EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0450

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Komunikazzjoni tal-2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE

COM/2018/450 final

Strasburgu, 17.4.2018

COM(2018) 450 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Komunikazzjoni tal-2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE

{SWD(2018) 150 final}
{SWD(2018) 151 final}
{SWD(2018) 152 final}
{SWD(2018) 153 final}
{SWD(2018) 154 final}
{SWD(2018) 155 final}
{SWD(2018) 156 final}


I.    INTRODUZZJONI

F’Novembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat strateġija ta’ perjodu medju għall-politika ta’ tkabbir tal-UE, li għadha valida. Din il-komunikazzjoni teżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ tkabbir sal-aħħar ta’ Jannar 2018, u tinkoraġġixxi lill-pajjiżi kkonċernati biex ikomplu l-modernizzazzjoni tagħhom permezz ta’ riformi politiċi u ekonomiċi, skont il-kriterji ta’ adeżjoni.

Il-proċess ta’ tkabbir ikompli jkun ibbażat fuq kriterji stabbiliti u kondizzjonalità ġusta u rigoruża. Kull pajjiż jiġi evalwat fuq il-bażi tal-merti proprji tiegħu. Il-valutazzjoni tal-progress miksub u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet għandhom l-għan li jipprovdu inċentivi u gwida lill-pajjiżi biex isegwu r-riformi estensivi meħtieġa. Biex il-prospett tat-tkabbir isir realtà, jibqa’ essenzjali impenn sod lejn il-prinċipju “l-ewwel jiġi dak li hu fundamentali”. Għad hemm nuqqasijiet strutturali, notevolment fl-oqsma ewlenin tal-istat tad-dritt u l-ekonomija. Il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni jridu jisħqu dwar l-istat tad-dritt, ir-riforma ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, is-sigurtà, id-drittijiet fundamentali, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-istituzzjonijiet demokratiċi, kif ukoll fuq il-kompetittività u l-iżvilupp ekonomiku. Minħabba n-natura kumplessa tar-riformi meħtieġa, dan huwa proċess fit-tul.

Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li n-negozjati tal-adeżjoni ma humiex – u qatt ma kienu – għan fihom infushom. Huma parti minn proċess usa' ta' modernizzazzjoni u ta' riforma. Il-gvernijiet tal-pajjiżi involuti fit-tkabbir jeħtieġ li jħaddnu r-riformi meħtieġa b'mod aktar attiv u li tassew ipoġġuhom fl-aġenda politika tagħhom – mhux għaliex dan titolbu l-UE, iżda, għaliex dan huwa fl-aħjar interess taċ-ċittadini tagħhom. Hu ċentrali għall-għażla ġenerazzjonali tal-aspirazzjoni għas-sħubija fl-UE li wieħed iħaddan il-valuri Ewropej ewlenin bħall-istat tad-dritt. L-appoġġ pubbliku għal tkabbir fil-ġejjieni se jiddependi fuq il-grad ta' tħejjija tal-pajjiżi kandidati. Jinħtieġ li r-riformi permezz tal-proċess ta' adeżjoni tal-UE jikkontribwixxu biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi kandidati bl-istess mod.

Fi Frar 2018, il-Kummissjoni Ewropea rriaffermat il-prospett sod, ibbażat fuq il-mertu għas-sħubija fl-UE tal-Balkani tal-Punent fil-Komunikazzjoni tagħha Perspettiva kredibbli ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent u għall-involviment imsaħħaħ ta’ l-UE magħhom 1 . Dan huwa messaġġ qawwi ta’ inkoraġġiment għall-Balkani tal-Punent kollha u sinjal tal-impenn tal-UE lejn il-ġejjieni Ewropew tagħhom. Il-mexxejja fir-reġjun ma jridu jħallu l-ebda dubju dwar l-orjentazzjoni strateġika u l-impenn tagħhom. Il-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien huma essenzjali għal progress fit-toroq rispettivi Ewropej. Il-Kummissjoni Ewropea ddikjarat ukoll li l-Unjoni tagħna trid tkun aktar b’saħħitha u aktar solida, qabel ma tkun tista’ eventwalment tkun akbar. Din hija r-raġuni għaliex, skont il-Pjan Direzzjonali tagħha Lejn Unjoni Aktar Magħquda, Aktar Qawwija u Aktar Demokratika 2 , matul din is-sena l-Kummissjoni se tippreżenta għadd ta’ inizjattivi mmirati lejn it-titjib tal-qafas demokratiku, istituzzjonali u ta’ politika tal-Unjoni tal-2025, abbażi tat-Trattati attwali.

It-Turkija hija sieħba ewlenija għall-UE u pajjiż kandidat, li magħha għadu għaddej djalogu fuq livell għoli u kooperazzjoni f’oqsma ta’ interess konġunt, inkluż appoġġ lir-refuġjati Sirjani. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-ħtieġa leġittima tat-Turkija li tieħu azzjoni rapida u proporzjonata fid-dawl tal-attentat fallut ta’ kolp ta’ stat ta’ Lulju 2016. Madankollu, it-Turkija kienet qed titbiegħed b’mod sinifikanti mill-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fl-oqsma tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali u permezz tad-dgħufija tal-kontrolli u l-ekwilibriji effettivi fis-sistema politika. Il-Kummissjoni Ewropea appellat ripetutament lit-Turkija biex treġġa’ lura din it-tendenza negattiva bħala kwistjoni ta’ prijorità.

II.    L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTRATEĠIJA TAT-TKABBIR TAL-2015

L-indirizzar tar-riformi fil-qasam tal-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-governanza tajba tibqa’ l-aktar kwistjoni pressanti għall-pajjiżi tat-tkabbir. Huwa wkoll punt ta’ riferiment ewlieni li fuqu se jiġu ġġudikati l-prospetti tagħhom mill-UE. Huma jrid jħaddnu dawn il-valuri fundamentali tal-UE iktar b’aktar saħħa u kredibbiltà. In-nuqqas ta’ rispett lejhom huwa wkoll ta’ deterrent għall-investiment u l-kummerċ. It-tisħiħ tal-istat tad-dritt mhuwiex biss kwistjoni istituzzjonali. Dan jeżiġi t-trasformazzjoni tas-soċjetà.

A) L-Istat tad-Dritt

Minkejja ż-żieda fl-iffukar fuq ir-riformi tal-istat tad-dritt, il-progress baqa’ irregolari fil-pajjiżi tat-tkabbir. F’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja l-impenn qawwi tal-gvern il-ġdid biex jimplimenta l-“Prijoritajiet ta’ Riforma Urġenti” kellu impatt pożittiv fuq l-istat tad-dritt. Wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat ta’ Lulju 2016, is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fit-Turkija kompliet tmur għall-agħar.

Ir-riforma b’suċċess tas-sistema ġudizzjarja huwa proċess fit-tul li jeħtieġ rieda politika kontinwa mill-ispettru politiku kollu u għad baqa’ ħafna xogħol xi jsir fil-pajjiżi tat-tkabbir. Fl-Albanija, il-proċess kontibwu bla preċedent tal-evalwazzjoni mill-ġdid tal-imħallfin u l-prosekuturi huwa mistenni li jagħti spinta lis-sistema ġudizzjarja f’termini ta’ professjonalità, indipendenza u integrità. Fit-Turkija, is-sensji massivi ta’ mħallfin u prosekuturi, kif ukoll il-bidliet kostituzzjonali xekklu ulterjorment l-effiċjenza u l-indipendenza tal-ġudikatura.

Il-pajjiżi jridu jeliminaw il-korruzzjoni bl-għeruq u x-xniexel mingħajr kompromess, u jeliminaw kull element ta’ manipulazzjoni tal-istat. Il-korruzzjoni għadha mifruxa, minkejja sforzi kontinwi biex l-oqfsa legali u istituzzjonali jinġiebu f’konformità mal-acquis tal-UE u l-istandards Ewropej. Istituzzjonijiet b’saħħithom u indipendenti huma kruċjali biex tiġi pprevenut u miġġielda l-korruzzjoni, b’mod partikolari fil-livelli għolja, u biex jiwettqu aktar investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet effettivi, li jwasslu għal sentenzi finali tal-qorti li jiġu infurzati u li jinkludu sanzjonijiet dissważivi. Hemm bżonn ta’ iktar trasparenza fil-ġestjoni ta’ fondi pubbliċi speċjalment fl-istadji kollha tal-akkwist pubbliku, qasam partikolarment suxxettibbli għall-korruzzjoni.

Korpi speċjalizzati jinsabu fis-seħħ iżda każijiet ta’ ġid inspjegabbli fost persuni esposti politikament rarament jiġu investigati. Il-progress limitat juri nuqqas ta’ rieda politika ġenwina flimkien ma’ kapaċità amministrattiva li għadha limitata. Jibqgħu essenzjali aktar trasparenza u responsabbiltà, is-separazzjoni tas-setgħat u korpi ta’ sorveljanza indipendenti aktar b’saħħithom. Sforzi mnedija fi Trieste fl-2017 biex ikun hemm qbil dwar strument reġjonali dwar l-iskambju tad-data fl-iżvelar tal-assi u l-kunflitti ta’ interess jistgħu jikkontribwixxu biex jittejjeb ir-rekord tal-pajjiżi li jittrattaw każijiet ta’ korruzzjoni fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent.

L-influwenza tal-kriminalità organizzata fuq il-pajjiżi tat-tkabbir tal-UE għadha f’saħħitha. Gruppi kriminali b’saħħithom għadhom joperaw mir-reġjun tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija u lejhom. Ir-reġjun għadu rotta ta’ dħul importanti għat-traffikar ta’ prodotti illeċiti, b’mod partikolari d-drogi u l-armi, u n-nies fi triqthom lejn l-UE. Il-pajjiżi tat-tkabbir qed jikkooperaw dejjem aktar mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-UE bħall-Europol u l-Eurojust u qed itejbu gradwalment il-kapaċità tagħhom li jittrattaw tipi speċifiċi ta’ kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tad-droga. Fl-Albanija, operazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi fuq skala kbira wasslu b’suċċess għal qabdiet ta’ kwantitajiet kbar ta’ kannabis u, reċentement, anki ta’ kokaina mill-Amerika Latina. Madankollu, il-livelli tal-persunal u r-rispett lejn l-indipendenza operattiva tal-korpi tal-infurzar tal-liġi jibqgħu problematiċi fir-reġjun. Għad hemm distakk bejn l-analiżi tat-theddid mill-kriminalità organizzata u l-prijoritajiet operazzjonali stabbiliti, biex b’hekk tonqos ir-rata ta’ suċċess tal-izmantelllar tal-gruppi kriminali b’mod effettiv. L-awtoritajiet jeħtieġu wkoll jibdew jużaw l-investigazzjonijiet finanzjarji skont il-metodoloġija tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja u jittejbu r-riżultati dwar il-konfiska tar-rikavat mill-kriminalità. L-istabbiliment u t-tisħiħ ta’ aġenziji ċentralizzati responsabbli għall-identifikazzjoni u t-traċċar ta’ assi kriminali (Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi) fil-pajjiżi tat-tkabbir jistgħu jagħmlu s-sistemi nazzjonali tagħhom ta’ rkupru tal-assi aktar effettivi u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni operazzjonali mal-Uffiċċji tal-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri tal-UE. Dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus / il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, jinħtieġ li l-pajjiżi tat-tkabbir bħala prijorità jallinjaw il-leġiżlazzjoni u l-prattiki tagħhom konformi mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force tal-Azzjoni Finanzjarja. Jinħtieġ li jiġi stabbilit b'urġenza track record konkret u sostnut fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata.

Biex jiġu miġġielda t-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti, ir-radikalizzazzjoni u, b’mod partikolari, il-fenomenu ta’ ġellieda terroristi barranin (li jirritornaw), l-UE intensifikat il-kooperazzjoni operazzjonali ma’ kull wieħed mill-pajjiżi involuti fil-proċess tat-tkabbir. Saru sforzi tajba kontinwi fil-pajjiżi kollha biex jallinjaw il-leġiżlazzjoni u l-prattiki fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni ma’ standards u prattiċi tal-UE. Għad hemm xorta waħda lok għal strutturi aktar effettivi fil-livelli nazzjonali u reġjonali biex jiżguraw riżultati konkreti, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti, it-traffikar tal-armi, il-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-politiki kontra r-radikalizzazzjoni. In-netwerk dwar is-Sensibilizzazzjoni tar-Radikalizzazzjoni tal-UE ilu jappoġġa ħafna minn dan ix-xogħol. Jinħtieġ li l-ġlieda kontra t-terroriżmu tiġi aktar intensifikata ma’ kull imsieħeb tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija. Jinħtieġ li l-istandards tal-protezzjoni tad-data personali jiġu allinjati mal-istandards tal-UE biex jippermettu l-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-Eurojust. Ispirati mill-ħidma konġunta dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-UE u l-imsieħba tal-Balkani tal-Punent qablu fl-2017 dwar il-Governanza Integrata tas-Sigurtà Interna tal-Balkani tal-Punent bħala approċċ ġdid lejn il-governanza tas-sigurtà tal-bini tal-kapaċità u riformi fir-reġjun.

B) Drittijiet fundamentali

Id-drittijiet fundamentali huma fil-biċċa l-kbira mnaqqxa fil-leġiżlazzjoni tal-Balkani tal-Punent iżda hemm bżonn li jsiru sforzi serji sabiex jiġu implimentati bis-sħiħ fil-prattika. It-Turkija esperjenzat deterjorament qawwi kontinwu f’oqsma ewlenin marbutin mad-drittijiet tal-bniedem matul il-perjodu ta’ rapportar.

Hemm bżonn attenzjoni partikolari biex tiġi salvagwardjata l-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-midja bħala pilastru tad-demokrazija fir-reġjun kollu. Kien hemm deterjorament importanti f’dan il-qasam f’xi pajjiżi, inklużi rigressi serji fit-Turkija, fejn aktar minn 150 ġurnalist għadhom il-ħabs. Band’oħra, l-aktar l-aktar sar progress limitat. Komplew l-attakki u t-theddid kontra l-ġurnalisti, filwaqt li l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet għadhom għaddejjin bil-mod. L-isforzi biex jiġu influwenzati l-indipendenza tax-xandara tas-servizz pubbliku u finanzjament pubbliku mhux trasparenti tal-midja jibqgħu prevalenti fil-pajjiżi kollha tat-tkabbir. Dawn l-abbużi jdgħajfu mhux biss id-dritt fundamentali għal-libertà ta’ espressjoni, iżda wkoll id-demokrazija fir-reġjun. Il-gvernijiet jeħtieġ li jieħdu passi urġenti u konkreti biex jiġu implimentati l-oqfsa legali eżistenti fuq il-libertà ta’ espressjoni, u biex tittejjeb il-klima ġenerali rigward il-libertà tal-mezzi tax-xandir. L-UE tappoġġa bis-sħiħ l-organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-midja indipendenti, li ta’ spiss jiġu intimidati. Il-kontribut tagħhom huwa kruċjali biex tiġi żgurata responsabbiltà mill-gvern dwar il-libertà tal-espressjoni, kif ukoll dwar id-drittijiet fundamentali l-oħra kollha.

Hemm bżonn ta’ aktar sforzi fil-pajjiżi kollha ta’ tkabbir biex jindirizzaw b’mod effettiv l-abbużi tad-drittijiet tat-tfal li għadhom prevalenti. Il-gvernijiet jeħtieġu wkoll li jindirizzaw id-diskriminazzjoni kontra l-persuni b’diżabbiltà, il-minoranzi u l-gruppi vulnerabbli l-oħra bħala kwistjoni ta’ prijorità. Irid isir aktar biex tintgħata spinta lill-ugwaljanza bejn is-sessi u biex titwaqqaf li tiġi indirizzata l-vjolenza kontra n-nisa. Filwaqt li sar progress fil-Balkani tal-Punent dwar id-drittijiet tal-persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali, transġeneri u persuni intersesswali, huma meħtieġa sforzi addizzjonali biex tintemm id-diskriminazzjoni, it-theddid u l-vjolenza. Is-sitwazzjoni prekarja tar-Roma teħtieġ ukoll li tingħata prijorità hekk kif komplew jiffaċċjaw l-esklużjoni soċjali, il-marġinalizzazzjoni u d-diskriminazzjoni. Il-kundizzjonijiet tal-ħabs jeħtieġ li jittejbu u d-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati u akkużati u d-drittijiet tal-vittmi jinħtieġ li jiġu allinjati mal-acquis tal-UE. Fit-Turkija, d-digrieti adottati taħt l-Istat ta’ Emerġenza naqqsu d-drittijiet proċedurali ewlenin inklużi d-drittijiet tad-difiża.

c) Il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika

Il-funzjonament kif suppost tal-istituzzjonijiet demokratiċi għadu sfida ewlenija f'għadd ta’ pajjiżi. Dan jinkludi li jiġi żgurat djalogu kostruttiv u sostenibbli fl-ispettru politiku kollu, b’mod partikolari fil-parlamenti. Minkejja li sar xi progress, bosta aspetti fundamentali fit-twettiq tal-elezzjonijiet demokratiċi għadhom joħolqu sfidi. Jinħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali jiġu implimentati kif suppost. Ir-responsabbiltà parlamentari, bħala element essenzjali ta’ demokrazija li tiffunzjona tajjeb, jeħtieġ li jiġi minqux fil-kultura politika.

Fit-Turkija, filwaqt li tiġi rrikonoxxuta l-ħtieġa leġittima tat-Turkija li tieħu azzjoni rapida u proporzjonata fid-dawl tal-attentat fallut ta’ kolp ta’ stat, hemm tħassib serju fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri taħt stat ta’ emerġenza li għadhom fis-seħħ u li naqqsu l-funzjoni prinċipali tal-Parlament, filwaqt li l-ispazju għal djalogu fost il-partiti politiċi ġie aktar ristrett. Il-bidliet kostituzzjonali estensivi li ġew evalwati mill-Kunsill tal-Ewropa bħala li għandhom nuqqas ta’ kontrolli u bilanċi suffiċjenti u jipperikolaw is-separazzjoni tas-setgħat ġew approvati f’referendum organizzat waqt l-istat ta’ emerġenza.

Fil-Balkani tal-Punent, il-kapaċità tal-parlamenti nazzjonali li jeżerċitaw il-funzjoni leġiżlattiva u ta’ sorveljanza ewlenin hija mminata min-nuqqas ta’ djalogu politiku, l-użu eċċessiv ta’ proċeduri parlamentari b’urġenza u n-nuqqas ta’ involviment kostruttiv mill-partijiet kollha.  Għad hemm kultura politika diviżiva, għalkemm xi bojkotts ingħelbu. Fl-Albanija, il-ftehim politiku bejn il-partiti ta’ Mejju 2017 ippermetta t-tkomplija tal-ħidma parlamentari qabel il-waqfa elettorali. F’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-Parlament il-ġdid għamel sforz biex jerġgħu jinkisbu l-kapaċitajiet tas-sorveljanza tiegħu fuq l-eżekuttiv. Madankollu, fil-Montenegro, l-oppożizzjoni bbojkottjat attività leġiżlattiva minn meta beda jiltaqa’ l-Parlament f’Novembru 2016. Fis-Serbja, l-effikaċja parlamentari u l-kwalitá tal-leġislazzjoni huma żvantaġġati min-nuqqas ta’ skrutinju parlamentari xieraq fuq l-abbozzi ta’ leġiżlazzjoni. Fil-Kosovo 3*, kemm taħt il-koalizzjonijiet ta’ deċiżjoni preċedenti u dawk attwali, il-ħidma tal-Assemblea kienet ikkaratterizzata minn polarizzazzjoni politika u paraliżi, għalkemm l-Assemblea riċentament irratifikat il-Ftehim tad-Demarkazzjoni tal-Fruntiera mal-Montenegro. Fil-Bożnja u l-Ħerzegovina, l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tirriżulta mill-Aġenda ta’ Riforma ġiet affettwata b’mod negattiv minn tensjonijiet bejn il-partijiet tal-koalizzjoni fil-gvern, li wassal għal tnaqqis fir-ritmu tal-proċess ta’ riforma. Filwaqt li t-twettiq ta’ elezzjonijiet bħala tali fir-reġjun ġeneralment iseħħu mingħajr inċidenti kbar, nuqqasijiet importanti, inkluża l-politiċizzazzjoni tal-korpi elettorali, l-abbuż mir-riżorsi tal-Istat u n-nuqqas ta’ trasparenza fil-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali, ikollhom impatt fuq il-livell ta’ fiduċja taċ-ċittadini fil-proċessi elettorali.

Ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika hija kruċjali għat-tisħiħ tat-tmexxija fil-livelli kollha. Dan jinkludi t-titjib tal-kwalità u r-responsabbiltà ta’ l-amministrazzjoni, u biex ikun hemm aktar professjonalità, id-depolitiċizzazzjoni u t-trasparenza, kif ukoll ir-reklutaġġ u s-sensji, aktar ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi, u servizzi aħjar għaċ-ċittadini. Jeħtieġ ukoll li jinstab bilanċ xieraq bejn il-gvern ċentrali, reġjonali u lokali. Filwaqt li kien hemm progress moderat fil-Balkani tal-Punent f’ċerti oqsma, fit-Turkija kien hemm rigress serju rigward is-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani u r-responsabbiltà.

