IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 26.2.2018
COM(2018) 79 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW
fir-rigward tad-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 11(2), l-Artikolu 15(2), (3), (6), (7) u l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd
1. Introduzzjoni
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2092 (ir-“Regolament PKS”) ikopri (a) il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot li jisfruttaw dawn ir-riżorsi u (b) b’rabta ma’ miżuri dwar is-swieq u ma’ miżuri finanzjarji b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-PKS: ir-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu, l-akkwakultura u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
Biex jinkisbu l-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u b’mod partikolari li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu ambjentalment u soċjoekonomikament sostenibbli fit-tul, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea hija ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ konservazzjoni li jakkumpanjaw ċerti obbligi ambjentali tal-Istati Membri, l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u l-istabbiliment ta’ regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi, tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati li nħolqu biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’rakkomandazzjonijiet u informazzjoni dwar materji relatati mal-ġestjoni tas-sajd u l-aspetti soċjoekonomiċi u tal-konservazzjoni tas-sajd u l-akkwakultura.
L-Artikolu 46 tar-Regolament tal-PKS jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għalihom hija soġġetta s-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta l-atti delegati.
2. Bażi ġuridika
Dan ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-PKS. Skont din id-dispożizzjoni, is-setgħat tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 15(2), (3), (6), (7) u fl-Artikolu 45(4) huma mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-29 Diċembru 2013. Il-Kummissjoni trid tfassal rapport dwar din id-delega tas-setgħat mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Is-setgħat delegati għandhom jiġu estiżi awtomatikament għal perjodi ta’ ħames snin, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni b’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament tal-PKS.
Ir-Regolament tal-PKS jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-atti delegati fir-rigward ta’:
a) Miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ konformità ma’ ċerti obbligi skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni (l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-PKS);
b) L-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fid-dritt tal-Unjoni, inkluż, b’mod partikolari, id-derogi mill-obbligu tal-ħatt l-art (l-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-PKS);
c) L-estensjoni tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet għajr dawk elenkati fl-Artikolu 15(1) fejn rakkomandazzjoni konġunta għal dan il-għan tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni (l-Artikolu 15(3) tar-Regolament tal-PKS);
d) L-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ skartar temporanji speċifiċi li fihom, inter alia, l-eżenzjonijiet de minimis u tas-sopravvivenza għolja mill-obbligu tal-ħatt l-art għal perjodu temporanju ta’ mhux aktar minn tliet snin li jista’ jiġġedded għal perjodu totali ta’ tliet snin, fejn ma jiġi adottat ebda pjan pluriennali jew ebda pjan ta’ ġestjoni għaż-żona tas-sajd inkwistjoni (l-Artikolu 15(6) tar-Regolament tal-PKS);
e) L-istabbiliment tal-eżenzjonijiet de minimis mill-obbligu tal-ħatt l-art ta’ mhux aktar minn 5 % tal-qabdiet annwali totali tal-ispeċijiet kollha li għalihom japplika l-obbligu ta’ ħatt l-art skont l-Artikolu 15(1), fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda miżura għal dan il-għan la fi pjan pluriennali u lanqas fi pjan speċifiku għall-iskartar (l-Artikolu 15(7) tar-Regolament tal-PKS); u
f) L-istabbiliment ta’ regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi (l-Artikolu 45(4) tar-Regolament tal-PKS).
Atti delegati b’kontenut simili adottati fuq il-bażi ta’ Regolamenti oħra li mhux ir-Regolament tal-PKS mhumiex koperti minn dan ir-rapport. Dan huwa b’mod partikolari l-każ għal atti delegati li fihom miżuri għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/1139 (“il-Pjan pluriennali tal-Baltiku”). Il-Kummissjoni ser tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat mogħtija lilha permezz tal-pjan pluriennali tal-Baltiku bil-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-pjan.
