This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018AP0206
P8_TA(2018)0206 Statistics of goods transport by inland waterways (codification) ***I European Parliament legislative resolution of 29 May 2018 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on statistics of goods transport by inland waterways (codification) (COM(2017)0545 – C8-0337/2017 – 2017/0256(COD)) P8_TC1-COD(2017)0256 Position of the European Parliament adopted at first reading on 29 May 2018 with a view to the adoption of Regulation (EU) 2018/… of the European Parliament and of the Council on statistics of goods transport by inland waterways
P8_TA(2018)0206 Statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (kodifikazzjoni) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (kodifikazzjoni) (COM(2017)0545 – C8-0337/2017 – 2017/0256(COD)) P8_TC1-COD(2017)0256 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Mejju 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni

ĠU C 76, 9.3.2020, pp. 217–218
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
9.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/217 |
P8_TA(2018)0206
Statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (kodifikazzjoni) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (kodifikazzjoni) (COM(2017)0545 – C8-0337/2017 – 2017/0256(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
(2020/C 76/27)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0545), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0337/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0154/2018), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0256
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Mejju 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2018/974.)