Issa huma fis-seħħ strateġiji ta’ riforma komprensivi tal-amministrazzjoni pubblika u tal-ġestjoni finanzjarja pubblika, ħlief fil-Bosnja u Ħerzegovina u t-Turkija. Id-dewmien fl-implimentazzjoni u s-sostenibbiltà tar-riformi finanzjarji għadhom inwetanti. F’ħafna każijiet, it-trasparenza baġitarja tjiebet. Il-kwalità tal-ippjanar strateġiku tal-gvern ċentrali u r-rabtiet mal-ippjanar settorjali jeħtieġ li jiġu sostanzjalment imtejba fil-Balkani tal-Punent. Il-politiki, l-leġiżlazzjoni u l-investimenti pubbliċi ta’ spiss għadhom qed jiġu ppreparati mingħajr valutazzjonijiet sistematiċi ta l-impatt u konsultazzjonijiet. Problema ewlenija f’ħafna pajjiżi hija l-użu estensiv ta’ proċeduri leġislattivi urġenti. Il-professjonalizzazzjoni tas-servizz pubbliku għad trid tiġi żgurata fil-pajjiżi kollha. Minkejja l-leġiżlazzjoni moderna dwar is-servizz ċivili, regolarment jintużaw l-eċċezzjonijiet, speċjalment għall-ħatriet u t-tneħħijiet ta' uffiċjali għolja taċ-ċivil.

Fil-pajjiżi kollha tat-tkabbir, l-istruttura tal-amministrazzjoni tal-istat jeħtieġ li tkompli tiġi razzjonalizzata. Fil-Balkani tal-Punent, il-korpi amministrattivi simili għandhom status differenti, ħafna minnhom jirrappurtaw direttament lill-gvern jew lill-parlament pjuttost milli lill-ministeri prinċipali naturali tagħhom. Hemm nuqqas ta’ responsabbiltà u rappurtar bejn l-aġenziji subordinati u l-istituzzjonijiet prinċipali tagħhom. Biex jittejjeb it-twassil tas-servizzi, bosta pajjiżi involuti fil-proċess tat-tkabbir kienu ffukati fuq l-introduzzjoni ta’ servizzi tal-gvern elettroniku iżda l-inizjattivi ħafna drabi kellhom nuqqas ta’ koordinazzjoni u ta’ direzzjoni strateġika. Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi għamlu wkoll progress bl-adozzjoni tal-liġijiet moderni dwar il-proċeduri amministrattivi ġenerali, iżda f’ħafna pajjiżi għad irid jiġi emendat ammont sostanzjali ta’ leġiżlazzjoni settorjali biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-proċeduri amministrattivi speċjali.

d) Il-Migrazzjoni    

L-isfidi marbuta mal-kriżi tar-rifuġjati u l-migrazzjoni irregolari kienu ċentrali għall-ħidma tal-UE mal-pajjiżi tat-tkabbir. Sar progress permezz ta’ ħidma konġunta tul ir-rotot migratorji tal-Lvant tal-Mediterran / Balkani tal-Punent. Il-kuntrabandu tal-migranti u t-traffikar tal-bnedmin għadu inkwetanti. Aktar sforzi huma meħtieġa biex jiżguraw li l-pajjiżi huma mgħammra aħjar biex jiffaċċjaw l-isfidi tal-migrazzjoni, inkluż fir-rigward tat-tnaqqis tal-migrazzjoni irregolari, l-attivitajiet dwar ir-ritorn u l-protezzjoni tal-fruntieri u l-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet dwar l-ażil, l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni, f’konformità mal-acquis tal-UE.

Permezz ta’ ħidma eċċellenti, it-Turkija bħalissa qed tipprovdi kenn lil aktar minn 3,5 miljun refuġjat Sirjan u l-UE tibqa’ impenjata li tassisti lit-Turkija fl-indirizzar ta’ din l-isfida. Il-kooperazzjoni skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija kompliet tagħti riżultati konkreti. Ix-xejra ta’ tnaqqis sinifikanti tal-vjaġġi irregolari u perikolużi u t-telf ta’ ħajjiet fil-Baħar Eġew ġiet ikkonsolidata. Waslu 42 319-il migrant permezz tar-rotta tal-Lvant tal-Mediterran fl-2017, meta mqabbla ma’ 182 277 fl-2016, li jirrappreżentaw tnaqqis ta’ kważi 77 %. Il-Gwardja tal-Kosta Torka baqgħet impenjata li tissorvelja attivament u tipprevjeni l-qsim irregolari u l-ftuħ ta’ rotot ġodda. Il-Faċilità tal-UE għar-Refuġjati fit-Turkija qed tkompli tappoġġa l-ħtiġijiet tar-refuġjati u tappoġġa l-komunitajiet ospitanti. L-ewwel porzjon ta’ EUR 3 biljun ġie kkuntrattat kollu. L-iżborżi sal-lum laħqu EUR 1,9 biljun. Bdiet il-mobilizzazzjoni tat-tieni porzjon tal-Faċilità, f’konformità mad-Dikjarazzjoni UE-Turkija. Il-Faċilità spiċċat waħda mill-mekkaniżmi ta’ appoġġ tal-UE l-aktar veloci u effettivi, u tipprovdi kważi 1,2 miljun mill-aktar refuġjati vulnerabbli bi trasferimenti ta’ flus kontanti fix-xahar bis-Sistema tal-Protezzjoni Soċjali ta’ Emerġenza. Aktar minn 312 000 tifel u tifla rċevew taħriġ fil-lingwa Torka u 500 000 student ġew ipprovduti bi stationery u kotba tal-korsijiet. Ir-refuġjati bbenefikaw minn aktar minn 763 000 konsultazzjoni dwar il-kura tas-saħħa primarja u aktar minn 217 000 refuġjat trabi Sirjani tlaqqmu kompletament.

Il-miżuri ta’ reazzjoni kkoordinati mill-UE li jappoġġaw l-isforzi nazzjonali fl-2017 wasslu għal tnaqqis ta’ 91 % fil-flussi migratorji irregolari li jgħaddu mir-reġjun tal-Balkani tal-Punent u l-istabbilizzazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni tul il-fruntieri. Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u s-Serbja, b’mod partikolari, spiċċaw bħala sħab affidabbli tal-UE f’dan il-qasam. Madankollu, huma baqgħu affettwati u l-kapaċità tagħhom biex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi ġiet kontinwament ittestjata. Il-kapaċità amministrattiva u l-infrastruttura teħtieġ aktar tisħiħ fir-reġjun kollu. L-UE hija impenjata li tappoġġa l-isforzi tal-imsieħba tal-Balkani tal-Punent. Il-Kummissjoni qed tinnegozja l-ftehimiet tal-istatus bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Balkani tal-Punent. Dawn se jippermettu l-iskjerament tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta b’setgħat eżekuttivi f’żoni fuq il-fruntiera fil-fruntieri esterni tal-UE f’appoġġ tal-awtoritajiet tal-fruntieri nazzjonali.

e)    Ekonomija

Il-Balkani tal-Punent u t-Turkija għandhom potenzjal ekonomiku sinifikanti. Żidiet fir-rati tat-tkabbir f’dawn l-aħħar ftit snin kienu wasslu għall-ħolqien ta’ impjiegi fl-oqsma kollha. Minkejja xi progress li sar, il-gvernijiet kollha jaffaċċjaw sfidi strutturali ekonomiċi u soċjali ewlenin, b’rati għolja ta’ qgħad, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet, livelli persistentement għoljin ta’ ekonomija informali dgħajfa l-ambjenti tan-negozju b’aċċess limitat għall-finanzjament u livelli baxxi ta’ innovazzjoni u ta’ konnettività reġjonali. Fil-Balkani tal-Punent, il-klima tal-investiment tibqa’ tiġi mxekkla minn sinjali ta’ manipulazzjoni tal-istat, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta’ sistemi ġudizzjarji effiċjenti u indipendenti u infurzar mhux ekwu tar-regoli tal-kompetizzjoni. L-influwenza tal-Istat fl-ekonomija hija b’saħħitha fir-reġjun, li tista’ taggrava r-riskju tal-korruzzjoni permezz ta’ ġestjoni finanzjarja pubblika dgħajfa u t-tibdil frekwenti fil-permessi u t-taxxi. L-oqfsa ta’ governanza korporattiva jeħtieġi li jissaħħu u l-proċess ta’ privatizzazzjoni ġie ffinalizzat. L-infrastruttura u s-sistemi tal-edukazzjoni jeħtieġ li jiġu mtejba. Jinħtieġ li l-investimenti infrastrutturali fir-reġjun ikunu konsistenti mal-prijoritajiet maqbula mal-UE, b’mod partikolari fil-kuntest tal-estensjoni tan-Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport fil-Balkani tal-Punent. Fit-Turkija t-tkabbir ekonomiku ssaħħaħ, iżda l-ambjent tan-negozju baqa' jiddeterjora u l-ekonomija għadha vulnerabbli quddiem l-inċertezza finanzjarja, il-bidliet fil-fiduċja tal-investituri globali u r-riskji politiċi li għadhom hemm.

L-UE qed tappoġġa l-formulazzjoni aħjar tal-politika u l-governanza ekonomika permezz ta’ eżercizzju ta’ Programm ta’ Riforma Ekonomika, li huwa parti integrali mill-proċess ta’ tħejjija. Dan l-eżerċizzju sar l-għodda ewlenija biex jiġu fformulati u implimentati riformi makroekonomiċi u strutturali. B’hekk, jikkontribwixxi biex jissaħħaħ it-tkabbir sostenibbli fit-tul u l-konverġenza, jiffaċilita l-ippjanar tal-politika, u l-progress lejn il-kriterji ekonomiċi ta’ Copenhagen. Il-gvernijiet kollha huma mistiedna jippreżentaw il-Programmi ta’ Riforma Ekonomika annwali. Issa hemm bżonn sforz politiku qawwi u s-sjieda mill-gvernijiet ikkonċernati biex jiġu implimentati r-riformi identifikati. L-UE qed tappoġġa wkoll it-titjib tal-klima ta’ investiment fil-Balkani tal-Punent permezz tal-approfondiment taż-Żona Ekonomika Reġjonali li għandha l-għan li tneħħi l-ostakoli għall-kummerċ, il-mobilità u l-investiment madwar ir-reġjun. F’Diċembru 2016, il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjoni biex tiftaħ negozjati bil-ħsieb ta’ estensjoni potenzjali u l-modernizzazzjoni tal-Unjoni Doganali bejn l-UE u t-Turkija, li minn dak iż-żmien ’il hawn ġiet eżaminata fil-Kunsill.

f)    Il-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien;

Il-kooperazzjoni reġjonali hija kruċjali biex tiġi żgurata l-istabbilizazzjoni politika u l-opportunitajiet ekonomiċi. L-aġenda tal-UE dwar il-konnettività b’mod partikolari tat momentun miżjud lill-kooperazzjoni reġjonali fil-Balkani tal-Punent. Fl-2017, fi Trieste, il-mexxejja tar-reġjun approvaw pjan ta’ azzjoni għal Żona Ekonomika Reġjonali u ffirmaw it-Trattat dwar il-Komunità tat-Trasport. Il-Proċess ta’ Kooperazzjoni fix-Xlokk tal-Ewropa u l-inizjattivi reġjonali oħrajn komplew ukoll jippromwovu l-istabbilizzazzjoni u l-kooperazzjoni. Ġie stabbilit l-Uffiċċju Reġjonali tal-Kooperazzjoni taż-Żgħażagħ u nieda l-ewwel sejħa għal proposti li jkomplu jsaħħu l-kooperazzjoni bejn il-persuni. Il-programm Erasmus + kompla jrawwem id-djalogu interkulturali fl-edukazzjoni ogħla u fost iż-żgħażagħ, u appoġġa azzjonijiet għall-promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni u l-modernizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet u sistemi ta’ edukazzjoni ogħla. Kien hemm xi progress fit-twettiq ta’ proġetti ta’ konnettività fil-post. L-Istrateġija tal-UE għall-Pjan ta’Azzjoni Reġjonali tal-Adrijatiku u tal-Jonju kkontribwixxiet biex jitrawwem l-iżvilupp ta’ proġetti konġunti, bil-promozzjoni ta’ aktar allinjament mal-acquis fil-pajjiżi parteċipanti. Madankollu, għadhom ma ġewx issodisfati ħafna mill-obbligi tal-ftehimiet u l-impenji reġjonali. Jekk iċ-ċittadini jridu jaraw benefiċċji reali mill-kooperazzjoni reġjonali, hemm bżonn ta’ aktar sforzi biex dawn il-ftehimiet u l-impenji jsiru operazzjonali, inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni u tal-miżuri ta’ riforma tal-konnettività miftehma fl-2015.

Ir-relazzjonijiet ta' viċinat tajba u l-kooperazzjoni reġjonali huma elementi essenzjali tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u tat-tkabbir. Filwaqt li kien hemm kuntatti regolari u kostanti bejn il-gvernijiet u kooperazzjoni fuq livell bilaterali u reġjonali, hemm bżonn ta’ aktar sforzi fl-aktar oqsma sensittivi bħal delitti tal-gwerra, persuni nieqsa, kriminalità organizzata u kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja. Eċċezzjoni waħda tirrigwarda r-ritorn ta’ rifuġjati minn gwerer tal-Balkani; hawnhekk, il-Programm Reġjonali tad-Djar qed juri riżultati pożittivi. Jinħtieġ li jiġu evitati dikjarazzjonijiet li jkollhom impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet tajba ta' viċinat. Il-promozzjoni tal-istabbiltà u l-ħolqien ta’ ambjent li jwassal sabiex jingħeleb il-legat tal-passat u r-rikonċiljazzjoni jirrikejdu kemm tmexxija politika responsabbli u aktar sforzi sostanzjali. It-Trattat ta’ Ħbiberija bejn il-Bulgarija u dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja huwa eżempju pożittiv f’dan ir-rigward.

Il-politika tat-tkabbir tal-UE għandha tkompli tesporta l-istabbiltà. Għalhekk l-UE ma tistax u mhux se timporta tilwimiet bilaterali. Iridu jiġu solvuti bħala kwistjoni ta’ urġenza mill-partijiet responsabbli. F'dan ir-rigward, ir-riżultati kienu limitati. Huma meħtieġa aktar sforzi madwar ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent. Hemm l-urġenza li jsir progress fid-Djalogu ffaċilitat mill-UE lejn normalizzazzjoni sħiħa tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo, li jinħtieġ li jirriżulta fil-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta’ ftehim komprensiv u legalment vinkolanti ta’ normalizzazzjoni. Fir-rigward ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-progress pożittiv li sar biex tinstab soluzzjoni negozjata u aċċettabbli b’mod reċiproku għall-kwistjoni tal-isem taħt l-awspiċi tan-NU għandu jkun jservi ta’ bażi għal aktar titjib, flimkien ma’ progress li jsir fuq relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien. L-Albanija ħadet passi biex issolvi tilwimiet bilaterali li ilhom żmien twil.

Għalkemm l-isforzi mġedda li saru fit-taħditiet ta’ riżoluzzjoni mmexxija min-Nazzjonijiet Uniti dwar Ċipru ma rnexxilhomx iwasslu għal ftehim, huwa importanti li jinżamm il-progress li sar sa issa u li jkunu segwiti tħejjijiet għal soluzzjoni ġusta, komprensiva u vijabbli, inklużi l-aspetti esterni tagħha. L-impenn u l-kontribut kontinwu tat-Turkija f’termini konkreti lejn negozjati dwar soluzzjoni ġusta, komprensiva u vijabbli għall-kwistjoni ta’ Ċipru fil-qafas tan-NU se tkun ta’ importanza kbira. Hemm bżonn urġenti li t-Turkija tissodisfa l-obbligu tagħha li timplimenta bis-sħiħ il-Protokoll Addizzjonali u tagħmel progress lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mar-Repubblika ta’ Ċipru. Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll li jiġi skartat kull xorta ta' theddid, sors ta' tensjoni jew azzjoni li tkun ta' ħsara għar-relazzjonijiet tajba ta' viċinat u ir-riżoluzzjoni paċifika tad-disputi. Il-Kummissjoni tagħmel enfażi fuq id-drittijiet sovrani kollha tal-Istati Membru tal-UE. Dan jinkludi, fost affarijiet oħra, id-dritt li jsiru ftehimiet bilaterali u li jiġu esplorati u esplojtati r-riżorsi naturali skont l-acquis tal-UE u l-liġi internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar. L-azzjonijiet tat-Turkija u d-dikjarazzjonijiet kontra diversi Stati Membri tal-UE ħolqu wkoll tensjonijiet li qed jaffettwaw b’mod negattiv ir-relazzjonijiet tagħha mal-UE. Is-soluzzjoni ta’ dawn il-kwistjonijiet bilaterali hija kwistjoni ta’ prijorità.

III.    KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Fuq il-bażi tal-analiżi ta' hawn fuq, u tal-evalwazzjonijiet fil-ġabriet fil-qosor rigward il-pajjiżi li jinsabu fl-anness, il-Kummissjoni qiegħda tippreżenta l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

I

1.Il-politika tat-tkabbir tal-UE hija investiment fil-paċi, is-sigurtà, il-prosperità u għalhekk l-istabbilità fl-Ewropa. Hija tipprovdi aktar opportunitajiet ekonomiċi u għall-kummerċ għall-benefiċċju reċiproku tal-UE u l-Istati Membri aspiranti. Il-prospettiva soda tal-adeżjoni mal-UE, kif affermat mill-ġdid kontinwament mill-UE u mill-Istati Membri tagħha, qegħda tkompli tixpruna t-trasformazzjoni u tqawwi l-istabbiltà u s-sigurtà fil-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa.

2.Il-proċess ta’ tkabbir ikompli jkun ibbażat fuq kriterji stabbiliti u kondizzjonalità ġusta u rigoruża. Kull pajjiż jiġi evalwat fuq il-merti tiegħu biex jingħata inċentivi biex iwettaq riformi li jmorru aktar lil hinn. Biex il-perspettiva ta’ tat-tkabbir issir realtà, jibqa’ essenzjali impenn sod lejn il-prinċipju “l-ewwel jiġi dak li hu fundamentali”.

3.L-istrateġija tal-Kummissjoni dwar il-Balkani tal-Punent, adottata fi Frar 2018, toffri tieqa storika ta’ opportunità torbot il-futur tar-reġjun bis-sod u b’mod inekwivokabbli mal-Unjoni Ewropea. Il-pajjiżi fir-reġjun issa jeħtieġ li jaġixxu b’determinazzjoni biex jagħtu spinta b’mod deċiżiv u b’mod irriversibbli l-proċess ta’ trasformazzjoni tagħhom u jindirizzaw in-nuqqasijiet eżistenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-elementi fundamentali tal-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-istituzzjonijiet demokratiċi, kif ukoll l-ekonomija.

II

4.It-Turkija hija sieħeb kruċjali għall-Unjoni Ewropea. L-UE, li kkundannat immedjatament u bil-qawwa l-attentat ta’ kolp ta’ stat ta’ Lulju 2016, tenniet l-appoġġ sħiħ tagħha għall-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż, u rrikonoxxiet il-ħtieġa leġittima tat-Turkija li tieħu azzjoni rapida u proporzjonata fid-dawl ta’ tali theddida serja. Madankollu, l-iskala wiesgħa u n-natura kollettiva tal-miżuri meħuda wara t-tentattiv ta’ kolp ta’ stat, bħalma huma s-sensji fi grupp, l-arresti, u d-detenzjonijiet, ikomplu jqajmu tħassib serju fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri taħt stat ta’ emerġenza li għadu fis-seħħ. Il-Gvern Tork tenna l-impenn tiegħu għal sħubija fl-UE iżda dan ma ġiex akkumpanjat minn miżuri u riformi korrispondenti. Għall-kuntrarju, it-Turkija kienet qed titbiegħed ferm mill-Unjoni Ewropea. Fiċ-ċirkostanzi prevalenti attwali, l-ebda kapitolu ġdid mhu qed jiġi kkunsidrat li jinfetaħ. It-Turkija teħtieġ li treġġa’ lura t-tendenza negattiva attwali l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali bħala kwistjoni ta’ prijorità, ibda bit-tneħħija tal-istat ta’ emerġenza u tindirizza d-dgħufija tal-kontrolli u l-ekwilibriji effettivi fis-sistema politika, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa mal-Kunsill tal-Ewropa.

Kien hemm rigress serju f’oqsma ewlenin tal-ġudikatura, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, id-drittijiet fundamentali u l-libertà tal-espressjoni, u aktar rigress f’għadd dejjem ikbar ta’ oqsma oħra. Ir-rispett sħiħ tal-istat tad-dritt u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali huwa obbligu essenzjali tal-proċess ta’ adeżjoni. Mill-introduzzjoni tal-istat ta’ emerġenza, aktar minn 150 000 persuna kienu arrestati u 78 000 ġew arrestati. Aktar minn 150 ġurnalista għadhom miżmuma l-ħabs, flimkien ma’ għexieren ta’ kittieba, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, avukati, rappreżentanti eletti. Ħafna ċittadini Torok ġew arrestati talli esprimew l-opinjonijiet politiċi tagħhom fuq il-midja soċjali. Il-31 digriet li ttieħdu fl-istat ta’ emerġenza, li ġew eżentati minn rieżami ġudizzjarju u skrutinju effettiv mill-parlament, naqqsu b’mod sostanzjali d-drittijiet ċivili u politiċi ewlenin, inkluża l-libertà ta’ espressjoni, il-libertà ta’ assemblea u d-drittijiet tad-difiża. Kummissjoni ta’ Stat ta’ Emerġenza saret formalment operazzjonali iżda xorta teħtieġ li tiżviluppa f’rimedju effettiv, kredibbli, f’kuntest fejn il-kapaċità tat-Turkija biex tiżguraw rimedju legali domestiku effettiv fis-sens tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kompliet tiġi mminata minn numru ta’ sentenzi problematiċi tal-qorti.