3. Eżerċitar tad-Delega tas-Setgħat
3.1. Aspetti Proċedurali
L-eżerċizzju tas-setgħat delegati mogħtija lill-Kummissjoni bl-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 15(3) u (6) tar-Regolament tal-PKS huwa soġġett għar-reġjonalizzazzjoni: l-Istati Membri li jkollhom interess dirett ta’ ġestjoni affettwat mill-miżuri kkonċernati jistgħu jaqblu li jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti biex jinkisbu l-objettivi tal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-Unjoni rilevanti jew il-pjan speċifiku dwar l-iskart. Huma u jfasslu r-rakkomandazzjonijiet konġunti għal atti delegati tal-Kummissjoni skont ir-reġjonalizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti. Jekk l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jaqblu dwar ir-rakkomandazzjonijiet konġunti jew jekk ir-rakkomandazzjonijiet konġunti ma jitqisux kompatibbli mal-għanijiet u l-miri kwantifikabbli tal-miżuri ta’ konservazzjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni ma tistax teżerċita s-setgħat ta’ delega tagħha iżda tista’ tippreżenta proposta għal miżuri adatti b’konformità mat-Trattat.
L-abbozzi ta’ atti delegati abbażi tal-Artikoli 11(2) u 15(3), (6) u (7) tar-Regolament tal-PKS kollha ġew ippreżentati lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/629/KE biex jitqiesu l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli.
L-abbozzi ta’ atti delegati li jistabbilixxu r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsill Konsultattiv ġew ippreżentati lill-Kunsilli Konsultattivi kollha li kienu operattivi f’dak il-waqt għall-opinjonijiet tagħhom. Dawn ġew diskussi wkoll waqt il-laqgħat ta’ koordinazzjoni regolari li l-Kummissjoni jkollha mal-Kunsilli Konsultattivi kollha (laqgħat ta’ koordinazzjoni bejn il-Kunsilli Konsultattivi).
Fl-aħħar nett, l-abbozzi ta’ atti delegati abbażi tas-setgħat mogħtija inklużi fir-Regolament tal-PKS kollha ġew ippreżentati lill-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sajd u l-Akkwakultura, stabbilit biex jiżgura livell xieraq ta’ konsultazzjoni esperta għat-tħejjija tal-atti delegati. Il-Parlament Ewropew ġie mistieden sistematikament għal-laqgħat ta’ dan il-Grupp ta’ Esperti, iżda l-parteċipazzjoni tiegħu s’issa kien limitat. Id-dokumenti rilevanti ta’ dawn il-konsultazzjonijiet intbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt, kif previst fil-Fehim Komuni dwar l-atti delegati. Wara l-adozzjoni, l-atti delegati kollha ġew innotifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sal-lum, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma oġġezzjona għal ebda att delegat adottat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-PKS fil-perjodu ta’ xahrejn previst fl-Artikolu 46(5) tar-Regolament tal-PKS. F’xi każijiet, madankollu, il-Parlament Ewropew talab estensjoni tal-iskadenza għal perjodu addizzjonali ta’ xahrejn.
3.2. Lista ta’ Atti Delegati adottati skont ir-Regolament tal-PKS
Il-lista tal-atti delegati kollha li ġew adottati mill-Kummissjoni mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-PKS ’l hawn tinsab hawn taħt. Dawn l-atti delegati huma kklassifikati fuq il-bażi tal-istatus ġuridiku tagħhom (fis-seħħ, taħt skrutinju, u revokati jew skaduti). Il-lista ġiet aġġornata l-aħħar fl-1 ta’ Diċembru 2017 u tirrifletti s-sitwazzjoni ta’ dakinhar.
