ġurnalista.
Mill-pubblikazzjoni tar-rapport annwali ’l hawn, ma kien hemm l-ebda bidla fix-xejriet imsemmija hawn fuq.
Għalhekk, il-kundizzjoni stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill ma ġietx issodisfata u b’konsegwenza ta’ dan ġie propost li jiġu kkanċellati għalkollox l-ammonti relatati f’riżerva, kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u kemm f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, kif ukoll il-kummenti baġitarji relatati, u li minflok ikun hemm żieda fl-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) u fl-Għajnuna Umanitarja.
|
f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
40 02 41
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-partita tal-baġit 22 02 03 01 – Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni – Sostenn lit-Turkija għal riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni)
|
-70 000 000
|
-35 000 000
|
|
Total
|
-70 000 000
|
-35 000 000
|
3.
Tisħiħ tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) f’approprjazzjonijiet ta’ impenn
Il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) b’EUR 70 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn sabiex jiffinanzja azzjonijiet addizzjonali urġenti marbuta mar-rotta migratorja tal-Mediterran Ċentrali u biex jissodisfa parti mill-wegħda li saret fil-konferenza Brussell II tal-24 u l-25 ta’ April 2018 “Appoġġ għall-futur tas-Sirja u tar-reġjun”. Għal dan l-għan, il-fondi se jiġu allokati lit-taqsima tat-Tramuntana tal-Afrika tal-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika u tal-Fond Fiduċjarju tal-UE Madad (għas-Sirja).
Se jiġu ttrasferiti EUR 28 miljun lit-taqsima tat-Tramuntana tal-Afrika tal-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika sabiex jikkontribwixxu biex jagħmlu tajjeb għad-diskrepanza fil-finanzjament ta’ EUR 225 miljun li ġiet identifikata għall-2018-2019 u li ġiet ikkonfermata fl-aħħar żewġ rapporti ta’ progress dwar l-Implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni. Fil-każ tal-Libja, il-finanzjament addizzjonali jkun relatat b’mod prinċipali mar-ritorn volontarju ta’ migranti vulnerabbli maqbudin. Barra minn hekk, minkejja n-nuqqas kumplessiv ta’ qsim illegali tal-fruntieri fl-2018, iċ-ċaqliq mill-Marokk u mit-Tuneżija lejn l-Ewropa qed jiżdied u jeħtieġ sostenn imġedded għall-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari fit-Tuneżija u għall-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija ta’ integrazzjoni tal-Marokk.
EUR 42 miljun jiġu ttrasferiti lill-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’Reazzjoni għall-Kriżi Sirjana, il-“Fond Fiduċjarju tal-UE Madad”, sabiex jiġi ffinanzjat parti minn pakkett ta’ azzjonijiet għar-refuġjati Sirjani fil-Ġordan relatat mal-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni għolja, l-għajxien u s-saħħa, li jrid jiġi adottat mill-Bord Operattiv tal-Fond Fiduċjarju f’Diċembru 2018.
Fl-2018 mhi meħtieġa l-ebda approprjazzjoni addizzjonali ta’ pagament għal dawn l-azzjonijiet.
|
f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
22 04 01 03
|
Pajjiżi Mediterranji – Ħolqien ta’ fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta’ kunflitti
|
70 000 000
|
-
|
|
Total
|
70 000 000
|
0
|
4.Tisħiħ tal-Għajnuna Umanitarja f’approprjazzjonijiet ta’ pagament
Il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ l-Għajnuna Umanitarja b’EUR 35 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ pagament li tfaċċaw minħabba t-tisħiħ baġitarju f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fi tmiem l-2017:
·EUR 102 miljun mir-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza u riallokazzjonijiet oħra; u
·EUR 22,8 miljun permezz tat-trasferiment ta’ tmiem is-sena għall-Għajnuna Umanitarja skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament Finanzjarju.
Dan it-tisħiħ ma kinux jinkludu l-approprjazzjonijiet ta’ pagament korrispondenti peress li parti biss mill-kuntrattar kien sar fl-2017 u setgħu jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet eżistenti ta’ pagament fl-2017. Peress li l-kumplament tal-kuntratti qed jiġu ffirmati fl-2018 u minħabba li l-livell attwali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit 2018 mhuwiex suffiċjenti biex ikopri l-pagamenti ta’ prefinanzjament relatati, huma meħtieġa approprjazzjonijiet addizzjonali ta’ pagament.
Għalhekk, qed tiġi proposta żieda ta’ EUR 35 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-artikolu baġitarju 23 02 01 Konsenja ta’ għajnuna umanitarja u assistenza alimentari rapidi, effikaċi u bżonnjużi.
|
f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
23 02 01
|
Konsenja ta’ għajnuna umanitarja u assistenza alimentari rapidi, effikaċi u bżonnjużi
|
-
|
35 000 000
|
|
Total
|
0
|
35 000 000
|
5.Inizjattiva WiFi4EU – Tisħiħ tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)
L-inizjattiva WiFi4EU għandha l-għan li tippromwovi l-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali. Tissawwar fl-għamla ta’ skema ta’ vawċers bl-objettiv li tipprovdi aċċess għall-internet ta’ kwalità għolja, mingħajr ħlas u mingħajr kundizzjonijiet diskriminatorji, lir-residenti u lill-viżitaturi fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali. B’hekk, il-korpi tas-settur pubbliku – u b’mod iktar speċifiku l-muniċipalitajiet – se jkollhom is-setgħa li jinstallaw hotspots pubbliċi tal-Wi-Fi fi spazji pubbliċi ġewwa jew fil-beraħ, bħal fil-muniċipju, il-libreriji pubbliċi, il-mużewijiet u ċ-ċentri tas-saħħa f’madwar 6 000 sa 8 000 komunità fl-Ewropa kollha sal-2020. Se tiffaċilita wkoll l-aċċess ta’ dawn il-komunitajiet lokali għal servizzi online, bħas-Saħħa Elettronika, il-Gvern Elettroniku, it-Turiżmu Elettroniku, eċċ., u eventwalment se toffri servizz ta’ roaming bejn il-hotspots WiFi4EU għall-utenti finali.
Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)1281 tas-27 ta’ Frar 2018 li tiddelega l-implimentazzjoni tal-inizjattiva lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA), jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha livell adegwat ta’ riżorsi umani biex twettaq il-kompiti l-ġodda tagħha. Kif previst fl-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji u kif indikat fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża mad-Deċiżjoni, it-tabella tal-persunal tal-2018 tal-Aġenzija jeħtieġ li tiġi emendata biex tiżdied kariga waħda ta’ aġent temporanju fi grad AD7.
Din l-emenda, li żżid l-għadd totali ta’ karigi ta’ INEA minn 71 għal 72, tista’ tiġi ffinanzjata fil-baġit tal-Aġenzija għal din is-sena. B’konsegwenza ta’ dan, mhuwiex meħtieġ tisħiħ tas-sussidju tal-UE lil din l-aġenzija eżekuttiva.
It-tabella tal-persunal aġġornata hija stabbilita fl-anness baġitarju.
6.Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
|
Intestatura
|
Baġit 2018
|
Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 5/2018
|
Baġit 2018
|
|
|
(inkl. AB 1-3 u ABE 4/2018)
|
|
(inkl. AB 1-3 u ABE 4-5/2018)
|
|
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
|
1.
|
Tkabbir intelliġenti u inklużiv
|
77 533 697 652
|
66 624 486 101
|
|
|
77 533 697 652
|
66 624 486 101
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
1 113 697 652
|
|
|
|
1 113 697 652
|
|
|
Limitu massimu
|
76 420 000 000
|
|
|
|
76 420 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
1a
|
Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi
|
22 001 452 724
|
20 097 167 844
|
|
|
22 001 452 724
|
20 097 167 844
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
762 452 724
|
|
|
|
762 452 724
|
|
|
Limitu massimu
|
21 239 000 000
|
|
|
|
21 239 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
1b
|
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
|
55 532 244 928
|
46 527 318 257
|
|
|
55 532 244 928
|
46 527 318 257
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
351 244 928
|
|
|
|
351 244 928
|
|
|
Limitu massimu
|
55 181 000 000
|
|
|
|
55 181 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
2.
|
Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali
|
59 285 323 122
|
56 083 793 633
|
|
|
59 285 323 122
|
56 083 793 633
|
|
Limitu massimu
|
60 267 000 000
|
|
|
|
60 267 000 000
|
|
|
Marġni
|
981 676 878
|
|
|
|
981 676 878
|
|
|
Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) – Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti
|
43 234 516 899
|
43 188 677 466
|
|
|
43 234 516 899
|
43 188 677 466
|
|
Sottolimitu
|
44 163 000 000
|
|
|
|
44 163 000 000
|
|
|
Marġni tal-FAEG
|
927 833 101
|
|
|
|
927 833 101
|
|
|
3.
|
Sigurtà u ċittadinanza
|
3 493 241 199
|
2 980 707 175
|
|
|
3 493 241 199
|
2 980 707 175
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
837 241 199
|
|
|
|
837 241 199
|
|
|
Limitu massimu
|
2 656 000 000
|
|
|
|
2 656 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
4.
|
Ewropa Globali
|
10 068 842 411
|
8 906 075 154
|
|
|
10 068 842 411
|
8 906 075 154
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
243 842 411
|
|
|
|
243 842 411
|
|
|
Limitu massimu
|
9 825 000 000
|
|
|
|
9 825 000 000
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
5.
|
Amministrazzjoni
|
9 665 513 627
|
9 666 318 627
|
|
|
9 665 513 627
|
9 666 318 627
|
|
Limitu massimu
|
10 346 000 000
|
|
|
|
10 346 000 000
|
|
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ Kontinġenza
|
- 318 000 000
|
|
|
|
- 318 000 000
|
|
|
Marġni
|
362 486 373
|
|
|
|
362 486 373
|
|
|
Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
|
7 579 920 627
|
7 580 725 627
|
|
|
7 579 920 627
|
7 580 725 627
|
|
Sottolimitu
|
8 360 000 000
|
|
|
|
8 360 000 000
|
|
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ Kontinġenza
|
- 318 000 000
|
|
|
|
- 318 000 000
|
|
|
Marġni
|
462 079 373
|
|
|
|
462 079 373
|
|
|
Total
|
160 046 618 011
|
144 261 380 690
|
|
|
160 046 618 011
|
144 261 380 690
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
837 241 199
|
678 340 197
|
|
|
837 241 199
|
678 340 197
|
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
1 357 540 063
|
|
|
|
1 357 540 063
|
|
|
Limitu massimu
|
159 514 000 000
|
154 565 000 000
|
|
|
159 514 000 000
|
154 565 000 000
|
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta’ Kontinġenza
|
- 318 000 000
|
|
|
|
- 318 000 000
|
|
|
Marġni
|
1 344 163 251
|
10 981 959 507
|
|
|
1 344 163 251
|
10 981 959 507
|
|
|
Strumenti speċjali oħra
|
698 540 311
|
551 238 311
|
|
|
698 540 311
|
551 238 311
|
|
Total Kumplessiv
|
160 745 158 322
|
144 812 619 001
|
|
|
160 745 158 322
|
144 812 619 001
|