F’referendum organizzat waqt l-istat ta’ emerġenza, emendi kostituzzjonali estensivi li jintroduċu sistema presidenzjali ġew approvati bi ftit. Dawn ġew eżaminati mill-Kunsill tal-Ewropa bħala nieqsa minn kontrolli u bilanċi suffiċjenti kif ukoll joħolqu periklu għas-separazzjoni tal-poteri bejn l-eżekuttiv u l-ġudikatura. Il-funzjoni ewlenija tal-Parlament bħala leġiżlatur kienet limitata, l-ispazju għal djalogu fost il-partiti politiċi ġie limitata aktar fil-Parlament, filwaqt li aktar Membri Parlamentari tal-HDP ġew arrestati u 10 minnhom tneħħewlhom is-siġġijiet rispettivi tagħhom. Il-ħatra ta’ persuni ta’ fiduċja biex jieħdu post ir-rappreżentanti eletti wasslet għal dgħufija sinifikanti tad-demokrazija lokali. Is-soċjetà ċivili sabet ruħha taħt pressjoni dejjem akbar minħabba għadd kbir ta’ arresti ta’ attivisti, inklużi difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li wasslet għal tnaqqis rapidu tal-ispazju għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Is-sitwazzjoni fix-xlokk tal-pajjiż għadha waħda mill-aktar sfidi kritiċi għall-istabbiltà tat-Turkija stess. Ma kien hemm ebda żviluppi dwar l-issoktar ta’ proċess politiku kredibbli li huwa meħtieġ biex tinkiseb soluzzjoni paċifika u sostenibbli.

Filwaqt li t-tkabbir reġa’ tela’ sew fl-2017, is-sitwazzjoni għadha vulnerabbli dment li t-Turkija ma tindirizzax l-iżbilanċi makroekonomiċi, twettaq aktar riformi strutturali u ttejjeb l-ambjent tan-negozju. L-inċertezza politika, iż-żieda tal-kontroll tal-istat fl-isfera ekonomika u l-attakki fuq l-indipendenza tal-ġudikatura wasslu għal klima ta’ investiment inqas prevedibbli, tnaqqis drammatiku tal-valur tal-munita nazzjonali u tnaqqis sinifikanti tal-investiment dirett Ewropew.

L-UE u t-Turkija komplew għaddejin bid-djalogu u l-kooperazzjoni f’oqsma ta’ interess komuni inkluż permezz ta’ numru ta’ żjarat ta’ livell għoli, u laqgħat tal-Mexxejja f’Mejju 2017 u Marzu 2018. Id-djalogi ta’ livell għoli komplew dwar il-politika barranija u s-sigurtà, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu, fuq it-trasport u fuq l-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea tenfasizza l-importanza tal-proposti tagħha lill-Kunsill għall-estensjoni u l-modernizzazzjoni tal-Unjoni Doganali bejn l-UE u t-Turkija, li tista’ tkun ta’ benefiċċju reċiproku.

It-Turkija kompliet tagħmel sforzi liema bħalhom biex tipprovdi kenn lil aktar minn 3,5 miljun refuġjat mis-Sirja u xi 365 000 refuġjat minn pajjiżi oħrajn. Il-kooperazzjoni mal-UE fejn tidħol il-migrazzjoni kompliet tagħti riżultati konkreti u riżultati notevoli fit-tnaqqis tal-vjaġġi irregolari u perikolużi u biex jiġu salvati l-ħajjiet fil-Baħar Eġew. Il-Faċilità tal-UE għar-Refuġjati fit-Turkija qed tkompli tappoġġa l-ħtiġijiet tar-refuġjati u tappoġġa l-komunitajiet ospitanti. F’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża, fil-bidu ta’ Frar, it-Turkija ppreżentat pjan ta’ ħidma lill-Kummissjoni Ewropea li jispjega kif it-Turkija fi ħsiebha twettaq seba’ parametri referenzjarji pendenti tal-liberalizzazzjoni tal-viża. Il-Kummissjoni qed tevalwa l-proposti tat-Turkija u issa jmiss konsultazzjoni ulterjuri mal-kontropartijiet Torok.

It-Turkija tat bidu għal operazzjoni militari fit-Tramuntana tas-Sirja. Filwaqt li t-Turkija għandha d-dritt li tieħu azzjoni biex tipprevjeni attakki terroristiċi kontriha, l-operazzjoni qajmet inkwiet umanitarju immedjat filwaqt li żdied it-tħassib dwar żieda ġdida fil-vjolenza.

Skont il-pożizzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni minn snin preċedenti, it-Turkija trid tissodisfa l-obbligu tagħha li timplimenta bis-sħiħ il-Protokoll Addizzjonali b'urġenza u tagħmel progress lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħha mar-Repubblika ta' Ċipru. Għalkemm il-Konferenza li tlaqqgħet dwar Ċipru ngħalqet mingħajr ftehim f’Lulju 2017, huwa importanti li jinżamm il-progress li sar u li jkunu segwiti tħejjijiet għal riżoluzzjoni ġusta, komprensiva u vijabbli, inklużi l-aspetti esterni tagħha. L-impenn u l-kontribut kontinwu tat-Turkija f’termini konkreti lejn riżoluzzjoni ġusta, komprensiva u vijabbli se jkun ta’ importanza kbira.

Il-kooperazzjoni mal-Greċja u l-Bulgarija dwar il-migrazzjoni intensifikat aktar. Madankollu, it-tensjonijiet fil-Baħar Eġew u tal-Lvant tal-Mediterran ma kinux favorevoli għal relazzjonijiet tajba mal-ġirien u mminaw l-istabbiltà u s-sigurtà reġjonali. Ir-relazzjonijiet bilaterali ma’ bosta Stati Membri tal-UE marru għall-agħar, inkluża retorika xi minn daqqiet offensiva u inaċċettabbli. L-UE appellat lit-Turkija sabiex tevita kull tip ta' theddid jew azzjoni diretta kontra Stat Membru, jew kull sors ta' frizzjoni jew azzjoni, li jkun ta' ħsara għar-relazzjonijiet tajba tal-viċinat u għar-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim. Barra minn hekk, f’Marzu 2018 il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet illegali kontinwi tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran u l-Baħar Eġew u fakkar fl-obbligu tat-Turkija li tirrispetta l-liġi internazzjonali u relazzjonijiet tajba mal-ġirien u biex tinnormalizza r-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri kollha tal-UE.

5.Il-Montenegro kellha elezzjonijiet presidenzjali fi April 2018. Ittieħdu passi inizjali biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u l-Missjoni tal-Osservazzjoni Elettorali tal-Jeddijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa wara l-elezzjonijiet parlamentari tal-2016. Madankollu, is-segwitu ġudizzjarju tal-irregolaritajiet irrappurtati kien limitat ħafna. Hija meħtieġa aktar ħidma biex tiġi kkonsolidata l-fiduċja fil-qafas elettorali. Hija r-responsabbiltà tal-partijiet kollha li jirritorna d-dibattitu politiku fil-parlament.

In-negozjati tal-adeżjoni mal-UE komplew jiksbu progress f’dan ir-rigward u infetħu 30 kapitolu, li tlieta minnhom ingħalqu provviżorjament. Fil-qasam tal-istat tad-dritt, il-Montenegro kompla jagħmel progress b’mod partikolari fil-qafas legali u istituzzjonali, filwaqt li l-impatt prattiku tar-riformi għadu mhux viżibbli biżżejjed u ma sar l-ebda progress fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni. Is-sistema kollha tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari l-ġudikatura, issa jeħtieġ tagħti aktar riżultati. Il-progress fuq il-kapitoli tal-istat tad-dritt, kif jixhdu r-riżultati tanġibbli, b’mod partikolari biex tissaħħaħ il-libertà tal-espressjoni u tal-midja u rekord tajjeb fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus u t-traffikar tal-persuni, se jkompli jiddetermina l-pass globali tan-negozjati tal-adeżjoni.

Sar progress tajjeb dwar leġiżlazzjoni mmirata biex timplimenta servizz pubbliku ta’ reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu, li issa jeħtieġ li jiġi implimentat. Il-Montenegro għamel progress fit-tisħiħ tal-istabbiltà makroekonomika u fiskali bil-bidu tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ konsolidazzjoni fiskali fuq perjodu medju. Il-livell ta’ dejn pubbliku huwa għoli u qed ikompli jiżdied. L-isforzi attwali biex ittejjeb l-infrastruttura u s-sistema edukattiva jeħtieġ li jiġu kkumplimentati b’riforma tas-suq tax-xogħol, tnaqqis ta’ diżinċentivi għax-xogħol, u l-iżvilupp ta’ industrija kompetittiva orjentata lejn l-esportazzjoni.

6.Is-Serbja kellha elezzjonijiet presidenzjali f’April 2017. Wara r-riżenja tal-Prim Ministru wara li ġie elett bħala President, il-gvern il-ġdid ħa l-kariga f’Ġunju 2017. Il-Gvern il-ġdid baqa’ impenjat lejn l-integrazzjoni mal-UE.

In-negozjati tal-adeżjoni mal-UE komplew jiksbu progress f’dan ir-rigward u infetħu 12-il kapitolu, li tnejn minnhom ingħalqu provviżorjament. Il-pass globali tan-negozjati se jkompli jiddependi mill-progress tas-Serbja fir-riformi u b’mod partikolari fuq il-pass aktar intens tar-riformi dwar l-istat tad-dritt u tan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Kosovo. Filwaqt li sar xi progress dwar l-istat tad-dritt, is-Serbja issa jeħtieġ li ssaħħaħ l-isforzi u tikseb aktar riżultati, b’mod partikolari f’termini ta’ ħolqien ta’ ambjent li jippermetti l-libertà tal-espressjoni, fit-tisħiħ tal-indipendenza u l-effiċjenza ġenerali tas-sistema ġudizzjarja, u biex tagħmel progress sostenibbli fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, inkluż il-ħasil tal-flus. Ir-riformi ekonomiċi jkomplu jipproduċu riżultati, speċjalment f’termini ta’ stabbilizzazzjoni makroekonomika. Madankollu, il-livelli ta’ investimenti pubbliċi u privati għadhom baxxi u l-ambjent tan-negozju għall-intrapriżi żgħar u medji jeħtieġ li jitjieb aktar. Ir-riformi strutturali kbar tal-amministrazzjoni pubblika, l-awtorità tat-taxxa, u l-intrapriżi proprjetà tal-istat jibqgħu mhux kompluti. Fil-kuntest tan-negozjati tal-adeżjoni tagħha, huwa essenzjali li s-Serbja tiżviluppa u żżomm aktar il-kapaċità amministrattiva sabiex tittratta kwistjonijiet tal-UE.

Jeħtieġ li s-Serbja tapprofondixxi sostanzjalment l-involviment tagħha fid-Djalogu mal-Kosovo, inkluża l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kollha u b’mod partikolari l-ftehim dwar l-Enerġija, il-Pont Mitrovica, l-IBM u r-Rikonoxximent tad-Diplomi. L-inizjattiva tal-President biex iniedi djalogu intern dwar il-Kosovo hija milqugħa b’sodisfazzjon. Jinħtieġ li s-Serbja tkompli taqdi rwol pożittiv fit-titjib tar-rabtiet reġjonali fir-reġjun u l-preservazzjoni tal-istabbiltà.

7.Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, wara perjodu diffiċli, finalment tegħleb kriżi politika profonda, bl-appoġġ tal-UE u tal-komunità internazzjonali. Tidher biċ-ċar li hemm rieda politika biex wieħed jimxi ’l quddiem u fost is-soċjetà kollha dehret bidla pożittiva fil-mentalità politika, li n-nuqqas tagħha kien ta’ xkiel kbir għar-riformi f’dawn l-aħħar snin. L-implimentazzjoni ta’ dawn ir-riformi strutturali meħtieġa huwa proċess fuq medda twila ta’ żmien.

Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-Ftehim ta’ Pržino fil-parti l-kbira ġie implimentat, anki f’kuntest politiku diffiċli.

Saret ħafna ħidma sabiex jiġu indirizzati l-Prijoritajiet ta’ Riforma Urġenti mis-sajf tal-2017, permezz ta’ xewqa ġenwina għar-riforma, segwita bit-tħejjija ta’ strateġiji u leġiżlazzjoni li ilhom mistennija, u konsultazzjoni tal-partijiet interessati kollha, inkluża l-oppożizzjoni, b’mod inklużiv u trasparenti. Numru ta’ strateġiji u liġijiet ġew adottati, b’mod partikolari fil-qasam tal-istat tad-dritt, bejn Novembru 2017 u Frar 2018. Ħafna oħrajn qed jitħejjew għall-adozzjoni fix-xhur li ġejjin. Madankollu, għad baqa’ sfidi strutturali partikolarment fil-qasam tal-ġudikatura.

Fid-dawl tal-progress li sar, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill jiddeċiedi li jinfetħu negozjati tal-adeżjoni ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, u jinżamm u jiġi approfondit il-momentum attwali tar-riforma fuq prijoritajiet urġenti ta’ riforma, deċiżivi biex il-pajjiż jagħmel iżjed progress. Biex issostni dan, il-Kummissjoni tapplika approċċ imsaħħaħ għall-kapitoli tan-negozjati dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali u l-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà fil-pajjiż.

8.L-Albanija kompliet tagħmel progress konsistenti lejn it-twettiq tal-ħames prijoritajiet kruċjali kollha biex ikunu jistgħu jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni. Ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika ġiet ikkonsolidata, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-professjonalità u ddepolitiċizzazzjoni tagħha. Ittieħdu azzjonijiet ulterjuri biex tissaħħaħ l-indipendenza, l-effiċjenza u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji, b’mod partikolari permezz ta’ progress fl-implimentazzjoni ta’ riforma ġudizzjarja komprensiva. Dan jinkludi l-ewwel riżultati tanġibbli fl-evalwazzjoni mill-ġdid tal-imħallfin u l-prosekuturi kollha (skrutinju), bir-riżenja ta’ 15-il imħallef u prosekutur ta’ grad għoli, u l-ewwel seduti li rriżultaw fit-tkeċċija ta’ mħallef tal-Qorti Kostituzzjonali u l-konferma tal-ħatra ta’ mħallef tal-Qorti Kostituzzjonali.

Saru aktar sforzi determinati fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, inkluża l-ġlieda kontra t-traffikar u l-kultivazzjoni tad-drogi, bil-kontribuzzjoni lejn l-istabbiliment ta’ rekord sod ta’ investigazzjonijiet proattivi, prosekuzzjonijiet u kundanni. Ġew adottati miżuri addizzjonali biex tissaħħaħ il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u mir-Roma, u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni, kif ukoll l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà.

Fid-dawl tal-progress li sar, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill jiddeċiedi li jinfetħu negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija, jinżamm u jitwessa’ l-momentum attwali tar-riforma fil-qasam prinċipali ta’ l-istat tad-dritt, b’mod partikolari madwar il-ħames prijoritajiet ewlenin, u tkompli twassal riżultati konkreti u tanġibbli fl-evalwazzjoni mill-ġdid tal-imħallfin u l-prosekuturi (skrutinju). Biex issostni dan, il-Kummissjoni tapplika approċċ imsaħħaħ għall-kapitoli tan-negozjati dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali u l-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà fil-pajjiż.

9.Il-Bożnija-Ħerzegovina mxiet bil-mod fit-twettiq tal-prijoritajiet li joħorġu mill-proċess tagħha ta' riformi, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-Aġenda ta' Riforma. Hemm bżonn li jingħataw spinta l-isforzi ta' riformi orjentati lejn l-UE biex jiġu indirizzati l-problemi strutturali b'għeruq fondi li ilhom iżommu lura l-iżvilupp tal-pajjiż. Il-qafas elettorali jibqa’ jiġi emendata b’urġenza bil-ħsieb li tiġi żgurata l-organizzazzjoni kif imiss tal-elezzjonijiet ta’ Ottubru 2018 u tal-implimentazzjoni mingħajr intoppi tar-riżultati. F’dan ir-rigward, hemm bżonn li l-mexxejja politiċi kollha jassumu r-responsabbiltà tagħhom u jsibu soluzzjoni fir-rigward tal-Kamra Federali tal-popli, b’tali mod li ma tiġix imminata l-perspettiva tal-UE tal-pajjiż u taċ-ċittadini tiegħu. Ir-riformi soċjoekonomiċi ulterjuri, it-tisħiħ tal-istat tad-dritt u tal-amministrazzjoni pubblika f'konformità mal-istandards Ewropej fil-livelli kollha tal-gvern, kif ukoll titjib ulterjuri fil-kooperazzjoni bejn il-livelli kollha għadhom prijorita. Il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni dwar kwistjonijiet tal-UE kien effettiv biex iwassal sett ta’ tweġibiet koordinati meħtieġa għat-tħejjija kontinwa tal-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija fl-UE. Il-funzjonament tajjeb tal-mekkaniżmu se jibqa’ essenzjali sabiex jippermetti lill-pajjiż biex jiffaċċja l-isfidi li dejjem jiżdiedu tal-proċess tal-integrazzjoni tal-UE bħalma huma l-adozzjoni ta’ aktar strateġiji għall-pajjiż kollu kif ukoll programm strateġiku tal-approssimazzjoni legali tal-pajjiż mal-acquis tal-UE. L-iżvilupp ekonomiku għadu kajman, u jsofri minn stat tad-dritt dgħajjef, l-ambjent tan-negozju għadu dgħajjef, l-amministrazzjoni pubblika hija ineffiċjenti u frammentata u l-iżbilanċji ewlenin tas-suq tax-xogħol, ma joffrux appoġġ għall-investiment.

10.Fil-Kosovo, ir-riformi relatati mal-UE battew minħabba perjodu elettorali twil fl-2017 u l-kuntest politiku domestiku iebes li affettwa l-ħidma parlamentari. Huwa meħtieġ li l-atturi politiċi jerġgħu jimpenjaw ruħhom fi djalogu kostruttiv, mal-Assemblea bħala l-forum ewlieni għad-dibattitu politiku. Il-gvern il-ġdid u l-Assemblea għandhom jippreżentaw riformi bħala kwistjoni ta’ prijorità u jibnu kunsens dwar kwistjonijiet strateġiċi ewlenin għall-Kosovo. Jinħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Aġenda ta’ Riforma Ewropea tiġi aċċellerata. Kien hemm progress fir-rigward tal-ekonomija, b’mod partikolari dwar it-titjib tal-ambjent tan-negozju. Madankollu, jinħtieġ li jittieħdu miżuri kontra l-ekonomija informali li hija mifruxa ħafna u l-qgħad għoli. Is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Kosovo għadha partikolarment iebsa. Ir-ratifika reċenti tal-ftehim ta’ demarkazzjoni tal-fruntieri / konfini mal-Montenegro tikkostitwixxi kisba importanti fl-ispirtu ta’ relazzjonijiet tajba mal-ġirien, u huwa pass kruċjali lejn il-liberalizzazzjoni tal-viżi. Il-Kummissjoni qed tivvaluta r-rekord tal-Kosovo fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni.

L-attentat minn 43 membru tal-Assemblea tal-Kosovo f’Diċembru 2017 biex jabrogaw il-Liġi dwar il-Kmamar tal-Ispeċjalisti u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat qajjem tħassib serju. Se jkun essenzjali għall-Kosovo li jikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi internazzjonali tiegħu fir-rigward tal-Kmamar tal-Ispeċjalisti u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat, li ġew stabbiliti biex jindirizzaw ċerti allegazzjonijiet ta’ reati internazzjonali mwettqa fil-kuntest tal-kunflitt tal-Kosovo.

Il-Kosovo jeħtieġ li japprofondixxi sostanzjalment l-involviment tiegħu fid-Djalogu mas-Serbja, inkluża l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kollha u b’mod partikolari l-ftehim dwar l-Assoċjazzjoni / Komunità tal-muniċipalitajiet fejn hemm maġġoranza Serba. Jeħtieġ li jintensifika x-xogħol tat-Tim tal-Maniġment, imniedi fl-4 ta’ April f’konformità sħiħa mal-Ftehimiet ta’ Brussell tal-2013 u tal-2015.



IV. ANNESSI

1. Ġabra fil-qosor tar-riżultanzi tar-rapporti 4

2. Annessi statistiċi

(1)

  COM(2018) 65 final

(2)

  https://ec.europa.eu/commission/sites/beta -political/files/roadmap-factsheet-tallinn_en.pdf

(3)

* Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma ' UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(4)

Referenza għan-numri ta’ dokumenti ta’ ħidma tal-persunal.

Top

Strasburgu, 17.4.2018

COM(2018) 450 final

ANNESSI

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Komunikazzjoni tal-2018 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE

{SWD(2018) 150 final}
{SWD(2018) 151 final}
{SWD(2018) 152 final}
{SWD(2018) 153 final}
{SWD(2018) 154 final}
{SWD(2018) 155 final}
{SWD(2018) 156 final}


Anness 1 - Sommarji tar-riżultanzi tar-rapporti

It-Turkija

L-istat ta’ emerġenza ddikjarat wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat tal-15 ta’ Lulju 2016 jibqa’ fis-seħħ, bil-għan li jiżżarma l-moviment Gülen, iddikjarat mill-awtoritajiet Torok bħala organizzazzjoni terroristika responsabbli tal-attentat ta’ kolp ta’ stat, kif ukoll l-appoġġ lejn il-ġlieda kontra t-terroriżmu, fl-isfond ta’ attakki repetuti fit-Turkija.