3.2.1. Atti Delegati fis-Seħħ
a) Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-PKS
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/117 tal-5 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar fil-Baħar Baltiku u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2015/1778;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/118 tal-5 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi l-miżuri ta' konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1180 tal-24 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/118 li jistabbilixxi l-miżuri ta' konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1181 tat-2 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/117 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar fil-Baħar Baltiku u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2015/1778.
b) Skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-PKS
- Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/171 tal-20 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1352 tat-18 ta' April 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku.
c) Skont l-Artikolu 15(3), (6) tar-Regolament tal-PKS
- Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan ta' rimi għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran (data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2017);
- Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral (data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2017);
- Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ (data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2017);
- Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2017);
- Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1396/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jwaqqaf pjan ta' skartar fil-Baħar Baltiku (data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2017);
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2250 tal-4 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2018);
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ (data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2018);
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral (data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2018);
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2376 tat-13 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskart tal-mollusk bivalv Venus spp. fl-ilmijiet territorjali tal-Italja (data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2019);
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2377 tal-14 ta' Ottubru 2016 li jemenda Regolament Delegat (UE) Nru 1394/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/86 tal-20 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran (expiration date: il-31 ta’ Diċembru 2019);
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/87 tal-20 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għall-attivitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed (data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2019);
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1393 tal-24 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2017);
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2167 tal-5 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ
(data tal-iskadenza: il-31 ta’ Diċembru 2018).
d) Skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament tal-PKS:
Xejn s’issa
e) Skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament tal-PKS:
- Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 tad-9 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1575 tat-23 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd.
3.2.2. Atti Delegati Adottati mill-Kummissjoni iżda li għadhom mhux fis-Seħħ (taħt skrutinju)
a) Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-PKS
Xejn
b) Skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-PKS
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru…/... li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku, rigward l-istokk Mediterranju tal-pixxispad, adottat fit-30/11/2017.
c) Skont l-Artikolu 15(3), (6) tar-Regolament tal-PKS
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru …/... li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES għas-sena 2108, adottat fl-20/10/2017;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru …/... li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ; adottat fl-20/10/2017;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru.../... li jistabbilixxi pjan ta’ skartar għal ċertu sajd demersali u tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-Majjistral għas-sena 2018, adottat fl-20/10/2017;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru.../... li jemenda r-Regolament (UE) 2017/86 li jistabbilixxi pjan ta’ skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran, adottat fit-23/10/2017;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru.../... li jistabbilixxi pjan għar-rimi fir-rigward tas-salamun fil-Baħar Baltiku, adottat fil-21/11/2017;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru …/... li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru …/... li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana; adottat fit-23/11/2017;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru …/... li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral, adottat fl-24/11/2017.
d) Skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament tal-PKS:
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru.../.. li jistabbilixxi eżenzjoni de minimis mill-obbligu tal-ħatt l-art għal ċertu sajd ta’ ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran, adottat fit-23/10/2017.
e) Skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament tal-PKS:
Xejn
3.2.3. Atti Delegati Revokati jew Skaduti
a) Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-PKS
- Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1778 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni ta' żoni bi strutturi ta' skollijiet f'ilmijiet taħt is-sovranità tad-Danimarka fil-Baħar Baltiku u l-Kattegat, irrevokat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1181.
b) Skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-PKS
Xejn
c) Skont l-Artikolu 15(3), (6) tar-Regolament tal-PKS
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2438 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral, irrevokat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2016/2375 mill-1 ta’ Jannar 2017;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2439 tat-12 ta' Ottubru 2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ, irrevokat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 mill-1 ta’ Jannar 2017;
- Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES, skada fil-31 ta’ Diċembru 2016.
d) Skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament tal-PKS:
Xejn
e) Skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament tal-PKS:
Xejn
4. Konklużjoni
Il-Kummissjoni tqis li eżerċitat is-setgħat delegati tagħha fi ħdan il-mandat mogħti lilha bir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Id-delega tas-setgħat mogħtija mill-Artikolu 11(2), l-Artikolu 15(2), (3), (6), (7) u l-Artikolu 45(4) tar-Regolament 1380/2013 jenħtieġ tiġi estiża b’konformità mal-Artikolu 46(2) tal-istess Regolament, sabiex tikkontribwixxi għall-ksib tal-għanijiet tagħha.
Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.