L-UE, li kkundannat immedjatament u bil-qawwa l-attentat ta’ kolp ta’ stat, tenniet l-appoġġ sħiħ tagħha għall-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż, u rrikonoxxiet il-ħtieġa leġittima tat-Turkija li tieħu azzjoni rapida u proporzjonata fid-dawl ta’ theddida serja bħal din. Madankollu, l-iskala wiesgħa u n-natura kollettiva, kif ukoll l-isproporzjonalità tal-miżuri meħuda wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat fi stat ta’ emerġenza, bħalma huma t-tkeċċijiet, l-arresti u d-detenzjonijiet mifruxa, iqajmu inkwiet serju. Jinħtieġ li t-Turkija tneħħi l-istat ta’ emerġenza bla dewmien.

Nuqqasijiet serji jaffettwaw il-31 digriet li ttieħdu sal-lum taħt l-istat ta’ emerġenza. Ma kinux ġew soġġetti għal eżami diliġenti u l-iskrutinju effettiv tal-parlament. Konsegwentement, id-digrieti għal ħafna żmien għadhom ma nfetħux għal rieżami ġudizzjarju u ebda wieħed minnhom sa issa ma kien soġġett għal deċiżjoni mill-Qorti Kostituzzjonali. Dawn id-digrieti ta’ emerġenza prinċipalment illimitaw ċerti drittijiet ċivili u politiċi, inkluża l-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-assemblea u d-drittijiet proċedurali. Emendaw ukoll partijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni li ser jibqgħu fis-seħħ meta jitneħħa l-istat ta’ emerġenza.

Mill-introduzzjoni tal-istat ta’ emerġenza, aktar minn 150 000 persuna kienu arrestati, 78 000 ġew arrestati u aktar minn 110 000 impjegati tas-servizz pubbliku tkeċċew filwaqt li, skont l-awtoritajiet, xi 40 000 reġgħu ddaħħlu u minnhom madwar 3 600 permezz ta’ digriet.

Bdiet tiffunzjona Kummissoni tal-Appell tal-Istat ta’ Emerġenza u b’kollox irċeviet xi 107 000 talba ta’ appell. Din il-Kummissjoni bdiet tieħu deċiżjonijiet f’Diċembru 2017 u sa issa pprovdiet rimedju għal biss ftit applikanti. Id-deċiżjonijiet tagħha huma suġġetti għal rieżami ġudizzjarju. Għad jeħtieġ li tiżviluppa rimedju effettiv u trasparenti għal dawk affettwati ħażin mill-miżuri taħt l-istat ta’ emerġenza.

Lil hinn mill-Kummissjoni tal-Appell, il-kapaċità tat-Turkija li tiżgura rimedju legali domestiku effettiv fis-sens tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kompliet tiggrava minħabba numru ta’ fatturi sfortunati preċedenti. F’każ minnhom qorti inferjuri rrifjutat li tosserva sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali dwar każ emblematiku; sentenza ta’ segwitu mill-Qorti Kostituzzjonali għal wieħed mill-konvenuti eventwalment ġiet osservata mill-qorti inferjuri. Diversi sentenzi tal-qorti favorevoli għal konvenuti prominenti, inklużi d-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, kienu malajr imreġġa’ lura permezz ta’ qorti oħra jew saħansitra mill-istess qorti, f’xi każijiet wara kummenti mill-eżekuttiv.

Rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Kunsill tal-Ewropa u l-korpi tiegħu għad iridu jiġu indirizzati mit-Turkija. Għandhom jiġu stabbiliti allegazzjonijiet abbużi permezz ta’ proċeduri trasparenti u fuq bażi individwali. Ir-responsabbiltà kriminali individwali tista' tiġi stabbilita biss fir-rispett sħiħ tas-separazzjoni tal-poteri, l-indipendenza sħiħa tal-ġudikatura u d-dritt ta' kull individwu għal proċes ġust. Jinħtieġ li t-Turkija tneħħi l-istat ta’ emerġenza bla dewmien.

F’April 2017, it-Turkija organizzat referendum li kien approvat bi ftit għal emendi kostituzzjonali li jintroduċu sistema presidenzjali. L-emendi ġew ivvalutati mill-Kummissjoni ta’ Venezja bħala nieqsa minn kontrolli u bilanċi suffiċjenti kif ukoll joħolqu periklu għas-separazzjoni tal-poteri bejn l-eżekuttiv u l-ġudikatura. Ir-referendum innifsu qajjem tħassib serju dwar l-impatt negattiv globali tal-istat ta’ emerġenza, il-"livell żbilanċjat" taż-żewġ naħat tal-kampanja u l-imminar tas-salvagwardji u l-integrità tal-elezzjonijiet.

Taħt l-istat ta’ emerġenza, il-funzjoni ewlenija tal-Parlament bħala setgħa leġiżlattiva kienet limitata, hekk kif il-gvern irrikorra għal digrieti ta’ emerġenza bil-"forza tad-dritt" biex jirregola wkoll kwistjonijiet li għandhom ikunu pproċessati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Fid-dawl tad-deterjorament tat-tensjonijiet politiċi fil-pajjiż, l-ispazju għad-djalogu fost il-partiti politiċi kien limitat aktar fil-Parlament. Wara t-tneħħija ta’ darba tal-immunitajiet parlamentari f’Mejju 2016, bosta leġiżlaturi tal-partit HDP fl-oppożizzjoni, ġew arrestati u 10 minnhom itteħdilhom is-siġġu rispettiv tagħhom.

Ir-rwol tal-President fuq l-eżekuttiv żdied, wara diversi trasferimenti ta’ setgħat lill-Presidenza permezz ta’ digrieti ta’ emerġenza. Il-ħatra ta’ persuni ta’ fiduċja biex jieħdu post l-eżekuttivi muniċipali u r-rappreżentanti eletti wasslet għal dgħufija sinjifikanti tad-demokrazija lokali.

Is-soċjetà ċivili sabet ruħha taħt pressjoni dejjem akbar partikolarment minħabba għadd kbir ta’ arresti ta’ attivisti, inklużi difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u l-użu rikorrenti ta’ projbizzjonijiet ta’ dimostrazzjonijiet u laqgħat oħra tal-massa, li wasslu għal tnaqqis rapidu tal-ispazju għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali Ħafna organizzazzjonijiet bbażati fuq id-drittijiet baqgħu magħluqa bħala parti mill-miżuri taħt l-istat ta’ emerġenza u ma kienx disponibbli rimedju legali effettiv fir-rigward tal-konfiski.

Il-gvern organizza mill-ġdid il-qafas legali li jirregola r-relazzjonijiet ċivili-militari u żied is-setgħat tal-eżekuttiv u l-militar b’mod sinifikanti, u b’hekk issaħħet is-sorveljanza ċivili. Bħala parti mill-emendi kostituzzjonali, il-qrati militari għolja effettivament ġew aboliti. Is-servizzi militari u sigrieti għad ma għandhomx responsabbiltà suffiċjenti fil-Parlament.

Is-sitwazzjoni fix-xlokk tal-pajjiż baqgħet waħda mill-aktar sfidi akuti għall-pajjiż. Is-sitwazzjoni tas-sigurtà li marret għall-agħar, parzjalment imxiet lejn iż-żoni rurali. L-impenn tal-gvern biex ikompli bl-operazzjonijiet tas-sigurtà, fl-isfond ta’ atti vjolenti rikorrenti mill-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK) li għadu fil-lista tal-UE tal-persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti ta’ terroriżmu, baqgħu bħala element karatteristiku tas-sitwazzjoni fir-reġjun. Filwaqt li l-gvern għandu d-dritt leġittimu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, huwa wkoll responsabbli biex jiżgura dan isir skont l-istat tad-dritt, u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem. Il-miżuri kontra t-terroriżmu jeħtieġ li jkunu proporzjonati. Il-pjan ta’ investiment tal-gvern għar-rikostruzzjoni taż-żoni degradati fix-Xlokk irriżulta f’kostruzzjoni kontnwa ta’ eluf ta’ djar iżda huma biss ftit il-persuni spostati internament jirċievu kumpens sa issa. Ma kien hemm ebda żviluppi dwar l-issoktar ta’ proċess politiku kredibbli li huwa meħtieġ biex tinkiseb soluzzjoni paċifika u sostenibbli.

It-Turkija hija moderatament preparata fil-qasam tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, b’impenn qawwi għal amministrazzjoni aktar miftuħa u l-użu tal-gvern elettroniku. Madankollu, kien hemm rigress serju fil-qasam tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-amministrazzjoni fir-rigward tad-dritt għall-ġustizzja amministrattiva u d-dritt li jintalab kumpens għad-danni. Jeħtieġ li jiġi pprovdut rimedju trasparenti u effettiv għas-sensji fuq skala kbira.

Is-sistema ġudizzjarja tal-Albanija għadha fi stat bikri ta' tħejjija. Kien hemm rigress serju ulterjuri matul is-sena li għaddiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-indipendenza tal-ġudikatura. L-emendi Kostituzzjonali li jirregolaw il-Kunsill tal-Imħallfin u l-Prosekuturi (Council of Judges and Prosecutors, CJP) daħal fis-seħħ u kompla jimmina l-indipendenza tiegħu mill-eżekuttiv. Is-CJP kompla jinvolvi ruħu f’sospensjonijiet u t-trasferimenti fuq skala kbira tal-imħallfin u l-prosekuturi. Ma sar l-ebda sforz biex jiġu indirizzati l-problemi rigward ir-reklutaġġ u l-promozzjoni ta’ imħallfin u prosekuturi b’nuqqas ta’ kriterj oġġettivi, skont il-mertu u uniformi, stabbiliti minn qabel.

Il-pajjiż għandu livell żgħir ta’ tħejjija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, fejn ma sar l-ebda progress. Il-qafas legali u istituzzjonali jeħtieġ li jkun allinjat aktar mal-istandards internazzjonali u għadu jipprmetti ndħil mill-eżekuttiv fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ korruzzjoni f’livelli għolja. Ir-rekord tat-Turkija fl-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjoni u l-kundanni ta’ każijiet ta’ korruzzjoni għadu dgħajjef, b’mod partikolari fir-rigward ta’ każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli. Ma sar l-ebda progress fit-tisħiħ tar-responsabbilizzazzjoni u t-trasparenza fix-xogħol tal-korpi pubbliċi. Hemm bżonn kunsens politiku bejn il-partiti u rieda politika qawwija fi ġlieda deċiżiva kontra l-korruzzjoni. It-Turkija għad trid issegwi kważi r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Assemblea tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa. Il-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja. Il-perċezzjoni tal-korruzzjoni wkoll għadha għolja.

It-Turkija għandha ftit livell ta’ tħejjija fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, u sar xi progress bl-adozzjoni ta’ strateġija ġdida u t-titjib tal-kapaċità istituzzjonali. It-Turkija jeħtieġ li ssaħħaħ il-leġiżlazzjoni tagħha dwar iċ-ċiberkriminalità, il-konfiska tal-assi u l-protezzjoni tax-xhieda. Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta hija fis-seħħ iżda għadha mhux konformi ma’ standards Ewropej. L-investigazzjonijiet finanzjarji għadhom mhux qed jintużaw biżżejjed. L-iffriżar prekawzjonali tal-assi rarament jiġi applikat u l-livell tal-assi kkonfiskati huwa baxx. Fil-ġlieda kontra t-terroriżmu hemm qafas legali komprensiv dwar il-finanzjament tat-terroriżmu. Kemm il-leġiżlazzjoni kriminali u dik ta’ kontra t-terroriżmu jeħtieġ li jiġu allinjati mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-prinċipju tal-proporzjonalità jrid jiġi osservat fil-prattika.

It-Turkija għamlet progress tajjeb fil-qasam tal-migrazzjoni u l-politika tal-ażil u baqgħet impenjata biex timplimenta d-Dikjarazzjoni UE-Turkija ta’ Marzu 2016 dwar ġestjoni aktar effettiva tal-flussi migratorji tul ir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant. F’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża, fil-bidu ta’ Frar, it-Turkija ppreżentat pjan ta’ ħidma lill-Kummissjoni Ewropea li jispjega kif it-Turkija fi ħsiebha twettaq seba’ parametri referenzjarji pendenti tal-liberalizzazzjoni tal-viża. Il-Kummissjoni qed tevalwa l-proposti tat-Turkija u issa jmiss konsultazzjonijiet ulterjuri mal-kontropartijiet Torok.

Il-qafas legali Tork jinkludi garanziji ġenerali ta’ rispett għad-drittijiet tal-bniedem u dawk fundamentali, li madankollu ġew sfidati ulterjorment u mminati minn numru ta’ digrieti ta’ emerġenza. Għadu għaddej rigress serju tal-libertà tal-espressjoni, qasam fejn it-Turkija għadha fi stat bikri ta’ tħejjija. L-ambitu tal-azzjonijiet li tieħdu taħt l-istat ta’ emerġenza ġie estiż maż-żmien għal ħafna ilħna kritiċi fil-midja u fost l-akkademiċi fost l-oħrajn, li jmur kontra l-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-każijiet kriminali kontra l-ġurnalisti — aktar minn 150 minnhom għadhom maqfula — kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kittieba, jew utenti tal-midja soċjali, l-irtirar tat-tesseri tal-istampa, kif ukoll l-għeluq ta’ bosta kumpaniji tal-midja jew il-ħatra mill-gvern ta’ persuni ta’ fiduċja li jamministrawhom, huma ta’ tħassib serju u huma fil-biċċa l-kbira tagħhom ibbażati fuq l-applikazzjoni selettiva u arbitrarja tal-liġi, speċjalment dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà nazzjonali u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. Il-Liġi tal-Internet u l-qafas legali ġenerali jkomplu jippermettu lill-eżekuttiv biex jimblukka l-kontenut onlajn mingħajr ordni tal-qorti għal firxa wiesgħa żżejjed ta’ raġunijiet. Kien hemm ukoll rigress serju fl-oqsma tal-libertà tal-assemblea, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, u d-drittijiet proċedurali u dawl tal-proprjetà. Il-libertà tal-assemblea għadha ristretta ħafna, kemm fil-liġi kif ukoll fil-prattika. Il-miżuri adottati taħt l-istat ta’ emerġenza neħħew ukoll salvagwardji kruċjali għall-protezzjoni ta’ detenuti mill-abbuż u b’hekk tkabbar ir-riskju ta’ impunità, f’kuntest fejn l-allegazzjonijiet tat-trattament ħażin u t-tortura żdiedu. Id-digrieti ta’ emerġenza imponew restrizzjonijiet addizzjonali għal drittijiet proċedurali inkluż fuq id-drittijiet tad-difiża. L-infurzar tad-drittijiet huwa ostakolat mill-frammentazzjoni u l-mandat limitat ta’ istituzzjonijiet pubbliċi responsabbli għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet u f’kuntest fejn l-indipendenza tal-ġudikatura ġiet mhedda. Il-faqar estrem u n-nuqqas ta’ bżonnijiet bażiċi għadhom komuni fost l-unitajiet domestiċi Rom fit-Turkija. Jinħtieġ li d-drittijiet tal-aktar gruppi vulnerabbli u ta' persuni li jappartjenu għall-minoritajiet ikunu mħarsa b'mod xieraq. Il-vjolenza sessista, id-diskriminazzjoni, id-diskors ta' mibegħda kontra l-minoranzi, ir-reati ta' mibegħda u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transgender u intersex, għadhom sors ta' tħassib serju.

It-Turkija esprimiet l-appoġġ għat-taħditiet dwar ir-riunifikazzjoni ta' Ċipru bejn il-mexxejja taż-żewġ komunitajiet, u għall-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u tal-Konsulent Speċjali tiegħu. Konferenza dwar Ċipru, imlaqqgħa f’Ġinevra f’Jannar 2017 u fi Crans-Montana f’Lulju 2017, ingħalqet mingħajr ftehim. Madankollu, it-Turkija għadha ma implimentatx l-obbligi tagħha biex tiżgura implimentazzjoni sħiħa u mhux diskriminatorja tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u għadha ma neħħietx l-ostakli kollha fuq il-moviment ħieles tal-prodotti, inkluż r-restrizzjonijiet fuq ir-rotot ta' trasport diretti ma' Ċipru. Ma sar l-ebda progress fejn tidħol in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali mar-Repubblika ta’ Ċipru. Il-konklużjonijiet dwar it-Turkija adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u approvati mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2006 għadhom fis-seħħ. Huma jistipulaw li n-negozjati ma jinfetħux fuq tmien kapitoli 1 marbuta mar-restrizzjonijiet tat-Turkija rigward ir-Repubblika ta' Ċipru u li ma huwa se jingħalaq b'mod proviżorju l-ebda kapitolu sakemm il-Kummissjoni tikkonferma li t-Turkija tkun implimentat għal kollox il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

Il-kooperazzjoni mal-Greċja u l-Bulgarija dwar il-migrazzjoni intensifikat aktar. Madankollu, it-tensjonijiet fil-Baħar Eġew u tal-Lvant tal-Mediterran ma kinux favorevoli għal relazzjonijiet tajba mal-ġirien u mminaw l-istabbiltà u s-sigurtà reġjonali. Ir-relazzjonijiet bilaterali ma’ bosta Stati Membri individwali tal-UE marru għall-agħar, inkluża retorika xi minn daqqiet offensiva u inaċċettabbli. F’Marzu 2018 il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet illegali kontinwi tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran u l-Baħar Eġew u fakkar fl-obbligu tat-Turkija li tirrispetta l-liġi internazzjonali u relazzjonijiet tajba mal-ġirien u biex tinnormalizza r-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri kollha tal-UE. Il-Kunsill Ewropew esprima wkoll it-tħassib serju tiegħu dwar id-detenzjoni kontinwa ta’ ċittadini tal-UE fit-Turkija, inklużi żewġ għas-suldati Griegi, u appella għal riżoluzzjoni rapida u pożittiva ta’ dawn il-kwistjonijiet permezz ta’ djalogu mal-Istati Membri.

It-Turkija jeħtieġ li tikkommetti ruħha b'mod inekwivoku għal relazzjonijiet tajba tal-viċinat, ftehimiet internazzjonali, u għar-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, b'rikors, jekk meħtieġ, għall-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja. F'dan il-kuntest, l-UE esprimiet għal darb'oħra tħassib serju u ħeġġet lit-Turkija sabiex tevita kull tip ta' theddid jew azzjoni diretta kontra Stat Membru, jew sors ta' frizzjoni jew azzjonijiet, li jkunu ta' ħsara għar-relazzjonijiet tajba tal-viċinat u għar-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim.

Fir-rigward tal-kriterji ekonomiċi, l-ekonomija tat-Turkija hija avvanzat sew u tista' tiġi kkunsidrata ekonomija tas-suq li tiffunzjona. L-ekonomija appoġġata minn miżuri ta’ stimolu tal-gvern, irnexxielha tirkupra minn kontrazzjoni li seħħet wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat tal-2016 u inkiseb tkabbir qawwi fl-2017. Madankollu, ż-żieda fit-tkabbir hu mżewweġ ma’ żbilanċi makroekonomiċi sinifikanti. Id-defiċit tal-kont kurrenti għadu għoli u żdied lejn l-aħħar tal-2017, u b’hekk il-pajjiż huwa dipendenti fuq il-flussi tal-kapital u vulnerabbli għal xokkijiet esterni. L-inflazzjoni mxiet lejn rati b’żewġ ċifri (11,1 %) fl-2017, u kompla d-deprezzament tal-lira Torka, b’enfasi fuq tħassib dwar il-livell ta’ impenn ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja għall-istabbiltà tal-prezzijiet. L-ekonomija tat-Turkija kompliet tkun karatterizzata minn livell għoli ta’ informalità. B’mod ġenerali, kien hemm rigress f’dan il-qasam. It-tendenza li jiżdied il-kontroll tal-istat fl-isfera ekonomika u l-azzjonijiet immirati lejn kumpaniji, negozjanti u avversarji politiċi u n-negozji tagħhom għamlu ħsara lill-ambjent tan-negozju.

It-Turkija għamlet xi progress u laħqet livell tajjeb ta’ tħejjija biex tlaħħaq mal-pressjonijiet kompetittivi u l-forzi tas-suq fl-UE. It-Turkija hija integrata sew fis-suq tal-UE f’termini ta’ kummerċ u investiment. Sar xi progress fis-settur tal-enerġija, partikolarment fis-suq tal-gass, u biex jiżdied l-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp. Madankollu, għad hemm problemi sinifikanti fir-rigward tal-kwalità tal-edukazzjoni. Ma kien hemm l-ebda progress biex titjieb it-trasparenza tal-għajnuna mill-istat.

Rigward l-abbiltà tagħha li tieħu fuqha l-obbligi tas-sħubija, it-Turkija kompliet tallinja ruħha mal-acquis. Kien hemm aktar mumenti ta’ rigress rigward għadd ta’ aspetti ewlenin fl-oqsma tas-soċjetà tal-informazzjoni, il-politika soċjali u l-impjiegi u r-relazzjonijiet esterni. It-Turkija hija avvanzaa sew fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, in-netwerks Trans-Ewropej, u x-xjenza u r-riċerka u kisbet livell tajjeb ta' tħejjija fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-liġi tal-proprjetà intellettwali, is-servizzi finanzjarji, il-politika dwar l-intrapriżi u l-politika industrijali, il-protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa, l-unjoni doganali u l-kontroll finanzjarju. It-Turkija hija mħejjija biss b'mod moderat fejn jidħol l-akkwist pubbliku billi għad fadal diskrepanzi kbar fl-allinjament tagħha. It-Turkija hija mħejjija b'mod moderat fil-qasam tal-istatistika u tal-politika dwar it-trasport fejn huma meħtieġa sforzi sinifikanti ulterjuri fl-oqsma kollha. It-Turkija laħqet biss xi livell ta' tħejjija fl-ambjent u t-tibdil fil-klima fejn politiki aktar ambizzjużi u politiki koordinati aħjar għad iridu jiġu stabbiliti u implimentati. Fl-oqsma kollha, jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni filwaqt li bosta oqsma jeħtieġu aktar progress sinifikanti biex jintlaħaq allinjament leġiżlattiv mal-acquis tal-UE.

Il-Montenegro

Fir-rigward tal-kriterji politiċi, il-perjodu tar-rappurtaġġ kien ikkaratterizzat minn livell baxx ta’ fiduċja lejn il-qafas elettorali u mill-bojkott parlamentari mtawwal mill-oppożizzjoni kollha mill-elezzjonijiet parlamentari ta’ Ottubru 2016. Hija r-responsabbiltà tal-partijiet kollha li jirritorna d-dibattitu politiku fil-Parlament mill-atturi politiċi kollha. Partijiet mill-oppożizzjoni rritornaw fil-Parlament f’Diċembru 2017, iżda dan it-tmiem parzjali u selettiv tal-bojkott għad irid iwassal għal djalogu u skrutinju parlamentari. Ix-xena politika għadha mfarrka, polarizzata u mmarkata minn nuqqas ta’ djalogu politiku, b’mod partikolari fl-istituzzjonijiet demokratiċi.

Il-kapaċità leġiżlattiva parlamentari u s-sorveljanza tal-eżekuttiv jeħtieġ li tissaħħaħ aktar. Il-Parlament xorta tindirizza s-sejbiet tal-awditjar tal-Istituzzjoni Statali tal-Awditjar b’mod limitat, u ma hemm l-ebda diskussjoni jew rappurtar dwar l-implimentazzjoni ta’ politiki u leġiżlazzjonijiet ewlenin. F’Diċembru 2017, il-Parlament adotta mingħajr konsultazzjoni pubblika adegwata sett ta’ liġijiet li jindirizzaw biss parzjalment ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa. Jinħtieġ li tiġi kkunsidrata riforma elettorali komprensiva. Kien hemm tmien elezzjonijiet lokali fil-perjodu ta’ rappurtar. L-elezzjonijiet lokali ma jseħħux fl-istess jum madwar il-pajjiż kollu, iżda fuq bażi ta’ rotazzjoni; għalhekk, ambjent elettorali prolongat u personalizzat ħafna jikkaratterizza l-pajsaġġ politiku. Minħabba ċ-ċiklu elettorali, l-osservazzjoni elettorali hija diffiċli, partikolarment għal osservaturi internazzjonali, u jħallu lok wiesa’ għal dikjarazzjonijiet ta’ irregolaritajiet li ma jistgħux jiġu evalwati b’mod indipendenti. Ma kien hemm l-ebda żviluppi ġodda fis-segwitu politiku u ġudizzjarju tal-allegat użu ħażin ta’ fondi pubbliċi għal finijiet politiċi ta’ partit fl-2012 ("il-każ tar-reġistrazzjoni awdjo").

Fir-rigward tal-governanza, hemm bżonn li tissaħħaħ it-trasparenza, il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, u l-kapaċità tal-gvern li jimplimenta r-riformi. Jinħtieġ li l-koerenza tas-sistema tat-tfassil tal-politika tiġi żgurata permezz tal-iżvilupp koordinat ta’ politika. Huma stabbiliti mekkaniżmi għal konsultazzjoni tal-gvern tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, iżda jeħtieġu regoli ċari, u involviment ġenwin taż-żewġ naħat.

Il-Montenegro huwa mħejji b'mod moderat fejn tidħol ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tiegħu. Sar progress tajjeb, notevolment permezz tal-adozzjoni ta’ liġijiet ġodda dwar l-impjegati taċ-ċivil u tal-istat u dwar il-governanza awtonoma lokali mmirata lejn l-implimentazzjoni ta’ reklutaġġ ta’ servizz pubbliku ibbażat fuq il-mertu. Għad hemm bżonn ta’ rieda politika qawwija biex tiġi indirizzata b’mod effikaċi d-depolitiċizzazzjoni tas-servizz pubbliku u l-ottimizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-istat, kif ukoll biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti, u s-sostenibbiltà finanzjarja tar-riformi.

Is-sistema ġudizzjarja tal-Montenegro hija moderament preparata u sar xi progress. Il-qafas leġiżlattiv dwar il-ġudikatura li kellu l-għan li jżid l-indipendenza u l-professjonaliżmu għad irid jiġi implimentat bis-sħiħ. Il-kapaċità istituzzjonali ġiet imsaħħa.

Il-Montenegro kiseb ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Minkejja li sar xi progress, il-korruzzjoni għadha prevalenti f’ħafna oqsma u tibqa’ kwistjoni ta’ tħassib. Tjiebet il-kapaċità operattiva tal-istituzzjonijiet; madankollu, jinħtieġ li l-istituzzjonijiet kollha juru attitudni iżjed proattiva. Jeħtieġ li jiġu indirizzati l-isfidi għall-kredibilità, l-indipendenza u l-iffissar tal-prijoritajiet tal-Aġenzija kontra l-Korruzzjoni. Għad iridu jitjiebu l-investigazzjonijiet finanzjarji u l-qbid u s-sekwestru tal-assi. Ġie stabbilit rekord inizjali ta’ investigazzjoni, prosekuzzjoni u kundanni finali f’każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli, iżda jeħtieġ li jiġi kkonsolidat ulterjorment Titjib ulterjuri tar-rekord ta’ investigazzjonijiet u kundanni b’suċċess se jkun possibbli biss f’ambjent fejn l-istituzzjonijiet indipendenti jkunu protetti minn kull influwenza mhux xierqa u inċentivati li jużaw b’mod sħiħ is-setgħat tagħhom.

Fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, hemm rekord inizjali ta’ prosekuzzjonijiet fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu tal-migranti u kontra t-traffikar tad-drogi. Madankollu, hemm bżonn ta’ iktar riżultati biex jiġi prodott track record konvinċenti, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u t-traffikar tal-bnedmin.

Fuq id-drittijiet fundamentali, il-Montenegro jkompli jallinja l-leġiżlazzjoni tiegħu mal-istandards tal-UE. B’mod partikolari tjieb ix-xogħol tal-Uffiċċju tal-Ombudsman, iżda għad hemm bżonn ta’ aktar sforzi biex jissaħħu l-qafas istituzzjonali u l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem. Wara l-progress li sar dwar leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, il-Montenegro issa teħtieġ jiżgura li jkunu fis-seħħ il-mekkaniżmi istituzzjonali adatti biex jipproteġu l-gruppi vulnerabbli għad-diskriminazzjoni. L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni għadha dgħajfa u l-kapaċità istituzzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jeħtieġ li tiżdied. Il-minoranza tar-Roma 2 tibqa’ l-komunità l-aktar vulnerabbli u diskriminata. Il-vjolenza fuq il-bażi ta’ sess u l-vjolenza kontra t-tfal għadha kwistjoni ta’ tħassib serju fil-pajjiż.

Il-Montenegro kiseb xi livell ta' tħejjija fil-libertà tal-espressjoni, iżda ma sar l-ebda progress matul il-perjodu tar-rapportar. Ma sar l-ebda żvilupp importanti rigward l-investigazzjonijiet dwar każijiet qodma ta’ vjolenza kontra l-ġurnalisti. L-indħil politiku reċenti fil-Kunsill tax-xandir pubbliku nazzjonali u fl-Aġenzija għall-Midja Elettronika huma kwistjoni ta’ tħassib serju. Ix-xena tal-midja għadha polarizzata ħafna u jippersistu l-isfidi biex wieħed jifhem ir-rwol tal-midja ħielsa. In-numru ta’ każijiet ta’ malafama għadu għoli, ukoll minħabba dgħufijiet ta’ mekkaniżmi awtoregolatorji.

Il-Montenegro jibqa’ impenjat b’mod kostruttiv lejn relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi oħrajn tat-tkabbir u ma’ Stati Membri ġirien tal-UE u parteċipant attiv fil-kooperazzjoni reġjonali.

Rigward il-kriterji ekonomiċi, il-Montenegro għamel xi progress u huwa moderament preparat biex jiżviluppa ekonomija tas-suq li taħdem. L-istabbiltà makroekonomika u fiskali ġew imsaħħa, iżda huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu indirizzati sfidi persistenti, speċjalment piż għoli ta’ dejn pubbliku. L-ekonomija ilha tikber mill-2013 fil-kuntest ta’ inflazzjoni baxxa jew moderata. Is-settur finanzjarju tejjeb is-solvenza u l-likwidità tiegħu. Madankollu, il-bażi tal-esportazzjoni trid tittejjeb fl-ambitu u l-kwalità biex jitnaqqas id-defiċit kummerċjali. Id-dgħufijiet fl-istat tad-dritt, inkluża l-kompetizzjoni inġusta mill-ekonomija informali, għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent tan-negozju. Is-suq tax-xogħol qed jiffaċċja sfidi strutturali, u dan huwa rifless f’parteċipazzjoni baxxa u rati għolja ta’ qgħad.

Il-Montenegro għamel xi progress u huwa moderatament preparat fil-kapaċità tiegħu biex jaffaċċja l-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni. Il-bini tal-infrastruttura ewlenija f’għadd ta’ oqsma kif ukoll l-iżvilupp tal-kapital uman jistabbilixxu l-bażi għal titjib fil-kompetittività. Għadha għaddejja r-riforma tal-edukazzjoni, iżda jeħtieġ isiru iżjed sforzi biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet. L-SMEs għadhom jiffaċċjaw bosta sfidi, bħalma huma l-aċċess għall-finanzjament jew il-kumplessità regolatorja. Għadhom meħtieġa aktar sforzi biex titjieb il-prestazzjoni kumplessiva tal-esportazzjoni ta’ kumpaniji lokali.

Rigward il-kapaċità tal-Montenegro biex jassumi l-obbligi tas-sħubija, saret ħidma importanti fħafna oqsma dwar l-allinjament u l-preparazzjoni għall-implimentazzjoni tal-acquis. Il-pajjiż għandu livell tajjeb ta’ tħejjija f’oqsma bħal-liġi tal-kumpaniji u l-politika barranija, tas-sigurtà u d-difiża. Huwa moderatament preparat f’bosta kapitoli, bħall-moviment liberu tal-merkanzija, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja. Il-Montenegro jinsab fl-istadju bikri tat-tħejjija rigwar is-sajd u d-dispożizzjonijiet baġitarji u finanzjarji, u jinsab f'ċertu livell ta' tħejjija fil-qasam tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima, l-istatistika, il-politika soċjali u l-impjiegi. Sar progress tajjeb fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja. Sar progress fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Għall-quddiem, jinħtieġ li l-Montenegro jiffoka b'mod partikolari fuq il-politikà tal-kompetittività, l-ambjent u t-tibdil fil-klima u l-akkwist pubbliku. It-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-iżgurar tal-applikazzjoni tal-acquis għadha sfida sostanzjali għall-Montenegro. Il-Montenegro kompla jallinja ruħu mal-pożizzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet komuni kollha tal-UE rigward l-affarijiet barranin u dawk li jolqtu s-sigurtà.

Minkejja li l-Montenegro sa issa baqa’ ’l barra mir-rotta prinċipali migratorja tal-Balkani tal-Punent lejn l-UE, ra żieda fin-numru ta’ migranti / applikanti għall-ażil li daħal fit-territorju tiegħu u għalhekk irid isaħħaħ il-kapaċità li jlaħħaq ma’ pressjoni ta’ żidiet f’daqqa relatati mal-migrazzjoni. Il-Montenegro għamel aktar progress b’mod partikolari fil-qafas legali relatat mal-migrazzjoni. Għalkemm il-kapaċità tal-Montenegro biex tittratta t-talbiet għall-ażil sa issa kienet biżżejjed, illum tista’ tiġi taħt pressjoni minħabba: (i) l-għadd dejjem jikber ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil u t-tul estiż tas-soġġorni tagħhom, xi drabi minħabba proċeduri tal-appell fit-tul; u (ii) l-introduzzjoni ta’ proċeduri tal-ażil aktar esiġenti, allinjati mal-istandards tal-UE. F’dan il-kuntest, il-Montenegro hemm bżonn li jpoġġi fis-seħħ mekkaniżmu ta’ ritorn għall-immigranti irregolari, li jkun konformi mal-acquis tal-UE, kif ukoll li jallinja progressivament il-politika tiegħu dwar il-viżi ma’ dik tal-UE. Jinħtieġ li l-Montenegro jiftaħ faċilitajiet addizzjonali ta’ reċezzjoni li jikkonformaw mal-istandards rikjesti u jtejjeb il-maniġment tal-faċilitajiet kollha. Wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ azzjoni ta’ Schengen fi Frar 2017, il-Montenegro kompla jallinja l-leġiżlazzjoni tiegħu mal-acquis tal-UE dwar il-viżi.



Is-Serbja

Fir-rigward tal-kriterji politiċi, is-Serbja kellha elezzjonijiet presidenzjali f’April 2017. Osservaturi internazzjonali sabu li l-elezzjonijiet ipprovdew lill-eletturi b’għażla ġenwina ta’ kontestanti, iżda li l-kundizzjonijiet ma kinux l-istess minħabba diversi fatturi. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-osservaturi internazzjonali jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod sħiħ, inklużi dawk relatati mat-trasparenza u l-integrità tal-proċess elettorali matul il-kampanja elettorali.

Wara r-riżenja tal-Prim Ministru Vučić wara li ġie elett bħala President, il-gvern il-ġdid, immexxi minn Ana Brnabić ħa l-kariga f’Ġunju 2017. Għall-ewwel darba, mara ġiet eletta bħala Prim Ministru. Il-Parlament għadu ma jeżerċitax kontroll effettiv tal-eżekuttiv. It-trasparenza, l-inklużività, il-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet hemm bżonn li jiġu msaħħa u jittejjeb id-djalogu bejn il-partiti. Jinħtieġ li l-użu ta' proċeduri urġenti jiġi mnaqqas. Iridu jiġu evitati azzjonijiet li jillimitaw il-kapaċità tal-parlament għal skrutinju effettiv tal-leġiżlazzjoni. Jeħtieġ li jiġi rikonoxxut bis-sħiħ ir-rwol tal-korpi regolatorji indipendenti. Hemm bżonn ta' riformi kostituzzjonali biex ikun hemm allinjament ma' standards tal-UE f'ċerti oqsma.

Is-Serbja hija mħejjija fuq livell moderat fil-qasam tar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika. Inkiseb xi progress fil-qasam tat-twassil tas-servizzi u bl-adozzjoni ta’ diversi liġijiet ġodda. Jeħtieġ li s-Serbja timplimenta l-miri tar-riformi tagħha, tara li l-amministrazzjoni tkun professjonalizzata u depolitiċizzata, b’mod speċjali fir-rigward ta’ pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri, u tiżgura koordinazzjoni sistematika u monitoraġġ tal-programm pubbliku dwar ir-riforma tal-ġestjoni finanzjarja 2016-20. Il-kapaċità tas-Serbja li tattira u żżomm persunal ikkwalifikat fl-amministrazzjoni li jittratta l-kwistjonijiet tal-UE se tkun kruċjali.

Is-sistema ġudizzjarja tas-Serbja laħqet livell żgħir ta' tħejjija. Sar xi progress, b’mod partikolari billi tnaqqsu l-każijiet ta’ infurzar qodma pendenti u li l-istabbilizzazzjoni ta’ miżuri għall-armonizzazzjoni tal-prattiki tal-qorti. Ġew adottati regoli mtejba biex jevalwaw il-prestazzjoni professjonali tal-imħallfin u l-prosekuturi. L-ambitu tal-influwenza politika fuq il-ġudikatura għadha kwistjoni ta’ tħassib. F’Jannar 2018 ġie ppubblikat abbozz ġdid ta’ emendi għall-Kostituzzjoni fil-qasam tal-ġudikatura u ġie ppreżentat għal diskussjoni pubblika qabel ma’ ntbagħat lill-Kummissjoni ta’ Venezja għall-opinjoni tagħha.

Is-Serbja kisbet ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Inkiseb xi progress, b’mod partikolari bl-adozzjoni ta’ emendi għall-Kodiċi Kriminali fit-taqsima tar-reati ekonomiċi; fil-liġi dwar l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet statali fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu; fil-liġi dwar is-sekwestru u l-konfiska ta’ rikavat minn attivitajiet kriminali. Madankollu, hemm dewmien sinifikanti tal-adozzjoni tal-liġi l-ġdida dwar l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni. Il-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja. Il-kapaċità operattiva tal-istituzzjonijiet rilevanti għadha irregolari. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji għad iridu juru li jkunu jistgħu jinvestigaw, iħarrku u jipproċedu kontra kull kawża ta’ korruzzjoni f’livell għoli b’mod imparzjali u b’mod indipendenti operazzjonalment .

Is-Serbja għandha ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Sar xi progress f’oqsma bħal dak tal-immaniġġar tar-riżorsi umani fil-Ministeru tal-Intern u fil-pulizija. Ġiet imtejba l-kapaċità operattiva kemm fl-Uffiċċju tal-Prosekutur għall-Kriminalità Organizzata u fl-Uffiċċju tal-Prosekutur għaċ-Ċiberkriminalità. Ġew adottati strateġija u pjan ta’ azzjoni ġodda biex jipprevjenu u jiġġieldu kontra t-traffikar tal-bnedmin, inħatar Koordinatur Nazzjonali għall-Ġlieda kontra t-Traffikar fi Bnedmin u ġiet adottata liġi ġdida dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar ta’ Terroristi. Madankollu, is-Serbja għad trid tistabbilixxi rekord inizjali ta’ investigazzjonijiet finanzjarji effettivi, kif ukoll ta’ investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni finali f’każijiet ta’ ħasil ta’ flus. L-għadd ta’ kundanni għal reati ta’ kriminalità organizzata għadu baxx. Is-Serbja jeħtieġ li tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni miftehma mat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja.

Il-qafas legali u istituzzjonali għar-rispett tad-drittijiet fundamentali qiegħed hemm. Hemm bżonn li tiġi assigurata l-implimentazzjoni konsistenti madwar il-pajjiż, inkluż fejn tidħol il-protezzjoni tal-minoritajiet. Filwaqt li s-Serbja għandha ċertu livell ta’ tħejjija, ma sar l-ebda progress dwar il-libertà tal-espressjoni, kwistjoni ta’ tħassib dejjem tikber. Hemm bżonn ta' aktar sforzi sostnuti biex titjieb is-sitwazzjoni ta' persuni li jappartjenu għall-grupp li l-aktar ibatu minn diskriminazzjoni (ir-Rom, il-leżbjani, il-gays, il-bisesswali, it-transgender u l-persuni intersex, il-persuni b'diżabbiltà, il-persuni li għandhom l-HIV/AIDS u gruppi soċjalment vulnerabbli oħra). Hemm bżonn li tiġi adottata liġi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Kollox ma kollox is-Serbja baqgħet impenjata b’mod kostruttiv lejn relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi oħrajn tat-tkabbir u ma’ Stati Membri ġirien tal-UE u tieħu sehem attiv fil-kooperazzjoni reġjonali.

Fir-rigward tan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Kosovo, is-Serbja baqgħet impenjata fid-djalogu. Madankollu, jeħtieġ li s-Serbja tagħmel aktar sforzi sostanzjali dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet eżistenti u tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ ċirkustanzi li jwasslu għan-normalizzazzjoni sħiħa tar-relazzjonijiet mal-Kosovo, li għandhom jiġu definiti fi ftehim legalment vinkolanti.

Fejn jidħlu l-kriterji ekonomiċi, is-Serbja għamlet progress sew hu hi ppreparata b’mod moderat fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq effettiva. Ġew indirizzati xi wħud mid-dgħufijiet politiċi tagħha, partikolarment fir-rigward tad-defiċit tal-baġit. Il-karatteristiċi fundamentali tat-tkabbir huma sodi u ġiet ippreservata l-istabbiltà makroekonomika. L-inflazzjoni nżammet baxxa u l-politika monetarja appoġġat it-tkabbir. Il-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol tjiebu aktar. Madankollu, id-dejn tal-gvern, għalkemm imnaqqas, għadu għoli u l-qafas baġitarju u l-governanza tiegħu jeħtieġ li jissaħħu. Ir-riformi strutturali kbar tal-amministrazzjoni pubblika, l-awtorità tat-taxxa, u l-intrapriżi proprjetà tal-istat jibqgħu mhux kompluti. L-impjiegi informali, il-qgħad u l-inattività ekonomika għadhom għoljin ħafna, b’mod partikolari fost in-nisa u ż-żgħażagħ. Is-settur privat mhux żviluppat biżżejjed u huwa mfixkel minn nuqqasijiet fl-istat tad-dritt u l-infurzar ta’ kompetizzjoni ġusta.

Is-Serbja, hija mħejjija f'livell moderat fil-ħila tagħha li tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u mal-forzi tas-suq fl-Unjoni. Sar xi progress biex tiżdied il-kompetittività. Madankollu, il-livell ta’ investiment għadu ’l isfel mill-ħtiġijiet tal-ekonomija. Minkejja xi titjib, il-kumpaniji jiffaċċjaw għadd ta’ diffikultajiet, inkluż ambjent ta’ negozju mimli sfidi, livell għoli ta’ imposti para fiskali, aċċess diffiċli u għali għall-finanzjament.

Rigward l-abbiltà tagħha li tieħu fuqha l-obbligi tas-sħubija, is-Serbja kompliet tallinja tuħha mal-acquis tal-UE fis-setturi kollha. Ir-riżorsi finanzjarji u umani adegwati kif ukoll oqsfa strateġiċi sodi se jkunu kruċjali għaż-żamma tal-pass tar-riformi. Is-Serbja għandha livell tajjeb ta' tħejjija f'oqsma bħal ma huma l-liġi tal-kumpaniji, il-proprjetà intellettwali, ix-xjenza u r-riċerka, l-edukazzjoni u l-kultura u d-dwana. Is-Serbja tejbet ir-rabta tal-ippjanar tal-investiment tagħha mal-eżekuzzjoni tal-baġit iżda għad trid tiżviluppa mekkaniżmu uniku għall-prijoritizzazzjoni tal-investimenti kollha irrispettivament mis-sors ta’ finanzjament skont il-programm tal-gvern ta’ riforma tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. Fl-oqsma bħal tal-akkwist pubbliku, l-istatistika, il-politika monetarja u l-kontroll finanzjnarju, is-Serbja hija mħejjija f'livell moderat. Is-Serbja għandha bżonn tallinja l-politika tagħha barranija u ta' sigurta ftit ftit mal-politika komuni barranija u ta' sigurtà tal-Unjoni Ewropea fil-perjodu li jwassal għall-adeżjoni. Jeħtieġ li s-Serbja tindirizza, bħala kwistjoni ta’ prijorità, kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-SAA fir-rigward ta’ restrizzjonijiet b’mod partikolari fuq il-moviment tal-kapital, regolamentazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, id-diskriminazzjoni fiskali fuq spirti importati u restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-iskart.

Is-Serbja kompliet timmaniġġa l-effetti tal-kriżi tal-migrazzjoni u r-refuġjati. Is-Serbja qiegħda fil-proċess li tinnegozja mal-UE il-ftehim dwar l-istatus tal-azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fis-Serbja. Is-Serbja adottat liġi ġdida dwar l-ażil u l-protezzjoni temporanja, liġi dwar barranin, u liġi dwar il-kontroll tal-fruntieri. Hemm bżonn li tiġi adottata strateġija u pjan ta’ azzjoni għall-2017-2020 kontra l-immigrazzjoni irregolari. F’dan il-kuntest, is-Serbja hemm bżonn li tpoġġi fis-seħħ mekkaniżmu robust ta’ ritorn għall-immigranti irregolari, li jkun konformi mal-acquis tal-UE, kif ukoll li jallinja progressivament il-politika tiegħu dwar il-viżi ma’ dik tal-UE. Trid tiġi żgurata koordinazzjoni aktar f’saħħitha fost l-awtoritajiet varji tal-Istat involuti fl-immaniġġjar tal-migrazzjoni. Is-Serbja kompliet tikkoopera mal-pajjiżi ġirien u l-Istati Membri, b’mod partikolari fuq il-livell tekniku, u għamlet sforzi sostanzjali biex tipprovdi kenn u provvisti umanitarji, primarjament bl-appoġġ tal-UE. Is-Serbja teħtieġ li żżid il-kapaċità tagħha biex tindirizza l-ħtiġijiet speċjali tal-akkoljenza ta’ minorenni mhux akkumpanjati.

Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja: 

Fir-rigward tal-kriterji politiċi, il-pajjiż fl-aħħar għeleb definittivament l-agħar kriżi politika tiegħu mill-2001. Il-proċess diffiċli tal-formazzjoni tal-gvern laħaq punt kritiku matul l-attakki tas-27 ta’ April 2017 fil-Parlament, li ġew ikkundannati bl-aktar mod qawwi mill-komunità internazzjonali. Minn Mejju 2017 ’l hawn, gvern ġdid orjentat lejn ir-riformi ħa passi biex jindirizza l-manipulazzjoni tal-Istat billi jiġu restawrati gradwalment il-kontrolli u l-bilanċi, it-tisħiħ tad-demokrazija u l-istat tad-dritt. Il-pajjiż għaddej minn bidliet fundamentali f’soċjetà aktar inklużiva u atmosfera politika miftuħa. L-elezzjonijiet muniċipali f’Ottubru 2017 ikkonfermaw l-appoġġ taċ-ċittadini għal politiki dwar l-UE ta’ koalizzjoni tal-gvern. Il-Parlament kompla jaħdem mal-partiti tal-oppożizzjoni li tippresjedi kumitati importanti. Il-Parlament jeħtieġ li jsaħħaħ is-superviżjoni u l-funzjonijiet leġiżlattivi tiegħu, inkluż billi jrażżan l-użu estensiv ta’ proċeduri mqassra.

Filwaqt li s-sitwazzjoni interetnika kienet fraġli, b’mod ġenerali s-sitwazzjoni baqgħet kalma. Ir-rieżami tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Qafas Ohrid, li temm il-kunflitt tal-2001 u jipprovdi l-qafas tar-relazzjonijiet interetniċi, jeħtieġ li jiġi segwit b’mod trasparenti u inklużiv. Il-gvern wera l-impenn li tiżdied il-fiduċja fost il-komunitajiet.

Is-soċjeta ċivili kellha rwol kostruttiv fl-appoġġ ta' proċessi demokratiċi u biex tiżgura li jkun hemm aktar kontrolli u bilanċi. Sa mit-tieni nofs tal-2017, il-klima li fiha joperaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tjiebet u l-gvern wera impenn favur id-djalogu u l-inklużjoni.

Il-pajjiż huwa mħejji b'mod moderat fejn tidħol ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tiegħu. Sar progress tajjeb bl-adozzjoni tal-istrateġija għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-programm ta’ riforma tal-ġestjoni finanzjarja pubblika. Saru sforzi konkreti biex tiżdied it-trasparenza u r-responsabbiltà u jiġu involuti partijiet interessati esterni fit-tfassil tal-politika. Hemm bżonn li tittejjeb il-kapaċità tal-Ministeru għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Amministrazzjoni biex imexxi u jikkoordina r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Għadu essenzjali impenn politiku qawwi biex tiġi garantita l-professjonalità tal-amministrazzjoni pubblika, speċjalment dwar ħatriet ta’ amministrazzjoni għolja, u r-rispett lejn il-prinċipji tat-trasparenza, il-mertu u r-rappreżentanza ekwa skont l-ispirtu u n-natura tal-leġiżlazzjoni.

Is-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż għandha ċertu livell ta’ tħejjija u sar progress tajjeb, b’mod partikolari fl-aħħar parti tal-perjodu ta’ rapportar. Ir-rigress tas-snin ta’ qabel beda jiġi rivertit permezz ta’ passi deċiżivi meħuda f’dawn l-aħħar xhur, b’mod partikolari sabiex tiġi restawrata l-indipendenza tal-ġudikatura. Il-pajjiż adotta stratreġija ġdida kredibbli ta’ riforma ġudizzjarja li tistabbilixxi l-bażi għal aktar riforma f’dan il-qasam, u ġew emendati partijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja u l-“Prijoritajiet Urġenti ta’ Riforma”. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali jiffaċċja inqas xkiel mill-qrati, u dan jippermettilu jaħdem b’mod aktar effettiv. Hemm bżonn sforzi sustnuti biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet pendenti u biex jiġi żgurat li l-ġudikatura tista’ tiffunzjona mingħajr influwenza mhux dovuta.

Rigward il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-pajjiż akkwista ċertu livell ta' tħejjija. Il-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali jinsab fis-seħħ, kif ukoll rekord kemm fil-prevenzjoni kif ukoll fil-prosekuzzjoni, għalkemm għadhom limitati s-sentenzi finali tal-qorti dwar każijiet ta’ korruzzjoni f’livell għoli. Il-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja. Il-kapaċità tal-istituzzjonijiet biex jiġġieldu b’mod effettiv kontra l-korruzzjoni wriet nuqqasijiet strutturali u operattivi. L-indħil politiku għadu riskju.

Rigward il-ġlieda kontra l-kriminalita organizzata, il-pajjiż laħaq xi livell ta' tħejjija. Il-qafas leġiżlattiv huwa b'mod ġenerali konformi mal-istandards Ewropej u jridu jkomplu l-istrateġiji ta’ implimentazzjoni. Il-pajjiż ħa passi lejn ir-riforma tas-sistema tal- interċettazzjoni tal-komunikazzjonijiet u biex jiġu indirizzati l-“Prijoritajiet ta’ Riforma Urġenti”. Jeħtieġ li jsir aktar fil-ġlieda effikaċi kontra ċerti forom ta’ kriminalità bħall-ħasil tal-flus u l-kriminalità finanzjarja. Hija essenzjali l-koordinazzjoni fost il-partijiet interessati rilevanti kollha. Jeħtieġ jitjieb ir-rekord ta’ investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. In-numru ta' kundanni għadu baxx.

Il-qafas legali u istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-parti l-kbira huwa fis-seħħ u r-riformi tejbu l-konformità mal-istandards Ewropej tad-drittijiet tal-bniedem. L-implimentazzjoni sħiħa teħtieġ sforzi kontinwi. Hija ħaġa pożittiva li l-pajjiż irratifika l-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (magħrufa wkoll bħala l-Konvenzjoni ta’ Istanbul), bdiet ir-riformi legali meħtieġa għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ sorveljanza esterna tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u li l-emendi għall-qafas għan-nondiskriminazzjoni kienu ppreparati b’mod inklużiv. Is-sitwazzjoni fil-ħabsijiet u l-istituzzjonijiet psikjatriċi trid tiġi indirizzata, il-każijiet ta’ reati ta’ mibegħda u diskors ta’ mibegħda jridu jiġu segwiti u l-korpi involuti fil-protezzjoni u trid tissaħħaħ il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Aktar sforzi huma meħtieġa rigward l-inklużjoni tar-Roma. Fir-rigward tal-libertà ta’ espressjoni, il-pajjiż kiseb ċertu livell ta’ preparazzjoni u għamel progress tajjeb, notevolment permezz ta’ titjib tal-klima għall-midja u inqas pressjoni fuq il-ġurnalisti. Il-pajjiż jeħtieġ li jindirizza l-isfidi li fadal, inkluża r-riforma tax-xandar pubbliku.

Għar-rigward tal-kooperazzjoni reġjonali, il-pajjiż b'mod ġenerali żamm relazzjonijiet tajbin ma' pajjiż oħra involuti fit-tkabbir u pparteċipa b'mod attiv f'inizjattivi reġjonali. Ittieħdu passi deċiżivi biex jitjiebu r-relazzjonijiet tajba mal-pajjiżi ġirien, inkluż permezz tad-dħul fis-seħħ tat-trattat bilaterali mal-Bulgarija. Il-"kwistjoni tal-isem" jeħtieġ li tiġi riżolta urġentement. Intensifikaw it-taħdidiet dwar il-“kwistjoni tal-isem” taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti. Id-diskussjonijiet kostruttivi fil-livell tal-Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin ivvalutaw b’mod pożittiv il-progress fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ bini ta’ fiduċja. Id-dikjarazzjoni konġunta tal-Prim Ministri tal-Greċja u ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja f’Jannar 2018, li tinvolvi t-tibdil tal-isem tal-ajruport ta’ Skopje u ta’ awtostrada u li jipproċedu b’xi inizjattivi tal-UE b’xi dewmien, kienu sinjali konkreti ta’ tisħiħ ta’ fiduċja reċiproka.

Għar-rigward tal-kriterji ekonomiċi, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja gamlet xi progress u għandha livell tajjeb ta' tħejjija fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq effettiva. Minkejja l-istaġnar politiku fl-ewwel nofs tas-sena, sar titjib notevoli, b’mod partikolari fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u t-trasparenza. Għad hemm dgħufijiet ewlenin tal-ekonomija. Dawn jinkludu nuqqasijiet fl-ambjent tan-negozju, bħalma huma l-infurzar dgħajjef tal-kuntratti u l-ekonomija informali kbira. Il-problemi strutturali tas-suq tax-xogħol huma riflessi f’attività baxxa u rati għolja ta’ qgħad. L-ambjent makroekonomiku iddeterjora fl-ewwel nofs tal-2017, hekk kif il-kriżi politika li ilha għaddejja żmien twill ħalliet marka fuq l-investiment. Il-politika fiskali hija mmirata lejn miżuri fuq medda qasira ta’ żmien u hija nieqsa minn pjan ta’ konsolidament fit-tul.

L-ekonomija għamlet xi progress u hija moderatament preparata fil-kapaċità tagħha biex taffaċċja l-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-UE. Sar progress ulterjuri lejn id-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet u b’valur miżjud ogħla tal-produzzjoni fis-settur tal-manifattura. Ir-relazzjonijiet tal-kummerċ u l-investiment mal-UE komplew jintensifikaw. L-ekonomija għadha ssofri minn nuqqasijiet fil-kurrikula tal-edukazzjoni, ir-rati baxxi ta’ innovazzjoni u lakuni sinjifikanti ta’ investiment inkluż b’mod partikolari l-infrastruttura pubblika.

Għar-rigward tal-ħila tiegħu li jieħu fuqu l-obbligi tas-sħubija, il-pajjiż għandu tħejjija moderata fil-biċċa l-kbira tal-oqsma, inkluż fl-oqsma tal-kompetizzjoni, it-trasport u l-enerġija. Il-pajjiż juri livell tajjeb ta’ tħejjija f’oqsma bħalma huma l-liġi tal-kumpaniji, l-unjoni doganali, in-netwerks Trans-Ewropej, ix-xjenza u r-riċerka. Huma meħtieġa aktar sforzi b'mod ġenerali, b'mod partikolari f'dawk il-ftit oqsma fejn il-pajjiż għadu fi stat bikri ta' tħejjija, bħal fil-każ tal-moviment liberu tal-ħaddiema. Hemm bżonn ukoll ta' aktar iffokar fuq il-kapaċità amministrattiva u l-implimentazzjoni effettiva. Il-pajjiż kompla jtejjeb l-allinjament tiegħu mad-dikjarazzjonijiet tal-UE u mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni.  

Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja kompliet timmaniġġa l-effetti tal-kriżi tal-migrazzjoni u r-refuġjati. Il-pajjiż qiegħed fil-proċess li jinnegozja mal-UE il-ftehim dwar l-istatus tal-azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-pajjiż. Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja għamlet sforzi biex ittejjeb il-qafas legali tagħha. Ix-xogħol fuq l-emendi tal-Liġi dwar il-Barranin għadha għaddejja. Il-pajjiż kompla jimplimenta r-Riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Politika tal-Migrazzjoni. Il-pajjiż baqa’ għaddej bl-isforzi biex titjieb is-sistema tal-ażil u l-ġestjoni tal-migrazzjoni. Għad hemm bżonn reġistrazzjoni sistematika għall-migranti u tfassil tal-profili protettivi-sensittivi, li jiggarantixxu li l-ħtiġijiet tal-individwi jkunu indirizzati. F’dan il-kuntest, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja hemm bżonn li tpoġġi fis-seħħ mekkaniżmu ta’ ritorn għall-immigranti irregolari, li jkun konformi mal-acquis tal-UE, kif ukoll li tallinja progressivament il-politika tiegħu dwar il-viżi ma’ dik tal-UE. Il-pajjiż kompla jikkoopera mal-pajjiżi ġirien u l-Istati Membri, b’mod partikolari fuq il-livell tekniku, u għamel sforzi sostanzjali biex jipprovdi kenn u provvisti umanitarji, primarjament bl-appoġġ tal-UE.

L-Albanija

Fir-rigward tal-kriterji politiċi, kien għad hemm polarizzazzjoni qawwija fl-istabbiliment politiku. Attivitajiet parlamentari kienu affettwati minn żmien twil ta’ bojkott mill-oppożizzjoni kmieni fl-2017, li dewwem ukoll il-ħatra tal-istituzzjonijiet ta’ skrutinju ġudizzjarju. F’Mejju, ftehim bejn il-partit prinċipali fil-gvern u l-oppożizzjoni ppermetta li jerġgħu jibdew l-attivitajiet parlamentari, u skattaw xi bidliet fil-qafas leġiżlattiv elettorali. Dan wassal għall-organizzazzjoni bla xkiel tal-elezzjonijiet ġenerali f’Ġunju, għalkemm baqgħu pendenti għadd ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa. Sar xi progress lejn it-titjib tal-funzjonament tal-Kunsill Nazzjonali għas-Soċjetà Ċivili. Huma meħtieġa sforzi addizzjonali biex jinvolvu iktar organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala parti minn djalogu politiku inklużiv.

L-Albanija hija mħejjija b'mod moderat fejn tidħol ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tagħha. Issuktaw l-isforzi, li rriżultaw f’xi progress fl-effiċjenza u t-trasparenza tat-twassil tas-servizzi pubbliċi, it-taħriġ ta’ impjegati taċ-ċivil, proċeduri ta’ reklutaġġ aktar trasparenti, u għat-tisħiħ globali ta’ proċeduri ta’ servizz ċivili bbażat fuq il-mertu. jinħtieġ li l-konsolidazzjoni ta’ dawn il-kisbiet tavvanza aktar, biex jiġi żgurat suq aktar effiċjenti, u depolitiċizzat, u amministrazzjoni pubblika professjonali.

Is-sistema ġudizzjarja tal-Albanija laħqet xi livell ta' tħejjija. Kompliet l-implimentazzjoni ta’ riforma tal-ġustizzja komprensiva u profonda, li rriżulta fi progress tajjeb b’mod ġenerali. Bdiet l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-imħallfin u l-prosekuturi kollha (il-proċess ta’ skrutinju) u qed tagħti l-ewwel riżultati tanġibbli. Dan il-proċess għandu appoġġ mill-partiti kollha, jitwettaq minn awtorità indipendenti, huwa soġġett għal monitoraġġ internazzjonali u l-kompatibbiltà tiegħu mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ġiet ikkonfermata mill-Kummissjoni ta’ Venezja. Taħt il-patroċinju tal-Kummissjoni Ewropea, li ġiet immbolizzata Operazzjoni Internazzjonali ta’ Monitoraġġ biex tissorvelja l-proċess matul l-implimentazzjoni tiegħu. L-istituzzjonijiet awżiljarji li jirfdu l-proċess lestew l-ewwel rapporti dwar il-valutazzjonijiet tal-profiċjenza, il-kontrolli tal-kondotta u d-dikjarazzjonijiet tal-assi.

L-Albanija kisbet ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Sar progress tajjeb, partikolarment bl-adozzjoni ta’ emendi għall-kodiċi ta’ proċedura kriminali. Qed tiġi stabbilita katina ta’ korpi speċjalizzati kontra l-korruzzjoni, inkluż l-uffiċċju tal-prosekutur speċjali. Żdied l-għadd ta’ kundanni finali li jinvolvu uffiċjali ta’ livell medju jew anqas meta mqabbel mal-perjodu ta’ rapportar preċedenti. Il-kundanni ta’ uffiċjali ta’ livell għoli seħħew l-aktar fil-ġudikatura (l-imħallfin u l-prosekuturi); madankollu, ir-rata ta’ kundanni finali għal uffiċjali ta’ grad għoli għadha ġeneralment baxxa ħafna. Il-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja.

l-Albanija għandha ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. B’mod ġenerali kien hemm xi progress matul il-perjodu ta’ rapportar, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra l-kultivazzjoni tal-kannabis. L-Albanija teħtieġ tibni fuq ir-riżultati operattivi f’dan il-qasam, tintensifika l-konfiska tal-assi li jappartjenu għal gruppi kriminali u teqred il-ħażniet tal-kannabis eżistenti kollha. L-emendi fil-liġi kontra l-mafja u l-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali ħolqu l-kundizzjonijiet għal aktar effiċjenza tal-investigazzjonijiet kriminali. L-Albanija ħadet sehem b’suċċess fil-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija u intensifikat l-interazzjonijiet partikolarment mal-Istati Membri tal-UE. Fil-livell domestiku, għad hemm bżonn titjib tal-kooperazzjoni tal-prosekuzzjoni tal-pulizija. Rigward it-track record, ftit li xejn kien hemm progress fiż-żarmar ta’ gruppi kriminali organizzati. L-għadd finali ta’ kundanni f’każijiet ta’ kriminalità organizzata għadu baxx ħafna u żdiedu biss marġinalment. Huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu indirizzati l-ħasil tal-flus, l-assi kriminali u l-ġid mhux ġustifikat.

L-Albanija rratifikat il-biċċa l-kbira tal-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u żviluppat il-qafas legali tagħha f’konformità mal-istandards Ewropej. L-infurzar tal-mekkaniżmi tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għad irid jissaħħaħ. Għar-rigward tal-libertà tal-espressjoni, l-Albanija kisbet ċertu livell ta' tħejjija / kisbet livell moderat ta' tħejjija. Kien hemm xi progress fit-tisħiħ tal-indipendenza tal-awtorità regolatorja u tax-xandir pubbliku iżda t-trasparenza tar-riklami mill-istat fil-midja għad trid tiġi msaħħa. Għad baqa’ progress xi jsir fil-qasam tad-drittijiet għall-proprjetà bl-aġġornament tal-leġiżlazzjoni attwali u t-tisħiħ ta’ koordinazzjoni istituzzjonali. Il-mekkaniżmi istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u biex tiġi mrażżna l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru għadhom batuti. Ittieħdu passi importanti biex jittejjeb il-qafas legali fir-rigward tar-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi iżda hemm bżonn li tiġi żviluppata l-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti. Jeħtieġ li jittejbu l-kundizzjonijiet ta' għajxien tar-Rom u tal-Eġizzjani.

L-Albanija kompliet tipparteċipa b’mod attiv fil-kooperazzjoni reġjonali u żżomm relazzjonijiet tajba mal-ġirien tagħha. Ittieħdu passi importanti biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet bilaterali mal-Greċja.

Rigward il-kriterji ekonomiċi, l-Albanija għamlet xi progress u għandha livell moderat ta’ preparazzjoni biex tiżviluppa ekonomija tas-suq li taħdem. Il-proporzjon tad-dejn pubbliku mal-PDG u d-defiċit tal-kont kurrenti tnaqqsu. It-tkabbir ekonomiku kompla jiżdied u l-qgħad naqas iżda għadu għoli. Is-self mhux produttiv fis-settur bankarju ġie mnaqqas, iżda s-self tal-banek lill-impriżi għadu batut. Ir-riformi kruċjali biex jittejjeb l-ambjent tan-negozju għamlu progress imma għad għandhom bżonn ta’ iktar sforz, inkluż it-tnaqqis tal-ekonomija informali. Ir-riforma ġudizzjarja komprensiva avvanzat iżda jeħtieġ li tiġi implimentata b’mod sħiħ. Il-liġi l-ġdida dwar il-falliment daħlet fis-seħħ u għandha ssaħħaħ is-sistema tal-insolvenza. Madanollu, r-regolamenti rilevanti għan-negozji għadhom ikkumplikati u n-nuqqasijiet fejn jidħol l-istat tad-dritt baqgħu ixekklu n-negozju u jgerrxu l-investiment.

L-Albanija għamlet xi progress u għandha livell moderat ta’ tħejjija fil-kapaċità tagħha biex taffaċċja l-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-UE. B’mod speċifiku, sar progress dwar l-infrastruttura tal-enerġija u tat-trasport u d-diġitalizzazzjoni, għalkemm għad hemm xi nuqqasijiet li qed jostakolaw il-kompetittività u l-kummerċ tal-Albanija. Jeħtieġ li l-kwalità tal-edukazzjoni tiżdied fuq il-livelli kollha, mhux l-inqas sabiex in-nies jingħataw b’mod aħjar il-ħiliet li għandu bżonn is-suq tax-xogħol. Il-kummerċ barrani għadu ’l isfel mill-potenzjal u settorjalment ikkonċentrat. Il-kapaċità tal-Albanija għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għadha baxxa.

L-Albanija kompliet tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha mar-rekwiżiti tal-UE f'għadd ta' oqsma, b'mod li tejbet l-abbilta tagħha li tieħu fuqha l-obbligi tas-sħubija. Il-pajjiż għandu livell moderat ta’ tħejjija f’bosta oqsma, bħal fil-kontroll finanzjarju, l-edukazzjoni u l-kultura, jew għandu ċertu livell ta’ tħejjija fl-oqsma tal-akkwist pubbliku u l-istatistika. L-Albanija se jkollha bżonn tkompli bl-isforzi tagħha għar-rigward tal-preparazzjonijiet ġenerali għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE. Jinħtieġ li tkompli taħdem fuq l-iżvilupp tan-netwerks tat-trasport u tal-enerġija, anki bil-ħsieb ta' titjib tal-konnettività madwar ir-reġjun. Il-kapaċità amministrattiva u l-istandards professjonali tal-korpi li se jkunu inkarigati bl-implimentazzjoni tal-acquis hemm bżonn li tissaħħaħ u li tiġi salvagwardjata l-indipendenza tal-korpi regolatorji. It-titjib tat-trasparenza u tar-responsabbiltà, b'mod partikolari biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv, effikaċi u trasparenti tas-sistema tal-akkwist pubbliku u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, għadu essenzjali. L-Albanija kompliet tallinja ruħħa kompletament mal-pożizzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet komuni kollha tal-UE rigward l-affarijiet barranin u dawk li jolqtu s-sigurtà.

L-għadd ta' applikazzjonijiet infondati għall-ażil li tressqu minn ċittadini Albaniżi fi Stati Membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati ma' Schengen baqa' għoli. L-Albanija wriet l-impenn u adottat għadd ta’ miżuri, inkluż kooperazzjoni bilaterali msaħħa mal-Istati Membri relevanti tal-UE. Dawn il-miżuri ħallew riżultati pożittivi. Għandhom jissoktaw aktar azzjonijiet deċiżivi, inkluż fil-qafas tal-mekkaniżu ta' sorveljanza ta' wara l-liberalizzazzjoni tal-viża, biex tindirizza dan il-fenomenu b'mod effettiv. L-Albanija teħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ ritorn għal migranti irregolari, li jkun konformi mal-acquis tal-UE, kif ukoll biex tallinja b’mod progressiv il-politika tagħha tal-viża ma’ dik tal-UE. 

Il-Bożnija-Ħerzegovina

Rigward il-kriterji politiċi, iIl-qafas elettorali jibqa’ jiġi emendata b’urġenza bil-ħsieb li tiġi żgurata l-organizzazzjoni kif imiss tal-elezzjonijiet ta’ Ottubru 2018 u tal-implimentazzjoni mingħajr intoppi tar-riżultati. F’dan ir-rigward, hemm bżonn li l-mexxejja politiċi kollha jassumu r-responsabbiltà tagħhom u jsibu soluzzjoni fir-rigward tal-Kamra Federali tal-Popli. Id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-2010 dwar ir-rispett tad-dritt demokratiku bażiku taċ-ċittadini ta’ Mostar li jivvotaw fl-elezzjonijiet lokali għad trid tiġi implimentata. L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tirriżulta mill-Aġenda ta’ Riforma, inkluża l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa tas-sisa, ġiet milquta b’mod negattiv minn tensjonijiet bejn il-koalizzjoni li qiegħda tiggverna u l-partiti tal-oppożizzjoni fil-Parlamenti fil-livell ta’ stat u ta’ entità, li wasslet għal tnaqqis fir-ritmu tal-pass tar-riforma. L-Aġenda ta’ Riforma ġiet implimentata b’mod effettiv fil-livell tal-istat u dak tal-entitajiet ikkooperaw b’mod koordinat. Il-kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għadha tikser il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, skont il-kawzi Sejdić-Finci relatati.

Il-funzjonament tal-Presidenza tal-Bosnja u Ħerzegovina ntlaqtet mill-espressjoni ta’ pożizzjonijiet diverġenti minn membri individwali tagħha dwar għadd ta’ kwistjonijiet fil-kompetenza tagħha dwar il-politika barranija. Il-Kunsill tal-Ministri adotta aktar strateġiji għall-pajjiż kollu fuq oqsma bħalma huma l-ambjent u l-iżvilupp rurali. Madankollu, bl-eċċezzjoni ta’ ftit ta’ riformi u l-adozzjoni notevoli tal-leġiżlazzjoni tas-sisa, għadd ta’ riformi ġew ittardjati minħabba nuqqas ta’ ftehim fost il-membri tal-koalizzjoni. Għad iridu jiġu adottati strateġiji fil-pajjiż kollu f’oqsma bħalma huma l-enerġija, l-impjieg jew il-ġestjoni finanzjarja pubblika. Il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni dwar kwistjonijiet tal-UE beda jaħdem f’Ġunju 2017 bit-tħejjija ta’ tweġibiet tal-pajjiż tal-Kwestjonarju tal-Opinjoni tal-Kummissjoni. Għad irid jiġi adottat programm strateġiku għall-approssimazzjoni legali tal-pajjiż mal-acquis tal-UE.

Il-Bożnija-Ħerzegovina għadha fi stadju bikri fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tagħha u ma sar l-ebda progress matul is-sena li għaddiet. Qed tiġi żviluppata strateġija ta’ riforma mal-pajjiż kollu tal-amministrazzjoni pubblika u għad trid tiġi adottata. Il-frammentazzjoni ulterjuri tas-servizz ċivili fl-entità Federali u fil-livell kantonali żiedet ir-riskju ta’ politiċizzazzjoni. Il-Bożnija-Ħerzegovina kisbet ċertu livell ta' tħejjija rigward is-sistema ġudizzjarja tagħha. Sar xi progress fir-rigward tal-ġudikatura, iżda b’mod ġenerali, ir-riformi mexjin b’pass kajman. Jinħtieġ li kwalunkwe reviżjoni tal-kodiċi ta’ proċedura kriminali tkun konformi mal-istandards internazzjonali u jinħtieġ li ma timminax l-abbiltà tal-istituzzjonijiet li jittrattaw il-kriminalità serja organizzata, il-korruzzjoni jew l-isfidi tal-istat tad-dritt. Għad hemm ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Madankollu, il-korruzzjoni għadha mifruxa u għadha kwistjoni ta’ tħassib. Il-Bożnija-Ħerzegovina kisbet ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Sar xi progress, b’mod partikolari bl-adozzjoni ta’ strateġija ġdida dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-trażżin u t-twettiq tal-pjan ta’ azzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, minħabba li l-Bożnja u Ħerzegovina mhux se tkun soġġetta aktar għal Monitoraġġ tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja. Madankollu, huma meħtieġa sforzi sinifikanti rigward l-investigazzjonijiet finanzjarji u biex jitjiebu l-kapaċitajiet għall-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll billi titjieb il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri.

Inkiseb xi progress dwar id-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet tal-minoritajiet. Madankollu, l-oqsfa strateġiċi, legali, istituzzjonali u ta' politika għall-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem għad għandhom bżonn titjib sostanzjali. Dan jinkludi l-libertà tal-espressjoni fejn baqgħet għaddejja l-pressjoni politika u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti, inklużi attakki fiżiċi u verbali. In-nuqqas ta’ implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ħarsien minn vjolenza fuq il-bażi ta’ sess, b’mod partikolari l-vjolenza domestika, jibqa’ jikkawża tħassib. Hu meħtieġ approċċ aktar komprensiv u integrat lejn il-popolazzjoni tar-Roma biex titrawwen l-inklużjoni soċjali tagħhom.

Il-konformità tal-Bożnja u Ħerzegovina mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-UE għad trid titjieb.

Dwar l-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività, il-Bożnja u Ħerżegovina għamlet xi progress, iżda għadha fi stadju bikri biex tistabbilixxi ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Sar ċertu progress tal-ambjent tan-negozju u ssaħħaħ is-settur finanzjarju. Il-kwistjonijiet pendenti ewlenin huma, stat tad-dritt dgħajjef, ambjent tan-negozju li għadu lura, u amministrazzjoni pubblika frammentata u ineffiċjenti, u żbilanċji kbar fis-suq tax-xogħol, relatati ma’ sistema ta’ edukazzjoni fqira, kapaċitajiet istituzzjonali dgħajfa u klima ta’ investiment li ma toffrix appoġġ. Barra minn hekk, l-ekonomija informali għadha sinifikanti.

Il-Bożnija-Ħerzegovina għamlet xi progress u għadha fi stadju bikri biex tkun kapaċità taffaċċja l-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni. Il-livell ġenerali tal-edukazzjoni u tal-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp baqa’ baxx. Il-kwalità tal-kapital fiżiku ssofri minn nuqqas ta’ investiment. L-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija mhijiex żviluppata biżżejjed. Ir-ritmu tal-aġġustament strutturali kien batut, għalkemm kien hemm xi diversifikazzjoni fl-istruttura tal-kummerċ reġjonali tal-pajjiż.

Il-kapaċità tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, partikolarment fejn jidħlu gruppi vulnerabbli, għad trid tiġi msaħħa. Il-Bożnja u Ħerżegovina teħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ ritorn tal-immigranti irregolari. 

Il-Kosovo

Fir-rigward tal-kriterji politiċi, il-Kosovo kellu elezzjonijiet presidenzjali kmieni f’Ġunju 2017. Inħatru Assemblea u Gvern ġdid f’Settembru. Sa issa, madankollu, il-koalizzjoni l-ġdida kellha suċċess limitat biex tippreżenta riformi relatati mal-UE u tibni kunsens dwar kwistjonijiet strateġiċi ewlenin għall-Kosovo. Il-frammentazzjoni politika kontinwa u l-polarizzazzjoni affettwaw ħażin ir-rwol tal-Assemblea u kellhom impatt fuq l-effettività tal-gvern. L-imġiba ta’ ostakli minn xi membri parlamentari, inkluż l-użu tal-gass tad-dmugħ, fixkel il-ħidma tal-Assemblea. Ir-ratifika tal-ftehim ta’ demarkazzjoni tal-fruntieri / konfini mal-Montenegro f’Marzu 2018 kien pass importanti ’il quddiem.

L-elezzjonijiet parlamentari u muniċipali, li saru fl-2017, kienu ġeneralment kompetittivi u amministrati sew f’ħafna postijiet fil-Kosovo. Madankollu, qajmu tħassib il-forom ta’ intimidazzjoni f'ħafna komunitajiet Kosovari Serbi, li jimmiraw b’mod partikolari lejn kandidati li ma jappartjenux għall-partit Srpska Lista.

Il-kuntest fit-Tramuntana tal-Kosovo joffri sfidi partikolari. Għadha għaddejja l-investigazzjoni dwar il-qtil tal-politiku Kosovar Serb Oliver Ivanović f’Jannar 2018.

L-attentati minn membri tal-Assemblea tal-Kosovo f’Diċembru 2017 biex jabrogaw il-Liġi dwar il-Kmamar tal-Ispeċjalisti u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat qajmu tħassib serju. Se jkun essenzjali għall-Kosovo li jikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi internazzjonali tiegħu fir-rigward tal-Kmamar tal-Ispeċjalistiċi u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat u juri l-impenn sħiħ u inekwivokabbli għal dawn l-istituzzjonijiet.

Jeżisti ċertu livell ta' tħejjija fil-qasam tar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika. Sar xi progress b’mod partikolari bir-rieżami tal-aġenziji u l-korpi (semi) indipendenti. Il-politiċizzazzjoni kontinwa tal-amministrazzjoni pubblika għadha ta’ tħassib, u taffettwa b’mod negattiv l-effiċjenza u l-indipendenza professjonali tal-amministrazzjoni pubblika.

Is-sistema ġudizzjarja tal-Kosovo għadha fi stadju bikri. Sar xi progress fl-implimentazzjoni tal-pakkett ta’ liġijiet tal-ġustizzja tal-2015. L-integrazzjoni tal-imħallfin u l-prosekuturi Kosovari Serbi u l-persunal ta’ ġestjoni tagħhom madwar il-Kosovo fis-sistema ġudizzjarja tal-Kosovo kienet kisba kbira tal-2017. Il-ġudikatura għadha vulnerabbli quddiem influwenza politika mhux dovuta u l-istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt jeħtieġu sforzi kontinwi biex jibnu l-kapaċitajiet tagħhom. L-amministrazzjoni tal-ġustizzja xorta waħda għadha miexja b’mod kajman u ineffiċjenti.

Il-Kosovo għadu fi stadju bikri / kiseb ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-Kosovo għamel xi progress rigward ir-rekord fuq l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli u każijiet ta’ kriminalità organizzata, inklużi l-kundanni finali. Sar ukoll progress dwar il-konfiska preliminari tal-assi għalkemm il-konfiski finali jibqgħu baxxi. Il-korruzzjoni hija mifruxa u għadha kwistjoni ta’ tħassib. Huma meħtieġa sforzi kordinati biex tiġi indirizzata din il-problema b’mod komprensiv u b’mod strateġiku.

Il-Kosovo jinsab fi stadju bikri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Sar xi progress rigward ir-rekord fil-korruzzjoni ta’ livell għoli u każi ta’ kriminalità organizzata. Filwaqt li hemm iktar konfiski preliminari tal-assi, għad hemm ftit kundanni finali, investigazzjonijiet finanzjarji u konfiski finali tal-assi. L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi qed ibatu biex jiġġieldu b’mod effettiv kontra l-kriminalità organizzata fit-Tramuntana tal-Kosovo. Sar xi progress fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż permezz ta’ miżuri li jindirizzaw l-estremiżmu vjolenti u r-radikalizzazzjoni, u biex jipprevjenu liċ-ċittadini milli jingħaqdu ma’ kunflitti barra mill-pajjiż. L-awtoritajiet tal-Kosovo jeħtieġ li jkunu aktar effettivi fl-isforzi tagħhom li jiġġieldu l-ħasil tal-flus u jinħtieġ li l-liġi rilevanti ssir konformi mal-acquis tal-UE u l-istandards internazzjonali.

Il-qafas legali jiggarantixxi b’mod wiesa’ l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u dawk fundamentali b’konformità mal-istandards Ewropej. Madankollu, huma meħtieġa aktar sforzi rigward l-infurzar. L-implimentazzjoni ta’ strateġiji u leġiżlazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ta’ spiss tiddgħajjef minn nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji u riżorsi oħrajn, b’mod partikolari fil-livell lokali, prijoritizzazzjoni politika limitata u nuqqas ta’ koordinazzjoni. Jeħtieġ li jsir aktar sabiex jiġu garantiti b’mod effettiv id-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, inklużi r-Rom u l-Ashkali u l-persuni spostati, li tiġi żgurata fil-prattika l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-twaqqif ta’ sistema integrata ta’ protezzjoni tat-tfal u biex javvanzaw il-protezzjoni tal-wirt kulturali. Il-Kosovo laħaq ċertu livell ta' tħejjija fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni, li hija minquxa fil-kostituzzjoni. Il-Kosovo jibbenefika minn ambjent medjatiku pluralistiku u vivaċi. Madankollu, kompla t-theddid u l-attakki kontra l-ġurnalisti. L-assemblea turi impenn limitat lejn is-sejba ta' soluzzjoni għall-iffinanzjar sostenibbli tax-xandir pubbliku, biex b'hekk dan huwa vulnerabbli għall-pressjoni politika.

Fejn jidħlu l-kriterji ekonomiċi, is-Serbja għamel progress sew hu hi ppreparat b’mod moderat fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq effettiva. L-ambjent tan-negozju tjieb u l-gvern rispettata r-regola fiskali fuq id-defiċit tal-baġit; madankollu l-benefiċċji tal-veterani tal-gwerra jkomplu jkunu ta’ sfida għall-finanzi pubbliċi. L-ekonomija informali għadha mifruxa. Iż-żieda fir-rata tal-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol ma kinetx segwita minn żieda fl-impjiegi u għalhekk ir-rata tal-qgħad żdiedet aktar. Affettwat b’mod partikolari n-nisa u ż-żgħażagħ u l-ħaddiema bla sengħa. Minkejja tkabbir qawwi fl-esportazzjoni d-defiċit kummeċjali għoli jirrifletti bażi produttiva dgħajfa.

Il-Kosovo għamel xi progress u huwa fi stadju bikri f’termini tal-kapaċità tiegħu biex jaffaċċja l-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-UE. Ma sar l-ebda progress fuq it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni u l-indirizzar ta’ diskrepanzi ta’ ħiliet fis-suq tax-xogħol. Il-Kosovo għamel ċeru progress fit-titjib tal-infrastruttura tat-toroq iżda għad baqa’ lakuni kbar ta’ infrastruttura tal-ferroviji u setturi tal-enerġija. It-tibdil strutturali fl-ekonomija huwa batut għax għadha dipendenti fuq is-settur tal-kummerċ bl-imnut. L-integrazzjoni mal-UE hija mxekkla minħabba d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-SSA.

Il-Kosovo kompla bl-isforzi tiegħu biex iżomm relazzjonijiet bilterali tajbin u kostruttivi ma’ pajjiżi oħra involuti fit-tkabbir. Il-Kosovo huwa rappreżentat f’bosta organizzazzjonijiet reġjonali li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Arranġamenti dwar ir-Rappreżentanza Reġjonali u Kooperazzjoni miftiehem bejn Belgrad u Pristina fl-2012.

Fir-rigward tan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mas-Serbja, il-Kosovo baqa’ impenjat fid-djalogu. Madankollu, jeħtieġ li l-Kosovo jwettaq aktar sforzi sostanzjali dwar l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet eżistenti u jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ ċirkustanzi li jwasslu għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mas-Serbja, li għandhom jiġu definiti fi ftehim legalment vinkolanti.

Fir-rigward tal-allinjament mal-istandards Ewropej, il-Kosovo għadu fi stadju bikri. L-allinjament leġiżlattiv kompla f'ċerti oqsma iżda l-implimentazzjoni hija dgħajfa. Sar xi progress fil-qasam tal-moviment liberu ta’ merkanzija u s-servizzi, l-akkwist pubbliku u l-kompetizzjoni kif ukoll fit-titjib tal-ambjent tan-negozju. Fil-qasam tat-tassazzjoni u d-dwana, sar ukoll xi progress fil-ġbir tad-dħul u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, iżda jinħtieġ li l-Kosovo jintensifika l-ġlieda kontra l-ekonomija informali u l-evażjoni tat-taxxa. Is-settur tal-enerġija għadu qed jiffaċċja sfidi serji. Ma sar l-ebda progress biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ambjentali. B’mod ġenerali, jeħtieġ li l-Kosovo jtejjeb il-kapaċità amministrattiva u l-koordinazzjoni, fis-setturi kollha, biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-acquis.

L-awtoritajiet għamlu progress fil-ġestjoni tal-migrazzjoni regolari u irregolari. Jinħtieġ li dawn l-isforzi jitkomplew u jservu ta’ bai għal iktar titjib. Jeħtieġ li l-Kosovo jpoġġi fis-seħħ mekkaniżmu ta’ ritorn għall-immigranti rregolari. 

Anness 2 — Statistika ewlenija

DEJTA STATISTIKA (fil-15.02.2018)

Demografija

 

Il-Montenegro

Dik li kienet
ir-Repubblika Jugożlava
tal-Maċedonja

L-Albanija

Is-Serbja

It-Turkija

Il-Bożnija u
l-Ħerżegovina

Il-Kosovo*

UE-28

Nota

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

Popolazzjoni totali (eluf)

622.1

622.2

2 069.2

2 071.3

2 892.3e

2 886.0

7 114.4

7 076.4

77 696

78 741

3 825.3

3 516.0p

1 804.9

1 771.6

508 504p

510 279bp

Sehem ta' 15-64 minn fost il-popolazzjoni totali (%)

67.8

67.6

70.5

70.3

69.1e

69.5

67.1

66.6

67.8

67.8

:

:

:

65.6p

65.5ep

65.3bep

Rata kruda ta' bidla fil-popolazzjoni naturali (kull 1 000 abitant)

1.7

1.8

1.3

1.2

3.6e

:

-5.4

-5.1

11.8

11.2

:

-1.8p

9.2p

:

-0.2ep

0.0bep

Aspettativa tal-ħajja fil-mument tal-twelid, irġiel (snin)

74.4

:

73.5

:

76.2e

:

72.8

:

75.4

:

:

:

:

:

77.9ep

:

Aspettativa tal-ħajja fil-mument tat-twelid (nisa)

78.6

:

77.4

:

79.7e

:

77.9

:

81.0

:

:

:

:

:

83.3ep

:

Suq tax-xogħol

Nota

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

Rata ta' attività ekonomika għall-persuni ta' bejn l-20 u l-64 sena: proporzjon tal-popolazzjoni fl-età bejn l-20 u l-64 sena li huma ekonomikament attivi (%)

1)

68.5

69.1

70.2

69.6

71.3e

73.3e

68.1

70.0

59.9

60.9

59.2

58.8

42.8

44.0

77.1

77.5

Rata ta' attività ekonomika għall-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 sena: proporzjon tal-popolazzjoni tal-irġiel bejn l-20 u l-64 sena li huma ekonomikament attivi (%)

1)

74.9

76.7

83.8

83.8

81.8e

82.5e

76.7

78.0

82.7

83.3

71.9

72.0

65.1

66.8

83.4

83.7

Rata ta' attività ekonomika għan-nisa ta' bejn l-20 u l-64 sena: proporzjon tal-popolazzjoni tan-nisa bejn l-20 u l-64 sena li huma ekonomikament attivi (%)

1)

62.1

61.6

56.2

54.9

61.1e

64.2e

59.5

62.0

37.3

38.5

46.3

45.3

20.4

20.9

70.8

71.4

Rati ta' impjieg, fl-età bejn l-20 u l-64 sena (% tal-popolazzjoni)

Totali

56.7

57.1

51.9

53.3

59.3e

62.1e

56.0

59.1

53.9

54.3

43.2

44.2

29.1

32.3

70.0

71.0

Irġiel

61.9

51.3

61.5

63.7

68.1e

69.4e

63.7

66.3

75.3

75.5

53.9

56.4

44.9

49.9

75.8

76.8

Nisa

51.5

63.0

42.1

42.5

50.7e

55.0e

48.3

51.9

32.6

33.2

32.4

32.0

13.2

14.6

64.2

65.3

Persuni fl-età bejn il-15 u l-24 sena mhux fl-impieg, fl-edukazzjoni jew it-taħriġ, % tal-popolazzjoni fil-grupp tal-età

19.1

18.4

:

:

29.6

26.9e

19.9

17.7

24.0

24.0

27.7

26.4

31.4

30.1

12.0

11.6

Persuni fl-età bejn il-15 u d-29 sena mhux fl-impieg, fl-edukazzjoni jew it-taħriġ, % tal-popolazzjoni fil-grupp tal-età

23.4

22.3

:

:

32.8

30.0e

24.5

22.3

28.0

27.8

32.8

31.4

39.2

37.3

14.8

14.2

Impjieg skont is-setturi ewlenin

Agrikoltura, forestrija u sajd (%)

7.7

7.7

17.9

16.6

41.3e

40.2e

19.4

18.6

20.6

19.5

17.9

18.0

2.3

4.2

4.5

4.3

Industrija (%)

10.8

9.8

23.4

23.1

11.6e

12.8e

19.9

20.2

20.0

19.5

22.0

22.7

18.7

18.0

17.3

17.3

Kostruzzjoni (%)

6.6

7.7

7.1

7.2

6.9e

6.5e

4.5

4.3

7.2

7.3

7.5

8.6

9.5

11.5

6.8

6.7

Servizzi (%)

74.8

74.8

51.6

53.1

40.2

40.5

56.1

57.0

52.2

53.7

52.6

50.8

69.5

66.3

71.4

71.6

Nies impjegati fis-settur pubbliku bħala sehem mill-impjiegi totali, persuni bejn l-20 u l-64 sena (%)

2)

32.4

31.2

:

:

16.7e

15.6e

29.7

28.3

13.5

13.8

31.2

29.0

32.6

30.8

:

:

Nies impjegati fis-settur privat bħala sehem mill-impjiegi totali, persuni bejn l-20 u l-64 sena (%)

2)

46.6

47.0

:

:

83.3e

84.4e

70.3

71.7

86.5

86.2

63.2

65.9

67.4

69.2

:

:

Rati tal-qgħad (% tal-forza lavorattiva)

Totali

1)

17.5

17.8

26.1

23.7

17.1e

15.2e

17.8

15.4

10.3

10.9

27.9

25.5

32.9

27.5

9.4

8.6

Irġiel

1)

17.7

18.3

26.7

24.4

17.1e

15.9e

16.9

14.8

9.3

9.6

25.9

22.6

31.8

26.2

9.3

8.4

Nisa

1)

17.3

17.1

25.1

22.7

17.1e

14.4e

18.8

16.2

12.6

13.6

30.9

30.2

36.6

31.7

9.5

8.8

Żgħażagħ fl-età bejn il-15 u l-24 sena

1)

37.6

35.9

47.3

48.2

39.8e

36.5e

43.2

34.9

18.4

19.5

62.3

54.3

57.7

52.4

20.3

18.7

Għat-tul (>12-il xahar)

1)

13.6

13.4

21.3

19.2

11.3e

10.1e

11.4

10.0

2.2

2.2

22.8

21.7

23.8

18.0

4.5

4.0

Pagi u salarji medji nominali fix-xahar (EUR)

3)

480

499

356

363

386

397

506

516

604

:

424

429

:

:

:

:

Edukazzjoni

Nota

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

Żgħażagħ li jitilqu mill-iskola u t-taħriġ qabel il-waqt il-perċentwali tal-popolazzjoni bejn it-18 u l-24 sena li l-aktar li għandhom hija edukazzjoni sekondarja inferjuri u li ma humiex la fl-edukazzjoni u lanqas fit-taħriġ (%)

5.7

5.5

11.3p

9.9

21.3e

19.6e

7.4

7.0

36.7

34.3

5.2

4.9

14.5

12.7

11.0

10.7

Nefqa pubblika fuq l-edukazzjoni bħala proporzjoni tal-PDG (%)

:

:

:

:

3.1p

3.1p

4.0

3.9

4.3

4.6

:

:

4.5

4.7p

:

:

Perċentwali tal-popolazzjoni bejn l-20 u l-24 sena li l-aktar li għandhom hi edukazzjoni sekondarja baxxa, total

6.6

6.8

:

:

:

:

8.6

7.8

46.5

43.9

6.2u

5.8u

:

14.6

17.2

16.8

Perċentwali tal-popolazzjoni bejn l-20 u l-24 sena li l-aktar li għandhom hi edukazzjoni sekondarja baxxa, irġiel

6.9

5.8

:

:

:

:

9.3

8.6

46.2

44.2

5.6u

5.5u

:

12.5

19.4

19.1

Perċentwali tal-popolazzjoni bejn l-20 u l-24 sena li l-aktar li għandhom hi edukazzjoni sekondarja baxxa, nisa

6.3

7.9

:

:

:

:

7.9

7.0

46.8

43.7

6.9u

6.3u

:

17.0

14.9

14.4

Perċentwali tal-popolazzjoni bejn l-20 u l-24 sena li b’edukazzjoni sekondarja jew post sekondarja mhux terzjarja, total

80.6

82.2

:

:

:

:

83.2

84.9

34.9

35.7

86.3

86.6

:

70.5

65.2

65.3

Perċentwali tal-popolazzjoni bejn l-20 u l-24 sena li b’edukazzjoni sekondarja jew post sekondarja mhux terzjarja, irġiel

85.3

86.9

:

:

:

:

84.5

86.3

37.8

38.3

88.6

89.0

:

74.5

65.9

66.1

Perċentwali tal-popolazzjoni bejn l-20 u l-24 sena li b’edukazzjoni sekondarja jew post sekondarja mhux terzjarja, nisa

75.7

77.2

:

:

:

:

81.7

83.3

32.2

33.3

83.5

83.7

:

66.0

64.5

64.5

Perċentwali tal-popolazzjoni bejn it-30 u l-34 sena b'edukazzjoni terzjarja, total

31.0

33.9

28.6

29.1

22.1e

20.9e

28.9

29.9

23.5

26.5

17.2

23.1

17.2

19.1

38.6

39.0

Perċentwali tal-popolazzjoni bejn it-30 u l-34 sena b'edukazzjoni terzjarja, irġiel

29.9

31.8

23.1

24.5

19.6e

18.0e

24.2

24.7

25.0

28.3

13.4u

16.6u

19.5

18.9

33.9

34.3

Perċentwali tal-popolazzjoni bejn it-30 u l-34 sena b'edukazzjoni terzjarja, nisa

32.2

35.9

34.5

33.8

24.7e

23.9e

33.7

35.3

22.1

24.6

21.3

29.4

14.7

19.4

43.3

43.8

Kontijiet nazzjonali

Nota

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

Prodott domestiku gross

Bi prezzijiet kurrenti (biljuni ta' EUR)

3.7

4.0

9.1

9.7p

10.2p

10.7p

33.5

34.6

773.0

780.2

14.6

15.3

5.8

6.0p

14 797.4

14 907.9

Kull ras (EUR)

5 827

6 355

4 382

4 691

3 547

3 728

4 720

4 904

9 949

9 909

4 312

4 494

3 278

3 304

29 033

29 148

Standardi tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) kull ras

12 200

13 000

10 500

10 900

8 500

8 500

10 500

10 700

18 900

18 800

9 100

9 300

:

:

29 000

29 100

Fi standards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) kull ras, imqabbel mal-medja tal-UE (UE-28 = 100)

42

45

36

37

29

29

36

37

65

64

31

32

:

:

Rata annwali reali (volum) tat-tibdil, imqabbel mas-sena ta' qabel (%)

3.4

2.9

3.9

2.9p

2.2p

3.4p

0.8

2.8

6.1

3.2

3.1

3.3

4.1

3.4p

2.3

2.0

Valur gross miżjud mis-setturi ewlenin

Agrikoltura, forestrija u sajd (%)

9.7

9.0

11.1

10.5p

22.9p

22.9p

8.2

7.9

7.8

7.0

7.3

:

12.6

13.4p

1.5

1.5

Industrija (%)

12.8

12.3

19.3

19.9p

13.9p

13.2p

25.9

25.9

22.4

22.3

21.9

:

20.8

21.1p

19.4

19.4

Kostruzzjoni (%)

4.5

6.8

8.1

8.6p

10.2p

10.5p

5.5

5.4

9.3

9.7

4.6

:

8.4

8.2p

5.3

5.3

Servizzi (%)

73.0

71.9

61.5

61.0p

53.0p

53.4p

60.4

60.8

60.5

61.0

66.2

:

58.2

57.3p

73.8

73.8

Bilanċ tal-pagamenti

Nota

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

Investiment barrani dirett net ('l ġewwa - 'l barra) (FDI) (miljuni ta' euro)

619.3

371.6

202.8

316.9

818.4

936.5

1 803.8

1 899.2

:

:

248.9

240.5

271.8

177.2

-129 867

-116 465

Investiment barrani dirett net ('l ġewwa - 'l barra) (FDI) (% tal-PDG)

16.9

9.4

2.2

3.3p

8.0p

8.7p

5.4

5.5

:

:

1.7

1.6

4.7

3.0p

-0.9

-0.8

Investiment barrani dirett net ('l ġewwa - 'l barra) (FDI) imqabbel mal-UE-28 (miljuni ta' euro)

403.0

-32.5

-20.7

199.1

:

:

1 480.4

1 304.4

:

:

160.5

190.9

11.2

15.6

-

-

Investiment barrani dirett net ('l ġewwa - 'l barra) (FDI) imqabbel mal-UE-28 (% tal-PDG)

11.0

-0.8

-0.2

2.0p

:

:

4.4

3.8

:

:

1.1

1.2

0.2

0.3p

-

-

Rimessi bħala % tal-PDG

1.2

1.0

2.3

2.0p

5.9p

5.7p

8.5

7.8

:

:

8.3

8.2

11.5

11.5p

0.1

0.1

Kummerċ estern fi prodotti

Nota

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

Kummerċ internazzjonali fi prodotti

Sehem tal-esportazzjoni lill-pajjiżi tal-UE-28 f'valur ta' esportazzjoni totali (%)

35.6

37.4

77.0

79.9

75.4

77.9

67.0

67.6

44.5

47.9

71.6

71.3

32.6

22.6

-

-

Sehem tal-importazzjoni mill-pajjiżi tal-UE-28 f'valur ta' importazzjoni totali (%)

41.3

48.2

62.0

62.0

61.8

63.1

57.3

58.7

38.0

39.0

60.8

61.9

42.2

43.1

-

-

Bilanċ tal-kummerċ (miljuni ta' EUR)

-1 524

-1 736

-1 714

-1 777

-2 154

-2 399

-2 978

-2 483

-56 981

-50 676

-3 510

-3 448

-2 309

-2 480

59 553

32 002

Kummerċ internazzjonali fi prodotti u servizzi mqabbel mal-PDG

Importazzjoni (% tal-PDG)

60.6

62.9

65.0

64.7p

44.7p

:

56.4

57.5

26.0

24.9

53.2

52.3

49.5

51.3p

40.3

40.5

Esportazzjoni (% tal-PDG)

42.1

40.5

48.7

50.0p

27.4p

:

46.7

50.0

23.3

22.0

34.6

35.4

19.3

22.5p

43.8

44.0

Finanzi pubbliċi

Nota

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

Statistiċi dwar il-finanżi tal-Gvern, imqabbel mal-PDG

** Bilanċ pożittiv tal-gvern (+) / defiċit (–) (%)

-7.4

-2.8

-3.5

-2.7

-4.1

-1.8

-3.7

-1.3

1.3

:

0.7

1.2

:

:

-2.4

-1.7

** Dejn tal-amministrazzjoni pubblika (%)

66.2

64.4

38.1

39.6

69.1

68.7

76.0

73.0

27.5

:

41.9

40.5

12.8

:

84.5

83.2

Indikaturi finanzjarji

Nota

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

Bidla annwali fil-prezzijiet għall-konsumaturi (%)

4)

1.4

0.1

-0.3

-0.2

2.0

2.5

1.5

1.3

7.7

7.7

-1.0

-1.1

-0.5

0.3

0.0

0.3

Dejn estern totali, imqabbel mal-PDG (%)

:

:

69.3

74.2p

74.7p

73.5p

78.3

76.5

47.1

:

72.2

71.0

33.3

33.7p

:

:

Rata ta' imgħax tas-self (sena), kull sena (%)

5)

:

:

:

:

74.7

73.5

:

:

53.0

:

:

:

:

:

:

:

Rata ta' imgħax tad-depożiti (sena), kull sena (%)

6)

8.53

7.45

3.75

4.25

7.77

5.89

6.50

5.50

10.79

:

5.74

4.97

8.32

7.47

:

:

Valur tal-assi ta' riżerva (inkluż id-deheb)(miljuni ta' euro)

7)

1.23

0.93

0.25

0.25

1.35

0.80

2.50

2.50

7.27

:

0.09

0.09

0.90

1.01

:

:

Riżervi internazzjonali - ekwivalenza f'xhur ta' importazzjoni

673.7

803.0

2 261.8

2 613.4

2 880.0

2 945.0

10 378.0

10204.6

99 619.6

:

4 414.6

4 887.4

706.4

605.1

:

:

Negozju

Nota

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

Indiċi tal-produzzjoni industrijali (2010 = 100)

8)

88.3

84.4

118.0

122.0

161.7

130.5

107.1

112.1

124.1

126.3

107.4

112.0

:

:

103.9

105.6

Infrastruttura

Nota

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

Densità tal-linji tal-ferrovija (linji li jaħdmu kull elf km²)

18.1

18.1

28.1

27.4

13.8

12.2

48.6

48.6

13.2

:

20.1

21.9

30.9

30.9

:

:

Tul ta' toroq prinċipali (kilometri)

0

0

259

259

:

:

693

741

2 282

2 542

128

:

80

98

:

:

Enerġija

Nota

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

2015

2016

Importazzjoni netta tal-enerġija mqabbla mal-PDG

4.2

3.4

6.4

5.1p

0.8p

1.3p

4.8

3.6

1.2

1.0

5.3

4.3

5.4

4.1p

1.6

1.3

: = mhux disponibbli

b = interruzzjoni fis-serje

e = valur stmat

p = proviżorju

u = affidabbiltà baxxa

- = Mhux applikabbli

Din l-indikazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni ta' Indipendenza tal-Kosovo.

** = Id-dejta dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern tal-pajjiżi involuti fit-tkabbir huma ppubblikati fuq il-bażi ta' "as is" u mingħajr l-ebda garanzija dwar il-kwalità tagħhom u l-konformità mar-regoli tal-ESA.

Noti:

1)

It-Turkija: qgħad ibbażat fuq il-kriterju tal-erba’ ġimgħat + li jużaw biss metodi attivi ta' tiftix ta' xogħol.

2)

Il-Bożnija u l-Ħerzegovina: l-ishma ma jġibux 100 % minħabba li tipi oħra ta' sjieda huma esklużi. Il-Montenegro: NGOs esklużi. id-dejta tirreferi għal numru ta’ impjegati (privat jew pubbliku) bħala proporzjon tan-numru totali ta’ persuni impjegati.

3)

L-Albanija: is-settur pubbliku; Il-Bożnija u l-Ħerzegovina: Dħul nett Is-Serbja pagi u salarji mħallsa lil impjegati ta' entitajiet legali u ta' impriżi mhux inkorporati.

4)

Indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur ħlief għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-Bosnja u l-Ħerzegovina u data tal-2015 għall-Albanija. L-Albanija: varjazzjoni bejn Diċembru ta’ sena u Diċembru tas-sena ta’ qabel.

5)

Id-dejn estern tal-Albanija (inkluż IDB).

6)

L-Albanija: rata medja ponderata applikata lil self ġdid ta' 12-il xahar matul ix-xahar rispettiv, mal-maturità wara 12-il xahar. Il-Bożnija u l-Ħerzegovina: rati ta' self fuq perjodu qasir fil-munita nazzjonali lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji (medja ponderata). Il-Montenegro: rata tal-imgħax effettiva medja ponderata, ammonti pendenti, annwali. Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja: tmiem is-sena (il-31 ta' Diċembru).

7)

L-Albanija: ir-rata tal-imgħax għad-depożiti tirrappreżenta r-rata medja ponderata għal depożiti aċċettati ġodda matul ix-xahar rispettiv, b'maturità ta' 12-il xahar. Il-Bożnija-Ħerzegovina: rati ta' depożiti ta' domanda fil-munita nazzjonali tal-unitajiet domestiċi (medja ponderata). Il-Montenegro: rata tal-imgħax effettiva medja ponderata, ammonti pendenti, annwali. Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja: tmiem is-sena (il-31 ta' Diċembru). It-Turkija: faċilita ta' depożitu mal-lejl.

8)

Il-Montenegro u s-Serbja: is-serje gross, pjuttost milli l-kalendarju aġġustat.

(1)

Il-moviment ħieles tal-merkanzija, id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi, is-servizzi finanzjarji, l-agrikultura u l-iżvilupp rurali, is-sajd, il-politika tat-trasport, l-Unjoni Doganali u r-relazzjonijiet esterni.

(2)

Dawn il-gruppi kollha huma kkunsidrati taħt it-terminu ġeneriku "Rom" skont il-Qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom.

Top